KONKLUŻJONIJIET TAL‑AVUKAT ĠENERALI

RICHARD DE LA TOUR

ippreżentati fit‑22 ta’ April 2021 ( 1 )

Kawża C‑30/20

RH

vs

AB Volvo,

Volvo Group Trucks Central Europe GmbH,

Volvo Lastvagnar AB,

Volvo Group España SA

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 2 de Madrid (il-Qorti Kummerċjali Nru 2 ta’ Madrid, Spanja))

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjonijiet speċjali – Il-punt 2 tal-Artikolu 7 – Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt – Post fejn seħħ il-fatt dannuż – Post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu – Talba għall-kumpens għad-dannu kkawżat minn akkordju ddikjarat li jikser l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea – Deżinjazzjoni diretta tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni – Post tal-akkwist tal-beni – Post tas-sede – Possibbiltà għall-Istati Membri li jistabbilixxu konċentrazzjoni tal-ġurisdizzjonijiet”

I. Introduzzjoni

1.

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 2 de Madrid (il-Qorti Kummerċjali Nru 2 ta’ Madrid, Spanja) tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali ( 2 ).

2.

Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ azzjoni mibdija minn RH, li hija stabbilita f’Cordoba (Spanja), għall-kumpens għad-dannu kkawżat lilha minn ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea tat‑2 ta’ Mejju 1992 ( 3 ), kontra erba’ kumpaniji tal-grupp Volvo, li s-sede ta’ tlieta minnhom jinsabu fi Stati Membri oħrajn barra r-Renju ta’ Spanja.

3.

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija adita sabiex tispeċifika jekk il-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 jiddeżinjax direttament il-qorti li għandha ġurisdizzjoni, mingħajr riferiment għar-regoli interni tal-Istati Membri.

4.

Għalkemm jidher li r-risposta għal din id-domanda tista’ tiġi dedotta minn ċerti deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja u, b’mod iktar partikolari, minn dawk l-iktar reċenti f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt, jidher, b’mod partikolari fid-dawl tad-dubji espressi mill-qorti tar-rinviju, li hija għandha tiġi kkompletata fir-rigward ta’ tliet punti oħra marbuta mill-qrib.

5.

Fil-fatt, l-għanijiet ta’ ċertezza legali u ta’ effikaċja fil-kontenzjuż kumpless tal-kumpens għad-danni kkawżati minn prattiki antikompetittivi jiġġustifikaw li l-qrati nazzjonali jingħataw kjarifiki utli rigward id-deżinjazzjoni tal-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni territorjali u rigward il-koeżistenza ta’ diversi punti ta’ konnessjoni kkunsidrati fid-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-kwistjoni tal-libertà tal-Istati Membri li jikkonċentraw it-trattament ta’ dan il-kontenzjuż quddiem qrati speċjalizzati, imqajma minn uħud minnhom fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, għandha wkoll tiġi eżaminata f’dan il-każ.

6.

Għaldaqstant ser nispjega r-raġunijiet li jwassluni sabiex inqis, essenzjalment:

li l-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 jiddetermina kemm il-ġurisdizzjoni internazzjonali kif ukoll il-ġurisdizzjoni interna tal-qorti adita;

li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni territorjali hija dik tal-post tal-akkwist tal-beni inkwistjoni, u

li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà, fil-kuntest tal-organizzazzjoni ġudizzjarja tagħhom, li jagħżlu li jikkonċentraw it-trattament tat-tilwim relatat ma’ prattiki antikompetittivi quddiem ċerti qrati speċjalizzati, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.

II. Ir‑Regolament Nru 1215/2012

7.

Il-premessi 15, 16 u 34 tar-Regolament Nru 1215/2012 huma fformulati kif ġej:

“(15)

Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhom ikunu prevedibbli ħafna u stabbiliti fuq il-prinċipju li l-ġurisdizzjoni hija ġeneralment ibbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut. Il-ġurisdizzjoni għandha dejjem tkun disponibbli fuq il-bażi ta’ din ir-raġuni ħlief għal ftit sitwazzjonijiet definiti sewwa li fihom is-suġġett tat-tilwima jew ta’ awtonomija tal-partijiet ikunu jeħtieġu fattur ta’ konnessjoni differenti. Id-domiċilju ta’ persuna ġuridika għandu jiġi definit b’awtonomija u b’hekk jagħmel ir-regoli komuni aktar trasparenti u jevita kunflitti ta’ ġurisdizzjoni.

(16)

Barra d-domiċilju tal-konvenut, għandu jkun hemm raġunijiet alternattivi ta’ ġurisdizzjoni bbażati fuq konnessjoni mill-qrib bejn il-qorti u l-azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. L-eżistenza ta’ rabta mill-qrib għandha tiżgura ċ-ċertezza legali u tevita l-possibbiltà li l-konvenut jiġi mħarrek f’qorti ta’ Stat Membru li dan il-konvenut ma setax raġonevolment jipprevedi. Dan hu importanti b’mod partikolari fir-rigward ta’ tilwim li jirriżulta minn obbligi mhux kuntrattwali li jirriżultaw minn ksur tal-privatezza u tad-drittijiet relatati mal-personalità, inkluża l-malafama.

[…]

(34)

Għandha tiġi żgurata l-kontinwità bejn il-Konvenzjoni [tas‑27 ta’ Settembru 1968 dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali ( 4 ), kif emendata bil-konvenzjonijiet suċċessivi dwar l-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda għal din il-konvenzjoni ( 5 )], ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 [tal-Kunsill tat‑22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali ( 6 ),] u dan ir-Regolament, u għal dan il-għan għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet tranżitorji. L-istess ħtieġa għal kontinwità tapplika għall-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea [ta’ din il-]Konvenzjoni […] u r-Regolamenti li jissostitwixxieha.”

8.

Fil-Kapitolu I tar-Regolament Nru 1215/2012, intitolat “Kamp ta’ Applikazzjoni u Definizzjonijiet”, l-Artikolu 1(1), jipprevedi:

“Dan ir-Regolament għandu japplika fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali independentament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal […]”

9.

Il-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament, intitolat “Ġurisdizzjoni”, jinkludi fit-Taqsima 1 tiegħu dwar id-“[d]ispożizzjonijiet ġenerali”, l-Artikoli 4 sa 6.

10.

L-Artikolu 4(1) tal-imsemmi regolament jipprovdi:

“Soġġetti għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jitressqu quddiem il-qrati ta’ dak l-Istat Membru.”

11.

Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1215/2012:

“Persuni domiċiljati fi Stat Membru jistgħu jitressqu quddiem il-qrati ta’ Stat Membru ieħor biss bis-saħħa tar-regoli mniżżla fit-Taqsimiet 2 sa 7 ta’ dan il-Kapitolu.”

12.

It-Taqsima 2 tal-imsemmi kapitolu, intitolata “Ġurisdizzjoni speċjali”, tinkludi l-Artikoli 7 sa 9.

13.

Il-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 huwa fformulat kif ġej:

“Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’ tiġi mħarrka fi Stat Membru ieħor:

[…]

(2)

fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kważi delitt, fil-qrati tal-post fejn l-avveniment dannuż jkun twettaq jew jista’ jitwettaq.”

14.

L-Artikolu 26 tal-imsemmi regolament, li jidher fit-Taqsima 7 tal-Kapitolu II, intitolata “Proroga tal-ġurisdizzjoni”, jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu:

“Apparti mill-ġurisdizzjoni li toħroġ minn dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament, qorti ta’ Stat Membru fejn il-konvenut ikun deher għandha jkollha l-ġurisdizzjoni. Din ir-regola m’għandhiex tapplika meta d-dehra kienet saret biex tkun ikkontestata l-ġurisdizzjoni, jew meta qorti oħra jkollha ġurisdizzjoni esklużiva bis-saħħa tal-Artikolu 24.”

III. Il‑fatti tat-tilwima fil‑kawża prinċipali u d‑domanda preliminari

15.

Kif jirriżulta mill-proċess li għandha quddiemha l-Qorti tal-Ġustizzja, RH, stabbilita f’Cordoba, akkwistat ħames trakkijiet għall-attività tagħha ta’ trasport bit-triq, bejn is-sena 2004 u s-sena 2009, mingħand konċessjonarju ta’ Volvo Group España SA. Il-proprjetà ta’ wieħed mit-trakkijiet ġiet ittrasferita lil RH fl‑2008, wara li kienet is-suġġett ta’ kuntratt ta’ leasing.

16.

Fid‑19 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni Ewropea adottat id-Deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il‑Każ AT.39824 — Trakkijiet) [C(2016) 4673 final] li sommarju tagħha ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas‑6 ta’ April 2017 ( 7 ).

17.

Permezz ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni ddikjarat l-eżistenza ta’ akkordju bejn ħmistax-il manifattur ta’ trakkijiet, fosthom AB Volvo, Volvo Lastvagnar AB u Volvo Group Trucks Central Europe GmbH bejn is‑17 ta’ Jannar 1997 u t‑18 ta’ Jannar 2011, f’dak li jirrigwarda żewġ kategoriji ta’ prodotti, jiġifieri t-trakkijiet li jiżnu bejn 6 tunnellati u 16-il tunnellata (trakkijiet medji) u t-trakkijiet li jiżnu iktar minn 16-il tunnellata (trakkijiet tqal), kemm jekk ikunu trakkijiet bil-kontejner kif ukoll jekk ikunu tal-irmonk.

18.

Skont l-imsemmija deċiżjoni ( 8 ), “[i]l-ksur kien jikkonsisti f’arranġamenti kollużivi dwar ipprezzar u żidiet fil-prezzijiet grossi fiż-[Żona Ekonomika Ewropea, iktar ’il quddiem iż-‘ŻEE’] għat-trakkijiet; u t-twaqqit tal-kostijiet għall-introduzzjonijiet ta’ teknoloġiji tal-emissjonijiet għal trakkijiet medji u tqal meħtieġa għall-istandards EURO 3 sa 6, u kif dawn il-kostijiet intirtu. Il-kwartieri ġenerali tad-destinatarji kienu direttament involuti fid-diskussjoni dwar il-prezzijiet, iż-żidiet fil-prezz u l-introduzzjoni ta’ standards ta’ emissjonijiet ġodda sal‑2004. Sa mill-inqas Awwissu 2002 ’l hemm, id-diskussjonijiet saru permezz ta’ sussidjarji Ġermaniżi li, min inqas u min iktar, kienu jirrappurtaw lill-Kwartieri Ġenerali tagħhom. Dan l-iskambju kien isir kemm fuq livell multilaterali kif ukoll dak bilaterali. Dawn l-arranġamenti kollużivi kienu jinkludu ftehimiet u/jew prattiċi miftiehma dwar l-ipprezzar u żidiet fil-prezzijiet grossi sabiex il-prezzijiet grossi fiż-ŻEE jiġu allinjati, u t-twaqqit u l-wirt tal-kostijiet għall-introduzzjoni ta’ teknoloġiji tal-emissjonijiet meħtieġa mill-istandards EURO 3 sa 6. Il-ksur kopra ż-ŻEE kollha, u dam għaddej mis‑17 ta’ Jannar 1997 sat‑18 ta’ Jannar 2011.”

19.

Għaldaqstant, il-Kummissjoni imponiet multi fuq l-entitajiet parteċipanti kollha, inkluż fuq Volvo, Volvo Lastvagnar u Volvo Group Trucks Central Europe, bl-eċċezzjoni ta’ entità li ngħatat l-immunità ( 9 ).

20.

RH ħadet azzjoni legali kontra Volvo, Volvo Lastvagnar u Volvo Group Trucks Central Europe, kif ukoll kontra s-sussidjarja Spanjola ta’ dawn il-kumpanniji omm, Volvo Group España (iktar ’il quddiem il-“kumpanniji Volvo”).

21.

Dawn ikkontestaw biss il-ġurisdizzjoni internazzjonali ( 10 ) tal-qorti tar-rinviju. Huma invokaw il-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li minnha jirriżulta li l-kriterju ta’ ġurisdizzjoni stabbilit fih, jiġifieri il-“post fejn l-avveniment dannuż jkun twettaq jew jista’ jitwettaq”, huwa kunċett tad-dritt tal-Unjoni u li dan huwa l-post tal-avveniment kawżali, f’dan il-każ, il-post fejn ġie konkluż l-akkordju dwar it-trakkijiet. Dan ma jistax jiġi assimilat mal-post tad-domiċilju tar-rikorrenti u jinsab barra minn Spanja, fi Stati Membri oħrajn.

22.

Il-qorti tar-rinviju tinnota li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-ġurisdizzjoni internazzjonali ta’ qorti Spanjola tista’ tkun iġġustifikata fid-dawl tal-post fejn seħħ id-dannu. Hija tfakkar li dan il-post huwa dak tal-post tas-sede tal-persuna leża, skont is-sentenza tal‑21 ta’ Mejju 2015, CDC Hydrogen Peroxide ( 11 ). Hija żżid li, fis-sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2019, Tibor-Trans ( 12 ), li kienet tirrigwarda rikors ippreżentat fl-Ungerija kontra membru ieħor tal-istess akkordju u li b’suġġett identiku għal dak ippreżentat minn RH, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, “meta s-suq affettwat mill-aġir antikompetittiv ikun jinsab fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun allegatament seħħ id-dannu allegat, għandu jiġi kkunsidrat li l-post fejn ikun immaterjalizza ruħu d-dannu, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012, huwa f’dan l-Istat Membru” ( 13 ).

23.

Il-qorti tar-rinviju tesprimi dubji dwar jekk din il-ġurisprudenza tirreferix għall-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati tal-Istat Membru li fih seħħ id-dannu jew jekk tistabbilixxix ukoll direttament il-ġurisdizzjoni territorjali interna fi ħdan dan l-Istat Membru.

24.

Hija tispeċifika li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) ( 14 ), ir-regola stabbilita fil-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 ma tirregolax il-ġurisdizzjoni territorjali interna. Għalhekk, fl-assenza ta’ regola nazzjonali speċifika biex tiġi ddeterminata l-ġurisdizzjoni territorjali ta’ qorti f’azzjonijiet tad-dritt privat dwar il-kompetizzjoni, ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni xierqa huma dawk li huma applikabbli f’materji ta’ kompetizzjoni inġusta, previsti fil-punt 12 tal-Artikolu 52(1) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili 1/2000. Għaldaqstant, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni hija dik tal-post fejn seħħ id-dannu, jiġifieri dak tal-akkwist tal-vettura jew tal-iffirmar tal-kuntratt ta’ leasing.

25.

Il-qorti tar-rinviju tqis li l-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 jista’ jiġi interpretat fl-istess sens bħal dak adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha dwar il-ġurisdizzjoni f’materji kuntrattwali. Fis-sentenzi tat‑3 ta’ Mejju 2007, Color Drack ( 15 ), u tad‑9 ta’ Lulju 2009, Rehder ( 16 ), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 jiddeżinja direttament il-qorti li għandha ġurisdizzjoni mingħajr riferiment għar-regoli interni tal-Istati Membri. Jekk dan huwa l-każ, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni hija dik tas-sede tal-vittma tal-akkordju.

