02013R1316 — MT — 01.01.2021 — 007.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) Nru 1316/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348 20.12.2013, p. 129) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 275/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 |
L 80 |
1 |
19.3.2014 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2015/1017 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Ġunju 2015 |
L 169 |
1 |
1.7.2015 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2017/1953 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Ottubru 2017 |
L 286 |
1 |
1.11.2017 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2017/2396 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Diċembru 2017 |
L 345 |
34 |
27.12.2017 |
|
|
REGOLAMENT (UE, Euratom) 2018/1046 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Lulju 2018 |
L 193 |
1 |
30.7.2018 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2019/495 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Marzu 2019 |
L 85I |
16 |
27.3.2019 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 1316/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Diċembru 2013
li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
KAPITOLU I
Il-faċilità nikkollegaw l-ewropa
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament joħloq il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (il-"FNE") li jiddetermina l-kundizzjonijiet, il-metodi u l-proċeduri għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja mill-Unjoni lin-netwerks trans-Ewropej sabiex tagħti appoġġ lill-proġetti ta' interess komuni fis-setturi tal-infrastrutturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija u biex jisfrutta s-sinerġiji potenzjali bejn dawk is-setturi. Huwa jistabbilixxi wkoll it-tqassim tar-riżorsi li għandhom isiru disponibbli taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
“proġett ta' interess komuni” tfisser proġett identifikat fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013, ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 jew ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
'sezzjoni transkonfinali' tfisser, fis-settur tat-trasport, is-sezzjoni li tiżgura l-kontinwità ta’ proġett ta’ interess komuni bejn l-eqreb nodi urbani fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera ta' żewġ Stati Membri jew bejn Stat Membru u pajjiż ġar;
‘pajjiż tal-viċinat’ tfisser il-pajjiż li jaqa' taħt l-ambitu tal-Politika Ewropea tal-Viċinat inkluża s-Sħubija Strateġika, il-Politika tat-Tkabbir, iż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles;
‘pajjiż terz’ tfisser kwalunkwe pajjiż tal-viċinat u l-pajjiżi l-oħra kollha li magħhom tista’ tikkoopera l-Unjoni sabiex jintlaħqu l-għanijiet fil-mira ta’ dan ir-Regolament;
"xogħlijiet” tfisser ix-xiri, il-forniment u t-tħaddim ta’ komponenti, sistemi u servizzi inkluż is-software, it-twettiq tal-iżvilupp u l-bini u l-attivitajiet ta’ installazzjoni relatati ma’ proġett, l-aċċettazzjoni tal-installazzjonijiet u t-tnedija ta’ proġett;
"studji” tfisser attivitajiet meħtieġa għat-tħejjija ta’ implimentazzjoni tal-proġett, bħal studji preparatorji, kartografiċi, tal-fattibbiltà, ta’ evalwazzjoni, ta’ ttestjar u ta’ validazzjoni, inkluż fil-forma ta’ software, u kwalunkwe miżura oħra ta’ appoġġ tekniku, li tinkludi azzjoni bil-quddiem sabiex jiġi definit u żviluppat proġett u sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-finanzjament tiegħu, bħal stħarriġ dwar is-siti kkonċernati u t-tħejjija tal-pakkett finanzjarju;
'azzjonijiet ta’ appoġġ għall-programm' tfisser, fil-livelltal-FNE, il-miżuri kollha ta’ akkumpanjament neċessarji għall-implimentazzjoni tagħha u tal-implimentazzjoni tal-linji gwida speċifiċi għal kull settur, bħas-servizzi, b'mod partikolari l-għoti ta' assistenza teknika, inkluż għall-użu tal-istrumenti finanzjarji, flimkien mal-attivitajiet preparatorji, ta’ fattibbiltà, ta’ koordinazzjoni, ta’ monitoraġġ, ta' konsultazzjoni ta' partijiet interessati, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni li jinħtieġu b'mod dirett għall-ġestjoni tal-FNE u l-ksib tal-objettivi tagħha. B’mod partikolari l-azzjonijiet ta' appoġġ għall-programm jinkludu l-istudji, il-laqgħat, il-kartografija infrastrutturali, l-informazzjoni, it-tqassim ta' informazzjoni, l-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni l-ispiża marbuta mal-għodda u n-netwerks tal-IT li jiffokaw fuq skambji ta’ informazzjoni dwar il-FNE, flimkien ma’ kull spiża teknika u ta’ assistenza amministrattiva oħra mġarrba mill-Kummissjoni li tista’ tinħtieġ għall-ġestjoni tal-FNE jew l-implimentazzjoni tal-linji gwida individwali speċifiċi għas-settur. Azzjonijiet ta’ appoġġ għall-programm jinkludu wkoll attivitajiet meħtieġa sabiex jiffaċilitaw it-tħejjija tal-proġetti ta' interess komuni b'mod partikolari fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni, bil-ħsieb li jinkiseb il-finanzjament skont dan ir-Regolament jew fis-suq finanzjarju. Azzjonijiet ta’ appoġġ għall-programm għandhom, fejn ikun xieraq, jinkludu wkoll l-kopertura tal-ispejjeż tal-Aġenzija Eżekuttiva inkarigata mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' partijiet speċifiċi tal-FNE ("Aġenzija Eżekuttiva");
"azzjoni" tfisser kwalunkwe attività, li ġiet identifikata bħala waħda finanzjarjament u teknikament indipendenti, għandha żmien stipulat u hija neċessarja għall-implimentazzjoni ta' proġett ta' interess komuni;
"spejjeż eliġibbli” għandha l-istess tifsira bħal fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012;
"benefiċjarju" tfisser Stat Membru, organizzazzjoni internazzjonali, jew impriża jew korp pubbliku jew privat li jkun intgħażel sabiex jirċievi assistenza finanzjarja tal-Unjoni taħt dan ir-Regolament u skont l-arranġamenti stabbiliti fil-programm ta’ ħidma rilevanti imsemmi fl-Artikolu 17;
"korp ta’ implimentazzjoni" tfisser korp jew impriża pubblika jew privata maħtura minn benefiċjarju, fejn il-benefiċjarju huwa Stat Membru jew organizzazzjoni internazzjonali, sabiex tiġi implimentata l-azzjoni kkonċernata. Ħatra bħal din għandha tiġi deċiża mill-benefiċjarju taħt ir-responsabbiltà tiegħu propja u, jekk ikun meħtieġ l-għoti ta' kuntratt ta' akkwist, dan isir b'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali dwar l-akkwisti pubbliċi;
"netwerk komprensiv" tfisser l-infrastruttura tat-trasport identifikata bi qbil mal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;
"netwerk ewlieni" tfisser l-infrastruttura tat-trasport identifikata skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;
"kurituri tan-netwerk ewlieni” tfisser strument sabiex jiffaċilita l-implimentazzjoni koordinata tan-netwerk ewlieni kif stabbilit fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013u kif elenkat fil-Parti I tal-Anness I għal dan ir-Regolament;
"konġestjoni" fis-settur tat-trasport tfisser ostaklu fiżiku, tekniku jew funzjonali li jwassal għal twaħħil fis-sistema li jaffettwa l-kontinwità ta’ flussi għal distanzi twal jew transkonfinali u li jista’ jingħeleb permezz tal-ħolqien ta' infrastruttura ġdida, jew b'titjib sostanzjali tal-infrastruttura eżistenti, li tista' twassal għal titjib sinifikanti li jsolvi r-ristrezzjonijiet tal-konġestjoni;
"prijorità" tfisser kwalunkwe kuritur prijoritarju tal-elettriku, kurituri prijoritarji tal-gass jew oqsma prijoritarji tematiċi indikati fir-Regolament (UE) Nru 347/2013;
"applikazzjonijiet telematiċi" tfisser l-applikazzjonijiet kif iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013;
"infrastruttura tal-enerġija" tfisser l-infrastruttura kif iddefinita fir-Regolament (UE) Nru 347/2013;
"sinerġiji bejn is-setturi" tfisser l-eżistenza ta’ azzjonijiet simili jew kumplimentari f’mill-inqas tnejn mis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija li jistgħu jippermettu l-ottimizzazzjoni tal-kostijiet jew tar-riżultati permezz tal-ġbir komuni tar-riżorsi finanzjarji, tekniċi jew umani;
"netwerk iżolat" tfisser in-netwerk ferrovjarju ta’ Stat Membru, jew parti minnu, kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013.
Artikolu 3
Objettivi ġenerali
Il-FNE għandha tippermetti t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni fi ħdan il-qafas tal-politika tan-netwerks trans-Ewropej fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija. B'mod partikolari, il- FNE għandha tappoġġa l-implimentazzjoni ta' dawk il-proġetti ta' interess komuni mmirati għall-iżvilupp u l-kostruzzjoni ta' infrastrutturi u servizzi ġodda jew għat-titjib ta' infrastrutturi u servizzi eżistenti, fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija. Hija ser tagħti prijorità lill-konnessjonijiet nieqsa, fis-settur tat-trasport. Il-FNE għandha wkoll tikkontribwixxi għall-appoġġ ta' proġetti b'valur miżjud Ewropew u benefiċċji sinifikanti għas-soċjetà u li ma jirċevux finanzjament adegwat mis-suq. L-objettivi ġenerali li ġejjin għandhom japplikaw għas-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija:
li tikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, f’konformità mal-istrateġija Ewropa 2020, billi tiżviluppa netwerks trans-Ewropej moderni u bi prestazzjonijiet tajbin ħafna li jikkunsidraw il-flussi futuri tat-traffiku, u b'hekk toħroġ benefiċċji għall-Unjoni kollha kemm hi f’termini ta' titjib tal-kompetittività fis-suq dinji u koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fis-suq intern u billi toħloq ambjent li jgħin il-ħolqien ta' investiment privat, pubbliku jew pubbliku-privat permezz ta' kombinament ta' strumenti finanzjarji u għajnuna diretta mill-Unjoni fejn il-proġetti jistgħu jibbenefikaw minn taħlita ta' strumenti u tal-isfruttar b'mod adatt ta' sinerġiji bejn is-setturi kollha.
Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha tiġi mkejla mid-daqs tal-volum ta' investiment privat, pubbliku jew sħubijiet pubbliċi-privati fi proġetti ta' interess komuni, u b'mod partikolari minn kemm ikun il-volum ta' investimenti privati fi proġetti ta' interess komuni miksub permezz tal-istrumenti finanzjarji taħt dan ir-Regolament. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-użu effiċjenti tal-investiment pubbliku;
li tippermetti lill-Unjoni tilħaq il-miri li għandha tal-iżvilupp sostenibbli,inkluż tnaqqis ta' mill-inqas 20 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b'paragun mal-livelli tal-1990 u li żżid b’20 % l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u li tgħolli s-sehem tal-enerġija rinnovabbli għal 20 % sal-2020, biex b'hekk tikkontribwixxi għall-objettivi fi żmien medju u fit-tul tal-Unjoni rigward id-dekarbonizzazzjoni, filwaqt li tiżgura aktar solidarjetà bejn l-Istati Membri.
Artikolu 4
Objettivi settorjali speċifiċi
Fis-settur tat-trasport, l-appoġġ għal proġetti ta' interess komuni kif identifikati fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, li għandhom l-għan li jilħqu l-objettivi stabbiliti hawn taħt, kif hu speċifikat ulterjorment taħt l-Artikoli 4 ta' dak ir-Regolament:
it-tneħħija tal-konġestjonijiet, it-tisħiħ tal-interoperabbiltà ferrovjarja, il-konnessjoni fejn hemm lakuni, u, b'mod partikolari, it-titjib tas-sezzjonijiet transkonfinali. Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha titkejjel permezz:
tan-numru ta' netwerks ġodda jew konnessjonijiet transkonfinali mtejba;
tan-numru ta' kilometri ta' linja ferrovjarja adattata għall-istandard Ewropew tad-daqs nominali u mgħammra bl-ERTMS;
tan-numru ta' konġestjonijiet imneħħija u s-sezzjonijiet ta' kapaċità miżjuda tar-rotot tat-trasport għall-mezzi kollha li rċevew il-finanzjament mill-FNE;
tat-tul tal-passaġġi fuq l-ilma interni mqassam skont il-klassi fl-Unjoni; u
tat-tul tan-netwerk ferrovjarju fl-Unjoni mtejjeb skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;
li jiġu żgurati s-sistemi sostenibbli u effiċjenti ta' trasport fuq perijodu twil, bil-ħsieb li ssir tħejjija għall-flussi tat-trasport mistennija fil-futur flimkien mal-possibbiltà tad-dekarbonizzazzjoni tal-mezzi kollha ta' trasport permezz tat-transizzjoni għal teknoloġiji tat-trasport innovattivi, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, filwaqt li tiġi ottimizzata s-sigurtà. Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha titkejjel permezz:
tan-numru ta' punti ta' provvista għal karburanti alternattivi għall-vetturi li jużaw in-netwerk ewlieni tat-TEN-T għat-trasport bit-triq fl-Unjoni;
tan-numru ta' portijiet interni u marittimi tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T mgħammra bil-punti ta' provvista għall-karburanti alternattivi fl-Unjoni; u
tat-tnaqqis tal-korrimenti fin-netwerk tat-toroq fl-Unjoni;
li jiġu ottimizzati kemm jista' jkun l-integrazzjoni u l-interkonnessjoni tal-mezzi tat-trasport u tittejjeb l-interoperabbiltà tas-servizzi tat-trasport, filwaqt li tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-infrastrutturi tat-trasport. Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha titkejjel permezz:
tan-numru ta' pjattaformi loġistiċi multimodali inklużi portijiet u ajruporti interni u marittimi konnessi ma' netwerk ferrovjarju;
tan-numru ta' terminali ferrovjarji mtejba, u n-numru ta' konnessjonijiet ġodda jew imtejba bejn il-portijiet permezz tal-awtostrada tal-baħar;
tan-numru ta' kilometri ta' passaġġi tal-ilma interni mgħammra bl-RIS; u
tal-livell tat-tħaddim tas-sistema SESAR, il-VTMIS u l-ITS fis-settur tat-toroq.
L-indikaturi msemmijin f'dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għall-Istati Membri li ma għandhomx netwerk ferrovjarju jew netwerk fuq l-ilmijiet interni.
Dawk l-indikaturi ma għandhomx jikkostitwixxu kriterji ta' selezzjoni jew eliġibbiltà għall-azzjonijiet ta' appoġġ mill-FNE.
