L-irwol tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Kummissjoni Ewropea — DĠ ECFIN

 

SOMMARJU TA’:

l-Artikolu 121 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)

l-Artikolu 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)

X’INHU L-GĦAN TAL-ARTIKOLI 121 U 126 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA?

L-Artikoli 121 u 126 tat-TFUE jipprevedu s-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi u l-prestazzjonijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE), li jinvolvu l-Kummissjoni Ewropea.

Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (DĠ ECFIN) huwa dipartiment tal-Kummissjoni li għandu l-għan li jikkontribwixxi għat-titjib fil-benessri ekonomiku taċ-ċittadini fl-UE u lil hinn billi jippromwovi l-iżvilupp ta’ ekonomiji kompetittivi u li joffru ħafna impjiegi.

PUNTI EWLENIN

Rwol

Id-dipartiment jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ politiki mmirati lejn tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv filwaqt li jippreserva stabbilità makroekonomika u finanzjarja. Fost affarijiet oħra, huwa:

Objettivi ewlenin

L-isforzi tiegħu huma ffukati fuq il-kisba ta’ 2 mill-objettivi ġenerali tal-Kummissjoni:

Sabiex jagħmel dan, stabbilixxa strateġija li tikkonsisti mill-ilħuq ta’ 5 objettivi speċifiċi:

Semestru Ewropew

Is-Semestru Ewropew ġie stabbilit biex jikkoordina l-politiki ekonomiċi mal-UE kollha tul is-sena u biex jindirizza l-isfidi ekonomiċi tal-UE. L-ECFIN għandu rwol ewlieni billi:

Tnedija ta’ proċeduri

L-ECFIN għandu rwol importanti fit-tnedija ta’ proċeduri kontra pajjiżi tal-UE taħt il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (SGP) u l-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku (MIP):

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Verżjoni konsolidata) — It-Tielet Parti — Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VIII — Politika ekonomika u monetarja — Kapitolu 1 — Politika ekonomika — Artikolu 121 (ex Artikolu 99 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 97-98)

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Verżjoni konsolidata) — It-Tielet Parti — Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VIII — Politika ekonomika u monetarja — Kapitolu 1 — Politika ekonomika — Artikolu 126 (ex Artikolu 104 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 99-102)

l-aħħar aġġornament 03.09.2021