26.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Juzgado de lo Mercantil no 2 de Madrid (il-Qorti Kummerċjali Nru 2 ta’ Madrid) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:

“L-Artikolu 7(2) tar-Regolament [Nru 1215/2012], inkwantu jistabbilixxi li persuna ddomiċiljata fi Stat Membru tista’ tiġi mħarrka fi Stat Membru ieħor: ‘[…] fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kważi delitt, fil-qrati tal-post fejn l-avveniment dannuż jkun twettaq jew jista’ jitwettaq’, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jistabbilixxi biss il-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-korpi ġudizzjarji tal-Istat Membru li fih jinsab l-imsemmi post, b’mod li sabiex tiġi ddeterminata l-qorti nazzjonali li territorjalment ikollha ġurisdizzjoni fi ħdan dan l-Istat għandu jsir riferiment għar-regoli proċedurali nazzjonali, jew għandu jiġi interpretat bħala regola mħallta li, għaldaqstant, tiddetermina direttament kemm il-ġurisdizzjoni internazzjonali kif ukoll il-ġurisdizzjoni territorjali nazzjonali, mingħajr il-ħtieġa li jsiru riferimenti għal-leġiżlazzjoni nazzjonali?”

27.

Il-kumpanniji Volvo, il-Gvern Spanjol, Franċiż u dak Olandiż kif ukoll il-Kummissjoni, ippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub lill-Qorti tal-Ġustizzja.

28.

Is-seduta tas-sottomissjonijiet orali, li inizjalment kellha ssir fis‑17 ta’ Diċembru 2020, ġiet annullata minħabba l-kriżi tas-saħħa u l-mistoqsija li kienet saret għal tweġiba orali ġiet mibdula f’mistoqsija għal tweġiba bil-miktub u magħha ġew miżjuda mistoqsijiet oħrajn. Il-kumpanniji Volvo kif ukoll il-Gvern Spanjol u l-Kummissjoni wieġbu għal dawn il-mistoqsijiet fit-termini imposti.

IV. Analiżi

A.   Fuq l‑ammissibbiltà

29.

Il-kumpanniji Volvo jsostnu li t-talba hija inammissibbli għar-raġuni li r-risposta għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju hija ċara.

30.

Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn din tal-aħħar u l-qrati nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, l-ewwel, hija biss il-qorti nazzjonali li quddiemha titressaq il-kawża u li għandha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tingħata, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Għaldaqstant, ladarba d-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, fil-prinċipju, meħtieġa li tiddeċiedi. It-tieni, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali li hija tiddefinixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha, u li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika l-eżattezza tiegħu, igawdu minn preżunzjoni ta’ rilevanza, sakemm ma jkollhom l-ebda rabta mal-kawża prinċipali ( 17 ).

31.

F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju spjegat preċiżament ir-raġunijiet għad-dubju li għandha rigward il-ġurisdizzjoni territorjali tagħha, li ġġustifika t-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari. Dawn huma bbażati fuq l-assenza ta’ deċiżjoni espressa tal-Qorti tal-Ġustizzja f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt dwar il-portata ta-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012, u fuq il-ġurisprudenza stabbilita tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), li tgħid li din id-dispożizzjoni ma teskludix l-applikazzjoni tar-regoli interni ta’ ġurisdizzjoni.

32.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju hija, fil-fehma tiegħi, ammissibbli.

B.   Fuq il‑mertu

33.

Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandux jiġi interpretat fis-sens li jiddetermina, f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt, mhux biss il-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati tal-Istat Membru li fih jinsab il-fattur ta’ konnessjoni previst minn din id-dispożizzjoni, iżda wkoll il-ġurisdizzjoni territorjali tal-qrati ta’ dan l-Istat.

1. Osservazzjonijiet preliminari

34.

Insostenn tat-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju ġustament fakkret li, f’kuntest fattwali identiku għal dak tal-kawża prinċipali, jiġifieri l-kartell tat-trakkijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fis-sentenza Tibor-Trans dwar il-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qorti adita b’azzjoni għal kumpens għad-dannu kkawżat mill-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni. Bl-istess mod, hija nnotat li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dik is-sentenza ma tirrigwardax espressament in-natura “mħallta” tar-regola ta’ ġurisdizzjoni prevista fil-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012, b’differenza mid-deċiżjonijiet mogħtija f’materji kuntrattwali, jiġifieri s-sentenzi tat‑3 ta’ Mejju 2007, Color Drack ( 18 ), u tad‑9 ta’ Lulju 2009, Rehder ( 19 ).

35.

Nosserva, minn naħa, li din id-domanda bla preċedent ma hijiex iżolata ( 20 ). Jidher għalhekk li l-qrati nazzjonali jistennew interpretazzjoni iktar preċiża tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1215/2012. Min-naħa l-oħra, huwa xieraq, fil-fehma tiegħi, li titqies risposta lill-qorti tar-rinviju fid-dawl tas-sentenzi Verein für Konsumenteninformation u tal‑24 ta’ Novembru 2020, Wikingerhof ( 21 ), li ngħataw wara li l-Qorti tal-Ġustizzja ġiet adita.

36.

Huwa għalhekk li l-analiżi tiegħi ser tkun iddedikata, l-ewwel nett, għad-domanda dwar il-portata tar-regola ta’ ġurisdizzjoni prevista fil-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012. Sussegwentement, ser nesponi xi kunsiderazzjonijiet bl-għan li niċċara l-kriterji għad-determinazzjoni tal-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni territorjali. Fl-aħħar nett, ser neżamina s-suġġeriment tal-Gvern Franċiż u tal-Kummissjoni dwar il-possibbiltà tal-Istati Membri li jagħżlu organizzazzjoni materjali tal-qrati li tikkonċentra t-trattament ta’ ċertu kontenzjuż quddiem qrati speċjalizzati.

37.

Għall-finijiet tal-eżami ta’ dawn il-punti kollha, infakkar li, b’mod konformi ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sa fejn ir-Regolament Nru 1215/2012 iħassar u jissostitwixxi r-Regolament Nru 44/2001, li min-naħa tiegħu ssostitwixxa l-Konvenzjoni ta’ Brussell, l-interpretazzjoni pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jikkonċerna d-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-istrumenti legali tal-aħħar, tapplika wkoll għar-Regolament Nru 1215/2012 meta dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu kklassifikati bħala “ekwivalenti” ( 22 ). Dan huwa l-każ tal-punt 3 tal-Artikolu 5 ta’ din il-konvenzjoni u tar-Regolament Nru 44/2001, minn naħa, u tal-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012, min-naħa l-oħra ( 23 ).

2. Fuq id‑determinazzjoni tal‑ġurisdizzjoni kemm internazzjonali kif ukoll interna

38.

Jien tal-fehma li d-dubju espress mill-qorti tar-rinviju rigward l-iskop tal-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 jista’ faċilment jitneħħa wara li ngħatat is-sentenza Wikingerhof. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “il-qorti li għandha ġurisdizzjoni skont il-punt 2 tal-Artikolu 7 [ta’ dan ir-regolament], jiġifieri, […] dik tas-suq affettwat mill-aġir antikompetittiv allegat, hija l-iktar adattata sabiex tiddeċiedi” ( 24 ).

39.

Għaldaqstant, inqis, bħall-partijiet u l-partijiet ikkonċernati kollha li ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u bħall-avukati ġenerali li esprimew ruħhom b’mod inċidentali dwar din il-kwistjoni f’kawżi preċedenti ( 25 ), li jista’ jiġi speċifikat espressament li l-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu l-għan li jirregola l-ġurisdizzjoni tal-qrati mhux biss bejn l-Istati Membri, iżda wkoll fil-livell intern, filwaqt li l-kwistjonijiet proċedurali l-oħrajn jibqgħu rregolati mid-dritt tal-Istat Membru li fih tinsab il-qorti li tiġi adita ( 26 ).

40.

Għalhekk, jista’ jkun suffiċjenti li wieħed jinnota, minn naħa, bħal fis-sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2009, Rehder ( 27 ), mogħtija f’materji kuntrattwali, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001, li l-kunsiderazzjonijiet tal-istess natura bħal dawk li fuqhom ibbażat ruħha l-Qorti tal-Ġustizzja biex tasal għall-interpretazzjoni fformulata fis-sentenza tat‑3 ta’ Mejju 2007, Color Drack ( 28 ), huma validi f’dak li jikkonċerna r-regoli ekwivalenti dwar il-ġurisdizzjoni speċjali fir-Regolament Nru 1215/2012 minħabba l-ġenesi tagħhom, l-iskop tagħhom u l-post tagħhom fis-sistema stabbilita b’dan ir-regolament. Min-naħa l-oħra, dawn ir-raġunijiet wasslu lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tinterpreta r-regoli ta’ ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ obbligi ta’ manteniment fl-istess sens.

41.

Madankollu, sabiex niffaċilita l-fehim tar-rabta bejn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1215/2012 meħuda flimkien, jidhirli li huwa xieraq li nsemmi l-elementi utli għall-interpretazzjoni tal-punt 2 tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament billi nikkunsidra mhux biss il-kliem tiegħu iżda wkoll is-sistema li huwa jistabbilixxi u l-għanijiet li huwa jsegwi ( 29 ).

42.

L-ewwel, fir-rigward tal-kliem tal-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012, għandhom jittieħdu lezzjonijiet mit-tqabbil tiegħu ma’ dak tal-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament. F’dan l-artikolu jissemmew “il-qrati” tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu ddomiċiljati l-persuni li jitressqu quddiem il-qorti. Din l-espressjoni ġenerali tiddetermina l-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Stat Membru, meħuda kollha flimkien ( 30 ). Id-deżinjazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni territorjali hija għalhekk irregolata minn regoli nazzjonali.

43.

Għall-kuntrarju, fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012, bl-eċċezzjoni tal-punt 6, il-leġiżlatur tal-Unjoni għażel l-espressjoni “quddiem il-qrati tal-post” ( 31 ) jew “fil-qorti” peress li din hija għażla miftuħa għar-rikorrent, b’kunsiderazzjoni ta’ post speċifiku, b’eċċezzjoni għar-regola ta’ ġurisdizzjoni ġenerali ( 32 ), skont is-suġġett tat-talba. Għalhekk, f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt, il-kriterju stabbilit fil-punt 2 tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, huwa dak “tal-post fejn l-avveniment dannuż jkun twettaq jew jista’ jitwettaq”. Bl-istess mod, skont il-punt 1(a) tal-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament, il-konvenut jista’ jitressaq “fil-qrati tal-post tat-twettiq tal-obbligazzjoni in kwistjoni”.

44.

It-tieni, in-natura derogatorja tas-sistema stabbilita bir-Regolament Nru 1215/2012, li tippermetti lir-rikorrent li jinvoka waħda mir-regoli ta’ ġurisdizzjoni speċjali previsti minn dan ir-regolament, għandha tiġi nnotata ( 33 ) sa fejn hija rriżervata għal ċerti materji jew maħsuba biex tipproteġi parti dgħajfa.

45.

It-tielet, għandu jiġi enfasizzat li l-kliem ta’ dawn ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni speċjali huwa ġġustifikat, kif speċifikat fil-premessa 16 tar-Regolament Nru 1215/2012, mill-għan tal-leġiżlatur li jawtorizza l-għażla ta’ qorti ta’ Stat Membru skont il-post li miegħu tkun partikolarment marbuta t-tilwima u bl-għan li tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja ( 34 ). Dawn il-prinċipji ggwidaw b’mod kostanti lill-Qorti tal-Ġustizzja fl-interpretazzjoni tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni speċjali bil-ħsieb li jiġu rrikonoxxuti l-punti ta’ konnessjoni xierqa biex jgħaqqdu r-regoli ta’ kunflitt tal-qrati ( 35 ) u li tiġi ddeżinjata l-qorti l-iktar xierqa sabiex tiddeċiedi.

46.

Din l-analiżi hija kkorroborata mir-rapport ta’ P. Jenard dwar il-Konvenzjoni ta’ Brussell ( 36 ) li l-analiżi tiegħu hija kkonfermata fir-rapport ta’ P. Schlosser dwar il-Konvenzjoni dwar l-Adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, tal-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mal-Konvenzjoni ta’ Brussell kif ukoll mal-Protokoll dwar l-interpretazzjoni tagħha mill-Qorti tal-Ġustizzja ( 37 ).

47.

F’dawn iċ-ċirkustanzi u kif diġà seta’ jiġi dedott mir-raġunament tas-sentenzi preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja kemm f’materji kuntrattwali ( 38 ) kif ukoll fi kwistjonijiet ta’ obbligi ta’ manteniment ( 39 ), ma hemm l-ebda dubju li l-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 jiddeżinja direttament il-qorti li għandha ġurisdizzjoni ( 40 ), fid-dawl tal-għanijiet segwiti minn dan tal-aħħar.

48.

Risposta bħal din, peress li tobbliga lil qorti ta’ Stat Membru adita abbażi tal-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 li ma tapplikax ir-regoli interni ta’ ġurisdizzjoni territorjali, għandha tiġi kkompletata b’mod utli, fil-fehma tiegħi, bi kjarifiki dwar il-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu allegat ( 41 ) kif ukoll dwar id-deżinjazzjoni konkreta tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni speċjali, speċjalment fid-dawl tal-iżvilupp tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fi kwistjonijiet ta’ ġurisdizzjoni fil-każ ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni.

3. Fuq id‑determinazzjoni tal‑post fejn seħħ id‑dannu allegat u d‑deżinjazzjoni tal‑qorti li għandha ġurisdizzjoni

49.

Fil-motivazzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju rreferiet għas-sentenzi CDC Hydrogen Peroxide ( 42 ) u Tibor-Trans, rigward id-determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar azzjonijiet għal kumpens għal danni kkawżati minn akkordji ssanzjonati mill-Kummissjoni ( 43 ), mingħajr ma għamlet distinzjoni bejniethom, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat żewġ postijiet differenti tad-dannu u ċ-ċirkustanzi fattwali tal-kawża prinċipali kienu jeżiġu paragun mat-tieni sentenza.

50.

Għaldaqstant, fil-fehma tiegħi, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha għalhekk l-opportunità biex tipprovdi l-kjarifiki utli kollha lill-qrati nazzjonali dwar il-portata tas-sentenza Tibor-Trans, fid-dawl tas-sentenzi Verein für Konsumenteninformation u Wikingerhof mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja wara t-talba għal deċiżjoni preliminari. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha wkoll tispeċifika jekk jistgħux jiġu kkunsidrati diversi kriterji ta’ ġurisdizzjoni sabiex jintlaħaq l-għan li jiġġustifika l-eżistenza tagħhom, jiġifieri li tingħata l-prijorità lir-rabta ta’ prossimità mat-tilwima.

a) Is‑sentenza Tibor‑Trans

51.