Il-perċentwali indikattivi li jirriflettu l-parti tar-riżorsi baġitarji ġenerali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1)li jiġu allokati lil kull wieħed mill-objettivi speċifiċi tat-trasport huma stabbiliti fil-Parti IV tal-Anness I għal dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni ma għandhiex tiddevja minn dawk il-perċentwali indikattivi b'aktar minn 5 punti perċentwali;
Fis-settur tal-enerġija, l-FNE għanda tappoġġa proġetti ta' interess komuni li għandhom l-għan li jiksbu wieħed jew aktar mill-objettivi li ġejjin:
iż-żieda tal-kompetittività permezz tal-promozzjoni ta' aktar integrazzjoni tas-suq intern tal-enerġija u l-interoperabbiltà bejn netwerks tal-elettriku u l-gass bejn il-fruntieri. Il-kisba ta' dan l-objettiv għandu jitkejjel ex post:
min-numru ta' proġetti li jwasslu għal interkonnessjoni effikaċi bejn in-netwerks tal-Istati Membri u li jneħħu r-restrizzjonijiet interni;
it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tal-iżolament enerġetiku tal-Istati Membri;
il-perċentwal tal-qawwa tat-trasmissjoni transkonfinali tal-elettriku b’rabta mal-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku installata fl-Istati Membri rilevanti;
il-konverġenza tal-prezzijiet fis-swieq tal-gass u/jew l-elettriku tal-Istati Membri kkonċernati; u
l-perċentwal tal-ogħla domanda taż-żewġ Stati Membri kkonċernati kopert mill-interkonnessjonijiet tal-fluss riversibbli għall-gass;
it-tisħiħ tas-sigurtà fl-Unjoni tal-provvista tal-enerġija;
Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha titkejjel ex post permezz ta':
in-numru ta’ proġetti li jippermettu d-diversifikazzjoni ta' sorsi tal-provvista, l-fornituri u r-rotot;
in-numru ta' proġetti li jżidu l-kapaċità tal-ħżin;
ir-reżiljenza tas-sistema, filwaqt li jitqies in-numru ta' interruzzjonijiet tal-provvista u t-tul taż-żmien tagħhom;
l-ammont ta' trażżin evitat ta' enerġija rinnovabbli;
il-konnessjoni ta’ swieq iżolati ma' aktar sorsi ta’ provvista diversifikati;
l-użu ottimali tal-assi tal-infrastruttura tal-enerġija;
il-kontribut għall-iżvilupp sostenibbli u l-protezzjoni tal-ambjent, fost l-oħrajn permezz tal-integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fin-netwerk tat-trasmissjoni, u l-iżvilupp ta' netwerks intelliġenti tal-enerġija u n-netwerks tad-diossidu tal-karbonju.
Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha titkejjel ex post permezz ta':
l-ammont ta’ enerġija rinnovabbli trasmessa mill-ġenerazzjoni għal ċentri ewlenin ta’ konsum u siti tal-ħżin;
l-ammont ta' trażżin evitat ta' enerġija rinnovabbli;
in-numru ta' proġetti ta' grids intelliġenti użati li bbenefikaw mill-FNE u r-rispons għad-domanda ffaċilitati minnhom;
l-ammont ta' emissjonijiet tas-CO2 evitat mill-proġetti li bbenefikaw mill-FNE,
L-indikaturi msemmija f'dan il-paragrafu, li jintużaw għall-kejl ex post tal-kisba tal-objettivi, ma għandhomx jikkostitwixxu kriterji ta' selezzjoni jew eliġibbiltà għall-azzjonijiet ta' appoġġ mill-FNE.
Il-kondizzjonijiet għall-eliġibbiltà għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal proġetti ta' interess komuni huma stipulati fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, filwaqt li l-kriterji ta' selezzjoni għall-proġetti ta' interess komuni huma stipulati fl-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament,
Artikolu 5
Baġit
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tas-CEF għall-perijodu mill-2014 sal-2020 huwa stabbilit għal EUR 30 192 259 000 fi prezzijiet attwali. Dak l-ammont għandu jitqassam kif ġej:
is-settur tat-trasport: EUR 24 050 582 000 , li minnhom EUR 11 305 500 000 għandhom jiġu trasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni sabiex jintefqu f’konformità ma’ dan ir-Regolament esklużivament fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni;
is-settur tat-telekomunikazzjoni: EUR 1 066 602 000 ;
is-settur tal-enerġija: EUR 5 075 075 000 .
Dawk l-ammonti huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ flessibbiltà previst fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 ( 2 ).
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-FNE għandu jkopri spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma':
azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni u azzjonijiet ta' appoġġ għall-programmi kif previst fl-Artikolu 7;
azzjonijiet ta' appoġġ għall-programmi li jikkonsistu f'nefqiet tekniċi u amministrattivi mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-FNE, inklużi dawk neċessarji biex tiġi żgurata t-transizzjoni bejn il-FNE u l-miżuri adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 680/2007, sa 1 % tal-pakkett finanzjarju, l-ispejjeż tal-Aġenzija Eżekuttiva għandhom jiġu inklużi taħt dan il-limitu.
KAPITOLU II
Modi ta' finanzjament u dispożizzjonijiet finanzjarji ġenerali
Artikolu 6
Forom ta' assistenza finanzjarja
Artikolu 7
Eliġibbiltà u kundizzjonijiet għall-assistenza finanzjarja
Fis-settur tat-trasport, huma biss azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġetti ta' interess komuni skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 u azzjonijiet ta' appoġġ għall-programmi, għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ permezz ta' assistenza finanzjarja mill-Unjoni f'għamla ta' akkwisti u strumenti finanzjarji taħt dan ir-Regolament. Huma biss dawn li ġejjin li għandhom ikunu eliġibbli li jirċievu assistenza finanzjarja mill-Unjoni fil-forma ta' għotjiet taħt dan ir-Regolament:
azzjonijiet li jimplimentaw in-netwerk ewlieni skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inkluż it-tħaddim ta' teknoloġiji ġodda u innovazzjoni skont l-Artikolu 33 ta' dak ir-Regolament u proġetti u prijoritajiet orizzontali identifikati fil-Parti I tal-Anness I għal dan ir-Regolament;
azzjonijiet li jimplimentaw in-netwerk komprensiv skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1315/20131, meta dawn l-azzjonijiet jikkontribwixxu biex jinħolqu konnessjonijiet nieqsa, għall-iffaċilitar tal-fluss tat-traffiku transkonfinali jew għat-tneħħija ta' konġestjonijiet u meta dawk l-azzjonijiet jikkontribwixxu wkoll għall-iżvilupp tan-netwerk prinċipali, jew joħolqu interkonnessjonijiet bejn kurituri tan-netwerk prinċipali jew meta tali azzjonijiet jikkontribwixxu għall-użu tal-ERTMS fuq rotot prinċipali kif definit fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 913/2010, sa limitu massimu ta' 5 % tal-pakkett finanzjarju għat-trasport kif speċifikat fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament;
studji għal proġetti ta' interess komuni kif definit fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;
studji għal proġetti transkonfinali ta' prijorità kif definit fl-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 661/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
azzjonijiet ta' appoġġ għall-proġetti ta' interess komuni kif definiti fil-punti (a), (d) u (e) tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;
azzjonijiet li jimplimentaw infrastruttura ta' trasport fin-nodi tan-netwerk prinċipali, inklużi nodi urbani, definiti fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;
azzjonijiet ta' appoġġ għas-sistemi ta' applikazzjonijiet telematiċi skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;
azzjonijiet ta' appoġġ għas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 1315/2013;
azzjonijiet sabiex jitnaqqas l-istorjbu li joħroġ mill-ferroviji li jġorru l-merkanzija inkluż permezz ta' twaħħil ta' tagħmir apposta mal-vetturi kollha li joperaw fuq il-linji tal-ferroviji, f'kooperazzjoni, fost l-oħrajn, mal-industrija tal-ferrovija;
azzjonijiet ta' appoġġ għall-programmi;
azzjonijiet li jimplimentaw infrastruttura ta’ sigurtà u sikura skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 1315/2013;
azzjonijiet ta' appoġġ tal-awtostradi tal-baħar kif previst fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;
azzjonijiet li jadattaw l-infrastruttura tat-trasport għall-finijiet tas-sigurtà u l-kontrolli fil-fruntieri esterni.
L-azzjonijiet relatati mat-trasport li jinvolvu sezzjoni transkonfinali jew parti minnha għandhom ikunu eliġibbli sabiex jirċievu assistenza finanzjarja mill-Unjoni biss jekk hemm ftehim bil-miktub bejn l-Istati Membri kkonċernati jew bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kkonċernati marbut mat-tlestija tas-sezzjoni transkonfinali.
Biex ikun jista' jsir l-aktar użu effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni sabiex jiżdied l-effett multiplikatur tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tipprovdi assistenza finanzjarja bħala prijoritàsfil-forma ta' strumenti finanzjarji kull meta xieraq u filwaqt li jiġi rrispettat il-livell massimu għall-użu ta' strumenti finanzjarji skont l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 21(4).
Fis-settur tat-telekomunikazzjoni, l-azzjonijiet kollha li jimplimentaw il-proġetti ta' interess komuni u l-azzjonijiet ta' appoġġ għall-programmi identifikati fir-Regolament (UE) Nru 283/2014 u li jkunu jissodisfaw il-kriterji u/jew il-kondizzjonijiet ta' eliġibilità stabbiliti b'konformità ma' dak ir-Regolament għandhom ikunu eliġibbli biex jirċievu għajnuna finanzjarja tal-Unjoni fil-qafas ta' dan ir-Regolament, kif ġej:
is-servizzi ġeneriċi, il-pjattaformi ta' servizzi prinċipali u l-azzjonijiet ta' appoġġ għall-programmi għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta' għotjiet u/jew akkwist;
l-azzjonijiet fil-qasam tan-netwerks tal-broadband għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta' strumenti finanzjarji;
l-azzjonijiet fil-qasam tal-forniment tal-konnettività lokali bla fili li tkun mingħajr ħlas u mingħajr kondizzjonijiet diskriminatorji fil-komunitajiet lokali għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta' għotjiet jew forom oħra ta' għajnuna finanzjarja, li ma' jinkludux strumenti finanzjarji.
KAPITOLU III
Għotjiet ta' flus
Artikolu 8
Forom ta' għotjiet ta' flus u spejjeż eliġibbli
Il-programmi ta’ ħidma msemmijin fl-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament għandhom jistabbilixxu l-forom ta’ għotjiet ta' flus li jistgħu jintużaw għall-finanzjament tal-azzjonijiet ikkonċernati.
Fir-rigward tal-ammont ta' EUR 11 305 500 000 trasferit mill-Fond ta' Koeżjoni li għandu jintefaq mill-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni, ir-regoli ta' eliġibbiltà dwar il-VAT għandhom ikunu dawk applikabbli għal Fond ta’ Koeżjoni msemmija f'Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni.
Artikolu 9
Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
Dawn ma jistgħux jirċievu assistenza finanzjarja skont dan ir-Regolament, ħlief meta dan ikun indispensabbli għall-kisba tal-objettivi ta' xi proġett partikolari ta' interess komuni.
Artikolu 10
Rati ta' finanzjament
Fis-settur tat-trasport, l-ammont ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż:
fir-rigward ta' għotjiet ta' flus għal studji, 50 % tal-ispejjeż eliġibbli;
fir-rigward ta' għotjiet ta' flus għal xogħlijiet:
ta' netwerks ferrovjarji, u tat-toroq fil-każ ta’ Stati Membri li ma għandhomx netwerk ferrovjarju stabbilit fit-territorju tagħhom jew fil-każ ta’ Stat Membru, jew parti minnu, b’netwerk iżolat mingħajr trasport ferrovjarju tal-merkanzija għal distanzi twal: 20 % tal-ispejjeż eliġibbli; ir-rata ta' finanzjament tista' tiġi miżjuda sa massimu ta' 30 % għal azzjonijiet li jindirizzaw il-konġestjonijiet u sa 40 % għal azzjonijiet li jikkonċernaw sezzjonijiet transkonfinali u azzjonijiet għat-tisħiħ tal-interoperabbiltà ferrovjarja;
ta' passaġġi fuq l-ilma interni: 20 % tal-ispejjeż eliġibbli; ir-rata ta' finanzjament tista' tiżdied sa massimu ta' 40 % għal azzjonijiet li jikkonċernaw il-konġestjonijiet u sa massimu ta' 40 % għal azzjonijiet li jikkonċernaw sezzjonijiet transkonfinali;
ta' trasport fuq l-art, konnessjonijiet ma' u l-iżvilupp ta' pjattaformi loġistiċi multimodali inklużi konnessjonijiet għal portijiet interni u marittimi u ajruporti, kif ukoll l-iżvilupp tal-portijiet: 20 % tal-ispejjeż eliġibbli;
ta' azzjonijiet sabiex jitnaqqas l-istorjbu li joħroġ mill-ferroviji li jġorru l-merkanzija inkluż permezz ta' twaħħil ta' tagħmir apposta: 20 % tal-ispejjeż eliġibbli sa limitu kkombinat ta' 1 % tar-riżorsi finanzjarji baġitarji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1);
ta' aċċessibilità aħjar għall-infrastuttura tat-trasport għal persuni b'diżabilità: 30 % tal-ispiża eliġibbli għal xogħlijiet ta' adattament, li fl-ebda każ ma jaqbżux l-10 % tal-ispiża eliġibbli tax-xogħlijiet;
ta' azzjonijiet li jappoġġaw it-teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni għal kull mezz ta' trasport: 20 % tal-ispejjeż eliġibbli;
ta' azzjonijiet ta' appoġġ għal sezzjonijiet ta' toroq transkonfinali: 10 % tal-ispejjeż eliġibbli;
fir-rigward ta' għotjiet ta' flus għal sistemi u servizzi ta' applikazzjonijiet telematiċi:
fir-rigward ta' komponenti bbażati fuq l-art tal-ERTMS, tas-SESAR, tal-RIS u tal-VTMIS, 50 % tal-ispejjeż eliġibbli;
ir-rigward ta' komponenti bbażati fuq l-art tal-ITS għas-settur tat-toroq: 20 % tal-ispejjeż eliġibbli;
għal komponenti abbord tal-ERTMS: 50 % tal-ispejjeż eliġibbli;
għal komponenti abbord tas-SESAR, tal-RIS, TAL-VTMIS u tal-ITS għas-settur tat-toroq: 20 % tal-ispejjeż eliġibbli, sa massimu kkombinat ta' 5 % tar-riżorsi baġitarji msemmija f'punt (a) tal-Artikolu 5(1);
fir-rigward ta' azzjonijiet ta' appoġġ għall-iżvilupp tal-awtostradi tal-baħar: 30 % tal-ispejjeż eliġibbli;
Il-Kummissjoni għandha toħloq kundizzjonijiet li jwasslu għall-iżvilupp ta' proġetti li jinvolvu l-awtostradi tal-baħar ma' pajjiżi terzi;
fir-rigward tas-sistemi ta' applikazzjonijiet telematiċi minbarra dawk imsemmija f'punti (i) sa (iv) u servizzi ta' trasport ta’ merkanzija, parkings siguri fuq in-netwerk ewlieni tat-toroq: 20 % tal-ispejjeż eliġibbli.
Fis-settur tat-telekomunikazzjoni, l-ammont ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni ma għandux jaqbeż:
fir-rigward ta' azzjonijiet fil-qasam servizzi ġeneriċi: 75 % tal-ispejjeż eliġibbli;
għal azzjonijiet orizzontali inklużi t-tfassil ta' kartografija tal-infrastruttura, ġemellaġġ u għajnuna teknika: 75 % tal-ispejjeż eliġibbli.
Il-pjattaformi tas-servizzi ewlenin għandhom normalment jiġu ffinanzjati permezz ta' akkwisti. F’każijiet eċċezzjonali, jistgħu jiġu ffinanzjati minn għotja ta' flus li tkopri sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' kofinanzjament.
L-azzjonijiet fil-qasam tal-forniment tal-konnettività lokali bla fili mingħajr ħlas u mingħajr kondizzjonijiet diskriminatorji fil-komunitajiet lokali għandhom jiġu ffinanzjati b'għajnuna finanzjarja tal-Unjoni li għandha tkopri sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' kofinanzjament.
