Ir-Regolament (UE) 2015/760 jissettja regoli tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-politiki ta’ awtorizzazzjoni, investiment u kundizzjonijiet tal-operat tal-fondi ta’ investiment Ewropej għat-terminu twil (ELTIFs)1.
Regolament Emendatorju (UE) 2023/606, li japplika mill- jintroduċi regoli ġodda fir-rigward tal-iskop ta’ assi u investimenti eliġibbli, il-kompożizzjoni tal-portafoll u r-rekwiżiti ta’ diversifikazzjoni, it-teħid ta’ self ta’ flus u regoli oħra ta’ finanzjament, u r-rekwiżiti li jirrigwardjaw il-politiki ta’ awtorizzazzjoni, investiment u kundizzjonijiet tal-operat ta’ ELTIFs. L-objettiv tagħhom hu li jiffaċilitaw aħjar il-ġenerazzjoni u d-direzzjonar tal-kapital lejn investimenti għat-terminu twil fl-ekonomija reali, inkluż lejn investimenti li jippromwovu l-Patt Ekoloġiku Ewropew u oqsma oħra ta’ prijorità, bħal l-enerġija, it-trasport u infrastruttura soċjali u l-ħolqien ta’ impjiegi.
PUNTI EWLENIN
Regolament (UE) 2015/760 jissettja regolament uniformi dwar politiki tal-awtorizzazzjoni u investiment u kundizzjonijiet dwar l-operat ta’ fondi alternattivi ta’ investiment tal-UE (EU AIFs) jew kompartimenti ta’ EU AIFs li huma kummerċjalizzati fl-UE bħala ELTIFs. Dan is-sommarju informali u mhux eżawrenti li ma jistax jitqies bħala investiment jew parir legali, jissettja s-sett ġenerali ta’ regoli normattivi li japplikaw mill-.
Impriża ta’ portafoll kwalifikanti
Impriża ta’ portafoll kwalifikanti trid, fil-ħin tal-investiment inizjali, tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
ma tkunx impriża finanzjarja, ħlief:
jekk tkun waħda li ma tkunx kumpanija finanzjarja azzjonarja jew kumpanija azzjonarja b’attività mħallta, u
tkun awtorizzata jew reġistrata inqas minn 5 snin qabel id-data tal-investiment inizjali;
tkun impriża li:
ma tkunx imdaħħla fin-negozjar f’suq regolat jew faċilità tan-negozju multilaterali, jew
tkun ammessa għan-negozjar f’suq regolat jew faċilità tan-negozjar multilaterali u jkollha kapitalizzazzjoni tas-suq ta’ mhux aktar minn €1,500,000,000;
tkun stabbilita fi Stat Membru tal-UE, jew f’pajjiż mhux tal-UE, diment li dak il-pajjiż in kwistjoni:
Assi huma eliġibbli għall-investiment biss b’ELTIF jekk jaqgħu f’xi waħda minn bosta kategoriji:
strumenti ta’ ekwità jew kważi ekwità:
maħruġa minn impriża ta’ portafoll kwalifikanti u akkwistati mill-ELTIF minn dik l-impriża ta’ portafoll kwalifikanti jew minn terza persuna permezz tas-suq sekondarju,
maħruġa minn impriża ta’ portafoll kwalifikanti bħala skambju ta’ strument ta’ ekwità jew kważi ekwità akkwistat minn qabel mill-ELTIF minn dik l-impriża ta’ portafoll kwalifikanti jew minn terza persuna permezz tas-suq sekondarju,
maħruġa minn impriża fejn l-impriża ta’ portafoll kwalifikanti għandha parteċipazzjoni ta’ kapital bħala skambju ta’ strumenti ta’ ekwità jew kważi ekwità akkwistat mill-ELTIF;
strumenti ta’ dejn maħruġa minn impriża ta’ portafoll kwalifikanti;
self mogħti mill-ELTIF lil impriża ta’ portafoll kwalifikanti b’maturità li ma teċċedix il-ħajja tal-ELTIF;
titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti fejn l-esponimenti sottostanti jikkorrispondu ma’ waħda mill-kategoriji li ġejjin:
assi elenkati f’Artikolu 1, punt (a)(i), (ii) jew (iv) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851, jew
assi elenkati f’Artikolu 1, punt (a)(vii) jew (viii) ta’ Regolament Delegat (UE) 2019/1851, diment li l-qligħ mill-bonds tat-titolizzazzjoni jintużaw għal finanzjament jew rifinanzjament tal-Investimenti fuq terminu twil
bonds maħruġa, konformi ma’ Regolament (UE) 2023/2631 fuq il-Bonds Ħodor Ewropej minn impriża ta’ portafoll kwalifikanti.