Għalkemm is-sentenza Tibor-Trans ingħatat f’kuntest kważi identiku għal dak tat-tilwima fil-kawża prinċipali, diversi aspetti tagħha jistħoqqilhom analiżi iktar iddettaljata.

52.

L-ewwel, bħal fil-kawża prinċipali, fil-kawża li tat lok għas-sentenza Tibor-Trans, il-qorti tar-rinviju kienet ġiet adita b’azzjoni għall-kumpens għad-danni, li kienu jikkonsistu fi spejjeż addizzjonali mħallsa minħabba l-prezzijiet artifiċjalment għolja applikati għal trakkijiet, ikkawżati mill-istess prattiki antikompetittivi.

53.

Għalkemm, fil-kawża li tat lok għas-sentenza Tibor-Trans, il-kumpannija rikorrenti kienet għażlet li tressaq l-azzjoni tagħha kontra wieħed biss mill-parteċipanti fl-akkordju inkwistjoni u li hija ma kinitx forniet ruħha mingħandu ( 44 ), f’dan il-każ, RH fittxet, fost kumpanniji oħrajn responsabbli għall-akkordju inkwistjoni, diversi minnhom stabbiliti barra Spanja, u li mingħandhom it-trakkijiet mmanifatturati minnhom ma kinux inxtraw direttament. Barra minn hekk, RH fittxet lis-sussidjarja Spanjola ta’ dawn il-kumpanniji ( 45 ) li minnha jiddependi l-konċessjonarju tal-karozzi Spanjol li mingħandu RH forniet ruħha, kif jista’ jiġi dedott mill-annessi tal-proċess ( 46 ).

54.

It-tieni, fil-kawża li tat lok għas-sentenza Tibor-Trans, il-qorti tar-rinviju kellha dubju dwar l-applikazzjoni b’analoġija tas-sentenza CDC Hydrogen Peroxide, li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kienet identifikat bħala qorti li għandha ġurisdizzjoni dik tas-sede tal-kumpannija rikorrenti, minħabba l-assenza ta’ rabta kuntrattwali diretta bejn il-partijiet u minħabba l-obbligu li ma tintgħażilx regola ta’ ġurisdizzjoni li tiffavorixxi l-forum actoris ( 47 ).

55.

Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “l-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kawża għal kumpens għal dannu kkawżat minn ksur skont l-Artikolu 101 TFUE, li jikkonsisti b’mod partikolari f’arranġamenti kollużivi dwar l-iffissar tal-prezzijiet u ż-żieda fil-prezzijiet gross tat-trakkijiet, il-‘post fejn seħħ il-fatt dannuż’ jirreferi, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għall-post tas-suq affettwat minn dan il-ksur, jiġifieri l-post fejn il-prezzijiet tas-suq ġew distorti, li fi ħdanu l-vittma tallega li sofriet dan id-dannu, anki jekk l-azzjoni hija diretta kontra parteċipant fl-akkordju inkwistjoni li miegħu din il-vittma ma kinitx stabbilixxiet relazzjonijiet kuntrattwali” ( 48 ).

56.

Rigward id-determinazzjoni tad-dannu, il-Qorti tal-Ġustizzja nnotat li “id-dannu allegat fil-kawża prinċipali essenzjalment jirriżulta mill-ispiża addizzjonali mħallsa minħabba l-prezzijiet artifiċjalment għolja u, minħabba f’hekk, jidher li huwa l-konsegwenza immedjata tal-ksur skont l-Artikolu 101 TFUE u għaldaqstant jikkostitwixxi dannu dirett li fuqu tista’ tkun ibbażata, bħala prinċipju, il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu dan ikun immaterjalizza ruħu” ( 49 ).

57.

Rigward il-post tad-dannu mġarrab direttament, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, “meta s-suq affettwat mill-aġir antikompetittiv ikun jinsab fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun allegatament seħħ id-dannu allegat, għandu jiġi kkunsidrat li l-post fejn ikun immaterjalizza ruħu d-dannu, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012, huwa f’dan l-Istat Membru” ( 50 ).

58.

Insostenn ta’ din id-deċiżjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ċċitat il-punt 40 tas-sentenza flyLAL-Lithuanian Airlines. Għaldaqstant, ninnota, minn naħa, li, f’kawża ta’ akkordju fuq il-prezzijiet tal-istess tip u ssanzjonata taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dik li serviet bħala bażi għall-azzjoni għad-danni fis-sentenza CDC Hydrogen Peroxide ( 51 ), il-Qorti tal-Ġustizzja estendiet is-soluzzjoni li kienet adottat f’kawża li fiha kunsill tal-kompetizzjoni nazzjonali kien ikkonstata abbuż ta’ pożizzjoni dominanti u ġie allegat ftehim antikompetittiv ( 52 ). Min-naħa l-oħra, din is-soluzzjoni hija bbażata fuq il-konkordanza bejn żewġ elementi, jiġifieri il-post tas-suq affettwat u l-post fejn allegatament seħħ id-dannu allegat ( 53 ).

59.

B’mod iktar ġenerali, fis-sentenza Tibor-Trans, il-bosta riferimenti oħra għas-sentenza flyLAL-Lithuanian Airlines jirriflettu l-evoluzzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja bl-għan li jiġu armonizzati l-punti ta’ konnessjoni mal-post tad-dannu mġarrab direttament, kemm jekk huma spejjeż addizzjonali mġarrba waqt ix-xiri ( 54 ) kif ukoll jekk huma telf ta’ bejgħ ( 55 ), u mingħajr ma tagħmel distinzjoni bejn jekk l-aġir antikompetittiv kienx ġie kkonstatat b’deċiżjoni preċedenti ta’ awtorità jew le ( 56 ).

60.

Din il-linja ta’ ġurisprudenza favur ir-riferiment għas-suq affettwat minn prattiki antikompetittivi li għalihom jintalab kumpens quddiem qorti ġiet ikkonfermata reċentement fis-sentenza Wikingerhof li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li azzjoni li jkollha l-għan li twaqqaf ċertu aġir implimentat fil-kuntest tar-relazzjoni kuntrattwali bejn ir-rikorrent u l-konvenut u bbażata fuq allegazzjoni ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti mwettaq minn dan tal-aħħar, bi ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, taqa’ taħt materji ta’ delitt jew kważi-delitt, fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 ( 57 ).

61.

Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali inkwistjoni, “il-qorti li għandha ġurisdizzjoni skont il-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012, jiġifieri […] dik tas-suq affettwat mill-aġir antikompetittiv allegat, hija l-iktar adattata sabiex tiddeċiedi dwar il-kwistjoni prinċipali tal-fondatezza ta’ din l-allegazzjoni, u dan b’mod partikolari f’termini ta’ ġbir u ta’ evalwazzjoni tal-provi rilevanti f’dan ir-rigward” ( 58 ).

62.

Ninnota, minn naħa, li fis-sentenza Wikingerhof, il-Qorti tal-Ġustizzja tat importanza partikolari lil din il-kjarifika dwar il-post fejn il-fatt dannuż ikun seħħ jew jista’ jseħħ peress li ġiet mistoqsija dwar l-applikabbiltà tal-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 skont il-klassifikazzjoni tat-talbiet tar-rikorrent ( 59 ) u mhux dwar id-determinazzjoni ta’ wieħed mill-kriterji ta’ ġurisdizzjoni meħuda minn dan l-artikolu ( 60 ).

63.

Min-naħa l-oħra, jidhirli li għandhom jittieħdu xi lezzjonijiet mir-riferimenti, fil-punt 37 tas-sentenza Wikingerhof, għas-sentenzi Tibor-Trans u Verein für Konsumenteninformation sabiex tiġi ġġustifikata, b’analoġija, id-deċizjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-ġurisdizzjoni.

b) Il‑ġustifikazzjoni tal‑għażla tal‑post tas‑suq affettwat sabiex jinstab il‑post tad‑dannu

64.

Fil-punt 34 tas-sentenza Tibor-Trans, li għalih tirreferi s-sentenza Wikingerhof ( 61 ) u li għandu jinqara flimkien mal-punti 33 u 35 ta’ din l-ewwel sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-għażla tal-post li fih jinsab is-suq affettwat fejn il-vittma tallega li ġarrbet dannu tirriżulta mill-ħtieġa li tinstab il-qorti li tkun fl-aħjar pożizzjoni biex teżamina l-azzjonijiet għad-danni b’rabta ma’ att li jirrestrinġi l-kompetizzjoni, li tiġi żgurata l-prevedibbiltà ta’ tali regola għall-operatur ekonomiku inkwistjoni u li jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti ta’ koerenza mal-liġi applikabbli għal tali rikorsi għad-danni ( 62 ).

65.

Fil-punt 38 tas-sentenza Verein für Konsumenteninformation, li għalih is-sentenza Wikingerhof ukoll tirreferi ( 63 ), il-Qorti tal-Ġustizzja ġġustifikat l-interpretazzjoni li wasslitha biex tagħżel bħala post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu dak fejn il-vettura inkwistjoni kienet inxtrat ( 64 ) bħala li kienet “[u]koll konformi mal-għanijiet ta’ prossimità u ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, imsemmija fil-premessa 16 tar-Regolament Nru 1215/2012, sa fejn, sabiex tiddetermina l-ammont tad-dannu mġarrab, il-qorti nazzjonali tista’ tkun meħtieġa li tevalwa l-kundizzjonijiet tas-suq fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nxtrat l-imsemmija vettura. Issa, il-qrati ta’ dan l-aħħar Stat Membru x’aktarx ikunu fl-aħjar pożizzjoni biex jiksbu bl-iktar faċilità aċċess għall-mezzi ta’ prova neċessarji għar-realiżazzjoni ta’ dawn l-evalwazzjonijiet” ( 65 ).

66.

F’dawn it-tliet sentenzi, l-evoluzzjoni tal-ġustifikazzjoni tal-punt ta’ konnessjoni magħżul mill-Qorti tal-Ġustizzja juri, fil-fehma tiegħi, it-teħid inkunsiderazzjoni konkret tad-dimensjoni partikolari tal-kontenzjuż f’materji ta’ kompetizzjoni. Fil-fatt, fil-każ ta’ aġir illegali li jaffettwa suq ekonomiku, l-aċċess iffaċilitat għall-mezzi ta’ prova meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ dan is-suq u tal-konsegwenzi ta’ tali aġir jikkontribwixxi għal organizzazzjoni utli tal-proċeduri ( 66 ). Għaldaqstant huwa element deċiżiv fl-għażla tal-qorti l-iktar xierqa biex tiżgura l-osservanza tar-regoli ta’ kompetizzjoni b’saħħitha li tinvolvi s-sanzjonar ta’ kwalunkwe ksur tagħha u l-garanzija tal-effettività tad-dritt għall-protezzjoni tal-vittma.

67.

Għalhekk, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, imtennija fuq il-bażi ta’ tali kunsiderazzjonijiet probatorji prammatiċi, għandha titqiegħed mill-ġdid f’kuntest li l-importanza tiegħu ġiet enfasizzata jerġa’ iktar reċentement ( 67 ). Fil-fatt, il-kostruzzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tkompli tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni u, b’mod speċjali, tal-fażi privata tal-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE ( 68 ), peress li tiffavorixxi l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tal-azzjonijiet għad-danni mressqa quddiem il-qrati nazzjonali ( 69 ). F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-Qorti tal-Ġustizzja fdat lil dawn il-qrati bis-salvagwardja ta’ dan id-dritt, li jsaħħaħ in-natura operattiva tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni ( 70 ). Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li l-azzjonijiet għad-danni għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, imressqa quddiem il-qrati nazzjonali, huma parti integrali mis-sistema ta’ implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli, li għandha l-għan li trażżan l-aġir antikompetittiv tal-kumpanniji u li tiskoraġġixxi lil dawn tal-aħħar milli jwettqu aġir bħal dan ( 71 ).

68.

Finalment, l-azzjoni komplementari tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-qrati nazzjonali ġiet stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1/2003 tal-Kunsill tas‑16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat ( 72 ). Barra minn hekk, sabiex tirregola l-azzjonijiet għad-danni fid-dritt nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni, id-Direttiva 2014/104 ddefinixxiet regoli proċedurali u sostantivi ġodda, li kellhom jiġu trasposti fl-Istati Membri kollha sa mhux iktar tard mis‑27 ta’ Diċembru 2016 ( 73 ).

69.

Madankollu, għalkemm dawn ir-regoli għandhom l-għan li jippermettu lill-kumpanniji leżi li jiġu kkumpensati b’mod sħiħ billi jipprevedu b’mod partikolari regoli ta’ prova intiżi biex jegħlbu d-diffikultajiet kbar ikkawżati mill-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tar-responsabbiltà fil-kontenzjuż tal-kumpens għad-danni fid-dritt tal-kompetizzjoni, huma ma jipprevedux dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-ġurisdizzjoni.

70.

Għaldaqstant, għalkemm, fil-prinċipju, id-determinazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Tibor-Trans, tal-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu bħala dak il-post tas-suq affettwat mill-ksur, jiġifieri l-post fejn il-prezzijiet tas-suq ġew distorti, li fih il-vittma tallega li sofriet dan id-dannu ( 74 ), hija adattata għall-kuntest li għadni kemm fakkart biex jiġi ddeterminat liema hija l-qorti li għandha ġurisdizzjoni internazzjonalment ( 75 ), jidhirli li dan il-post ma huwiex preċiż biżżejjed biex jiddeżinja l-qorti li għandha ġurisdizzjoni territorjali fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat ( 76 ). Madankollu, fil-fehma tiegħi, fid-dawl ta’ sentenzi oħrajn tal-Qorti tal-Ġustizzja, din hija sors ta’ inċertezza legali fil-mument li fih tintgħażel l-għażla tal-ġurisdizzjoni prevista fil-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 disponibbli għar-rikorrent ( 77 ).

71.

Għalhekk jidhirli li huwa xieraq li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domandi tal-qorti tar-rinviju, li għandha, minħabba ċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, issegwi l-loġika tas-sentenza Tibor-Trans, tkun ikkompletata fuq dan il-punt sabiex il-qrati nazzjonali jkollhom risposta li tmur lil hinn mill-kuntest strett tal-kawża li ġġustifikat it-talba għal deċiżjoni preliminari. In-numru ta’ proċeduri li jistgħu jinbdew minħabba d-daqs tal-akkordju inkwistjoni għandu wkoll jiġi kkunsidrat.

c) Il-post preċiż tad-dannu allegat fi ħdan is‑suq affettwat għall‑finijiet tad‑deżinjazzjoni tal‑qorti kompetenti

72.

Fis-sentenza flyLAL-Lithuanian Airlines, li tikkostitwixxi l-bażi tas-sentenza Tibor-Trans, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, “fil-kuntest ta’ kawża għal kumpens għal dannu kkawżat minn aġir antikompetittiv, il-‘post fejn seħħ il-fatt dannuż’ jirreferi, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, b’mod partikolari, għall-post fejn ikun seħħ it-telf ta’ profitti li jikkonsisti f’telf ta’ bejgħ, jiġifieri l-post tas-suq affettwat mill-imsemmi aġir li fih il-vittma tallega li ġarrbet dan it-telf” ( 78 ).