Artikolu 11
Sejħiet speċifiċi għal fondi trasferiti mill-Fond ta' Koeżjoni fis-settur tat-trasport
Minkejja l-Artikolu 10, u fir-rigward tal-ammont ta' EUR 11 305 500 000 trasferit mill-Fond ta' Koeżjoni li għandu jintefaq esklussivament fl-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni, ir-rati massimi ta' finanzjament għandhom ikunu dawk applikabbli għal Fond ta’ Koeżjoni kif imsemmi f'Regolament li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni għal dan li ġej:
azzjonijiet fir-rigward ta' għotjiet ta' flus għal studji;
azzjonijiet fir-rigward ta' għotjiet ta' flus għal xogħlijiet:
ferroviji u passaġġi tal-ilma fuq l-art;
azzjonijiet ta' appoġġ għal sezzjonijiet minn toroq li jkunu transkonfinali u, fil-każ ta' Stati Membri li ma għandhomx netwerks ferrovjarji n-netwerk stradali TEN-T;
azzjonijiet għal trasport fuq l-art, konnessjonijiet ma' u l-iżvilupp ta' pjattaformi loġistiċi multimodali inklużi konnessjonijiet għal portijiet interni u marittimi u ajruporti, inklużi faċilitajiet awtomatiċi għat-tibdil tal-wisa' għall-binarji, u l-iżvilupp ta' portijiet inklużi kapaċitajiet ta' tkissir tas-silġ, kif ukoll punti ta' kollegament, b'attenzjoni partikolari mogħtija lil konnessjonijiet ferrovjarji, minbarra fil-każ ta' Stati Membri mingħajr netwerk ferrovjarju;
azzjonijiet fir-rigward ta' għotjiet ta' flus għal sistemi u servizzi ta' applikazzjonijiet telematiċi:
l-ERTMS, l-RIS u l-VTMIS, is-sistema SESAR u ITS għas-settur tat-toroq;
sistemi ta' applikazzjonijiet telematiċi oħra;
azzjonijiet li jappoġġaw l-iżvilupp tal-awtostradi tal-baħar;
azzjonijiet fir-rigward ta' għotjiet ta' flus li jappoġġaw teknoloġiji ġodda u innovazzjoni għall-mezzi kollha ta’ trasport.
Artikolu 12
Revokar, tnaqqis, sospensjoni u twaqqif tal-għotja
KAPITOLU IV
Akkwist
Artikolu 13
Akkwist
Proċeduri ta’ akkwist pubbliku mwettqa mill-Kummissjoni jew minn xi wieħed mill-korpi msemmija fl-Artikolu 6(3) f’ismu stess jew b’mod konġunt ma’ Stati Membri jistgħu:
jipprovdu għal kundizzjonijiet speċifiċi bħall-post li fih jitwettqu l-attivitajiet tal-akkwisit, fejn dawn il-kundizzjonijiet ikunu ġustifikati kif inhu xieraq mill-objettivi tal-azzjonijiet u sakemm tali kundizzjonijiet ma jiksrux il-prinċipji marbuta ma' akkwist pubbliku tal-Unjoni u nazzjonali;
jawtorizzaw l-għoti ta' aktar minn kuntratt wieħed fi ħdan l-istess proċedura (“fornitura multipla”).
KAPITOLU V
Strumenti finanzjarji
Artikolu 14
Forom ta' strumenti finanzjarji
Il-fużjoni ta' bonds tal-proġetti għandha tkun soġġetta għar-rapport interim li għandu jitwettaq fit-tieni nofs tal-2013 kif definit fir-Regolament (KE) Nru 680/2007 u fid-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE. L-Inizjattiva tal-Bonds tal-Proġetti għandha tibda progressivament b'massimu ta' EUR 230 000 000 matul is-snin 2014 u 2015. L-implimentazzjoni sħiħa tal-inizjattiva hija soġġetta għal evalwazzjoni sħiħa indipendenti li għandha titwettaq fl-2015 kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 680/2007 u fid-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE. Fid-dawl ta' dik l-evalwazzjoni, b'kunsiderazzjoni għall-għażliet kollha, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tipproponi tibdiliet regolatorji xierqa, inklużi tibidliet leġislattivi, b'mod partikolari jekk l-assorbiment tas-suq imbassar ma jkunx sodisfaċenti jew fil-każ li sorsi alternattivi biżżejjed għall-finanzjament fit-tul tad-dejn isiru disponibbli.
Jistgħu jintużaw l-istrumenti finanzjarji li ġejjin:
strumenti ta’ ekwità, bħal fondi ta’ investiment b’enfasi fuq il-forniment ta’ kapital riskju għal azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta’ interess komuni;
self u/jew garanziji iffaċilitati permezz ta' strumenti bbażati fuq il-kondiviżjoni tar-riskji, inkluż il-mekkaniżmu ta’ tisħiħ tal-kreditu għal bonds għal proġetti, b'appoġġ għal proġetti individwali jew portafolli ta' proġetti maħruġin minn istituzzjoni finanzjarja bir-riżorsi tagħha stess u b’kontribuzzjoni mill-Unjoni għall-provvediment u/jew l-allokazzjoni ta’ kapital.
Artikolu 15
Kundizzjonijiet għall-għoti ta' assistenza finanzjarja permezz ta' strumenti finanzjarji
Azzjonijiet appoġġati permezz ta’ strumenti finanzjarji għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta’ maturità u għandhom ifittxu li jkollhom diversifikazzjoni settorjali skont l-Artikoli 3 u 4, kif ukoll bilanċ ġeografiku fost l-Istati Membri. Huma għandhom:
jirrappreżentaw valur miżjud Ewropew;
iwieġbu għall-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020;
jippreżentaw effett ta' ingranaġġ fir-rigward tal-appoġġ tal-Unjoni, jiġifieri għandu jkollhom l-għan li jimmobilizzaw investiment globali akbar mid-daqs tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni skont l-indikaturi definiti minn qabel.
Artikolu 16
Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi
Azzjonijiet f'pajjiżi terzi jistgħu jingħataw appoġġ permezz tal-istrumenti finanzjarji jekk dawk l-azzjonijiet ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' xi proġett ta' interess komuni.
KAPITOLU Va
Taħlit
Artikolu 16a
Faċilitajiet ta’ taħlit tal-FNE
Barra l-limitu massimu stipulat fl-ewwel subparagrafu, fis-settur tat-trasport il-kontribut globali mill-baġit tal-Unjoni għall-faċilitajiet ta’ taħlit tal-FNE ma għandux jaqbeż il-EUR 500 000 000 .
Jekk l-10 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv għall-implimentazzjoni tal-FNE msemmi fl-Artikolu 5(1) ma jintużax kompletament għal faċilitajiet ta’ taħlit u/jew strumenti finanzjarji tal-FNE, l-ammont li jifdal għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni u jitqassam mill-ġdid għal dak il-pakkett finanzjarju.
L-operazzjonijiet ta’ taħlit appoġġati permezz ta’ faċilità ta’ taħlit tal-FNE għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta’ maturità u għandhom ifittxu li jkollhom diversifikazzjoni settorjalif’konformità mal-Artikoli 3 u 4, kif ukoll bilanċ ġeografiku fost l-Istati Membri. Huma għandhom:
jirrappreżentaw valur miżjud Ewropew;
iwieġbu għall-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020;
jikkontribwixxu, meta possibbli, għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima.
KAPITOLU VI
Programmar, implimentazzjoni u kontroll
Artikolu 17
Programmi ta’ ħidma pluriennali u/jew annwali
L-ammont tal-pakkett finanzjarju għandu jkun fil-medda ta’ bejn 80 % sa 95 % tar-riżorsi baġitarji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1).
Il-proġetti msemmijin fil-Parti I tal-Anness I mhumiex vinkolanti fuq l-Istati Membri għad-deċiżjonijiet ta' programmazzjoni tagħhom. Id-deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dawk il-proġetti hija kompetenza tal-Istati Membri u tiddependi mill-kapaċità ta' finanzjamenti pubbliċi, u l-vijabbiltà soċjoekonomika tagħhom skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013.
Artikolu 18
Għoti ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni
Artikolu 19
Ammonti annwali
Il-Kummissjoni tista' taqsam l-impenji baġitarji f'ammonti annwali. Jekk isir hekk, kull sena għandha tikkommetti l-ammonti annwali filwaqt li tikkunsidra l-progress tal-azzjonijiet li jkunu qed jirċievu assistenza finanzjarja, l-istima tal-ħtiġijiet tagħhom u l-baġit disponibbli.
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-benefiċjarji tal-għotjiet finanzjarji, lill-Istati Membri kkonċernati u, jekk applikabbli għal strumenti finanzjarji, lill-istituzzjonijiet finanzjarji kkonċernati skeda ta' żmien indikattiva li tkopri l-impenn tal-ammonti annwali individwali.
Artikolu 20
Riportament ta' approprjazzjonijiet
Approprjazzjonijiet li ma jkunux intużaw sal-aħħar tas-sena finanzjarja li ddaħħlu taħtha għandhom jiġu riportati skont ir-Regolament (UE) Nru 966/2012.
Artikolu 21
Atti delegati
Soġġett għall-approvazzjoni tal-Istat(i) Membru(i) kkonċernati kif previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 TFUE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament rigward il-modifika tal-Parti I tal-Anness I għal dan ir-Regolament, biex jittieħed kont tal-prijoritajiet finanzjarji li jitbiddlu fin-netwerks trans-Ewropej u ta' bidliet rigward proġetti ta' interess komuni identifikati fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013. Fl-emendar tal-Parti I tal-Anness I għal dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiżgura:
li l-proġetti ta' interess komuni skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013, x'aktarx jiġu realizzati kompletament jew parzjalment taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020;
li l-modifiki jikkonformaw mal-kriterji ta' eliġibbiltà stipulati fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament;
rigward il-Parti I tal-Anness I għal dan ir-Regolament, li s-sezzjonijiet kollha jinkludu proġetti ta' infrastruttura li r-realizzazzjoni tagħhom ser teħtieġ l-inklużjoni tagħhom fi programm ta' ħidma pluriennali taħt l-Artikolu 17(3) ta' dan ir-Regolament, mingħajr ma jitbiddel l-allinjament tal-kurituri prinċipali tan-netwerk.
Meta temenda l-Parti III tal-Anness I għal dan ir-Regolament fil-każijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu il-Kummissjoni għandha dejjem tiżgura li:
l-emendi jsiru f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, inkluża l-evalwazzjoni ex ante msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 140(2) tiegħu, u
l-emendti jkunu limitati għal:
il-bidliet tal-livell limitu tal-finanzjament subordinat tad-dejn kif imsemmi f'I.1(a) u I.1(b) tal-Parti III tal-Anness I għal dan ir-Regolament, bil-ħsieb li tinsab diversifikazzjoni settorjali u bilanċ ġoegrafiku fl-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 15;
il-bidliet tal-livell limitu tal-finanzjament tad-dejn superjuri kif imsemmi f'I.1(a) tal-Parti III tal-Anness I għal dan ir-Regolament, bil-ħsieb li tinsab diversifikazzjoni settorjali u bilanċ ġoegrafiku fl-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 15;
il-kombinazzjoni ma' sorsi oħrajn ta' finanzjament kif imsemmi f'I.3 u II.3 tal- Parti III tal-Anness I;
l-għażla ta' entitajiet fdati kif imsemmi f'I.4 u II.4 tal-Parti III tal-Anness I; u
prezzijiet, kondiviżjoni tar-riskji u tad-dħul kif imsemmi f'I.6 u II.6 tal-Parti III tal-Anness I.
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 26 biex tgħolli l-limitu massimu stipulat fl-Artikolu 14(2) sa 10 %, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-evalwazzjoni tal-fażi pilota tal-Inizjattiva tal-Bonds tal-Proġetti mwettqa fl-2015 tkun pożittiva; u
l-assorbiment ta' strumenti finanzjarji jaqbeż is-6,5 % f'termini ta' impenji kuntrattwali tal-proġetti.
Artikolu 22
Responsabbiltà tal-benefiċjarji u tal-Istati Membri
Fl-ambitu tar-responsabbiltjiet rispettivi tagħhom, u mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jaqgħu fuq benefiċjari taħt il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għotjiet, il-benefiċjarji u l-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jimplimentaw il-proġetti ta’ interess komuni li jirċievu assistenza finanzjarja mill-Unjoni mogħtija skont dan ir-Regolament.
L-Istati Membri għandhom iwettqu l-monitoraġġ tekniku u l-kontroll finanzjarju ta’ azzjonijiet b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u għandhom jiċċertifikaw li l-ispiża li tkun saret fir-rigward ta’ proġetti jew partijiet minnhom tkun tħallset u li l-ħlas ikun sar f'konformità mar-regoli rilevanti. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tipparteċipa waqt kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post.
L-Istati Membri għandhom kull sena jgħarrfu lill-Kummissjoni, jekk ikun rilevanti permezz ta' sistema interattiva ta' informazzjoni ġeografika u teknika, dwar il-progress li jkun għaddej fl-implimentazzjoni tal-proġetti ta' interess komuni u l-investimenti magħmula għal dan l-iskop, inkluż l-ammont ta' għajnuna użata bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi marbuta mat-tibdil fil-klima. Abbażi ta' dak, il-Kummissjoni għandha tippubblika, u taġġorna għall-inqas kull sena, informazzjoni dwar il-proġetti speċifiċi fil-FNE.
Iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa msemmija fit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu mhijiex obbligatorja għal għotjiet mogħtija fuq il-bażi tar-Regolament (UE) Nru 283/2014.
Ir-rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi infurmata annwalment imsemmi fit-tielet paragrafu ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika għall-għotjiet jew forom oħra ta' għajnuna finanzjarja mogħtija fil-qafas tal-punt (c) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 283/2014.
Artikolu 23
Konformità mal-politiki tal-Unjoni u mad-dritt tal-Unjoni
L-azzjonijiet biss li huma f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u li huma f’konformità mal-politiki rilevanti tal-Unjoni għandhom ikunu ffinanzjati skont dan ir-Regolament.
Artikolu 24
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
TITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 25
Proċedura tal-kumitat
Artikolu 26
Eżerċitar ta' delega
Artikolu 27
Evalwazzjoni
Artikolu 28
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
Artikolu 29
Emenda tar-Regolament (UE) Nru 913/2010
Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 huwa b’dan emendat kif ġej:
L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 913/2010 huwa sostitwit bit-test tal-Anness II għal dan ir-Regolament. Konsegwentement, il-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija riveduti għandhom jibqgħusoġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 913/2010.
Artikolu 30
Dispożizzjonijiet transizzjonali
Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika, li tinkludi l-kanċellazzjoni totali jew parzjali, tal-proġetti kkonċernati, sakemm dawn jingħalqu, jew tal-assistenza finanzjarja mogħtija mill-Kummissjoni skont ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010, jew kwalunkwe liġi oħra li tapplika għal dik l-assistenza fil-31 ta’ Diċembru 2013, li għandha tibqa' tkompli tapplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sakemm dawn jingħalqu.