ELTIF għandu jinvesti tal-inqas 55% tal-kapital tiegħu f’assi tal-investiment eliġibbli.
Awtorizzazzjoni
Applikazzjoni biex issir ELTIF għandha tinkludi:
ir-regoli tal-fond jew l-strumenti tal-inkorporazzjoni3;
informazzjoni dwar l-identità tal-maniġer propost tal-ELTIF u l-esperjenza u storja ta’ qabel tagħhom fil-ġestjoni ta’ fond;
fejn ELTIF jista’ jkun kummerċjalizzat lil investituri tal-bejgħ bl-imnut, deskrizzjoni tal-informazzjoni trid issir disponibbli lil investituri, inkluża deskrizzjoni tal-arranġamenti biex tindirizza ilmenti li jintbagħtu minn investituri tal-bejgħ bl-imnut;
informazzjoni dwar l-identità tad-depożitarju4 u, fejn ikun mitlub mill-awtoritajiet kompetenti ta’ ELTIF li jista’ jkun kummerċjalizzat għal investituri tal-bejgħ bl-imnut, il-ftehim bil-miktub mad-depożitarju;
deskrizzjoni tal-informazzjoni li tingħata lil invesituri, inklużi l-arranġamenti biex tindirizza tilwim mibgħuta minn investituri tal-bejgħ bl-imnut;
informazzjoni addizzjonali fil-każ ta’ prinċipal5-alimentatur6 strutturi ta’ ELTIF.
Ir-regolament jelenka wkoll id-dokumentazzjoni li EU AIFM li japplika biex jiġġestjona ELTIF, stabbilit ġo Stat Membru ieħor irid jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-ELTIF.
Biex japplikaw u jġibu l-awtorizzazzjoni, maniġers ta’ fond huma stess iridu jkunu awtorizzati taħt id-Direttiva 2011/61/UE (ara s-sommarju).
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq iżżomm reġistru ċentrali pubbliku ta’ kull ELTIF awtorizzat, flimkien mal-maniġer rispettiv tiegħu, l-awtorità kompetenti, id-dati tal-awtorizzazzjoni u ta’ meta beda l-kummerċjalizzazzjoni tal-ELTIF, eċċ.
Responsabbiltà
Maniġers huma responsabbli li jassikuraw konformità mar-regolament u għal kull ksur. Huma responsabbli wkoll għal kwalunkwe telf jew dannu li jirriżulta minn nuqqas ta’ konformità.
Politika ta’ investiment
ELTIFs huma suġġetti għal regoli speċifiċi ta’ investiment.
Huma għandhom jinvestu tal-inqas 55% tal-kapital tagħhom f’assi eliġibbli.
Il-limiti tal-investiment imsemmija hawn fuq ma japplikawx għal ELTIFs ikkummerċjalizzati biss għal investituri professjonali.
Bħala regola ġenerali, ELTIF jista’ jinvesti mhux iktar minn:
20% tal-kapital tiegħu fi strumenti maħruġa minn jew self mogħti lil kull impriża unika tal-portafoll kwalifikanti;
20% tal-kapital tiegħu f’kull ass singolu reali;
20% tal-kapital tiegħu f’unitajiet jew isħma ta’ xi ELTIF singolu, fond Ewropew tal-kapital ta’ riskju, il-fond ta’ intraprenditorija soċjali Ewropew, impriża ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli jew EU AIF ġestjonat minn EU AIFM, u
10% tal-kapital tiegħu f’assi, fejn dawk l-assi jkunu maħruġa minn xi entità singola, imma ELTIF jista’ jgħolli l-limitu ta’ 10% għal 25% fejn bonds ikunu maħruġa minn istituzzjoni ta’ kreditu li għandha l-uffiċċju reġistrat fi Stat Membru u li hi suġġetta għal-liġi għall-superviżjoni speċifika pubblika maħsuba biex tipproteġi detenturi ta’ bonds.