73.

Il-post preċiż tad-dannu allegat seta’ faċilment jiġi dedott minn din l-interpretazzjoni. Fil-fatt, it-tilwima qamet minħabba l-aġir antikompetittiv ta’ operatur ekonomiku fis-suq li fih il-vittma ta’ dan l-aġir, kumpannija tal-ajru, kienet twettaq il-parti l-kbira tal-attivitajiet tagħha, jiġifieri titjiriet organizzati minn u lejn Vilnius (il-Litwanja), il-belt kapitali tal-Istat Membru li fih kienet stabbilita din il-kumpannija. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li dan kien is-“suq essenzjalment affettwat” ( 79 ).

74.

Barra minn hekk, fil-punt 40 tas-sentenza flyLAL-Lithuanian Airlines, il-Qorti tal-Ġustizzja nnotat li din is-soluzzjoni hija bbażata fuq il-konkordanza ta’ żewġ elementi li huma l-post tas-suq affettwat minn prattiki li ħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni u dak ta’ fejn seħħ id-dannu allegat ikkawżat minn dawn il-prattiki. F’dan is-sens, ir-restrizzjoni tal-ġurisdizzjoni għad-dannu mġarrab fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed kif ukoll l-eżistenza ta’ rabta bejn il-ksur tal-interess ġenerali u dak tal-interessi tal-kumpannija jew, b’mod iktar ġenerali, tal-interessi privati, huma ggarantiti.

75.

Madankollu, ladarba s-suq affettwat kien dak li fih il-vittma kienet tiżviluppa l-parti l-kbira tal-attivitajiet tagħha ta’ bejgħ ta’ titjiriet u ladarba kienet ġarrbet telf ta’ profitti ( 80 ), din il-kundizzjoni ta’ konkordanza kienet neċessarjament issodisfatta ( 81 ). Din kellha twassal, b’mod konkret, biex tiddeżinja l-qorti li għandha ġurisdizzjoni territorjali bħala dik tal-post fejn hija stabbilita l-kumpannija vittma tal-prattiki antikompetittivi ( 82 ), minħabba n-natura tad-dannu allegat.

76.

Fis-sentenza Tibor-Trans, ġie adottat raġunament simili għal dak użat fis-sentenza flyLAL-Lithuanian Airlines. Il-Qorti tal-Ġustizzja setgħet tikkonstata l-eżistenza ta’ rabta bejn is-suq affettwat mill-ksur u dak fejn il-vittma allegat li ġarrbet spejjeż addizzjonali minħabba l-fatt li, bħal fil-kawża prinċipali, is-suq affettwat mill-akkordju fuq il-prezz tat-trakkijiet huwa dak tal-Istat Membru li fih il-kumpannija vittma tiegħu xtrat il-vetturi, permezz ta’ konċessjonarju, stabbilit fl-istess Stat li huwa wkoll dak fejn hija teżerċita l-attivitajiet ta’ trasport tagħha ( 83 ).

77.

Għalhekk, fis-sentenza Tibor-Trans, il-Qorti tal-Ġustizzja għażlet bħala post fejn seħħ id-dannu l-“post fejn il-prezzijiet tas-suq ġew distorti, li fi ħdanu l-vittma tallega li sofriet […] dannu” ( 84 ), u mhux dak fejn tħallsu l-ispejjeż addizzjonali ( 85 ) li seta’ jiġi bbażat fuq adattament dirett tal-punt 43 tas-sentenza flyLAL-Lithuanian Airlinest ( 86 ), mingħajr madankollu ma speċifikat li huwa l-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu ( 87 ).

78.

Madankollu, għandu jiġi kkonstatat, minn naħa, li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni territorjali fl-Istat Membru ddeżinjat b’dan il-mod ma hijiex identifikabbli b’mod ċar, kuntrarjament għal dak li ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza CDC Hydrogen Peroxide, f’każ simili ta’ ksur issanzjonat mill-Kummissjoni, jiġifieri li tagħżel bħala punt ta’ konnessjoni l-post tas-sede tal-persuna leża.

79.

Min-naħa l-oħra, sabiex wieħed imur lil hinn mill-kuntest fattwali li fih il-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tiġi mistoqsija, għandha titqies il-varjetà taċ-ċirkustanzi li fihom jista’ jiġġarrab dannu fil-każ ta’ akkordju fuq il-prezzijiet, li huwa differenti ħafna mill-każijiet ta’ ħsara għall-iżvilupp ta’ attività ekonomika. Fil-fatt, partikolarment fis-settur tal-bejgħ ta’ vetturi u tat-trasport, il-post tas-suq affettwat mill-prattiki antikompetittivi li jwasslu għal spejjeż addizzjonali mhux neċessarjament jaqbel mal-post tax-xiri tal-beni inkwistjoni jew dak fejn jiġu eżerċitati l-attivitajiet tax-xerrej finali, b’mod differenti mis-sitwazzjoni tax-xerrej dirett.

80.

Għal dawn ir-raġunijiet, u fid-dawl tal-prinċipju li l-kunċett ta’ “post fejn seħħ il-fatt dannuż” għandu jiġi interpretat b’mod strett ( 88 ), għandhom jiġu stabbiliti l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-qorti li r-rikorrent jista’ jadixxi.

81.

Għal dan il-għan, bħall-kumpanniji Volvo, il-Gvern Spanjol u l-Kummissjoni, nistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tagħmel paragun mas-sentenza Verein für Konsumenteninformation għar-raġuni li dik is-sentenza ngħatat f’kawża li għandha diversi punti komuni mal-kawża prinċipali, kif ukoll dik li tat lok għas-sentenza Tibor-Trans, u għar-raġuni li hija estensjoni tagħha ( 89 ). Fil-fatt, l-azzjoni inkwistjoni kellha bħala suġġett il-kumpens għad-dannu kkawżat mill-akkwist, mingħand terz, ta’ vetturi bi prezz ogħla mill-valur reali tagħhom ( 90 ) minħabba aġir illegali tal-manifatturi tagħhom ( 91 ).

82.

Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-dannu mġarrab mill-akkwirent finali, li la huwa indirett u lanqas purament patrimonjali, iseħħ waqt l-akkwist tal-vettura inkwistjoni mingħand terz ( 92 ). Dan il-kriterju huwa l-uniku punt ta’ konnessjoni rilevanti, minħabba l-eżistenza ta’ rabta ma’ beni materjali li tiġġustifika l-fatt li ma ssirx tfittxija ta’ ċirkustanzi partikolari oħrajn bħal fil-kawżi li fihom investimenti finanzjarji kienu wasslu għal tnaqqis fl-assi tal-persuni kkonċernati ( 93 ).

83.

Għalhekk, l-ewwel nett, issa jidher ċar li, fil-każ ta’ dannu materjali li jirriżulta mit-telf ta’ valur ta’ beni ( 94 ), li għalhekk ma huwiex purament patrimonjali, il-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu huwa dak tal-akkwist ta’ dan il-beni ( 95 ).

84.

Barra minn hekk, il-fatt li minnu jirriżulta d-dannu materjali huwa li l-ħlas magħmul għall-akkwist tal-beni inkwistjoni għandu bħala korrispettiv, bl-iżvelar tal-aġir illegali tal-manifattur ta’ dan, beni li għandu valur iktar baxx ( 96 ).

85.

It-tieni, iċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali jiġġustifikaw dubju dwar it-tifsira tat-terminu “akkwist” peress li RH kienet ikkonkludiet kuntratti ta’ leasing li taħthom hija saret proprjetarja tat-trakkijiet.

86.

Il-fatt li t-talba għall-kumpens hija bbażata fuq id-dritt tal-kompetizzjoni jiġġustifika, fil-fehma tiegħi, approċċ ekonomiku ( 97 ) għall-kunċett ta’ “akkwist” ladarba dan jirriżulta fid-dħul tal-beni li huwa s-suġġett ta’ kuntratt ta’ leasing fl-assi tal-karta tal-bilanċ.

87.

F’dan is-sens, naqbel mal-opinjoni espressa mill-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona meta jgħid “[i]l-punt tat-tluq korrett huwa, […] fl-att li permezz tiegħu l-proprjetà saret parti mill-patrimonju tal-parti affettwata u li kkawża d-dannu. Il-post fejn seħħ id-dannu huwa dak fejn din it-tranżazzjoni ġiet konkluża” ( 98 ).

88.

Il-post tat-tranżazzjoni jista’ għalhekk jinftiehem b’mod wiesa’ bħala dak fejn sar il-ftehim dwar il-beni u dwar il-prezz ( 99 ) u mhux dak fejn tħallas il-prezz ( 100 ) jew fejn il-beni ġie pprovdut li jistgħu jseħħu f’postijiet oħrajn u fi stadju sussegwenti għal dan il-ftehim ( 101 ).

89.

Ir-rekwiżit ta’ prevedibbiltà ( 102 ) fir-rigward tal-konvenut jidhirli li huwa ssodisfatt peress li, mill-perspettiva tiegħu, qiegħda jintgħażel il-post tal-bejgħ tal-beni u, f’dan il-każ, minn konċessjonarju tal-vetturi jew minn kwalunkwe intermedjarju ieħor responsabbli għall-bejgħ ta’ dawn il-vetturi, irrispettivament minn kwalunkwe trasferiment ta’ proprjetà fis-sens legali.

90.

Ir-rekwiżit ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja huwa ugwalment issodisfatt minħabba l-interess ewlieni li jista’ jkollu l-fatt li l-qorti għandha ġurisdizzjoni biex teżamina wkoll it-talbiet possibbli tal-intermedjarju inkarigat mit-tranżazzjoni fuq l-istess bażi jew il-kwistjoni tal-eventwali trasferiment tal-ispejjeż addizzjonali minn dan tal-aħħar fuq ix-xerrej downstream li jikkostitwixxi motiv ta’ difiża rikorrenti ( 103 ).

91.

L-għanijiet tar-Regolament Nru 1215/2012, kif speċifikati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi l-iktar reċenti rigward ir-rekwiżiti probatorji fit-tilwim inkwistjoni li għandhom jiġu ssodisfatti fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli ( 104 ), jidhirli li huma milħuqa wkoll mid-deżinjazzjoni tal-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu minflok dak tat-tranżazzjoni, mingħajr ċirkustanzi partikolari oħra fl-assenza ta’ trasferiment ta’ proprjetà.

92.

Fil-fatt, b’differenza mit-tilwim li fihom id-dannu purament patrimonjali allegat jiġġustifika li diversi elementi konkreti jikkumpensaw għall-assenza ta’ rabta ma’ beni materjali, il-konnessjoni mal-post tat-tranżazzjoni hija suffiċjenti, fil-prinċipju, biex tiġi ddeżinjata l-qorti li oġġettivament hija fl-aħjar pożizzjoni biex tanalizza l-elementi li jikkostitwixxu r-responsabbiltà tal-konvenut ( 105 ).

93.

Konsegwentement, l-identifikazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni bħala dik tal-post tal-akkwist tat-trakkijiet li l-prezzijiet tagħhom kienu artifiċjalment għoljin tissodisfa l-ħtiġijiet probatorji tat-tilwima peress li l-vittma tallega li ġarrbet dannu marbut ma’ spiża addizzjonali tat-trakkijiet f’post fi ħdan is-suq affettwat, li huwa dak tal-attività tagħha, għall-istess raġunijiet adottati fis-sentenza Verein für Konsumenteninformation ( 106 ). F’dan il-każ, dan huwa l-każ ta’ RH.

94.

Għalhekk, fl-aħħar ta’ din l-ewwel parti tal-analiżi tiegħi dwar id-deżinjazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni fis-suq affettwat minn prattiki antikompetittivi, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni għall-kumpens għad-danni li jirriżultaw minn spejjeż addizzjonali mħallsa mill-persuna leża minn akkordju fuq il-prezzijiet hija, fil-prinċipju, dik tal-post tal-akkwist tal-beni inkwistjoni.

95.

Madankollu, kif diġà ddeskrivejt ( 107 ), hemm lok, fil-fehma tiegħi, li tiġi eskluża s-sitwazzjoni li fiha l-post fejn seħħ id-dannu allegat ma jkunx jaqbel mal-post tal-attività tal-vittma tal-prattiki li ħolqu distorsjoni fil-prezzijiet ( 108 ), pereżempju, fil-każ ta’ xiri ta’ vetturi f’diversi Stati Membri jew minn diversi punti ta’ provvista fl-istess Stat Membru jew inkella fil-każ ta’ akkwist mingħand bejjiegħ stabbilit barra mis-suq affettwat ( 109 ).

96.

Għalkemm, fil-post ta’ kull waħda mit-tranżazzjonijiet fis-suq jew fis-swieq affettwat(i), il-kundizzjonijiet ta’ analiżi tas-suq (tas-swieq) ikunu identiċi, dan ma huwiex il-każ fir-rigward tal-evalwazzjoni tad-dannu mġarrab mir-rikorrent, vittma diretta tad-dannu ( 110 ). Ipotetikament, l-analiżi tista tkun iktar diffiċli jekk il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni ma tkunx dik li fit-territorju ġurisdizzjonali tagħha tiġi eżerċitata l-attività ekonomika tal-persuna leża. Madankollu, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà enfasizzat, fil-każ ta’ akkordju illegali stabbilit b’mod vinkolanti, din l-evalwazzjoni tikkostitwixxi l-kompitu essenzjali tal-qorti adita b’talba għal kumpens għad-dannu li jirriżulta minnu ( 111 ).

97.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, jiena tal-fehma li l-kwistjoni dwar jekk jistax ikun għadu xieraq li tintuża l-konnessjoni mal-post tas-sede tal-kumpannija leża, adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja f’ċirkustanzi partikolari ( 112 ), tistħoqq analiżi iktar iddettaljata.

d) Il‑post tas-sede tal‑persuna leża bħala l‑post tad‑dannu

98.

Ċerti ċirkustanzi jiġġustifikaw, fil-fehma tiegħi, fid-dawl tal-għan ta’ prossimità, stabbilit fir-Regolament Nru 1215/2012 ( 113 ), li l-punt ta’ konnessjoni mal-post tas-sede tal-vittma ta’ prattiki antikompetittivi jista’ xorta jkun rilevanti sabiex tiġi żgurata l-effettività tat-trattament ta’ dawn l-azzjonijiet għall-kumpens kumplessi min-natura ( 114 ) u mill-għan tagħhom fil-każ ta’ ksur ġeografikament mifrux ħafna ( 115 ).

99.