Artikolu 31
Tħassir
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 huma mħassra b'effett mill-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 32
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
PARTI I
LISTA TA’ PROĠETTI IDENTIFIKATI BIL-QUDDIEM FIN-NETWERK EWLIENI FIS-SETTUR TAT-TRASPORT
1. Prijoritajiet Orizzontali
|
Ġestjoni u servizzi innovattivi |
Ajru Uniku Ewropew – sistema SESAR |
|
Ġestjoni u servizzi innovattivi |
Sistemi ta' applikazzjonijiet telematiċi għat-toroq, il-ferroviji, il-passaġġi tal-ilma interni u l-bastimenti (ITS, ERTMS, RIS u VTMIS) |
|
Ġestjoni u servizzi innovattivi |
Portijiet marittimi tan-netwerk ewlieni, awtostradi tal-baħar (MoS) u ajruporti, infrastruttura sigura u sikura |
|
Teknoloġiji ġodda u innovazzjoni |
Teknoloġiji ġodda u innovazzjoni f'konformità mal-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 13152013 |
2. Kurituri fin-netwerk ewlieni
Baltiku – Adrijatiku
ALLINJAMENT:
Gdynia – Gdańsk – Katowice/Sławków
Gdańsk – Warszawa – Katowice
Katowice – Ostrava – Brno – Wien
Szczecin/Świnoujście – Poznań – Wrocław – Ostrava
Katowice – Žilina – Bratislava – Wien
Wien – Graz – Villach – Udine – Trieste
Udine – Venezia – Padova – Bologna – Ravenna
Graz – Maribor – Ljubljana – Koper/Trieste
SEZZJONIJIET IDENTIFIKATI MINN QABEL INKLUŻI PROĠETTI:
|
Gdynia - Katowice |
Ferrovija |
Xogħlijiet |
|
Gdynia, Gdańsk |
Port |
Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet, (aktar) żvilupp tal-pjattaformi multimodali |
|
Warszawa - Katowice |
Ferrovija |
Xogħlijiet |
|
Wroclaw – Poznań – Szczecin/Świnoujście |
Ferrovija |
Xogħlijiet |
|
Świnoujście, Szczecin |
Port |
Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet |
|
Bielsko Biala – Žilina |
Triq |
Xogħlijiet |
|
Katowice - Ostrava - Brno - Wien & Katowice - Žilina - Bratislava - Wien |
Ferrovija |
Xogħlijiet, b'mod partikolari sezzjonijiet transkonfinali PL-CZ, CZ-AT, PL-SK and SK-AT, linja Brno-Přerov; (aktar) żvilupp ta' pjattaformi multimodali u interkonnessjonijiet ajruport-ferroviji |
|
Wien - Graz - Klagenfurt - Udine - Venezja - Ravenna |
Ferrovija |
Kostruzzjoni parzjali ta' linji ġodda lines (Semmering Base Tunnel u linja Ferrovjarja Koralm), titjib tal-ferrovija; xogħjijiet għandhom għaddejjin; aktar) żvilupp ta' pjattaformi multimodali; titjib tal-linja b'binarju doppju eżistenti bejn Udine - Cervignano u Trieste |
|
Graz – Maribor – Pragersko |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet għat-tieni binarju |
|
Trieste, Venezia, Ravenna, Koper |
Portijiet |
Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet, (aktar) żvilupp tal-pjattaformi multimodali |
Baħar tat-Tramuntana – Baltiku
ALLINJAMENT:
Helsinki – Tallinn – Rīga
Ventspils – Rīga
Rīga – Kaunas
Klaipėda – Kaunas – Vilnius
Kaunas – Warszawa
Fruntiera BY – Warszawa – Poznań – Frankfurt/Oder – Berlin – Hamburg
Berlin – Magdeburg – Braunschweig – Hannover
Hannover – Bremen – Bremerhaven/Wilhelmshaven
Hannover – Osnabrück – Hengelo – Almelo – Deventer – Utrecht
Utrecht – Amsterdam
Utrecht – Rotterdam – Antwerpen
Hannover – Köln – Antwerpen
SEZZJONIJIET IDENTIFIKATI MINN QABEL INKLUŻI PROĠETTI:
|
Helsinki - Tallinn |
Portijiet, MoS |
Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet, (aktar) żvilupp tal-pjattaformi multimodali u l-interkonnessjonijiet ta' bejniethom, kapaċità tat-tkissir tas-silġ, MoS |
|
Tallinn - Rīga - Kaunas - Warszawa |
Ferrovija |
Studji (dettaljati) fuq linja li tkun kompletament interoperabbli tad-daqs UIC il-ġdid; xogħlijiet fuq linja ġdida għandhom jibdew qabel l-2020; titjib u linja ġdida fuq it-territorju PL, ferrovija – interkonnessjonijiet ma’ ajruporti/portijiet, terminals ferrovjarji, MoS |
|
Ventspils – Rīga |
Ferrovija |
Titjib, interkonnessjonijiet bejn il-portijiet, MoS |
|
Klaipėda – Kaunas |
Ferrovija |
Titjib, interkonnessjonijiet bejn il-portijiet, MoS |
|
Kaunas – Vilnius |
Ferrovija |
Titjib, interkonnessjonijiet ma’ ajruporti, terminals ferrovjarji |
|
Kuritur Via Baltica |
Triq |
Xogħlijiet għal sezzjonijiet transkonfinali (EE, LV, LT, PL) |
|
Fruntiera BY - Warszawa - Poznań – fruntieri DE |
Ferrovija |
Xogħlijiet fuq il-linja eżistenti, studji għal ferrovija li timxi b'veloċità qawwija |
|
fruntiera PL- Berlin - Hannover - Amsterdam/Rotterdam |
Ferrovija |
Studji u titijib ta' diversi sezzjonijiet (Amsterdam – Utrecht – Arnhem; Hannover – Berlin) |
|
Wilhelmshaven - Bremerhaven - Bremen |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet |
|
Berlin - Magdeburg – Hannover, Mittellandkanal, kanali fil-Ġermanja tal-Punent, Rhine, Waal, Noordzeekanaal, IJssel, Twentekanaal |
Passaġġi tal-ilma interni |
Studji, xogħlijiet għal navigabbiltà aħjar u titjib ta' passaġġi tal-ilma u locks |
|
locks f'Amsterdam & Amsterdam - Rijnkanaal |
Passaġġi tal-ilma interni |
Locks: għadhom għaddejjin studji; port: interkonnessjonijiet (studji u xogħlijiet, inkluż it-titjib tal-Beatrix lock) |
Mediterran
ALLINJAMENT:
Algeciras – Bobadilla –Madrid – Zaragoza – Tarragona
Sevilla – Bobadilla – Murcia
Cartagena – Murcia – Valencia – Tarragona
Tarragona – Barcelona – Perpignan – Marseille/Lyon – Torino – Novara – Milano – Verona – Padova – Venezia – Ravenna/Trieste/Koper – Ljubljana – Budapest
Ljubljana/Rijeka – Zagreb – Budapest – Fruntiera UA
SEZZJONIJIET IDENTIFIKATI MINN QABEL INKLUŻI PROĠETTI:
|
Algeciras - Madrid |
Ferrovija |
Studji għaddejjin, xogħlijiet għandhom jitnedew qabel l-2015, għandhom jistlestew sal-2020 |
|
Sevilla - Antequera - Granada - Almería - Cartagena - Murcia - Alicante - Valencia |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet |
|
Madrid-Zaragoza-Barcelona |
Ferrovija |
Titjib tal-linji ferrovjarji eżistenti (id-daqs, il-binarji, il-pjattaformi) |
|
Valencia - Tarragona - Barcelona |
Ferrovija |
Bini bejn 2014 – 2020 |
|
Barċellona |
Port |
Interkonnessjonijiet tal-ferrovija mal-port u l-ajruport |
|
Barcelona - Perpignan |
Ferrovija |
Sezzjoni transkonfinali, xogħlijiet għaddejjin, linja ġdida lesta sal-2015, titjib tal-linja eżistenti (id-daqs, il-binarji, il-pjattaformi) |
|
Perpignan-Montpellier |
Ferrovija |
Il-bypass Nîmes - Montpellier għandha tkun tintuża fl- 2017, ta' Montpellier - Perpignan għall-2020 |
|
Lyon |
Ferrovija |
Jittaffew l-konġestjonijiet f'Lyon: studji u xogħlijiet |
|
Lyon – Avignon – Marseille |
Ferrovija |
Titjib |
|
Lyon - Torino |
Ferrovija |
Sezzjoni transkonfinali, xogħlijiet fuq mina għall-ferroviji; studji fuq rotot ta' aċċess |
|
Milano - Brescia |
Ferrovija |
Titjib parzjali tal-linja ferrovjarja b'veloċità qawwija u linja ferrovjarja b'veloċità qawwija parzjalment ġdida |
|
Brescia - Valenzia – Trieste |
Ferrovija |
Ix-xogħlijiet għandhom jibdew qabel l-2014 f'sinerġija mal-azzjonijiet ta' titjib imwettqa f’firxiet imrikkbin fuq xulxin bħal fil-Kuritur Baltiku Adrijatiku |
|
Milano – Cremona- Mantova – Porto Levante/Venezia – Ravenna/Trieste |
Passaġġi tal-ilma interni |
Studji u xogħlijiet |
|
Cremona, Mantova, Venezia, Ravenna, Trieste |
Portijiet Interni |
Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet, (aktar) żvilupp tal-pjattaformi multimodali |
|
Trieste - Divača |
Ferrovija |
Studji u titjib parzjali għaddejjin; sezzjoni transkonfinali għandha ssir sa wara l-2020 |
|
Koper - Divača - Ljubljana – Pragersko |
Ferrovija |
Studji u titjib/ linja parzjalment ġdida |
|
Rijeka – Zagreb – Budapest |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet (inklużi l-bini ta' linja ġdida u linja oħra bejn Rijeka u l-fruntiera HU) |
|
Rijeka |
Port |
Titjib u żvilupp tal-infrastruttura, żvilupp ta' pjattaformi multimodali u interkonnessjonijiet |
|
Ljubljana – Zagreb |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet |
|
Nodu f’Ljubljana |
Ferrovija |
Nodu tal-ferrovija f’Ljubljana, li tinkludi pjattaforma multimodali; interkonnessjoni għall-ajruport bil-ferrovija |
|
Pragersko - Zalalövö |
Ferrovija |
Sezzjoni transkonfinali: studji, xogħlijiet għandhom jibdew qabel l-2020 |
|
Lendava - Letenye |
Triq |
Titjib transkonfinali |
|
Boba- Székesfehérvár |
Ferrovija |
Titjib |
|
Budapest-Miskolc-fruntiera UA |
Ferrovija |
Titjib |
|
Vásárosnamény-Fruntiera UA |
Triq |
Titjib transkonfinali |
Orjent/Lvant tal-Mediterran
ALLINJAMENT:
Hamburg – Berlin
Rostock – Berlin – Dresden
Bremerhaven/Wilhelmshaven – Magdeburg – Dresden
Dresden – Ústí nad Labem – Mělník/Praha – Kolín
Kolín – Pardubice – Brno – Wien/Bratislava – Budapest – Arad – Timișoara – Craiova – Calafat – Vidin – Sofia
Sofia – Plovdiv – Burgas
Plovdiv – fruntiera TR
Sofia – Thessaloniki – Athína – Piraeus – Lemesos – Lefkosia
Athína – Patras/Igoumenitsa
SEZZJONIJIET IDENTIFIKATI MINN QABEL INKLUŻI PROĠETTI:
|
Dresden - Praha |
Ferrovija |
Studji għal ferrovija li timxi b'veloċità qawwija |
|
Praha |
Ferrovija |
Titjib, bypass għat-trasport tal-merkanzija, kollegament għall-ajruport bil-ferrovija |
|
Hamburg – Dresden – Praha – Pardubice |
Passaġġi tal-ilma interni |
Studji dwar Elbe u Vltava, xogħlijiet għal navigabbiltà aħjar u titjib |
|
Il-magħluqin (locks) ta' Děčín |
Passaġġi tal-ilma interni |
studji |
|
Praha - Brno - Břeclav |
Ferrovija |
Titjib, inkluż għajnodu tal-ferrovija f’Brno u pjattaforma multimodali |
|
Břeclav – Bratislava |
Ferrovija |
Transkonfinali, titjib |
|
Bratislava – Hegyeshalom |
Ferrovija |
Transkonfinali, titjib |
|
Mosonmagyaróvár – Fruntiera SK |
Triq |
Titjib transkonfinali |
|
Tata – Biatorbágy |
Ferrovija |
Titjib |
|
Budapest – Arad – Timișoara – Calafat |
Ferrovija |
Titjib fl-HU kważi lest, għadu għaddej fir-RO |
|
Vidin – Sofia – Burgas/fruntiera TR Sofia – Thessaloniki – Athína /Piraeus |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet Vidin – Sofia – Thessaloniki - Athína; titjib Sofia – Burgas/fruntiera TR |
|
Vidin – Craiova |
Triq |
Titjib transkonfinali |
|
Thessaloniki, Igoumenitsa |
Port |
Titjib u żvilupp tal-infrastruttura, interkonnessjonijiet multimodali |
|
Athína /Piraeus/Heraklion – Lemesos |
Portijiet, MoS |
Kapaċità tal-port u interkonnessjonijiet multimodali |
|
Lemesos – Lefkosia |
Portijiet, pjattaformi multimodali |
Titjib tal-interkonnessjonijiet modali, inkluż Lefkosia south orbital, studji u xogħlijiet, sistemi ta' ġestjoni tat-traffiku |
|
Lefkosia – Larnaca |
Pjattaformi multimodali |
Interkonnessjonijiet multimodali u sistemi ta' applikazzjonijiet telematiċi |
|
Patras |
Port |
Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet, (aktar) żvilupp tal-pjattaformi multimodali |
|
Athína - Patras |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet, interkonnessjonijiet bejn il-portijiet |
Skandinavja – Mediterran
ALLINJAMENT:
Fruntiera RU – Hamina/Kotka – Helsinki – Turku/Naantali – Stokkolma – Malmö
Oslo – Göteborg – Malmö – Trelleborg
Malmö – København – Kolding/Lübeck – Hamburg – Hannover
Bremen – Hannover – Nürnberg
Rostock – Berlin – Leipzig – München
Nürnberg – München – Innsbruck – Verona – Bologna – Ancona/Firenze
Livorno/La Spezia – Firenze – Roma – Napoli – Bari – Taranto – Valletta
Napoli – Gioia Tauro – Palermo/Augusta – Valletta
SEZZJONIJIET IDENTIFIKATI MINN QABEL INKLUŻI PROĠETTI:
|
Hamina/Kotka – Helsinki |
Port, Ferrovija |
Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet, titjib tal-ferrovija, kapaċitajiet ta' tkissir tas-silġ |
|
Helsinki |
Ferrovija |
Konnessjoni ajruport-ferrovija |
|
Fruntiera RU – Helsinki |
Ferrovija |
Xogħlijiet għaddejjin |
|
Helsinki – Turku |
Ferrovija |
Titjib |
|
Turku/Naantali – Stokkolma |
Portijiet, MoS |
Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet, kapaċità ta' tkissir tas-silġ |
|
Stokkolma - Malmö (Triangolu tat-Tramuntana) |
Ferrovija |
Xogħlijiet għaddejjin fuq taqsimiet speċifici |
|
Trelleborg - Malmö – Göteborg – Fruntiera NO |
Ferrovija, portijiet, MoS |
Xogħlijiet, pjattaformi multimodali u konnessjonijiet bejn il-portijiet f'żoni interni |
|
Fehmarn |
Ferrovija |
Studji għaddejjin, xogħlijiet fuq bini ta' linja fissa li tgħaqqad il-Fehmarn Belt li tibda' fl-2015 |
|
København - Hamburg tgħaddi minn Fehmarn: rotot ta' aċċess |
Ferrovija |
Rotot ta' aċċess għal DK li għandhom jitlestew sal-2020, rotot ta' aċċess għal DE li għandhom jitlestew f'2 passi: elettrifikazzjoni fuq binarju wieħed mat-tlestija tal-kollegament fiss u fuq żewġ binarji seba' snin aktar tard |
|
Rostock |
Portijiet, MoS |
Interkollegamenti bejn il-portijiet u l-ferroviji; bastimenti b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju; kapaċità tat-tkissir tas-silġ |
|
Rostock - Berlin - Nürnberg |
Ferrovija |
Studji u titjib |
|
Hamburg/Bremen - Hannover |
Ferrovija |
Studji għaddejjin |
|
Halle – Leipzig – Nürnberg |
Ferrovija |
Xogħlijiet għaddejjin, għandhom jitlestew sal-2017 |
|
München – Wörgl |
Ferrovija |
Aċċess għall-mina ta' Brenner li tinfed minn ġo muntanja u sezzjoni transkonfinali: studji |
|
Mina ta' Brenner li tinfed minn ġo muntanja |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet |
|
Fortezza - Verona |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet |
|
Napoli - Bari |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet |
|
Napoli – Reggio Calabria |
Ferrovija |
Titjib |
|
Verona – Bologna |
Ferrovija |
Titjib għadu għaddej |
|
Ancona, Napoli, Bari, La Spezia, Livorno |
Portijiet |
Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet, (aktar) żvilupp tal-pjattaformi multimodali |
|
Messina - Catania – Augusta/Palermo |
Ferrovija |
Titjib (fis-sezzjonijiet li fadal) |
|
Palermo/Taranto - Valletta/Marsaxlokk |
Portijiet, MoS |
Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet |
|
Valletta - Marsaxlokk |
Port, ajruport |
Titjib ta' interkonnessjoni modali, inkluża Marsaxlokk-Luqa-Valletta |
|
Bologna – Ancona |
Ferrovija |
Titjib |
Rhine – Alpin
ALLINJAMENT:
Genova – Milano – Lugano – Basel
Genova – Novara – Brig – Bern – Basel – Karlsruhe – Mannheim – Mainz – Koblenz – Köln
Köln – Düsseldorf – Duisburg – Nijmegen/Arnhem – Utrecht – Amsterdam
Nijmegen – Rotterdam – Vlissingen
Köln – Liège – Bruxelles/Brussel – Gent
Liège – Antwerpen – Gent – Zeebrugge
SEZZJONIJIET IDENTIFIKATI MINN QABEL INKLUŻI PROĠETTI:
|
Genova |
Port |
Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet |
|
Genova - Milano/Novara – fruntiera mal-CH |
Ferrovija |
Studji; xogħlijiet li ser jibdew qabel l-2020 |
|
Basel – Antwerpen/Rotterdam - Amsterdam |
Passaġġi tal-ilma interni |
Xogħlijiet għal navigabbiltà aħjar |
|
Karlsruhe - Basel |