Il-valur aggregat ta’ titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati f’portafoll ELTIF ma jistax jeċċedi l-20% tal-valur tal-kapital tal-ELTIF.
L-esponiment aggregat għar-riskju lil kontroparti tal-ELTIF, li jirriżulta minn tranżazzjonijiet barra l-borża, ftehimiet ta’ riakkwist jew ta’ retroriakkwist ma jistgħux jeċċedu l-10% tal-valur tal-kapital tal-ELTIF.
L-assi u l-pożizzjoni ta’ teħid ta’ self ta’ flus ta’ ELTIFs iridu jkunu kkombinati ma’ dawk tal-impriżi tal-investiment kollettiv fejn l-ELTIFs ikunu investew sabiex jassessjaw il-konformità ta’ ELTIF mal-kompożizzjoni tal-portafoll u r-rekwiżiti ta’ diversifikazzjoni, u mal-limiti tat-teħid ta’ self (ara isfel).
Teħid ta’ self ta’ flus
ELTIF jista’ jissellef flus diment li dak it-teħid ta’ self jirrappreżenta mhux iktar minn 50% tal-valur nett tal-assi tal-ELTIF, fil-każ ta’ ELTIFs li jistgħu jkunu kummerċjalizzati għal investituri tal-bejgħ bl-imnut, u mhux iktar minn 100% tal-valur nett tal-ass tal-ELTIF fil-każ ta’ ELTIFs kummerċjalizzati unikament lil investituri professjonali.
Il-maniġer tal-ELTIF irid jispeċifika fil-prospett tal-ELTIF jekk l-ELTIF għandux il-ħsieb li jissellef flus bħala parti mill-istrateġija tal-investiment tiegħu u jekk hu hekk, irid jispeċifika wkoll il-limiti tiegħu tat-teħid ta’ self.
Fidi ta’ unitajiet jew isħma ta’ ELTIFs
Investituri f’ELTIF ma jistgħux jitolbu l-fidi tal-unitajiet jew isħma tagħhom qabel it-tmiem tal-ħajja tal-ELTIF. Fidi għal invesituri huwa possibbli mill-ġurnata wara d-data tat-tmiem tal-ħajja tal-ELTIF.
Ir-regoli jew strumenti tal-inkorporazzjoni tal-ELTIF iridu jindikaw biċ-ċar data speċifika għat-tmiem tal-ħajja tal-ELTIF, u jistgħu jipprovdu għad-dritt li jestendu temporanjament il-ħajja tiegħu u l-kundizzjonijiet biex jeżerċitaw dak id-dritt.
Permezz ta’ deroga, ir-regoli jew strumenti ta’ inkorporazzjoni ta’ ELTIF jistgħu jipprovdu għall-possibbilità ta’ fidi matul il-ħajja ta’ ELTIF, jekk jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet.
Il-ħajja ta’ ELTIF trid tkun konsistenti man-natura tat-terminu twil tal-ELTIF u trid tkun kompatibbli maċ-ċikli tal-ħajja ta’ kull wieħed mill-assi individwali tal-ELTIF, imkejjel skont il-profil ta’ illikwidità u ċiklu ekonomiku tal-ħajja tal-ass u l-objettiv dikjarat tal-investiment tal-ELTIF.
L-investituri dejjem irid ikollhom l-opzjoni li jkun imħallsa lura fi flus. Ħlas lura in natura mill-assi tal-ELTIF għandu jkun biss possibbli taħt ċerti kundizzjonijiet.
Protezzjoni ta’ investituri tal-bejgħ bl-imnut
Sabiex tassikura livell għoli ta’ protezzjoni tal-investitur tal-bejgħ bl-imnut, valutazzjoni xierqa trid issir irrispettivament jekk l-unitajiet jew isħma ta’ ELTIFs ikunix akkwistati minn investituri tal-bejgħ bl-imnut minn distributuri jew maniġers ta’ ELTIFs jew permezz tas-suq sekondarju.