Fil-fatt, fil-prattika, ma narax kif tista’ tkun konformi ma’ dan l-għan ta’ prossimità, li issa jidher b’mod konkret ħafna fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ( 116 ), l-għażla ta’ punt ta’ konnessjoni li ġġiegħel lil kumpannija li tkun xtrat diversi trakkijiet fi Stati Membri differenti tadixxi lill-qorti li fit-territorju ġurisdizzjonali tagħha jinsab kull post tal-akkwist u li, barra minn hekk, il-kumpannija leża ma teżerċita l-ebda attività fihom ( 117 ). Barra minn hekk, ir-regoli ta’ konnessjoni, previsti fl-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 1215/2012, ma joffrux soluzzjonijiet sodisfaċenti minħabba l-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2, ladarba wieħed iqis li l-qorti tista’ tieħu konjizzjoni biss tad-dannu li seħħ fit-territorju ġurisdizzjonali tagħha ( 118 ).

100.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja meħuda fis-sentenza CDC Hydrogen Peroxide jistħoqqilha attenzjoni mġedda. Il-kawża li tat lok għal din is-sentenza kellha bħala suġġett talbiet għall-kumpens tad-danni kollha kkawżati minn akkordju fuq il-prezz tal-perossidu tal-idroġenu f’diversi Stati Membri f’dati u f’postijiet differenti ( 119 ), ikkonstatat mill-Kummissjoni ( 120 ), lil kumpanniji attivi fis-settur tal-ipproċessar taċ-ċellulosa u tal-karta u li kienu xtraw bejn l‑1994 u l‑2006 kwantitajiet kunsiderevoli ta’ perossidu tal-idroġenu f’diversi Stati Membri tal-Unjoni u taż-ŻEE. Barra minn hekk, fil-każ ta’ wħud minnhom, il-perossidu tal-idroġenu kien ġie kkonsenjat f’fabbriki li jinsabu f’diversi Stati Membri ( 121 ).

101.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, ikkaratterizzati mill-multipliċità tal-postijiet ta’ xiri f’diversi swieq affettwati mill-akkordju inkwistjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-qorti tal-post fejn il-kumpannija rikorrenti għandha s-sede tagħha għandha l-ġurisdizzjoni biex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni ppreżentata kontra kwalunkwe awtur ta’ dan l-akkordju, jew kontra diversi minnhom ( 122 ), għad-dannu kollu kkawżat lill-imsemmija kumpannija rikorrenti minħabba spejjeż addizzjonali li hija ħallset sabiex tiġi fornuta l-prodotti li huma s-suġġett tal-akkordju kkonċernat. Fil-punt 52 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet qieset li l-post fejn id-dannu jimmanifesta ruħu b’mod konkret, ladarba huwa dannu li jikkonsisti fi spejjeż addizzjonali, ikun jinsab “bħala prinċipju” fis-sede ta’ din il-kumpannija.

102.

Għaldaqstant, l-ewwel, l-interpretazzjoni adottata fis-sentenza CDC Hydrogen Peroxide jidhirli li tista’ tiġi rrikonċiljata ma’ dik tas-sentenzi mogħtija sussegwentement fil-każ ta’ konkordanza bejn il-post tas-suq affettwat mid-distorsjoni tal-kompetizzjoni u s-seħħ tad-dannu mmaterjalizzat minħabba spiża addizzjonali jew telf ta’ bejgħ, jiġifieri kemm is-sentenza flyLAL-Lithuanian Airlines kif ukoll is-sentenza Tibor-Trans, peress li, fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza, il-vetturi kienu ġew akkwistati fi Stat Membru wieħed, dak li fit-territorju tiegħu l-vittma kienet twettaq l-attività tagħha ( 123 ). Fi kliem ieħor, jekk l-imperattiv tal-prossimità jiġġustifika li tingħata preferenza lill-forum actoris, ma narax x’inhi d-diffikultà ( 124 ).

103.

It-tieni, fir-rigward tal-post tas-sede jew tal-post prinċipali tan-negozju, kif iddefinit fl-Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, dan il-post għandu jkollu rabta stretta ma’ dak tad-dannu ( 125 ). B’mod iktar speċifiku, l-attività mwettqa f’dan il-post, b’rabta mat-tilwima, għandha tkun l-oriġini tat-tranżazzjoni li fuqha hija bbażata t-talba għal kumpens għad-dannu. Jien tal-fehma wkoll li l-post fejn l-attività tal-kumpannija tiġi affettwata jew il-post li minnu tiġi organizzata l-attività huwa determinanti.

104.

It-tielet, il-portata tal-postijiet fejn iseħħu d-danni, li tikkaratterizza l-attivitajiet antikompetittivi fis-suq intern ( 126 ), kif ukoll l-iżvilupp tat-tranżazzjonijiet konklużi permezz tal-Internet ( 127 ) jiffavorixxu l-għażla tal-post fejn jimmaterjalizza d-dannu bħala dak tas-sede. F’dan ir-rigward, jidhirli li huwa konċepibbli li wieħed jimmira għal ċerta koerenza mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tieħu inkunsiderazzjoni l-portata tal-ksur tad-drittijiet li jitwettaq fil-kuntest tal-Internet ( 128 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li din il-possibbiltà għall-persuna li tqis ruħha leża li tressaq azzjoni għad-dannu allegat kollu kemm hu quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fih jinsab iċ-ċentru tal-interessi tagħha hija ġġustifikata fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u mhux sabiex jiġi protett speċifikament ir-rikorrent ( 129 ).

105.

Ir-raba’, f’materji ta’ prattiki kompetittivi, ir-riskju li jiżdiedu l-proċeduri abbużivi, meqjusa li jistgħu jinbdew iktar faċilment fil-post tas-sede (jew tad-domiċilju) tal-persuna leża, li jiġġustifika parzjalment l-għażla li tingħata preferenza lill-post tad-domiċilju tal-konvenut ( 130 ), ma jidhirlix li huwa ostaklu insormontabbli. Fil-fatt, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, fil-maġġoranza tal-każijiet, l-azzjoni għall-kumpens tkun ibbażata fuq il-konstatazzjoni minn qabel ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni ( 131 ).

106.

Barra minn hekk, is-suġġerimenti tal-kummentarji favur il-possibbiltà li tiġi adita l-qorti tal-post tas-sede tar-rikorrent jidhirli li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni peress li huma bbażati fuq il-konstatazzjoni tal-multipliċità tas-swieq affettwati ( 132 ) jew fuq ir-riskju ta’ tressiq quddiem il-qorti ta’ Stat Membru affettwat minn akkordju internazzjonali li fih l-ebda waħda mill-partijiet għat-tilwima ma hija stabbilita ( 133 ) jew fuq ir-relativizzazzjoni tal-għan li jiġi identifikat fattur ta’ konnessjoni identiku, jiġifieri dak tas-suq affettwat, għall-kunflitti tal-liġijiet u tal-ġurisdizzjoni ( 134 ).

107.

B’mod iktar ġenerali, inqis li huwa interessanti ħafna wkoll is-suġġeriment li l-iffaċilitar ta’ kumpens sodisfaċenti għall-atti illegali jew għall-ksur ta’ prinċipji fundamentali jiġi ddefinit bħala t-tema ċentrali tad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati ( 135 ). Fil-fatt, dan jirrifletti l-idea li t-tisħiħ tal-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet f’dawn l-oqsma partikolari jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ politiki ġenerali ta’ prevenzjoni.

108.

Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha jirriżulta li jistgħu jikkoeżistu żewġ kriterji biex jinstab il-post tad-dannu biex tiġi ddeterminata l-ġurisdizzjoni tal-qrati, f’dak li jirrigwarda l-azzjonijiet għal kumpens għal prattiki antikompetittivi, minħabba l-għan ta’ prossimità li għandu jiġi ssodisfatt u, b’mod iktar speċifiku, l-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-mezzi ta’ prova. Soluzzjoni bħal din tgħin biex tiġi żgurata l-koerenza mal-għanijiet tad-Direttiva 2014/104 li tinkludi bosta dispożizzjonijiet dwar il-provi, minħabba d-diffikultajiet fil-ġbir tad-data ta’ kontabbiltà u finanzjarja dwar il-kumpanniji kif ukoll dwar is-suq inkwistjoni ( 136 ), u tikkontribwixxi għas-soluzzjoni l-iktar effettiva tat-tilwim li l-kumplessità tiegħu tidher mid-dokumenti mfassla mill-Kummissjoni, intiżi bħala għajnuna prattika maħsuba għall-qrati nazzjonali ( 137 ).

109.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, tali interpretazzjoni tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni jidhirli li tgħin biex tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni ( 138 ).

110.

Fit-tmiem tal-analiżi ġenerali tiegħi dwar id-determinazzjoni tal-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu allegat u dwar id-deżinjazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni fit-territorju tal-Istat Membru li fih jinsab il-post, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ azzjoni għall-kumpens għad-dannu kkawżat minn ksur skont l-Artikolu 101 TFUE li jikkonsisti b’mod partikolari f’arranġamenti kollużivi dwar l-iffissar u ż-żieda fil-prezzijiet ta’ beni, il-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu jinsab fl-Istat Membru tas-suq affettwat minn dan il-ksur li fih ġew inkorsi spejjeż addizzjonali. Il-qorti li territorjalment għandha ġurisdizzjoni hija, fil-prinċipju, dik li fit-territorju ġurisdizzjonali tagħha jinsab il-post tal-akkwist ta’ dawn il-beni, mill-kumpannija li twettaq l-attività tagħha fl-istess Stat Membru, li għandha tiġi ddeterminata abbażi ta’ kriterji ekonomiċi. Fin-nuqqas ta’ konkordanza bejn il-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu u dak tal-attività tal-persuna leża, l-azzjoni tista’ titressaq quddiem il-qorti li fit-territorju ġurisdizzjonali tagħha hija stabbilita l-persuna leża.

111.

Issa ser nispjega r-raġunijiet li wassluni biex nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tispeċifika li l-identifikazzjoni konkreta tal-qorti, iddeżinjata skont il-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012, hija rregolata mir-regoli interni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati li l-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu bl-għan ta’ eventwali speċjalizzazzjoni ta’ dawn il-qrati.

4. Fuq il‑konċentrazzjoni tal‑ġurisdizzjonijiet

112.

Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja, il-Gvern Franċiż u l-Kummissjoni jenfasizzaw, essenzjalment, li għalkemm il-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 jiddetermina l-ġurisdizzjoni internazzjonali u territorjali tal-qrati li għandhom ġurisdizzjoni biex jieħdu konjizzjoni ta’ tilwim transkonfinali f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt, madankollu, hija r-responsabbiltà unika tal-Istati Membri, fil-kuntest tal-organizzazzjoni ġudizzjarja tagħhom, li jiddefinixxu t-territorju ġurisdizzjonali tal-qrati li għandhom ġurisdizzjoni u, b’mod partikolari, ta’ dawk speċjalizzati fl-azzjonijiet għad-danni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni. Fit-tweġiba għall-mistoqsija bil-miktub tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar dan il-punt, il-Gvern Spanjol isostni din l-analiżi.

113.

Jiena ta’ din l-opinjoni wkoll minħabba s-sistema stabbilita mir-Regolament Nru 1215/2012 u minħabba n-natura speċifika tal-azzjonijiet fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kumpens għad-danni kkawżati minn prattiki antikompetittivi ( 139 ).

a) Analiżi sistemika

114.

Fuq ċerti aspetti, jidhirli li jista’ jiġi adottat raġunament analogu għal dak adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Sanders u Huber ( 140 ) kif ukoll, f’miżura inqas, fis-sentenza tad‑9 ta’ Jannar 2015, RG ( 141 ).

115.

Fis-sentenza Sanders u Huber, il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet adita b’domandi li jirrigwardaw konċentrazzjoni tal-ġurisdizzjonijiet f’materji ta’ obbligi ta’ manteniment transkonfinali favur qorti tal-ewwel istanza stabbilita fis-sede tal-qorti tal-appell ( 142 ).

116.

Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk interpretat l-Artikolu 3(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat‑18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment ( 143 ), li bis-saħħa tiegħu l-qorti li għandha ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi dwar it-tilwim transkonfinali dwar l-obbligi ta’ manteniment hija dik “tal-post fejn il-kreditur għandu r-residenza abitwali tiegħu”.

117.

Din hija waħda mid-dispożizzjonijiet dwar ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni li ssostitwixxew dawk tar-Regolament Nru 44/2001, li jkompli fuq il-Konvenzjoni ta’ Brussell ( 144 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja ġustament iddeċidiet li “[d]in id-dispożizzjoni, li tiddetermina kemm il-ġurisprudenza internazzjonali kif ukoll il-ġurisdizzjoni territorjali, għandha l-għan li tgħaqqad ir-regoli ta’ kunflitt ta’ qrati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Color Drack, C‑386/05, EU:C:2007:262, punt 30)” ( 145 ).

118.

Fis-sentenza Sanders u Huber, il-Qorti tal-Ġustizzja nnotat li, għalkemm ir-regoli ta’ kunflitt ta’ qrati ġew armonizzati permezz ta’ determinazzjoni ta’ kriterji komuni ta’ konnessjoni, l-identifikazzjoni konkreta tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni tibqa’ taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, sakemm din il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tippreġudikax l-għanijiet tar-Regolament Nru 4/2009 jew ma tneħħix l-effettività tiegħu ( 146 ).

119.

Il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li l-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ prossimità u ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja ma timplikax li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qrati li għandhom ġurisdizzjoni f’kull post ( 147 ) u li huwa importanti li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni tkun dik li tiżgura konnessjoni partikolarment stretta mal-post fejn il-kreditur tal-manteniment ikollu r-residenza abitwali tiegħu, imsemmi fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament Nru 4/2009 ( 148 ).

120.

F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset il-konċentrazzjoni tal-ġurisdizzjonijiet bħala pożittiva, peress li, fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ obbligi ta’ manteniment, tali għażla ta’ organizzazzjoni tista’ tikkontribwixxi sabiex jiġi żviluppat tagħrif espert partikolari li jissodisfa parti mill-għanijiet imfittxija mir-Regolament Nru 4/2009 u għal organizzazzjoni tajba tal-ġustizzja ( 149 ).

121.

Għaldaqstant, għall-istess raġunijiet, huwa suffiċjenti, fil-fehma tiegħi, fir-rigward tal-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012, li jitqies li l-qorti adita tirrikonoxxi li għandha ġurisdizzjoni, fuq din il-bażi, minħabba l-punt ta’ konnessjoni rilevanti li jinsab fit-territorju ġurisdizzjonali tagħha ( 150 ), jiġifieri fil-parti tat-territorju nazzjonali li fiha hija teżerċita s-setgħat tagħha ( 151 ). Hija kwistjoni wkoll li l-kriterju ġeografiku ma jsirx punt ta’ konnessjoni, mifhum b’mod strett, li jiffavorixxi l-prossimità għad-detriment tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja ( 152 ).

122.

Madankollu, fis-sentenza Sanders u Huber, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fil-każ ta’ konċentrazzjoni tal-ġurisdizzjonijiet, huwa meħtieġ eżami konkret tas-sitwazzjoni li teżisti fl-Istat Membru kkonċernat sabiex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tneħħix l-effettività tar-regolament applikabbli għat-tilwima ( 153 ).