Ferrovija |
Xogħlijiet għaddejjin |
|
Frankfurt - Mannheim |
Ferrovija |
Studji għaddejjin |
|
Liège |
Ferrovija |
Konnessjoni ferrovjarja bejn il-port u l-ajruport |
|
Rotterdam – Zevenaar |
Ferrovija |
Studji għaddejjin, titjib |
|
Zevenaar - Emmerich - Oberhausen |
Ferrovija |
Xogħlijiet għaddejjin |
|
Zeebrugge – Gent – Antwerpen - Fruntiera DE |
Ferrovija |
Titjib |
l-Atlantiku
ALLINJAMENT:
Algeciras – Bobadilla – Madrid
Sines / Lisboa – Madrid – Valladolid
Lisboa – Aveiro – Leixões/Porto
Aveiro – Valladolid – Vitoria – Bergara – Bilbao/Bordeaux – Paris – Le Havre/Metz – Mannheim/Strasbourg
SEZZJONIJIET IDENTIFIKATI MINN QABEL INKLUŻI PROĠETTI:
|
Ferrovija li timxi b'veloċità qawwija Sines/Lisboa - Madrid |
Ferrovija, portijiet |
Studji u xogħlijiet għaddejjin, titjib tal-interkonnessjoni modali mal-portijiet ta' Sines/Lisboa |
|
Ferrovija li timxi b'veloċità qawwija Porto - Lisboa |
Ferrovija |
Studji għaddejjin |
|
Konnessjoni ferrovjarja Aveiro – Salamanca – Medina del Campo |
Ferrovija |
Bejn il-fruntieri: xogħlijiet għaddejjin |
|
Konnessjoni ferrovjarja Bergara - San Sebastián - Bayonne |
Ferrovija |
Tlestija fi ES mistennija sal-2016, fi FR sal-2020 |
|
Bayonne - Bordeaux |
Ferrovija |
Konsultazzjoni pubblika għaddejja |
|
Bordeaux - Tours |
Ferrovija |
Xogħlijiet għaddejjin |
|
Paris |
Ferrovija |
Bypass li tippermetti veloċità qawwija lejn in-naħa t'isfel |
|
Baudrecourt - Mannheim |
Ferrovija |
Titjib |
|
Baudrecourt - Strasbourg |
Ferrovija |
Xogħlijiet għaddejjin, għandhom jitlestew sal-2016 |
|
Le Havre - Paris |
Passaġġi tal-ilma interni |
Titjib |
|
Le Havre - Paris |
Ferrovija |
Studji, titjib |
|
Le Havre |
Port, Ferrovija |
Studji u xogħlijiet fuq il-kapaċità tal-port, MoS u interkonnessjonijiet |
il-Baħar tat-Tramuntana – il-Mediterran
ALLINJAMENT:
Belfast – Baile Atha Cliath/Dublin – Corcaigh/Cork
Shannon Foynes/Baile Átha Cliath/Dublin/Corcaigh/Cork – Le Havre/Calais/Dunkerque/Zeebrugge/Terneuzen/Gent/Antwerpen/Rotterdam/Amsterdam
Glasgow/Edinburgh – Liverpool/Manchester – Birmingham
Birmingham – Felixstowe/London /Southampton
London – Lille – Brussel/Bruxelles
Amsterdam – Rotterdam – Antwerpen – Brussel/Bruxelles – Luxembourg
Luxembourg – Metz – Dijon – Macon – Lyon – Marseille
Luxembourg – Metz – Strasbourg – Basel
Antwerpen/Zeebrugge – Gent – Dunkerque/Lille – Paris
SEZZJONIJIET IDENTIFIKATI MINN QABEL INKLUŻI PROĠETTI:
|
Corcaigh/Cork - Dublin - Baile Átha Cliath/Belfast |
Ferrovija |
Studies and works; Baile Átha Cliath/Dublin Interconnector (DART); |
|
Belfast |
Portijiet, pjattaformi multimodali |
Titjib |
|
Glasgow - Edinburgh |
Ferrovija |
Titjib |
|
Manchester – Liverpool |
Ferrovija |
Titjib u elettrifikazzjoni, inkluż in-Northern Hub |
|
Birmingham – Reading – Southampton |
Ferrovija |
Titlib tal-linja għat-trasport tal-merkanzija |
|
Baile Átha Cliath/Dublin, Corcaigh/Cork, Southampton |
Portijiet, Ferrovija |
Studji u xogħlijiet fuq il-kapaċità tal-port, MoS u interkonnessjonijiet |
|
Dunkerque |
Port |
Aktar żvilupp ta' pjattaformi multimodali u interkonnessjonijiet |
|
Calais - Paris |
Ferrovija |
Studji preliminari |
|
Bruxelles/Brussel |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet (konnessjoni mit-Tramuntana għan-Nofsinhar konvenzjonali u ta' veloċità għolja) |
|
Felixstowe – Midlands |
Ferrovija, port, pjattaformi multimodali |
Titjib tal-ferrovija, interkonnessjonijiet bejn il-portijiet u pjattaformi multimodali |
|
Maas, inkluż Maaswerken |
Passaġġi tal-ilma interni |
Titjib |
|
Albertkanaal/ Canal Bocholt-Herentals |
Passaġġi tal-ilma interni |
Titjib |
|
Kuritur Rhine-Scheldt: Volkeraklock u Kreekaklock, Krammerlock u Lock Hansweert |
Passaġġi tal-ilma interni |
Locks: għadhom għaddejjin studji |
|
Terneuzen |
Marittimu |
Locks: għadhom għaddejjin studji; xogħlijiet |
|
Terneuzen - Gent |
Passaġġi tal-ilma interni |
Studji, titjib |
|
Zeebrugge |
Port |
Locks: studji, interkonnessjonijiet (studji u xogħlijiet) |
|
Antwerpen |
Marittimu, port, ferrovija |
Locks: għadhom għaddejjin studji; port: interkonnessjonijiet (inkluż it-tieni aċċess ferrovjarju ghall-port ta' Antwerpen) |
|
Rotterdam - Antwerpen |
Ferrovija |
Titjib fil-linja ferrovjarja għall-ġarr tal-merkanzija |
|
Canal Seine Nord; Seine - Escaut |
Passaġġi tal-ilma interni |
Studji u xogħlijiet; titjib inklużi konnessjonijiet transkonfinali u multimodali |
|
Dunkerque – Lille |
Passaġġi tal-ilma interni |
Studji għaddejjin |
|
Antwerpen, Bruxelles/Brussels, Charleroi |
Passaġġi tal-ilma interni |
Titjib |
|
Titjib fil-passaġġi tal-ilma f’Wallonia |
Passaġġi tal-ilma interni |
Studji, titjib, konnessjonijiet intermodali |
|
Brussel/Bruxelles - Luxembourg - Strasbourg |
Ferrovija |
Xogħlijiet għaddejjin |
|
Antwerp – Namur - Fruntiera LUX – Fruntiera FR |
Ferrovija |
Titlib tal-linja ferrovjarja għall-ġarr tal-merkanzija |
|
Strasbourg - Mulhouse - Basel |
Ferrovija |
Titjib |
|
Konnessjonijiet Ferrovjarji Luxembourg - Dijon - Lyon (TGV Rhin - Rhône) |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet |
|
Lyon |
Ferrovija |
Bypass tal-Lvant: studji u xogħlijiet |
|
Canal Saône - Moselle/Rhin |
Passaġġi tal-ilma interni |
Studji preliminari għaddejjin |
|
Rhône |
Passaġġi tal-ilma interni |
Titjib |
|
Port ta' Marseille-Fos |
Port |
Interkonnessjonijiet u terminali multimodali |
|
Lyon - Avignon - Port de Marseille - Fos |
Ferrovija |
Titjib |
Rhine – Danubju
ALLINJAMENT:
Strasbourg – Stuttgart – München – Wels/Linz
Strasbourg – Mannheim – Frankfurt – Würzburg – Nürnberg – Regensburg – Passau – Wels/Linz
München/Nürnberg – Praha – Ostrava/Přerov – Žilina – Košice – fruntiera UA
Wels/Linz – Wien – Bratislava – Budapest – Vukovar
Wien/Bratislava – Budapest – Arad – Brașov/Craiova – București – Constanța – Sulina
SEZZJONIJIET IDENTIFIKATI MINN QABEL INKLUŻI PROĠETTI:
|
Konnessjoni ferrovjarja Strasbourg - Kehl Appenweier |
Ferrovija |
Wogħlijiet fuq l-interkonnessjoni ma' Appenweier |
|
Karlsruhe - Stuttgart - München |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet għaddejjin |
|
Ostrava/ Přerov – Žilina – Košice – fruntiera UA |
Ferrovija |
Titjib, pjattaformi multimodali |
|
Zlín – Žilina |
Triq |
Sezzjoni transkonfinali tat-triq |
|
München – Praha |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet |
|
Nürnberg – Praha |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet |
|
München - Mühldorf - Freilassing - Salzburg |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet għaddejjin |
|
Salzburg - Wels |
Ferrovija |
Studji |
|
Nürnberg - Regensburg - Passau - Wels |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet |
|
Konnessjoni ferrovjarja Wels - Wien |
Ferrovija |
Mistennija titlesta sal-2017 |
|
Wien – Bratislava / Wien – Budapest / Bratislava – Budapest |
Ferrovija |
Studji dwar ferrovija b'veloċità għolja (inklużi l-allinjament tal-konnessjonijiet bejn it-tliet ibliet) |
|
Budapest - Arad |
Ferrovija |
Studji għal netwerk ta' veloċità qawwija bejn Budapest u Arad |
|
Komárom – Komárno |
Passaġġi tal-ilma interni |
Studji u xogħlijiet għal pont transkonfinali |
|
Arad - Brașov - București - Constanța |
Ferrovija |
Titjib ta' sezzjonijiet speċifiċi; studji dwar veloċità għolja |
|
Main – Main-Donau-Canal |
Passaġġi tal-ilma interni |
Studji u xogħlijiet fuq bosta sezzjonijiet u fejn hemm il-konġestjonijiet; portijiet ta' ilmijiet interni: interkonnessjonijiet multimodali bil-ferrovija |
|
Slavonski Brod |
Port |
Studji u xogħlijiet |
|
Giurgiu, Galați |
Pport |
Aktar żvilupp tal-pjattaformi u l-konnessjonijiet multimodali ma' żoni interni fil-pajjiż: studji u xogħlijiet |
|
Danubju (Kehlheim - Constanța/Midia/Sulina) |
Passaġġi tal-ilma interni |
Studji u xogħlijiet fuq bosta sezzjonijiet u fejn hemm il-konġestjonijiet; portijiet ta' ilmijiet interni: interkonnessjonijiet multimodali |
|
Sava |
Passaġġi tal-ilma interni |
Studji u xogħlijiet fuq bosta sezzjonijiet u fejn hemm il-konġestjonijiet (inkluż pont transkonfinali) |
|
București – Dunăre Canal |
Passaġġi tal-ilma interni |
Studji & xogħlijiet |
|
Constanța |
Port, MoS |
Interkonnessjonijiet bejn il-portijiet, MoS (inklużi servizzi tat-tkissir tas-silġ) |
|
Craiova – București |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet |
3. Sezzjonijiet Oħra fin-Netwerk Ewlieni
|
Sofia għall-fruntiera mal-FYROM |
Transkonfinali |
Ferrovija |
Studji għaddejjin |
|
Sofia għall-fruntiera mas-Serbja |
Transkonfinali |
Ferrovija |
Studji għaddejjin |
|
Timișoara – fruntiera mas-Serbja |
Transkonfinali |
Ferrovija |
Studji għaddejjin |
|
Wrocław – Praha |
Transkonfinali |
Ferrovija |
Studji |
|
Nowa Sól – Hradec Králové |
Transkonfinali |
Triq |
Xogħlijiet |
|
Brno – fruntiera mal-AT |
Transkonfinali |
Triq |
Titjib |
|
Budapest – Zvolen |
Transkonfinali |
Triq |
Titjib |
|
Budapest – Fruntiera mas-SRB |
Transkonfinali |
Ferrovija |
Studji |
|
Kuritur ta' Botnija: Luleå – Oulu |
Transkonfinali |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet |
|
Iași- fruntiera MD border |
Transkonfinali |
Ferrovija |
Studji għaddejjin u xogħlijiet |
|
Fruntiera Suceava-UA border |
Transkonfinali |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet |
|
Proġetti Prijoritarji kif definiti fl-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (Praha - Linz, Ferrovija Ġdida ta' kapaċità Għolja: Passaġġ ta' qsim Ċentrali Trans-Pirinej, "Iron Rhine" (Rheidt-Antwerpen)) |
Transkonfinali |
Ferrovija |
Studji għaddejjin |
|
Târgu Neamt–Ungheni |
Transkonfinali |
Triq |
Titjib |
|
Marijampolė-Kybartai (fruntiera LT/RU) |
Transkonfinali |
Triq |
Titjib |
|
Vilnius-fruntiera LT/BY |
Transkonfinali |
Triq |
Titjib |
|
Ioannina – Kakavia (fruntiera EL/AL) |
Transkonfinali |
Triq |
Studji |
|
Kleidi – Polikastro – Evzonoi (fruntiera EL/FYROM) |
Transkonfinali |
Triq |
Titjib |
|
Serres – Promahonas – fruntiera EL/BG |
Transkonfinali |
Triq |
Xogħlijiet għaddejjin |
|
Alexandroupoli – Kipoi fruntiera EL/TR |
Transkonfinali |
Triq |
Studji u xogħlijiet |
|
Dubrovnik – fruntiera HR/ME |
Transkonfinali |
Triq |
Xogħlijiet |
|
Kędzierzyn Koźle – Chałupki-granica |
Transkonfinali |
Ferrovija |
Xogħlijiet |
|
A Coruña - Vigo - Palencia Gijón - Palencia |
Konġestjoni |
Ferrovija, MoS |
Xogħlijiet għaddejjin (inklużi portijiet u pjattaformi multimodali) |
|
Frankfurt – Fulda – Erfurt – Berlin |
Konġestjoni |
Ferrovija |
Studji |
|
Ferrovija Egnatia |
Konġestjoni |
Ferrovija |
Studji għaddejjin |
|
Sundsvall – Umeå – Luleå |
Konġestjoni |
Ferrovija |
Sudji u xogħlijiet |
|
Zagreb – fruntiera SR |
Konġestjoni |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet |
|
A Coruña - Madrid (servizz tal-passiġġieri ta' veloċità qawwija) |
Konġestjoni |
Ferrovija |
Xogħlijiet għaddejjin |
|
Stokkolma – Gävle – Sundsvall |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Xogħlijiet |
|
Mjölby – Hallsberg – Gävle |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Xogħlijiet |
|
Botnia – Kiruna – fruntiera man-NO |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet |
|
Milford Haven – Swansea – Cardiff |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Titjib |
|
Konnessjoni ferrovjarja Sionainn/Shannon Faing/Foynes - Gabhal Luimnigh/Limerick junction |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Studji |
|
Veloċità Għolja 2 |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet għal linja ta' veloċità għolja Londra – Midlands |
|
Fruntiera mal-UA – Kraków – Katowice – Wrocław – Dresden |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Xogħlijiet |
|
Riga – fruntiera RU/BY |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Titjib |
|
Vilnius – fruntiera mal-BY |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Titjib, interkonnessjoni ma’ ajruport |
|
Kybartai – Kaunas |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Titjib |
|
Tallinn – Tartu – Koidula – fruntiera RU |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Titjib |
|
Marseille – Toulon – Nice – Ventimiglia – Genova |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Studji fuq ferrovija li timxi b'veloċità qawwija |
|
Bordeaux – Toulouse |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Studji fuq ferrovija li timxi b'veloċità qawwija |
|
Helsinki – Oulu |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Titjib ta' xi sezzjonijiet |
|
Bilbao – Pamplona – Zaragoza – Sagunto |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet |
|
Brunsbüttel - Kiel (kanal ta' Nord-Ostsee) |
Netwerk ewlieni ieħor |
Passaġġi tal-ilma interni |
Ottimizzazzjoni tal-istatus ta' navigazzjoni |
|
Cardiff - Bristol - Londra |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Titjib, inkluż Crossrail |
|
Alba-Iulia – Turda – Dej – Suceava – Pașcani – Iași |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet |
|
București - Buzău |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Titjib u tiswija fl-infrastruttura ferrovjarja, u konnessjonijiet ma' żoni interni fil-pajjiż |
|
żona tar-Ruhr - Münster - Osnabrück - Hamburg |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Titjib tas-sezzjoni Münster - Lünen (linja ferrovjarja doppja) |
|
Nantes - Tours - Lyon |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Studji u xogħlijiet |
|
Ploiești-Suceava |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Studji |
|
Heraklion |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ajruport, sistemi/infrastruttura tat-trasport ikkombinati |
Studji u xogħlijiet ta' kostruzzjoni, infrastruttura ta' titjib u żvilupp, interkonnessjonijiet multimodali |
|
Huelva – Sevilla |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Xogħlijiet għaddejjin |
|
Fredericia-Frederikshavn |
Netwerk ewlieni ieħor |
Ferrovija |
Titjib, inkluż elettrifikazzjoni |
|
Barcelona – Valencia – Livorno |
Netwerk ewlieni ieħor |
MoS |
Titjib |
PARTI II
LISTA TA’ KURITURI U OQSMA INFRASTRUTTURALI TA’ PRIJORITÀ Fis-settur TAL-ENERĠIJA
1. Kurituri prijoritarji tal-elettriku
(1) Il-grid barra mill-kosta tal-Ibħra tat-Tramuntana (“NSOG” — Northern Seas Offshore Grid): l-iżvilupp ta’ grid tal-elettriku integrata barra mill-kosta u l-interkonnetturi relatati fil-Baħar tat-Tramuntana, il-Baħar Irlandiż, il-Kanal Ingliż, il-Baħar Baltiku u l-ilmijiet fil-viċin għat-trasport tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli barra mill-kosta lejn ċentri ta’ konsum u ħżin u għaż-żieda tal-iskambju tal-elettriku transkonfinali.