Id-distributur jew, meta unitajiet jew isħma ta’ ELTIF jkunu offruti direttament jew imqiegħda għal investitur tal-bejgħ bl-imnut, il-maniġer tal-ELTIF irid joħroġ allert ċar bil-miktub li jinforma lill-invesitur tal-bejgħ bl-imnut dwar dan li ġej:
Fejn il-ħajja ta’ ELTIF li jkun offrut jew imqiegħed għal investituri tal-bejgħ bl-imnut teċċedi 10 snin, li l-prodott ELTIF jista’ ma jkunx xieraq għal investituri tal-bejgħ bl-imnut li ma jkunux jistgħu jsostnu impenn għat-terminu twil u illikwidu.
fejn ir-regoli jew strumenti ta’ inkorporazzjoni ta’ ELTIF jipprovdu għall-possibbilità tat-tqabbil ta’ unitajiet jew isħma tal-ELTIF, fejn id-disponibbiltà ta’ tali possibbilità ma tiggarantix jew ma tinvolvix l-investitur tal-bejgħ bl-imnut biex joħroġ jew jifdi l-unitajiet jew isħma tal-ELTIF ikkonċernat.
MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Regolament (UE) 2015/760 ilu japplika mid-
Regolament Emendatorju (UE) 2023/606 ilu japplika mill-
SFOND
Valutazzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni Ewropea b’konsultazzjoni mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq urew li s-suq tal-ELTIF ma espandhiex kif kien mistenni, b’numru żgħir ta fondi biss, daqs żgħir nett tal-assi, numru limitat ta’ ġuriżdizzjonikoet fejn l-ELTIFs kienu domiċiljati u l-kompożizzjoni tal-portafoll uriet żbilanċ kbir lejn ċerta kategorija eliġibbli ta’ investiment. Il-komunikazzjoni tal-2020 tal-Kummissjoni li varat pjan ta’ azzjoni ġdid għall-unjoni tas-swieq kapitali, semmiet il-ħtieġa li tassikura li iktar investimenti jkunu indirizzati lejn negozji li jkollhom bżonn kapital u proġetti ta’ investiment għat-terminu twil, partikolarment matul l-irkupru mill-pandemija ta’ COVID-19.
Fondi ta’ investiment Ewropej għat-terminu twil (ELTIFs). ELTIFs huma mfassla biex jipprovdu kapital għat-terminu twil għall-infrastruttura, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), u proġetti ta’ proprietà immobbli. Dawn il-fondi jibbenefikaw minn passaport Ewropew li jippermettilhom li jkunu kummerċjalizzati sew lil investituri tal-bejgħ bl-imnut kif ukoll lil investituri professjonali. Dawn huma regolati b’regoli stretti fir-rigward tal-politiki tagħhom ta’ investiment u attività ta’ kummerċjalizzazzjoni, li jassikuraw salvagwardji qawwija għal investituri.
Assi reali. Ass li għandu valur intrinsiku minħabba s-sustanza u l-proprjetajiet tiegħu stess bħal proprjetà għal proprjetà immobbli.
Strumenti tal-inkorporazzjoni. Dokumenti formali reġistrati ma’ entità governattiva biex tiddokumenta legalment il-ħolqien ta’ kumpanija.
Depożitarju. Bank jew kumpanija regolata taħt id-direttiva dwar maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv (AIFMD), li hu responsabbli biex jissalvagwardja l-assi, jimmonitorja flussijiet tal-flus u jissorvelja l-operazzjonijiet ta’ fondi ta’ investiment alternattiv biex issaħħu l-protezzjoni tal-investitur, fost funzjonijiet oħra.
ELTIF prinċipali. ELTIF, jew kompartiment tal-investiment, fejn ELTIF ieħor jinvesti tal-inqas 85% tal-assi tiegħu f’unitajiet jew isħma.
ELTIF alimentatur. ELTIF, jew kompartiment tal-investiment, li kien approvat biex jinvesti tal-inqas 85% tal-assi tiegħu f’unitajiet jew isħma ta’ ELTIF ieħor jew kompartiment tal-investiment ta’ ELTIF.
DOKUMENT PRINĊIPALI
Ir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ĠU L 123, , pp. 98–121).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2015/760 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Unjoni tas-swieq kapitali għan-nies u negozji — pjan ta’ Azzjoni ġdid (COM(2020)590 final, ).
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1851 tat- li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar l-omoġeneità tal-iskoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni (ĠU L 285, , pp. 1–5).
Id-Direttiva 2011/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, , pp. 1–73).