123.

Din ir-riżerva ġiet espressa mill-ġdid fis-sentenza tad‑9 ta’ Jannar 2015, RG ( 154 ), relatata mal-assenjazzjoni lil qorti speċjalizzata tal-ġurisdizzjoni biex teżamina l-kwistjonijiet tar-ritorn jew il-kustodja tal-wild, minkejja li qorti kienet diġà adita bi proċedura fuq il-mertu dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward tal-wild ( 155 ), fil-kuntest tal-eżami ta’ dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-qorti nazzjonali li għandha ġurisdizzjoni li taqa’ taħt l-għażla tal-Istati Membri. Huwa interessanti li wieħed jinnota li, f’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja ħadet inkunsiderazzjoni l-għan tal-ħeffa tal-proċeduri, stipulat fir-Regolament Nru 2201/2003 ( 156 ).

124.

Madankollu, fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, il-qafas leġiżlattiv li fih hija stabbilita l-konċentrazzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fi Stat Membru ( 157 ) huwa differenti ħafna. Hemm lok, fil-fehma tiegħi, li wieħed jinnota l-assenza ta’ limiti f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt bħal dawk li jirriżultaw mill-għan speċifiku b’mod partikolari tar-Regolament Nru 4/2009 ( 158 ) u, fir-rigward tal-kawża li tat lok għas-sentenza Sanders u Huber, il-karatteristiċi partikolari tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fid-dawl tal-għanijiet ta’ dan ir-regolament ( 159 ).

125.

F’dan is-sens, naqbel mal-opinjonijiet espressi preċedentement minn avukati ġenerali oħrajn dwar l-awtonomija tal-Istati Membri fir-rigward tal-konċentrazzjoni tal-ġurisdizzjonijiet territorjali li jirriżultaw jew le mit-tqassim tal-ġurisdizzjonijiet ratione materiae, limitat mill-assenza ta’ detriment għall-effettività tar-Regolament Nru 1215/2012 u mill-prinċipju ta’ ekwivalenza ( 160 ).

126.

Barra minn hekk, ladarba s-suġġett tal-azzjonijiet inkwistjoni għandu rwol importanti fl-analiżi tal-Qorti tal-Ġustizzja ( 161 ), huwa xieraq li jiġu enfasizzati l-elementi li jikkaratterizzaw b’mod iktar partikolari l-kontenzjuż dwar il-kumpens għal prattiki antikompetittivi.

b) In-natura speċifika tal‑azzjonijiet għal kumpens għal prattiki antikompetittivi

127.

L-ewwel, għandu jitfakkar li ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni dwar il-kundizzjonijiet proċedurali ta’ implimentazzjoni tal-azzjonijiet fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-dritt tal-kompetizzjoni, fatt li jiġġustifika li l-Istati Membri, fil-kuntest tal-organizzazzjoni ġudizzjarja tagħhom, jiddeterminaw liema hija l-qorti li għandha ġurisdizzjoni ratione materiae u l-portata tat-territorju ġurisdizzjonali tagħha, suġġett għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza ( 162 ) u ta’ effettività ( 163 ).

128.

It-tieni, inqis, bħall-Kummissjoni, li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dħul fis-seħħ u t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/104 ( 164 ) kif ukoll il-kumplessità teknika tar-regoli applikabbli għall-azzjonijiet għad-danni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni ( 165 ).

129.

Għal dawn ir-raġunijiet, jidhirli li huwa essenzjali li, biex tagħti risposta lill-qorti tar-rinviju, il-Qorti tal-Ġustizzja tispira ruħha mill-kliem tas-sentenzi tas‑16 ta’ Mejju 2013, Melzer ( 166 ), jew CDC Hydrogen Peroxide, dwar il-ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi‑delitt, fejn tintuża l-espressjoni “il-qorti li fl-ambitu tal-ġurisdizzjoni tagħha […]”.

130.

Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha relatati mal-konċentrazzjoni tal-ġurisdizzjonijiet tal-qrati, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta l-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 fis-sens li, għalkemm jiddetermina l-ġurisdizzjoni territorjali fil-livell kemm internazzjonali kif ukoll nazzjonali tal-qrati li għandhom ġurisdizzjoni biex jieħdu konjizzjoni ta’ tilwim transkonfinali f’materji ta’ delitt jew kważi‑delitt, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jagħżlu li jikkonċentraw it-trattament ta’ dan it-tilwim quddiem ċerti qrati, fil-kuntest tal-organizzazzjoni ġudizzjarja tagħhom, suġġett għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività. B’mod partikolari, fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli li huma jistabbilixxu jew li huma japplikaw ma jippreġudikawx l-applikazzjoni effettiva tal-Artikoli 101 u 102 TFUE.

V. Konklużjoni

131.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domanda preliminari magħmula mill-Juzgado de lo Mercantil no 2 de Madrid (il-Qorti Kummerċjali Nru 2 ta’ Madrid, Spanja):

Il-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens:

li huwa jiddeżinja l-qorti li għandha ġurisdizzjoni fl-Istat Membru li fit-territorju ġurisdizzjonali tagħha, b’mod partikolari, immaterjalizza d-dannu dirett;

li, fil-kuntest ta’ azzjoni għal kumpens għad-dannu kkawżat minn ksur skont l-Artikolu 101 TFUE li jikkonsisti b’mod partikolari f’arranġamenti kollużivi dwar l-iffissar u ż-żieda tal-prezzijiet ta’ beni, il-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu jinsab fl-Istat Membru tas-suq affettwat minn dan il-ksur li fih ġew inkorsi spejjeż addizzjonali. Il-qorti li territorjalment għandha ġurisdizzjoni hija, fil-prinċipju, dik li fit-territorju ġurisdizzjonali tagħha jinsab il-post tal-akkwist ta’ dawn il-beni, mill-kumpannija li teżerċita l-attività tagħha fl-istess Stat Membru, li għandha tiġi ddeterminata abbażi ta’ kriterji ekonomiċi. Fin-nuqqas ta’ konkordanza bejn il-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu u dak tal-attività tal-persuna leża, l-azzjoni tista’ titressaq quddiem il-qorti li fit-territorju ġurisdizzjonali tagħha hija stabbilita l-persuna leża, u

li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jagħżlu li jikkonċentraw it-trattament tat-tilwim quddiem ċerti qrati, fil-kuntest tal-organizzazzjoni ġudizzjarja tagħhom, suġġett għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u effettività. B’mod partikolari, fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli li huma jistabbilixxu jew li huma japplikaw ma jippreġudikawx l-applikazzjoni effettiva tal-Artikoli 101 u 102 TFUE.


( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.

( 2 ) ĠU 2012, L 351, p. 1.

( 3 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 52, p. 3, iktar ’il quddiem il-“Ftehim ŻEE”.

( 4 ) ĠU 1972, L 299, p. 32.

( 5 ) Iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Brussell”.

( 6 ) ĠU 2001, L 12, p. 1.

( 7 ) ĠU 2017, C 108, p. 6, iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni dwar il-kartell tat-trakkijiet”.

( 8 ) Punti 9 sa 11.

( 9 ) Ara l-punt 15 tad-deċiżjoni dwar il-kartell tat-trakkijiet. Skont l-indikazzjonijiet ipprovduti mill-Kummissjoni, fl‑2019 (https://ec.europa.eu/competition/cartels/statistics/statistics.pdf, p. 3), l-ammont totali ta’ dawn il-multi kien l-ogħla fost dawk stabbiliti sa mis-sena 1969.

( 10 ) Il-qorti tar-rinviju enfasizzat li l-konvenuti ma kkontestawx il-ġurisdizzjoni territorjali tagħha, u għalhekk għandhom jitqiesu li għamlu għażla taċita tal-qorti favuriha skont l-Artikolu 56 tal-Ley de Enjuiciamiento Civil 1/2000 (il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili 1/2000) tas‑7 ta’ Jannar 2000 (BOE Nru 7, 8 ta’ Jannar 2000, p. 575).

( 11 ) C‑352/13, iktar ’il quddiem is-“sentenza CDC Hydrogen Peroxide, EU:C:2015:335, punti 5253.

( 12 ) C‑451/18, iktar ’il quddiem is-“sentenza Tibor-Trans, EU:C:2019:635.

( 13 ) Sentenza Tibor-Trans (punt 33).

( 14 ) Il-qorti tar-rinviju tiċċita d-digriet tat-Tribunal Supremo, Sala de lo Civil (il-Qorti Suprema, Awla Ċivili, Spanja) tas‑26 ta’ Frar 2019, Nru 262/2018, u deċiżjonijiet identiċi reċenti, b’mod partikolari dawk tat‑8 u tal‑15 ta’ Ottubru 2019. Il-Gvern Spanjol jiċċita wkoll din id-Deċiżjoni Nru 262/2018, iżda wkoll deċiżjonijiet oħrajn tal-istess qorti, jiġifieri d-deċiżjonijiet tas‑7 ta’ Mejju 2019, Nru 16/2019, tad‑9 ta’ Lulju 2019, Nru 100/2019, u tal‑4 ta’ Frar 2020, Nru 266/2019.

( 15 ) C‑386/05, EU:C:2007:262.

( 16 ) C‑204/08, EU:C:2009:439.

( 17 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal‑14 ta’ Frar 2019, Milivojević (C‑630/17, EU:C:2019:123, punti 4748), kif ukoll tad‑9 ta’ Lulju 2020, Verein für Konsumenteninformation (C‑343/19, iktar ’il quddiem is-“sentenza Verein für Konsumenteninformation, EU:C:2020:534, punt 19).

( 18 ) C‑386/05, EU:C:2007:262.

( 19 ) C‑204/08, EU:C:2009:439.

( 20 ) Ara, b’mod partikolari, il-kawża Allianz Elementar Versicherung (C‑652/20), li attwalment hija pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

( 21 ) C‑59/19, iktar ’il quddiem is-“sentenza Wikingerhof, EU:C:2020:950.

( 22 ) Ara s-sentenza Verein für Konsumenteninformation (punt 22 u l-ġurisprudenza ċċitata).

( 23 ) Ara s-sentenza Wikingerhof (punt 20 u l-ġurisprudenza ċċitata). Huwa utli wkoll li jiġi ċċarat li l-Artikolu 4 u l-punt 1 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 jikkorrispondu rispettivament għall-Artikolu 2 u l-punt 1 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001.

( 24 ) Ara s-sentenza Wikingerhof (punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata). Korsiv miżjud minni. F’dan ir-rigward, hemm lok li tiġi nnotata d-differenza fil-kliem meta mqabbel ma’ dak tas-sentenza Tibor-Trans, li rreferiet għaliha l-qorti tar-rinviju. Fil-punt 34 ta’ din is-sentenza jidhru l-espressjonijiet “il-qrati tal-Istat Membru li fih jinsab is-suq affettwat” u “il-qrati tal-post fejn l-aġir [ta’ operatur ekonomiku] jkun wettaq distorsjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni b’saħħitha” meħuda mis-sentenza tal‑5 ta’ Lulju 2018, flyLAL-Lithuanian Airlines (C‑27/17, iktar ’il quddiem is-“sentenza flyLAL-Lithuanian Airlines, EU:C:2018:533, punt 40), li hija ċċitata fiha.

( 25 ) Ara, b’mod partikolari, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-kawża Melzer (C‑228/11, EU:C:2012:766, punt 34) u tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona fil-kawża Verein für Konsumenteninformation (C‑343/19, EU:C:2020:253, punt 74), kif ukoll fil-kawża Vereniging van Effectenbezitters (C‑709/19, EU:C:2020:1056, punt 18).

( 26 ) Ara, ukoll f’dan is-sens, Thode, R., “Art. 7 [Besondere Gerichtsstände]”, Beck’scher Online-Kommentar ZPO, Brüssel Ia-VO, C.H. Beck, Munich, 2020, punt 6.

( 27 ) C‑204/08, EU:C:2009:439, punt 36.

( 28 ) C‑386/05, EU:C:2007:262.

( 29 ) Ara s-sentenza Wikingerhof (l-ewwel sentenza tal-punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata).

( 30 ) Ara, ukoll, f’materji ta’ ġurisdizzjonijiet esklużivi, is-sentenza tat‑28 ta’ April 2009, Apostolides (C‑420/07, EU:C:2009:271, punti 4850). Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001, ekwivalenti għall-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012, li jinkludi lista imperattiva u eżawrjenti ta’ qrati ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali esklużiva tal-Istati Membri sempliċement jiddeżinja l-Istat Membru li l-qrati tiegħu għandhom ġurisdizzjoni ratione materiae, mingħajr madankollu ma jqassam il-ġurisdizzjoni fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat u li huwa kull Stat Membru li għandu jiddetermina l-organizzazzjoni ġudizzjarja tiegħu stess. Il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li r-regola tal-forum rei sitae prevista fil-punt 1 tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001 tirrigwarda l-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-Istati Membri u mhux il-ġurisdizzjoni interna tagħhom.

( 31 ) Korsiv miżjud minni.

( 32 ) Ara, f’dan ir-rigward, Gaudemet-Tallon, H., u Ancel, M.-E., Compétence et exécution des jugements en Europe, Règlements 44/2001 et 1215/2012, Conventions de Bruxelles (1968) et de Lugano (1998 et 2007), is-sitt edizzjoni, Librairie générale de droit et de jurisprudence, ġabra “Droit des affaires”, Pariġi, 2018, punt 180, p. 246 u 247. Ara, bħala paragun, dispożizzjonijiet oħrajn tar-Regolament Nru 1215/2012 li jsemmu l-qorti tal-post, jiġifieri l-Artikolu 11(1)(b) u l-Artikolu 12 f’materji ta’ assigurazzjoni, l-Artikolu 18(1) f’materji ta’ kuntratt konkluż minn konsumatur, kif ukoll l-Artikolu 21(1)(b) f’materji ta’ kuntratti individwali ta’ xogħol.

( 33 ) Ara s-sentenzi tal‑14 ta’ Frar 2019, Milivojević (C‑630/17, EU:C:2019:123, punt 81), kif ukoll Wikingerhof (punti 26 u 27).

( 34 ) Ara, bħala tfakkira tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt, is-sentenzi Verein für Konsumenteninformation (punt 38), kif ukoll Wikingerhof (punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata).

( 35 ) Ara s-sentenza tat‑3 ta’ Mejju 2007, Color Drack (C‑386/05, EU:C:2007:262, punt 30).

( 36 ) Rapport dwar il-Konvenzjoni tas‑27 ta’ Settembru 1968 dwar il-ġurisdizzjoni u l-infurzar tad-deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 1979, C 59, p. 1), b’mod partikolari, p. 22.

( 37 ) ĠU 1979, C 59, p. 71, b’mod partikolari, p. 98, punt 81 bb).

( 38 ) Ara, fir-rigward tat-tieni inċiż tal-punt 1(b) Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012, is-sentenza tal‑15 ta’ Ġunju 2017, Kareda (C‑249/16, EU:C:2017:472, punt 46).