Stati Membri kkonċernati: Il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Isvezja, ir-Renju Unit;
(2) Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa (“NSI West Electricity”): interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri tar-reġjun u maż-żona tal-Mediterran, inkluża l-peniżola Iberika, speċjalment biex jintegraw l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u jsaħħu l-infrastrutturi tal-grids interni biex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq fir-reġjun.
Stati Membri kkonċernati: L-Awstrija, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, Malta, il-Portugall, Spanja, ir-Renju Unit;
(3) Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (“NSI East Electricity”): interkonnessjonijiet u linji interni mit-Tramuntana għal Nofsinhar u mil-Lvant għall-Punent biex jikkompletaw is-suq intern u jintegraw il-ġenerazzjoni minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli.
Stati Membri kkonċernati: L-Awstrija, il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja;
(4) Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fl-elettriku (Baltic Energy Market Interconnection Plan “BEMIP Electricity”): interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri fir-reġjun Baltiku u r-rinfurzar ta’ infrastrutturi tal-grid interni skont dan, biex jintemm l-iżolament tal-Istati Baltiċi u biex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq, fost affarijiet oħra billi jkun hemm ħidma lejn l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fir-reġjun;
Stati Membri kkonċernati: Id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u l-Isvezja.
2. Kurituri prijoritarji tal-gass
(1) Interkonnessjonijiet tal-gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa (“NSI West Gas”): infrastruttura tal-gass għal flussi tal-gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa biex ikomplu jiddiversifikaw ir-rotot tal-provvista u biex tiżdied il-kapaċità ta’ kunsinna ta’ gass fi żmien qasir.
Stati Membri kkonċernati: Il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, Spanja, ir-Renju Unit;
(2) Interkonnessjonijiet tal-gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fix-Xlokk tal-Ewropa (“NSI East Gas”): infrastruttura tal-gass għall-konnessjonijiet tal-gass reġjonali bejn ir-reġjun tal-Baħar Baltiku, il-Baħar Adrijatiku u dak tal-Eġew, il-Baħar Mediterran tal-Lvant u l-Baħar l-Iswed u biex tissaħħaħ id-diversifikazzjoni u s-sigurtà tal-provvista tal-gass;
Stati Membri kkonċernati: L-Awstrija, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja;
(3) Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar (“SGC”): infrastruttura għat-trasmissjoni ta’ gass mill-Baċir tal-Kaspju, l-Asja Ċentrali, il-Lvant Nofsani u l-Baċir Mediterranju tal-Lvant lill-Unjoni, sabiex tissaħħaħ id-diversifikazzjoni tal-provvista tal-gass.
Stati Membri kkonċernati: L-Awstrija, il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Greċja, l-Italja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja;
(4) Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fil-gass (“BEMIP Gas”): infrastruttura tal-gass li ttemm l-iżolament tat-tliet Stati Baltiċi u l-Finlandja u d-dipendenza tagħhom fuq fornitur wieħed, li ssaħħaħ l-infrastrutturi tal-grids interni u li żżid id-diversifikazzjoni u s-sigurtà tal-provvisti fir-reġjun tal-Baħar Baltiku;
Stati Membri kkonċernati: Id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u l-Isvezja.
3. Oqsma tematiċi prijoritarji
(1) Użu tal-grids intelliġenti: adozzjoni ta’ teknoloġiji ta’ grids intelliġenti fl-Unjoni li jintegraw b’mod effiċjenti l-imġiba u l-azzjonijiet tal-utenti kollha għan-netwerk tal-elettriku, b’mod partikolari l-ġenerazzjoni ta’ ammonti kbar ta’ elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli jew distribwiti u r-rispons għad-domanda mill-konsumaturi;
Stati Membri kkonċernati: kollha;
(2) Awtostradi tal-elettriku: l-ewwel awtostradi tal-elettriku sal-2020, bil-għan li tinbena sistema ta’ awtostradi tal-elettriku fl-Unjoni li hija kapaċi:
takkomoda l-ġenerazzjoni żejda tal-enerġija mir-riħ li qiegħda dejjem tiżdied fil-Baħar tat-Tramuntana u dak Baltiku u madwarhom u żżid il-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli fil-Lvant u t-Tramuntana tal-Ewropa kif ukoll fl-Afrika ta’ Fuq;
torbot dawn iċ-ċentri ġodda ta’ ġenerazzjoni mal-kapaċitajiet ta’ ħżin importanti fil-pajjiżi Nordiċi, fl-Alpi u f’reġjuni oħra b’ċentri ta’ konsum ewlenin, u
tlaħħaq ma’ provvista tal-elettriku dejjem iżjed varjabbli u deċentralizzata u ma’ domanda flessibbli għall-elettriku;
Stati Membri kkonċernati: kollha;
(3) Netwerk transkonfinali tad-diossidu tal-karbonju: żvilupp ta’ infrastruttura għat-trasport tad-diossidu tal-karbonju bejn l-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi tal-viċinat bil-għan li jiġu attivati l-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju.
Stati Membri kkonċernati: kollha.
PARTI III
TERMINI, KUNDIZZJONIJIET U PROĊEDURI TA' STRUMENTI FINANZJARJI
Għan u raġunament
L-għan tal-istrumenti finanzjarji taħt il-FNE huwa li jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-proġetti ta' infrastruttura għall-finanzjament tal-proġetti u korporattiv billi l-finanzjament tal-Unjoni jintuża bħala ingranaġġ.
L-istrumenti finanzjarji għandhom jgħinu biex jiġu ffinanzjati proġetti ta' interess komuni b'valur miżjud Ewropew ċar, u jiffaċilitaw aktar involviment mis-settur privat fil-finanzjament fit-tul ta' proġetti bħal dawn fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija inkluż netwerks ta' broadband.
L-istrumenti finanzjarji għandhom ikunu ta' benefiċċju għal proġetti bi ħtiġijiet ta' finanzjament fuq perijodu medju jew twil u għandhom jipproduċu benefiċċji akbar f'termini ta' impatt fuq is-suq, effiċjenza amministrattiva u użu tar-riżorsi.
Huma għandhom jipprovdu lil partijiet interessati fl-infrastruttura bħal finanzjaturi, awtoritajiet pubbliċi, amministratturi tal-infrastruttura, kumpanniji ta' kostruzzjoni u operaturi sett ta' għodod ta' assistenza finanzjarja mill-Unjoni orjentat għas-suq u koerenti.
L-istrumenti finanzjarji għandhom jikkonsistu fi:
strument għal self u garanziji faċilitat minn strumenti ta' kondiviżjoni tar-riskji, minn mekkaniżmi ta' tisħiħ tal-kreditu sa bonds tal-proġetti ('Strument tad-Dejn'); u
strument għall-ekwità ('Strument ta' Ekwità),
li għandu jgħin biex jingħelbu r-restrizzjonijiet tas-suq billi jittejbu l-finanzjament u/jew il-profili ta' riskju tal-investimenti ta' infrastruttura. Dan, minnu nnifsu, għandu jsaħħaħ l-aċċess ta' ditti u benefiċjarji oħrajn għal self, garanziji, ekwità u għamliet oħra ta' finanzjament privat.
Qabel il-finalizzazzjoni tat-tfassil tal-Istrumenti tad-Dejn u l-Ekwità, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni ex-ante f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Evalwazzjonijiet ta' strumenti finanzjarji komparabbli eżistenti għandhom, fejn xieraq, jikkontribwixxi għal dik il-valutazzjoni.
I. Strument tad-dejn
1. Dispożizzjonijiet ġenerali
Il-mira tal-Istrument tad-Dejn għandha tkun li jagħti kontribut biex jingħelbu n-nuqqasijiet tas-swieq Ewropej tal-kapital tad-dejn billi tiġi offruta l-kondiviżjoni tar-riskji għall-finanzjament tad-dejn. Il-finanzjament tad-dejn għandu jiġi pprovdut minn entitajiet fdati jew strumenti ta' investiment dedikati fl-għamla ta' dejn jew garanziji superjuri (tal-ogħla livell ta' prijorità) u dawk subordinati (ta' livell aktar baxx ta' prijorità).
L-Istrument tad-Dejn għandu jikkonsisti fi strument ta' kondiviżjoni tar-riskji għal self u garanziji u fl-Inizjattiva ta' Bonds tal-Proġetti. Il-promoturi tal-proġetti, jistgħu, barra minn hekk, ifittxu finanzjament ta' ekwità skont l-Istrument ta' Ekwità.
a. Strument ta' kondiviżjoni tar-riskji għal self u garanziji
L-istrument ta' kondiviżjoni tar-riskji għas-self u l-garanziji għandu jitfassal biex joħloq kapaċità addizzjonali ta' riskji fl-entitajiet fdati. Dan għandu jippermetti lill-entitajiet fdati biex jipprovdu dejn subordinat u dejn superjuri finanzjat u mhux finanzjat lil proġetti u korporattivi sabiex jiġi faċilitat l-aċċess tal-promoturi għall-finanzjament tal-banek. Jekk il-finanzjament tad-dejn ikun subordinat, huwa ser jiġi kklassifikat wara d-dejn superjuri iżda qabel il-finanzjament ta' ekwità u dak relatat marbut ma' ekwità.
Il-finanzjament tad-dejn subordinat mhux finanzjat m’ għandux jaqbeż it-30 % tal-ammont totali tad-dejn superjuri maħruġ.
Il-finanzjament tad-dejn superjuri previst taħt l-Istrument tad-Dejn m'għandux jaqbeż il-50 % tal-ammont totali tal-finanzjament totali tad-dejn superjuri previst mill-entità fdata jew l-istrument ta' investiment dedikat.
b. Inizjattiva tal-Bonds tal-Proġetti
L-istrument ta' kondiviżjoni tar-riskji għall-bonds tal-proġetti għandu jitfassal bħala finanzjament ta' dejn subordinat sabiex jiġi faċilitat il-finanzjament għall-kumpanniji tal-proġetti li qed jiġbru dejn superjuri fl-għamla ta' bonds. Dan l-istrument għat-tisħiħ tal-kreditu għandu jkollu l-mira li jgħin biex id-dejn superjuri jikseb klassifikazzjoni tal-kreditu tal-grad ta' investiment.
Huwa ser jiġi kklassifikat wara d-dejn superjuri iżda qabel il-finanzjament marbut ma' ekwità.
Il-finanzjament tad-dejn subordinat m’għandux jaqbeż it-30 % tal-ammont totali tad-dejn superjuri maħruġ.
2. Parametri finanzjarji u ingranaġġ
Il-parametri tal-kondiviżjoni tar-riskji u d-dħul ser ikunu stabbiliti b'tali mod li jistgħu jinkisbu l-objettivi speċifiċi ta' politika, inkluż li jkunu fil-mira kategoriji partikolari ta’ proġetti, filwaqt li jiġi ppreservat l-approċċ orjentat lejn is-suq tal-Istrument tad-Dejn.
L-ingranaġġ mistenni tal-Istrument tad-Dejn — iddefinit bħala l-finanzjament totali (jiġifieri l-kontribuzzjoni tal-Unjoni flimkien mal-kontribuzzjonijiet minn sorsi finanzjarji oħrajn) diviż bil-kontribuzzjoni tal-Unjoni — għandu jkun mistenni li jvarja minn 6 sa 15, skont it-tip ta’ operazzjonijiet involuti (livell ta’ riskju, benefiċjarji mmirati, u l-finanzjament tad-dejn ikkonċernat).
3. Kombinazzjoni ma' sorsi oħrajn ta' finanzjament
Il-finanzjament mill-Istrument tad-Dejn jista' jiġi kkombinat ma' kontribuzzjonijiet baġitarji mwarrba (ring-fenced) oħrajn elenkati hawn taħt, soġġett għar-regoli stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-bażi legali rilevanti:
partijiet oħra tal-FNE;
strumenti, programmi u linji baġitarji oħra fil-baġit tal-Unjoni;
l-Istati Membri, inkluż l-awtoritajiet reġjonali u lokali, li jixtiequ jikkontribwixxu r-riżorsi tagħhom jew riżorsi disponibbli mill-fondi taħt il-politika ta' koeżjoni mingħajr ma jbiddlu n-natura tal-istrument.
4. Implimentazzjoni
Entitajiet fdati
L-entitajiet fdati għandhom jintgħażlu skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
L-implimentazzjoni taħt il-mod ta' ġestjoni indiretta tista' tieħu l-forma ta' mandati diretti għall-entitajiet fdati. Għal strumenti taħt mandati diretti (jiġifieri bil-mod ta' ġestjoni indiretta), l-entitajiet fdati għandhom jamministraw il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-Istrument tad-Dejn u għandhom ikunu sħab fil-kondiviżjoni tar-riskji.
Barra minn hekk, il-ħolqien ta' strumenti dedikati ta' investiment jista' jiġi previst biex jippermetti l-ġbir ta' kontribuzzjonijiet minn diversi investituri. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tista' tiġi subordinata għal dik ta' investituri oħrajn.
Tfassil u implimentazzjoni
It-tfassil għandu jkun allinjat mad-dispożizzjonijiet ġenerali għall-istrumenti finanzjarji li jinsabu fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
It-termini u l-kundizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Istrument tad-Dejn, inkluż il-monitoraġġ u l-kontroll, għandhom jiġu stipulati fi ftehim bejn il-Kummissjoni u entità fdata rispettiva, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet stipulati f'dan l-Anness u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
Kont fiduċjarju
L-entità fdata għandha tiftaħ kont fiduċjarju biex iżomm il-kontribuzzjoni tal-Unjoni u d-dħul li jirriżulta mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni.
5. L-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni
Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tintuża biex:
għall-proviżjonijiet għar-riskji;
biex tkopri l-ħlasijiet maqbula u l-ispejjeż assoċjati mal-ħolqien u l-ġestjoni tal-Istrument tad-Dejn, inkluż l-evalwazzjoni u l-azzjonijiet ta' appoġġ tiegħu, li ġew determinati f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-prattika tas-suq. Il-ħlasijiet amministrattivi u bbażati fuq il-prestazzjoni li għandhom jitħallsu lill-entità fdata m'għandhomx jaqbżu t-2 % u t-3 % rispettivament tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni effettivament użata għal operazzjonijiet individwali, abbażi ta' metodoloġija maqbula msejsa fuq l-ispejjeż bejn il-Kummissjoni u l-entitajiet fdati;
għal azzjonijiet ta' appoġġ marbuta direttament.
6. Prezzijiet, kondiviżjoni tar-riskji u tad-dħul
L-Istrumenti tad-Dejn għandu jkollhom prezz, li għandu jiġi impost fuq il-benefiċjarju, f'konformità mar-regoli u l-kriterji rilevanti tal-entitajiet fdati jew l-istrumenti ta' investiment dedikati u f'konformità mal-aħjar prattiki tas-suq.
Fir-rigward ta' mandati diretti għal entitajiet fdati, ix-xejra ta' kondiviżjoni tar-riskji għandha tiġi riflessa f'kondiviżjoni kif xieraq bejn l-Unjoni u l-entità fdata tar-rimunerazzjoni għar-riskju imposta mill-entità fdata fuq dawk li jissellfu mingħandha.
Fir-rigward ta' strumenti ta' investiment dedikati, ix-xejra ta' kondiviżjoni tar-riskji għandha tiġi riflessa f'kondiviżjoni kif xieraq bejn l-Unjoni u l-investituri l-oħra tar-rimunerazzjoni għar-riskju imposta mill-istrument ta' investiment dedikat fuq dawk li jissellfu mingħandu.
Minkejja x-xejra ta' kondiviżjoni tar-riskji magħżula, l-entità fdata għandha dejjem tikkondividi porzjon tar-riskju definit u għandha dejjem tħallas għas-segment sħiħ ta' riskju residwali.
Ir-riskju massimu kopert mill-baġit tal-Unjoni m'għandux jaqbeż 50 % tar-riskju tal-portafoll tad-dejn fil-mira taħt l-istrument tad-dejn. Il-limitu massimu tat-teħid ta' riskji ta' 50 % għandu japplika għad-daqs fil-mira tal-istrumenti dedikati ta' investiment.
7. Proċedura ta' applikazzjoni u approvazzjoni
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati lill-entità fdata jew strument ta' investiment dedikat, rispettivament, f'konformità mal-proċeduri ta' applikazzjoni standard tagħhom. L-entitajiet fdati u l-istrumenti ta' investiment dedikati għandhom japprovaw il-proġetti f'konformità mal-proċeduri interni tagħhom.
8. Tul taż-żmien tal-Istrument tad-Dejn
L-aħħar segment tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-Istrument tad-Dejn għandu jkun impenjat mill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020. L-approvazzjoni proprja tal-finanzjament tad-dejn mill-entitajiet fdati jew l-istrumenti ta' investiment dedikati għandha tiġi ffinalizzata sal-31 ta' Diċembru 2022.
9. Skadenza
Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni allokata lill-Istrument tad-Dejn għandha tiġi rimborsata lill-kont fiduċjarju rilevanti kif jiskadi jew jerġa' jitħallas il-finanzjament tad-dejn. Il-kont fiduċjarju għandu jżomm finanzjament li jkun biżżejjed biex ikopri l-ħlasijiet jew ir-riskji relatati mal-Istrument tad-Dejn sa ma jiskadi.
10. Rapportar
Il-metodi ta' rapportar dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument tad-Dejn għandu jintlaħaq qbil dwarhom mill-Kummissjoni fil-ftehim u l-entità fdata f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, bl-appoġġ tal-entitajiet fdati, tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-2023 dwar l-implimentazzjoni, il-kundizzjonjiet prevalenti tas-suq għall-użu tal-istrument, il-proġetti aġġornati u s-sensiela ta' proġetti inkluż tagħrif dwar proġetti fi stadji differenti tal-proċedura filwaqt li tirrispetta l-kunfidenzjalità u l-informazzjoni sensittiva tas-suq f'konformità mal-Artikolu 140(8) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
11. Monitoraġġ, kontroll u evalwazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-Istrument tad-Dejn, inkluż permezz ta' kontrolli fuq il-post kif xieraq, u għandha twettaq verifika u kontrolli f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
12. Azzjonijiet ta' Appoġġ
L-implimentazzjoni tal-Istrument tad-Dejn tista' tiġi appoġġata minn sett ta' miżuri li jakkumpanjawh. Dawn jistgħu jinkludu, fost miżuri oħrajn, għajnuna teknika u finanzjarja, miżuri għas-sensibilizzazzjoni tal-provvedituri ta' kapitali u skemi biex jiġbdu lill-investituri privati.
Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu, fuq it-talba tal-Kummissjoni Ewropea jew l-Istati Membri kkonċernati, jipprovdi għajnuna teknika, inkluż dwar strutturar finanzjarju għal proġetti ta' interess komuni, inklużi dawk li jimplimentaw il-kurituri ewlenin tan-netwerks kif elenkati fil-Parti I. Għajnuna teknika bħal din għandha tinkludi wkoll appoġġ lill-amministrazzjonijiet sabiex tiġi żviluppata kapaċità istituzzjonali adatta.
II. Strument ta' Ekwità
1. Dispożizzjonijiet ġenerali
Il-mira tal-Istrument ta' Ekwità għandha tkun li jagħti kontribut biex jingħelbu n-nuqqasijiet tas-swieq Ewropej tal-kapital billi jipprovdi investimenti ta' ekwità u kważi-ekwità.
L-ammonti massimi tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandhom ikunu limitati kif ġej:
Il-promoturi tal-proġetti, jistgħu, barra minn hekk, ifittxu finanzjament tad-dejn taħt l-Istrument tad-Dejn.
2. Parametri finanzjarji u ingranaġġ
Għandhom jinħolqu parametri ta' investiment b'tali mod li jistgħu jinkisbu l-għanijiet speċifiċi ta' politika, inkluż li jkunu fil-mira kategoriji partikolari ta’ proġetti ta' infrastruttura, filwaqt li jiġi ppreservat l-approċċ ta’ dan l-istrument orjentat lejn is-suq.
L-ingranaġġ mistenni tal-Istrument ta' Ekwità — definit bħala l-finanzjament totali (jiġifieri l-kontribuzzjoni tal-Unjoni flimkien mal-kontribuzzjonijiet kollha minn investituri oħrajn) diviża bil-kontribuzzjoni tal-Unjoni — għandu jkun mistenni li jkollu medja li tvarja minn 5 sa 10, skont l-ispeċifiċitajiet tas-suq.
3. Kombinazzjoni ma' sorsi oħrajn ta' finanzjament
Il-finanzjament mill-Istrument ta' Ekwità jista' jiġi kkombinat ma' kontribuzzjonijiet baġitarji oħrajn imwarrba (ring-fenced) elenkati hawn taħt, soġġett għar-regoli tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-bażi legali rilevanti:
partijiet oħra tal-FNE,
strumenti, programmi u linji baġitarji oħra fil-baġit tal-Unjoni; u
l-Istati Membri, inkluż l-awtoritajiet reġjonali u lokali, li jixtiequ jikkontribwixxu r-riżorsi tagħhom jew riżorsi disponibbli mill-fondi taħt il-Politika ta' koeżjoni mingħajr ma jbiddlu n-natura tal-istrument.
4. Implimentazzjoni
Entitajiet fdati
L-entitajiet fdati għandhom jintgħażlu skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
L-implimentazzjoni taħt il-mod ta' ġestjoni indiretta tista' tieħu l-forma ta' mandati diretti għall-entitajiet fdati, bil-mod ta' ġestjoni indiretta. Għal strumenti taħt mandati diretti (jiġifieri bil-mod ta' ġestjoni indiretta), l-entitajiet fdati għandhom jamministraw il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-Istrument ta' Ekwità.
Barra minn hekk, il-ħolqien ta' strumenti dedikati ta' investiment jista' jiġi previst biex jippermetti l-ġbir ta' kontribuzzjonijiet minn diversi investituri. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tista' tiġi subordinata għal dik ta' investituri oħrajn.
F'każijiet ġustifikati kif mistħoqq, sabiex jinkisbu għanijiet speċifiċi ta' politika, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tista' tiġi pprovduta lil proġett speċifiku minn entità fdata bħala ko-investiment.
Tfassil u implimentazzjoni
It-tfassil għandu jkun allinjat mad-dispożizzjonijiet ġenerali għall-istrumenti finanzjarji li jinsabu fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
It-termini u kundizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Istrument ta' Ekwità, inkluż il-monitoraġġ u l-kontroll tiegħu, għandhom jiġu stipulati fi ftehim bejn il-Kummissjoni u entità fdata rispettiva, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet stipulati f'dan l-Anness u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
Kont fiduċjarju
L-entità fdata għandha tiftaħ kont fiduċjarju biex iżomm il-kontribuzzjoni tal-Unjoni u d-dħul li jirriżulta mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni.
5. L-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni
Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tintuża:
biex ikun hemm parteċipazzjonijiet ta' ekwità;
biex tkopri l-ħlasijiet maqbula u l-ispejjeż assoċjati mal-ħolqien u l-ġestjoni tal-Istrument ta' Ekwità, inkluż l-evalwazzjoni tiegħu, li ġew determinati f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-prattika tas-suq; u
għal azzjonijiet ta' appoġġ marbuta direttament.
6. Prezzijiet, kondiviżjoni tar-riskji u tad-dħul
Ir-rimunerazzjoni tal-ekwità għandha tinkludi l-komponenti tal-profitt tas-soltu allokati lill-investituri tal-ekwità u għandha tiddependi mill-prestazzjoni tal-investimenti li jirfduha.
7. Proċedura ta' applikazzjoni u approvazzjoni
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati lill-entità fdata jew strument ta' investiment dedikat, rispettivament, f'konformità mal-proċeduri ta' applikazzjoni standard tagħhom. L-entitajiet fdati u l-istrumenti ta' investiment dedikati għandhom japprovaw il-proġetti f'konformità mal-proċeduri interni tagħhom.
8. Tul ta' żmien tal-Istrument tad-Dejn
L-aħħar segment tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-Istrument tad-Dejn għandu jkun impenjat mill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020. L-approvazzjoni proprja tal-investimenti tal-ekwità mill-entitajiet fdati jew l-istrumenti ta' investiment dedikati għandha tiġi ffinalizzata sal-31 ta' Diċembru 2022.
9. Skadenza
Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni allokata lill-Istrument ta' Ekwità għandha tiġi rimborsata lill-kont fiduċjarju rilevanti kif wieħed joħroġ mill-investimenti jew dawn jimmaturaw mod ieħor. Il-kont fiduċjarju għandu jżomm finanzjament li jkun biżżejjed biex ikopri l-ħlasijiet jew ir-riskji relatati mal-Istrument ta' Ekwità sa ma jiskadi.
10. Rapportar
Il-metodi ta' rapportar annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument ta' Ekwità għandu jintlaħaq qbil dwarhom mill-Kummissjoni u l-entità fdata f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, bl-appoġġ tal-entitajiet fdati, tirrapporta dwar l-implimentazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sena sal-2023 f'konformità mal-Artikolu 140(8) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
11. Monitoraġġ, kontroll u evalwazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-Istrument ta' Ekwità, inkluż permezz ta' kontrolli fuq il-post kif xieraq, u għandha twettaq verifika u kontrolli f'konformità mar- Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
12. Azzjonijiet ta' Appoġġ
L-implimentazzjoni tal-Istrument ta' Ekwità tista' tiġi appoġġata minn sett ta' miżuri li jakkumpanjawh. Dawn jistgħu jinkludu, fost miżuri oħrajn, għajnuna teknika u finanzjarja, miżuri għas-sensibilizzazzjoni tal-provvedituri ta' kapitali, u skemi biex jiġbdu lill-investituri privati.
PARTI IV
PERĊENTWALI INDIKATTIVI GĦAL GĦANIJIET SPEĊIFIĊI TAT-TRASPORT
Ir-riżorsi baġitarji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1), minbarra dawk allokati għall-azzjonijiet ta' appoġġ tal-programmi, għandhom jitqassmu lill-għanijiet speċifiċi tat-trasport kif definit fl-Artikolu 4(2) kif ġej:
it-tneħħija tal-konġestjonijiet, it-tisħiħ tal-interoperabbiltà ferrovjarja, il-konnessjoni fejn hemm lakuni u, b'mod partikolari, it-titjib tat-taqsimiet tal-qsim tal-fruntiera - 80 %;
l-iżgurar ta' sistemi sostenibbli u effiċjenti ta' trasport fuq perijodu twil, bil-ħsieb li ssir tħejjija għall-flussi tat-trasport mistennija fil-futur kif ukoll li ssir possibbli id-dekarbonizzazzjoni tal-mezzi kollha ta' trasport permezz tat-tranżizzjoni għal teknoloġiji tat-trasport innovattivi, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, filwaqt li jkunu kemm jista' jkun sikuri - 5 %;
li jiżdiedu kemm jista' jkun l-integrazzjoni u l-interkonnessjoni tal-mezzi tat-trasport u tissaħħaħ l-interoperabbiltà tas-servizzi tat-trasport, filwaqt li tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-infrastrutturi tat-trasport, u jitqies il-limitu massimu għal komponenti abbord tas-sistema SESAR, tal-RIS, tal-VTMIS u tal-ITS għas-settur tat-toroq imsemmi fil-punt (vi) tal-Artikolu 10(2)(b) - 15 %.