( 39 ) Ara s-sentenza tat‑18 ta’ Diċembru 2014, Sanders u Huber (C‑400/13 u C‑408/13, iktar ’il quddiem is-“sentenza Sanders u Huber, EU:C:2014:2461, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata).

( 40 ) Ara, f’dan ir-rigward, il-kjarifiki mogħtija fis-sentenza CDC Hydrogen Peroxide (punt 55).

( 41 ) Fil-ġurisprudenza tagħha dwar il-kunċett ta’ “post fejn seħħ il-fatt dannuż”, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li hija tirreferi kemm għall-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu kif ukoll għal dak tal-avveniment kawżali li ħoloq dan id-dannu, b’mod li l-konvenut jista’ jitressaq, skont l-għażla tar-rikorrent, quddiem il-qorti ta’ wieħed jew l-ieħor minn dawn iż-żewġ postijiet (ara s-sentenza Verein für Konsumenteninformation, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata), li jippreżupponi li huma ma jikkoinċidux (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat‑30 ta’ Novembru 1976, Bier, 21/76, EU:C:1976:166, punti 2425).

( 42 ) Ara, għal spjegazzjoni ddettaljata ta’ din il-kawża, il-punti 100 u 101 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 43 ) Ara l-punt 22 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 44 ) Ara s-sentenza Tibor-Trans (punt 36).

( 45 ) Nenfasizza li d-dubji tal-qorti tar-rinviju ma jirrigwardawx l-għażla taċ-ċitazzjoni tas-sussidjarja Spanjola. F’dan ir-rigward, bħall-Gvern Spanjol, nispeċifika li l-Qorti tal-Ġustizzja dalwaqt ser tiddeċiedi (il-kawża Sumal (C‑882/19)) jekk, fil-kuntest ta’ azzjonijiet privati għal kumpens għad-dannu mġarrab minn vittma ta’ prattika antikompetittiva kkonstatata mill-Kummissjoni, f’dan il-każ, id-deċiżjoni dwar il-kartell tat-trakkijiet, din il-vittma għandhiex id-dritt li titlob kumpens għal dan id-dannu mhux lill-kumpannija omm speċifikament imsemmija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, iżda lis-sussidjarji li jagħmlu parti mill-istess grupp ta’ kumpanniji, fuq il-bażi tat-teorija tal-unità ekonomika fid-dritt tal-kompetizzjoni (ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Pitruzzella fil-kawża Sumal (C‑882/19, EU:C:2021:293))

( 46 ) Mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja ma jidhirx li, bħal fil-kawża li wasslet għas-sentenza Tibor-Trans (ara l-punt 30), il-konċessjonarji Spanjoli kienu qegħdin jittrasferixxu ż-żieda tal-prezzijiet fuq ix-xerrejja finali. L-assenza ta’ proċedura mibdija minn jew kontra x-xerrejja diretti timmilita favur l-uniformità tal-prattiki.

( 47 ) Ara s-sentenza Tibor-Trans (punt 19).

( 48 ) Sentenza Tibor-Trans (punt 37).

( 49 ) Sentenza Tibor-Trans (punt 31).

( 50 ) Sentenza Tibor-Trans (punt 33).

( 51 ) Ara s-sentenza CDC Hydrogen Peroxide (punt 10).

( 52 ) Ara s-sentenza flyLAL-Lithuanian Airlines (punti 20 u 34).

( 53 ) Ara, fuq l-impatt tal-assenza ta’ konkordanza, il-punt 95 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 54 ) Ara s-sentenzi CDC Hydrogen Peroxide (punt 52) u Tibor-Trans (punt 26).

( 55 ) Ara s-sentenza flyLAL-Lithuanian Airlines (punt 36).

( 56 ) Fuq id-dritt ta’ kull persuna li tqis lilha nnifisha leża minn ksur tar-regoli tad-dritt tal-kompetizzjoni li titlob kumpens għad-dannu mġarrab li jkun indipendenti mill-konstatazzjoni preċedenti ta’ tali ksur minn awtorità tal-kompetizzjoni, ara l-punt 67 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 68 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Ara, ukoll, il-premessi 3, 12 u 13 tad-Direttiva 2014/104/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2014, L 349, p. 1).

( 57 ) Ara s-sentenza Wikingerhof (punti 36 u 38).

( 58 ) Sentenza Wikingerhof (punt 37). Korsiv miżjud minni.

( 59 ) Ara s-sentenza Wikingerhof (punti 33 sa 35).

( 60 ) F’dan ir-rigward, ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Saugmandsgaard Øe fil-kawża Wikingerhof (C‑59/19, EU:C:2020:688, nota ta’ qiegħ il-paġna 20).

( 61 ) Il-punt 34 tas-sentenza Tibor-Trans jirriproduċi parzjalment il-punt 40 tas-sentenza flyLAL-Lithuanian Airlines.

( 62 ) Fil-punt 35 tas-sentenza Tibor-Trans jissemmew il-premessa 7 u l-Artikolu 6(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (ĠU 2007, L 199, p. 40). Dan l-artikolu, applikabbli mill‑11 ta’ Jannar 2009, jipprevedi li l-liġi applikabbli fil-każ ta’ azzjonijiet għad-danni b’rabta ma’ att li jirrestrinġi l-kompetizzjoni hija dik tal-pajjiż fejn is-suq ikun, jew jista’ jkun, affettwat.

( 63 ) F’dan il-punt, sar riferiment għall-punt 34 tas-sentenza Tibor-Trans.

( 64 ) Ara s-sentenza Verein für Konsumenteninformation (punt 35).

( 65 ) Korsiv miżjud minni.

( 66 ) Ara s-sentenzi CDC Hydrogen Peroxide (punt 53) u flyLAL-Lithuanian Airlines (punt 27, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata f’materji ta’ responsabbiltà ta’ delitti).

( 67 ) Ara r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/104 (SWD(2020) 338 final), disponibbli fl-indirizz tal-Internet li ġej: https://ec.europa.eu/competition/antitrust/actionsdamages/report_on_damages_directive_implementation_en.pdf, kif ukoll il-preżentazzjoni tiegħu minn Ronzano, A., “Dommages: La Commission européenne publie un rapport transitoire sur l’évaluation de la directive “dommages” et de sa transposition par les États membres (directive 2014/104/EU)”, Concurrences, Institut de droit de la concurrence, Pariġi, 2021, Nru 1, u l-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/fr/ip_20_2413.

( 68 ) Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-effikaċja sħiħa tal-Artikolu 101 TFUE u, b’mod partikolari, l-effett utli tal-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 tiegħu jiġu kompromessi li kieku ma kienx possibbli għal kull persuna li titlob kumpens għad-dannu kkawżat lilha minn kuntratt jew minn aġir li jista’ joħloq restrizzjoni jew distorsjoni tal-kompetizzjoni (sentenza tal‑20 ta’ Settembru 2001, Courage u Crehan (C‑453/99, EU:C:2001:465, punt 26)) meta teżisti rabta kawżali bejn id-dannu sostnut u akkordju jew prattika pprojbita mill-Artikolu 101 TFUE (sentenza tal‑14 ta’ Marzu 2019, Skanska Industrial Solutions et (C‑724/17, EU:C:2019:204, punti 2526 u l-ġurisprudenza ċċitata)).

( 69 ) Ara r-rapport tal-Kummissjoni ċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 67 ta’ dawn il-konklużjonijiet, li fih hija tinnota li n-numru ta’ azzjonijiet privati quddiem il-qrati nazzjonali għal kumpens għad-danni minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tela’ minn madwar 50 kawża fil-bidu tas-sena 2014 għal 239 matul is-sena 2019, wara li ġiet adottata d-Direttiva 2014/104. Ara, ukoll, Wurmnest, W., “Forum Shopping bei Kartellschadensersatzklagen und die Kartellschadensersatzrichtlinie”, Neue Zeitschrift für Kartellrecht, C.H. Beck, Munich, 2017, Nru 2, taħt III, 2, c), u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 64.

( 70 ) Ara s-sentenzi tat‑30 ta’ Jannar 1974, BRT u Société belge des auteurs, compositeurs et éditeurs (127/73, EU:C:1974:6, punti 1516), kif ukoll tal‑20 ta’ Settembru 2001, Courage u Crehan (C‑453/99, EU:C:2001:465, punt 25).

( 71 ) Ara s-sentenza tal‑14 ta’ Marzu 2019, Skanska Industrial Solutions et (C‑724/17, EU:C:2019:204, punt 45), u, b’analoġija, is-sentenza tal‑21 ta’ Jannar 2021, Whiteland Import Export (C‑308/19, EU:C:2021:47, punt 56).

( 72 ) ĠU 2003, L 1, p. 1. Ara l-premessa 7 u l-Artikolu 6 ta’ dan ir-regolament. Ara, ukoll, fir-rigward tal-modernizzazzjoni tar-regoli u tal-proċeduri relatati mal-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, magħmula mir-Regolament Nru 1/2003, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Pitruzzella fil-kawża Whiteland Import Export (C‑308/19, EU:C:2020:639, punt 50).

( 73 ) Ara r-rapport tal-Kummissjoni ċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 67 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Din tinnota fl-imsemmi rapport li 21 Stat Membru ttardjaw fit-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/104 u li n-numru ta’ każijiet ta’ applikazzjoni tad-direttiva trasposta mill-qrati nazzjonali għadu ma huwiex sinjifikattiv biżżejjed. Il-Kummissjoni tenfasizza li jgħaddu medja ta’ tlettax-il sena bejn il-bidu ta’ prattika antikompetittiva u d-deċiżjoni tal-qorti li tagħti d-danni. Ara, ukoll, il-punt 108 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 74 ) Ara l-punti 33 u 37 ta’ din is-sentenza.

( 75 ) Ara l-punt 39 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 76 ) Din il-konstatazzjoni hija kondiviża mill-Kummissjoni fit-tweġiba tagħha għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Qorti tal-Ġustizzja. Ara, b’mod iktar ġenerali, dwar id-diffikultà biex jinstab il-post tal-ksur inkwistjoni, Ancel, M.-E., “Un an de droit international privé du commerce électronique”, Communication Commerce électronique, LexisNexis, Pariġi, 2021, Nru 1, punt 4.

( 77 ) Ara, f’dan ir-rigward, Heuzé, V., Mayer, P., u Remy, B., Droit international privé, it‑12‑il edizzjoni, Librairie générale de droit et de jurisprudence, Pariġi, 2019, punt 296, p. 203 u 204. Ara, ukoll, fir-rigward tar-raġunament tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, Thode, R., op.cit., punti 93 u 95a.

( 78 ) Sentenza flyLAL-Lithuanian Airlines (punt 43).

( 79 ) Ara s-sentenza flyLAL-Lithuanian Airlines (punti 38 u 39).

( 80 ) Ara s-sentenza flyLAL-Lithuanian Airlines (punt 39).

( 81 ) Ara, rigward il-konċidenza tad-dannu mġarrab fis-suq minħabba li dannu huwa kkawżat lis-suq, l-analiżi ta’ Farnoux, E., Les considérations substantielles dans le règlement de la compétence internationale des juridictions: réflexions autour de la matière délictuelle, Volum I, teżi tad-dottorat ippreżentata fl‑20 ta’ Ottubru 2017, punt 303. F’dan ir-rigward, huwa jispeċifika, ġustament fil-fehma tiegħi, li “il-proposta tista’ saħansitra ssir bil-maqlub: peress li s-suq jikkonsisti fir-relazzjonijiet tal-atturi ekonomiċi, huwa minħabba li dawn ir-relazzjonijiet jiġu affettwati (ċerti atturi jġarrbu dannu fih) li s-suq jiġi affettwat. Fl-aħħar mill-aħħar, l-effett fuq is-suq jista’ jiġi analizzat bħala d-dannu kkawżat lill-vittmi (indefiniti), bl-għarfien li l-vittma (definita) li titlob kumpens neċessarjament hija waħda mill-vittmi (indefiniti)”. [traduzzjoni libera]

( 82 ) Ara, ukoll f’dan is-sens, f’dak li jirrigwarda l-portata tas-sentenza Wikingerhof, li minnha, b’mod partikolari, Ronzano, A., iddeduċa li “lukanda li tuża l-pjattaforma Booking.com tista’ fil-prinċipju tressaq lil din tal-aħħar quddiem qorti tal-Istat Membru li fih din il-lukanda hija stabbilita biex ittemm kull abbuż eventwali minn pożizzjoni dominanti, anki jekk l-aġir iddenunzjat jitwettaq fil-kuntest ta’ relazzjoni kuntrattwali” (“Ġurisdizzjoni: il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ġustament tgħid li azzjoni għad-danni bbażata fuq l-obbligu legali li persuna tastjeni minn kull abbuż minn pożizzjoni dominanti, taqa’ taħt il-materji ta’ delitt jew kważi-delitt fis-sens tar-Regolament Brussell I a (Wikingerhof/Booking)” [traduzzjoni libera], Concurrences, Institut de droit de la concurrence, Pariġi, 2021, Nru 1).

( 83 ) Ara s-sentenza Tibor-Trans (punti 12, 30 u 33).

( 84 ) Sentenza Tibor-Trans (punt 37).

( 85 ) Ara, f’dan ir-rigward, l-istess osservazzjoni fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona fil-kawża Verein für Konsumenteninformation (C‑343/19, EU:C:2020:253, punt 52). Qabbel mas-sentenza Tibor-Trans (punti 31 u 33), li minnha jirriżulta li l-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu jinsab fl-Istat Membru li fih jinsab is-suq affettwat mill-ksur inkwistjoni, li fit-territorju tiegħu seħħ id-dannu li rriżulta mill-ispejjeż addizzjonali mħallsa.

( 86 ) Ara l-punt 72 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 87 ) Qabbel ukoll mal-punt 55 tas-sentenza CDC Hydrogen Peroxide u mal-punt 40 tas-sentenza Verein für Konsumenteninformation.

( 88 ) Ara s-sentenzi flyLAL-Lithuanian Airlines (punt 26) u Verein für Konsumenteninformation (punt 26).

( 89 ) Ara l-punti 38 u 39 tas-sentenza Verein für Konsumenteninformation, li r-riferimenti tagħhom għall-punti 34 u 35 tas-sentenza Tibor-Trans jgħinu biex jispjegaw is-sens tagħhom.

( 90 ) Ara s-sentenza Verein für Konsumenteninformation (punt 30).

( 91 ) Ara s-sentenza Verein für Konsumenteninformation (punti 29, 34 u 37).

( 92 ) Ara s-sentenza Verein für Konsumenteninformation (punti 35, 37 sa 39).

( 93 ) Ara s-sentenza Verein für Konsumenteninformation (punt 33).

( 94 ) Din l-espressjoni mifhuma fis-sens wiesa’ tagħha tkopri l-ipoteżi ta’ prezzijiet artifiċjalment għoljin.