L-ammont ta' EUR 11 305 500 000 ittrasferit mill-Fond ta' Koeżjoni għandu jintefaq kollu fuq proġetti li jimplimentaw in-netwerk ewlieni jew fuq proġetti u prijoritajiet orizzontali identifikati fil-Parti 1 ta' dan l-Anness.
PARTI V
LISTA TA' ORJENTAZZJONIJIET ĠENERALI LI GĦANDHOM JITQIESU META JIĠU STABBILITI L-KRITERJI TAL-GĦOTI
Meta jiġu stabbiliti l-kriterji tal-għoti skont l-Artikolu 17(5), għandhom mill-inqas jitqiesu l-orjentazzjonijiet ġenerali li ġejjin:
il-maturità tal-azzjoni fl-iżvilupp tal-proġett;
kemm hu tajjeb il-pjan ta' implimentazzjoni propost;
l-effett stimulanti tal-appoġġ tal-Unjoni fuq l-investiment pubbliku u privat, meta applikabbli;
il-ħtieġa li jingħeleb xkiel finanzjarju bħan-nuqqas ta' finanzi fis-suq;
meta applikabbli, l-impatt ekonomiku, soċjali, fuq il-klima u dak ambjentali, u l-aċċessibbiltà;
id-dimensjoni transkonfinali, meta applikabbli.
PARTI VI
IL-PRIJORITAJIET TAL-FINANZJAMENT TAT-TRASPORT GĦALL-FINI TAL-PROGRAMMI TA’ ĦDIMA MULTIANNWALI U ANNWALI
1. Il-prijoritajiet tal-finanzjament għall-programmi ta’ ħdima multiannwali u annwali
1.1. Il-prijoritajiet ta’ finanzjament bl-iskop li jinħolqu konnessjonijiet nieqsa u jitneħħew il-punti ta’ konġestjoni, li tittejjeb l-interoperabbiltà ferrovjarja, u, b’mod partikolari, li jittejbu t-taqsimiet transkonfinali:
Proġetti identifikati bil-quddiem fuq il-Kurituri tan-Netwerk Ewlieni (il-ferroviji, il-passaġġi fuq l-ilma interni, it-toroq, u l-portijiet marittimi u interni).
Proġetti identifikati bil-quddiem dwar sezzjonijiet oħra tan-Netwerk Ewlieni (il-ferroviji, il-passaġġi fuq l-ilma interni, it-toroq, il-portijiet marittimi u interni).
L-interoperabilità ferrovjarja.
Tnedija tal-ERTMS.
1.2. Il-prijoritajiet ta’ finanzjament bl-iskop biex jiġu żgurati sistemi ta’ trasport sostenibbli u effiċjenti fuq medda twila ta’ żmien, bil-ħsieb li jkun hemm tħejjija għall-flussi futuri tat-trasport mistennija, kif ukoll li jippermettu li l-modi kollha tat-trasport jiġu dekarbonizzati permezz ta’ tranżizzjoni lejn teknoloġiji innovattivi tat-trasport b’livell baxx ta’ karbonju u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, filwaqt li tiġi ottimizzata s-sikurezza:
It-tnedija ta’ teknoloġiji ġodda u tal-innovazzjoni fil-modi kollha tat-trasport, b’enfasi fuq id-dekarbonizzazzjoni, is-sikurezza u t-teknoloġiji innovattivi għall-promozzjoni tas-sostenibbiltà, l-operazzjoni, il-ġestjoni, l-aċċessibbiltà, il-multimodalità u l-effiċjenza tan-netwerk.
Infrastruttura b’sigurtà u sikurezza, inklużi parkings b’sigurtà u sikurezza fuq in-Network Ewlieni tat-toroq.
1.3. Il-prijoritajiet ta’ finanzjament bl-iskop li tittejjeb kemm jista’ jkun l-integrazzjoni u l-interkonnessjonijiet bejn il-mezzi ta’ trasport, u tittejjeb l-interoperabbiltà tas-servizzi ta’ trasport, filwaqt li tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-infrastrutturi tat-trasport:
Ajru Uniku Ewropew – SESAR.
Servizzi ta’ Informazzjoni dwar ix-Xmajjar.
Sistemi tat-Trasport Intelliġenti għat-toroq.
Sistemi ta’ Monitoraġġ tat-Traffiku tal-Bastimenti u ta’ Informazzjoni.
Awtostradi tal-baħar.
Azzjonijiet li jimplimentaw l-infrastruttura tat-trasport f’nodi tan-Netwerk Ewlieni, inkluż in-nodi urbani.
Konnessjonijiet mal-pjataformi loġistiċi multimodali u l-iżvilupp tal-pjattaformi.
1.4. Azzjonijiet ta’ appoġġ għall-programmi.
2. Il-prijoritajiet tal-finanzjament għall-programmi ta’ ħdima annwali
2.1. Il-prijoritajiet ta’ finanzjament bl-iskop li jitneħħew l-ostakli, li tittejjeb l-interoperabbiltà ferrovjarja, li jinħolqu l-konnessjonijiet nieqsa u, b’mod partikolari, li jittejbu t-taqsimiet transkonfinali:
Il-ferroviji, il-passaġġi fuq l-ilma interni u l-proġetti ta’ toroq fuq in-Netwerk Ewlieni inklużi l-konnessjonijiet mal-portijiet interni u marittimi u mal-ajruporti, kif ukoll l-iżvilupp tal-portijiet.
Proġetti identifikati fuq in-Netwerk Komprensiv (il-ferroviji, il-passaġġi fuq l-ilma interni, it-toroq, il-portijiet marittimi u interni).
Proġetti li jgħaqqdu n-netwerk ta’ trasport trans-Ewropew ma’ netwerks tal-infrastruttura ta’ pajjiżi ġirien, b’mod partikolari relatati ma’ taqsimiet transkonfinali (il-ferroviji, il-passaġġ tal-ilma interni, it-toroq, il-portijiet marittimi u interni).
2.2. Il-prijoritajiet ta’ finanzjament bl-iskop biex jiġu żgurati sistemi ta’ trasport sostenibbli u effiċjenti fuq medda twila ta’ żmien, bil-ħsieb li jkun hemm tħejjija għall-flussi futuri tat-trasport mistennija, kif ukoll li jippermettu li l-modi kollha tat-trasport jiġu dekarbonizzati permezz ta’ tranżizzjoni lejn teknoloġiji innovattivi tat-trasport b’livell baxx ta’ karbonju u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, filwaqt li tiġi ottimizzata s-sikurezza:
It-tnedija ta’ teknoloġiji ġodda u tal-innovazzjoni, minbarra dawk koperti mill-Programm ta’ Ħidma multiannwali.
Servizzi tat-Trasport tal-Merkanzija.
Azzjonijiet sabiex jitnaqqas l-istorjbu li joħroġ mill-ferroviji li jġorru l-merkanzija inkluż it-twaħħil ta’ tagħmir apposta mal-vetturi kollha li joperaw fuq il-linji tal-ferroviji.
2.3. Il-prijoritajiet ta’ finanzjament bl-iskop li tittejjeb kemm jista’ jkun l-integrazzjoni u l-interkonnessjonijiet bejn il-mezzi ta’ trasport, u tittejjeb l-interoperabbiltà tas-servizzi ta’ trasport, filwaqt li tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-infrastrutturi tat-trasport:
Sistemi ta’ applikazzjonijiet telematiċi barra dawk koperti mill-Programm ta’ Ħidma multiannwali.
Azzjonijiet għal aċċessibilità aħjar għall-infrastruttura tat-trasport għall-persuni b’diżabilità.
Azzjonijiet li jimplimentaw l-infrastruttura tat-trasport f’nodi tan-Netwerk Ewlieni, inkluż in-nodi urbani.
Konnessjonijiet mal-pjataformi loġistiċi multimodali u l-iżvilupp tal-pjattaformi.
2.4. Strumenti finanzjarji tas-CEF
Kontribuzzjoni lill-istrumenti finanzjarji, kif definit fl-Artikolu 14 u l-Parti III tal-anness tas-CEF.
Azzjonijiet li jappoġġaw il-programm għall-istrumenti finanzjarji innovattivi.
ANNESS II
"ANNESS
LISTA TA' KURITURI INIZJALI TA' MERKANZIJA
|
|
Stati Membri |
Rotot prinċipali (1) |
Stabbiliment ta' kurituri tal-merkanzija: |
|
"Rhine-Alpine" |
NL, BE, DE, IT |
Zeebrugge-Antwerpen/Amsterdam/Vlissingen ((+))/Rotterdam-Duisburg-[Basel]-Milan- Genoa |
Sal-10 ta' Novembru 2013 |
|
"il-Baħar tat-Tramuntana – il-Mediterran" |
NL, BE, LU, FR, UK ((+)) |
Glasgow (*1)/Edinburgh (*1)/Southampton (*1)/Felixstowe (*1)-London ((+))/Dunkerque ((+))/Lille ((+))/Liège ((+))/Paris ((+))/Amsterdam ((+))-Rotterdam-Zeebrugge ((+))/Antwerpen-Luxembourg-Metz-Dijon-Lyon/[Basel]-Marseille ((+)) |
Sal-10 ta' Novembru 2013 |
|
"Skandinavja – Mediterran" |
SE, DK, DE, AT, IT |
Stockholm/[Oslo] ((+))/Trelleborg ((+))-Malmö-København-Hamburg-Innsbruck-Verona-La Spezia ((+))/Livorno ((+))/Ancona ((+))/Taranto ((+))/Augusta ((+))/ Palermo |
Sal-10 ta' Novembru 2015 |
|
"l-Atlantiku" |
PT, ES, FR, DE ((+)) |
Sines-Lisboa/Leixões — Madrid-Medina del Campo/ Bilbao/San Sebastian-Irun- Bordeaux-Paris/Le Havre/Metz – Strasbourg ((+))/Mannheim ((+)) Sines-Elvas/Algeciras |
Sal-10 ta' Novembru 2013 |
|
"Baltiku – Adrijatiku" |
PL, CZ, SK, AT, IT, SI |
Swinoujscie ((+))/Gdynia-Katowice-Ostrava/Žilina-Bratislava/Wien/Klagenfurt-Udine-Venezia/ Trieste/ /Bologna/Ravenna Graz-Maribor-Ljubljana-Koper/Trieste |
Sal-10 ta' Novembru 2015 |
|
"Mediterran" |
ES, FR, IT, SI, HU, HR ((+)) |
Almería-Valencia/Algeciras/Madrid-Zaragoza/Barcelona-Marseille-Lyon-Turin-Milano-Verona-Padova/Veneziae-Trieste/Koper- Ljubljana-Budapest Ljubljana ((+))/Rijeka ((+))-Zagreb ((+))-Budapest-Zahony (fruntiera Ungerija-Ukraina) |
Sal-10 ta' Novembru 2013 |
|
"Orjent/Lvant tal-Mediterran" |
CZ, AT, SK, HU, RO, BG, EL, DE (*1) |
— Bucureșt-Constanța Bremerhaven (*1)/Wilhelmshaven (*1)/Rostock (*1)/Hamburg (*1)-Praha-Vienna/Bratislava-Budapest — Vidin-Sofia-Burgas (*1)/Svilengrad (*1) (fruntiera Bulgarija-Turkija)/ Promachonas-Thessaloniki-AthínaPatras (*1) |
Sal-10 ta' Novembru 2013 |
|
"il-Baħar tat-Tramuntana – il-Baltiku" ((°)) |
Wilhelmshaven ((+))/Bremerhaven/Hamburg ((+))/ Amsterdam ((+))/Rotterdam/Antwerpen-Aachen/Berlin-Warsaw-Terespol (fruntiera Polonja-Bjelorussja)/Kaunas-Riga (*1)-Tallinn (*1) |
Sal-10 ta' Novembru 2015 |
|
|
"Rhine-Danubju" ((‡)) |
FR, DE, AT, SK, HU, RO, CZ |
Strasbourg-Mannheim-Frankfurt-Nürnberg-Wels Strasbourg-Stuttgart-München-Salzburg-Wels-Wien-Bratislava-Budapest-Arad-Brașov/Craiova-București-Constanța Čierna and Tisou (fruntiera Slovakkja/Ukraina)-Košice-Žilina-Horní Lideč-Praha-München/Nürnberg |
Sal-10 ta' Novembru 2020 |
|
(1)
‘/’ tfisser rotot alternattivi. Bi qbil mal-linji gwida tat-TEN-T, il-kurituri tal-Atlantiku u l-Mediterran għandhom, fil-ġejjieni, jitlestew bl-assi ferrovjarju tal-merkanzija Sines/Algeciras-Madrid-Paris, li jaqsam il-Pirenej ċentrali minn ġo mina ta’ altitudini baxxa.
(2)
(+) Rotot immarkati bi + għandhom jiġu inklużi fil-kurituri rispettivi mhux aktar tard minn 3 snin wara d-data ta' stabbiliment imniżżla f'din it-tabella. Strutturi eżistenti definiti skont l-Artikolu 8 u l-Artikolu 13(1) ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu aġġustati bis-sehem ta' Stati Membri oħrajn u amministraturi tal-infrastruttura fil-kurituri rispettivi. Dawn l-inklużjonijiet għandhom jissejsu fuq studji dwar is-suq u jqisu l-aspett tat-trasport eżistenti ta' passiġġieri u merkanzija f'konformità mal-Artikolu 14(3) ta' dan ir-Regolament.
(*1)
Rotot immarkati bi + għandhom jiġu inklużi fil-kurituri rispettivi mhux aktar tard minn 5 snin wara d-data ta' stabbiliment imniżżla f'din it-tabella. Strutturi eżistenti definiti skont l-Artikolu 8 u l-Artikolu 13(1) ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu aġġustati bis-sehem ta' Stati Membri oħrajn u amministraturi tal-infrastruttura fil-kurituri rispettivi. Dawn l-inklużjonijiet għandhom jissejsu fuq studji dwar is-suq u jqisu l-aspett tat-trasport eżistenti ta' passiġġieri u merkanzija f'konformità mal-Artikolu 14(3) ta' dan ir-Regolament.
(3)
(°) Sar-realizzazzjoni ta' linja ta' Rail Baltic b'wisa' nominali bejn il-binarji ta' linja ferrovjarja ta' 1 435 mm, l-ispeċifiċitajiet ta' sistemi differenti ta' wisa' bejn il-binarji ta' linja ferrovjarja għandhom jitqiesu fl-istabbiliment u t-tħaddim ta' dan il-kuritur.
(4)
(‡) Il-ħolqien ta' dan il-kuritur għandu jissejjes fuq studji dwar is-suq u jqis l-aspett tat-trasport eżistenti ta' passiġġieri u merkanzija f'konformità mal-Artikolu 14(3) ta' dan ir-Regolament. It-taqsima "Čierna u Tisou (fruntiera Slovakkja/Ukraina)-Košice-Žilina-Horní Lideč-Praha" għandha tiġi stabbilita sal-10 ta' Novembru 2013." |
|||
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar linji gwida għal netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14).
( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
( 3 ) Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 fuq linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (ĠU L 204, 5.8.2010. p. 1).
( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).
( 5 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
( 6 ) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.)
( 7 ) Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.)