( 95 ) Ara s-sentenza Verein für Konsumenteninformation (punt 35). Għaldaqstant, il-kriterji msemmija fit-talba għal deċiżjoni preliminari fil-kawża li tat lok għas-sentenza Verein für Konsumenteninformation (punti 10 u 12), bħall-post tal-konklużjoni tal-kuntratt jew tal-kunsinna tal-vettura, għandhom jitqiesu bħala esklużi. Għal analiżi ta’ dawn il-kriterji, ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona fil-kawża Verein für Konsumenteninformation (C‑343/19, EU:C:2020:253, nota ta’ qiegħ il-paġna 31 dwar il-post fejn l-obbligu ġie kkuntrattat, kif ukoll il-punti 78 u 79 għall-post tal-kunsinna). Fuq dan l-aħħar punt, ara wkoll, is-sentenza tas‑27 ta’ Ottubru 1998, Réunion européenne et (C‑51/97, EU:C:1998:509, punti 3334). F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet il-post tal-kunsinna finali. Rigward il-post tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-kawża CDC Hydrogen Peroxide (C‑352/13, EU:C:2014:2443, punt 50).

( 96 ) Ara s-sentenza Verein für Konsumenteninformation (punt 34).

( 97 ) Ara, f’dan ir-rigward, f’dak li jirrigwarda l-ġurisdizzjoni speċjali f’materji kuntrattwali tad-determinazzjoni tal-post tal-kunsinna ewlenija fuq il-bażi ta’ kriterji ekonomiċi, is-sentenza tat‑3 ta’ Mejju 2007, Color Drack (C‑386/05, EU:C:2007:262, punti 4045). Ara, ukoll, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona fil-kawża Verein für Konsumenteninformation (C‑343/19, EU:C:2020:253, punt 36), li jgħidu “ix-xiri ta’ prodott jikkontribwixxi għall-patrimonju li fih jiġi integrat valur ekwivalenti, mill-inqas, għall-valur li joħroġ minnu (u li, fil-każ ta’ xiri jew bejgħ, huwa rrappreżentat mill-prezz li jitħallas għall-prodott)”.

( 98 ) Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona fil-kawża Verein für Konsumenteninformation (C‑343/19, EU:C:2020:253, punt 74). Ara, f’dak li jirrigwarda t-terminu “tranżazzjoni”, l-Artikolu 101(1)(a) TFUE.

( 99 ) Jistgħu jintużaw ukoll l-espressjoni “post fejn twieled l-obbligu kuntrattwali” jew l-espressjoni “post fejn ġie ddeterminat il-prezz tal-bejgħ”, li jirriżultaw mis-sentenza tas‑16 ta’ Ġunju 2016, Universal Music International Holding (C‑12/15, EU:C:2016:449, rispettivament, punti 30 u 31).

( 100 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑16 ta’ Ġunju 2016, Universal Music International Holding (C‑12/15, EU:C:2016:449, punti 3239). Ara, ukoll, is-sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2009, Rehder (C‑204/08, EU:C:2009:439, punt 39).

( 101 ) Qabbel mas-sentenza tas‑16 ta’ Ġunju 2016, Universal Music International Holding (C‑12/15, EU:C:2016:449, punt 38).

( 102 ) Dwar il-konformità ma’ dan ir-rekwiżit li għandu jitqiegħed f’perspettiva u l-kunsiderazzjoni tal-konstatazzjoni tal-aġir illegali, ara Racine, J.-B., “Le forum actoris en droit international privé”, Droit international privé, années 2016-2018, edizzjonijiet Pedone, ġabra “Travaux du Comité français de droit international privé”, Pariġi, 2019, rispettivament il-punt 79, p. 68, u l-punt 57, p. 57.

( 103 ) Ara Amaro, R., u Laborde, J.-F., La réparation des préjudices causés par les pratiques anticoncurrentielles, recueil de décisions commentées, it-tieni edizzjoni, Institut de droit de la concurrence, Pariġi, 2020, punt 245, p. 147. Fuq l-importanza ta’ din il-kwistjoni li hija riflessa mill-ħidma tal-Kummissjoni, ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 67 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 104 ) Ara l-punt 66 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Ara, ukoll, is-sentenza tas‑16 ta’ Ġunju 2016, Universal Music International Holding (C‑12/15, EU:C:2016:449, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata).

( 105 ) Ara s-sentenza Verein für Konsumenteninformation (punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).

( 106 ) Ara l-punt 38 ta’ din is-sentenza.

( 107 ) Ara l-punt 79 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 108 ) Bħall-Gvern Spanjol fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Qorti tal-Ġustizzja.

( 109 ) Ara, b’mod iktar ġenerali, dwar in-natura speċifika tal-azzjonijiet għad-danni fil-każ ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni Ewropea li jirrigwardaw Stati Membri differenti, Gaudemet-Tallon, H., u Ancel, M.-E., op. cit., punt 235, p. 357. Rigward il-multipliċità tal-postijiet tax-xiri li jistgħu jkunu marbuta mal-assorbiment tal-kumpanniji, ara, bħala eżempju, iċ-ċirkustanzi fattwali mfakkra fil-punt 14 tas-sentenza Tibor-Trans.

( 110 ) Rigward id-dannu ta’ vittma indiretta, li seħħ f’post differenti mid-dannu kkawżat lill-vittma diretta li ġarrbet ħsara inizjalment, li ma jistax iservi bħala bażi għall-ġurisdizzjoni, ara b’mod partikolari, is-sentenzi Tibor-Trans (punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll Verein für Konsumenteninformation (punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata).

( 111 ) Ara s-sentenza CDC Hydrogen Peroxide (punti 53 u 54).

( 112 ) Ara l-punti100 u 101 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 113 ) Fil-fehma tiegħi, il-konformità mar-rekwiżit ta’ prevedibbiltà ma toħloqx diffikultajiet ladarba, mill-perspettiva tal-konvenuti, membri tal-akkordju, is-swieq affettwati minnu huma magħrufa kif ukoll il-postijiet tal-attività tax-xerrejja diretti u indiretti, fid-dawl tal-prodotti inkwistjoni. Barra minn hekk, naqbel mal-opinjoni espressa minn Racine, J.-B., op. cit., punt 79, p. 68, li dan ir-rekwiżit ma għandux iwassal biex jiffavorixxi lill-awtur ta’ atti illegali. Finalment, fis-sentenza Verein für Konsumenteninformation, il-Qorti tal-Ġustizzja tat prijorità lill-għan ta’ prossimità (ara, bħala paragun, il-punti 78 u 79 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona f’din il-kawża (C‑343/19, EU:C:2020:253)).

( 114 ) Ara l-punt 108 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 118 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Ara, ukoll, is-sentenza tal‑21 ta’ Jannar 2021, Whiteland Import Export (C‑308/19, EU:C:2021:47, punt 51, kif ukoll, b’analoġija, il-punti 52, 53 u 65).

( 115 ) Ara, f’dan ir-rigward, l-elementi ta’ diskussjoni ppreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-kawża CDC Hydrogen Peroxide (C‑352/13, EU:C:2014:2443, punti 4750).

( 116 ) Ara l-punti 66 u 67 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Fil-fehma tiegħi, il-livell ta’ prossimità huwa neċessarjament varjabbli. Ara, f’dan ir-rigward, Farnoux, E., op. cit., punti 163 u 164.

( 117 ) Ara, fir-rigward tal-fatt li d-danni tal-vittma li għandhom jiġu evalwati huma marbuta mal-attività tal-vittma u tas-suq li fih topera, Amaro, R., u Laborde, J.-F., op. cit., punt 289, p. 167, u l-eżempju fil-punt 460, p. 248 u 249. Ara, ukoll, domandi dwar id-determinazzjoni tal-massa tax-xiri (punt 442, p. 239) u t-trasferiment tal-ispejjeż addizzjonali (punt 457, p. 246).

( 118 ) Ara Gaudemet-Tallon, H., u Ancel, M.-E., op. cit., punti 236 u 237, p. 358 sa 360. Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenzi tas‑7 ta’ Marzu 1995, Shevill et (C‑68/93, EU:C:1995:61, punt 33). Ara, madankollu, is-sentenza CDC Hydrogen Peroxide (punt 54). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-qorti tal-post tas-sede għandha ġurisdizzjoni “għad-dannu kollu kkawżat […] minħabba spejjeż addizzjonali”, kemm kontra kwalunkwe awtur ta’ dan l-akkordju, kif ukoll kontra diversi minnhom. Fuq is-semplifikazzjoni magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, approvata minn Amaro, R., ara “Actions privées en matière de pratiques anticoncurrentielles – Aspects internationaux: juridiction compétente, loi applicable (droit international privé européen)”, JurisClasseur Concurrence – Consommation, LexisNexis, Pariġi, 2015, Faxxikolu 318 tal‑14 ta’ Settembru 2015, punt 26. Ara, ukoll, rigward id-diversità tal-konsegwenzi dannużi, Amaro, R., u Laborde, J.-F., op. cit., punt 90, p. 59 u 60.

( 119 ) Ara s-sentenza CDC Hydrogen Peroxide (punt 56).

( 120 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/903/KE tat‑3 ta’ Mejju 2006 dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE kontra Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Chemicals Holding AB, EKA Chemicals AB, Degussa AG, Edison SpA, FMC Corporation, FMC Foret SA, Kemira Oyj, L’Air Liquide SA, Chemoxal SA, Snia SpA, Caffaro Srl, Solvay SA/NV, Solvay Solexis SpA, Total SA, Elf Aquitaine SA u Arkema SA (Kawża COMP/F/C.38.620 – Perossidu tal-idroġenu u perborat) (ĠU 2006, L 353, p. 54). Il-Kummissjoni nnotat li, fir-rigward tal-perossidu tal-idroġenu u tal-perborat tas-sodju, il-konvenuti fil-kawża prinċipali u kumpanniji oħrajn kienu pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-projbizzjoni tal-akkordji msemmija fl-Artikolu 81 KE (Artikolu 101 TFUE) u fl-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

( 121 ) Ara s-sentenza CDC Hydrogen Peroxide (punt 11).

( 122 ) Ara s-sentenza CDC Hydrogen Peroxide (punti 53 u 54).

( 123 ) Ara l-punt 76 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 124 ) Ara, f’dan is-sens, Racine, J.-B., op. cit., punti 62 sa 64, p. 59 u 60. Ara, ukoll, Heuzé, V., Mayer, P., u Remy, B. op. cit., punt 297, p. 204 u 205.

( 125 ) Qabbel mas-sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2009, Rehder (C‑204/08, EU:C:2009:439, punt 39).

( 126 ) Ara, fir-rigward tal-effetti tal-globalizzazzjoni, ir-Rapport Speċjali Nru 24/2020 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, intitolat “Il-kontroll tal-fużjonijiet fl-UE u l-proċedimenti tal-antitrust tal-Kummissjoni: jeħtieġ li tiżdied is-sorveljanza tas-swieq”, disponibbli f’dan l-indirizz tal-Internet: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR20_24/SR_Competition_policy_FR.pdf u stqarrija għall-istampa: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/INSR20_24/INSR_Competition_policy_MT.pdf.

( 127 ) Dan ix-xenarju jissemma fit-tweġiba tal-Kummissjoni għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Qorti tal-Ġustizzja.

( 128 ) Ara s-sentenzi tal‑25 ta’ Ottubru 2011eDate Advertising et (C‑509/09 u C‑161/10, EU:C:2011:685, punti 47 sa 50), kif ukoll tas‑17 ta’ Ottubru 2017, Bolagsupplysningen u Ilsjan (C-194/16, EU:C:2017:766, punt 32). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fil-każ ta’ allegat ksur tad-drittijiet tal-personalità permezz ta’ kontenuti mqiegħda online fuq sit tal-internet, il-persuna li tqis lilha nnifisha leża għandu jkollha l-għażla li tressaq azzjoni għad-danni quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn jinsab iċ-ċentru tal-interessi tagħha li x-xandar tal-kontenut inkwistjoni jista’ jkun konxju tiegħu meta jqiegħdu online. Ara, rigward l-analiżi tat-telf tal-materjalità ta’ mill-inqas parti mit-tilwima, Farnoux, E., op. cit., punt 291.

( 129 ) Sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 2017, Bolagsupplysningen u Ilsjan (C‑194/16, EU:C:2017:766, punt 38).

( 130 ) Ara, Racine, J.-B., op. cit., punt 72, p. 64 u 65. Ara l-kummenti ta’ Amaro, R., u Laborde, J.-F., op. cit., dwar il-prova tal-ħtija fil-punt 249, p. 148.

( 131 ) Ara Laborde, J.-F., “Cartel damages actions in Europe: How courts have assessed cartel overcharges (edizzjoni 2019)”, Concurrences, Institut de droit de la concurrence, Pariġi, 2019, Nru 4, b’mod partikolari, p. 4. Fl‑2019, minn 239 kawża minn tlettax-il Stat Membru, 57 % segwew deċiżjoni ta’ ksur meħuda minn awtorità nazzjonali, 40 % segwew deċiżjoni tal-Kummissjoni u 2 % biss kienu azzjonijiet iżolati (il-parti l-kbira tal-kawżi iżolati kienu azzjonijiet ċivili mibdija quddiem il-qrati kriminali Franċiżi). Il-qrati ddeċidew dwar azzjonijiet għad-danni minħabba akkordju li segwew mill-inqas 63 deċiżjoni ta’ ksur (xi drabi, deċiżjoni ta’ ksur waħda tissanzjona diversi akkordji. Għalhekk, in-numru ta’ kawżi ta’ akkordji li jagħtu lok għal mill-inqas kawża waħda huwa kemxejn ogħla).

( 132 ) Ara Idot, L., “Le contentieux international des actions en réparation pour violation du droit de la concurrence: l’arrêt CDC revisité”, Revue critique de droit international privé, Dalloz, Pariġi, 2019, Nru 3, p. 786 sa 815, b’mod partikolari, il-punt 22.

( 133 ) Ara Idot, L., “Contentieux en réparation pour violation du droit de la concurrence: de nouvelles précisions sur le lieu de matérialisation du dommage”, Revue critique de droit international privé, Dalloz, Pariġi, 2020, Nru 1, p. 129 sa 138, b’mod partikolari, il-punt 8.

( 134 ) Ara Amaro, R. u Thomas, B., “Le contentieux de la réparation des pratiques anticoncurrentielles (Ġunju 2019 – Nov. 2019)”, Concurrences, Institut de droit de la concurrence, Pariġi, 2020, Nru 1, punt 35 “it-tieni serje ta’ mistoqsijiet”.

( 135 ) Ara, Racine, J.-B., op. cit., punti 57, p. 57, u 70, p. 64.

( 136 ) Ara Amaro R., u Laborde, J.-F., op. cit., punti 144 u 145, p. 85 u 86. Ara, ukoll, is-sentenza tal‑21 ta’ Jannar 2021, Whiteland Import Export (C‑308/19, EU:C:2021:47, punt 51).

( 137 ) Ara l-gwida prattika dwar il-kwantifikazzjoni tad-dannu f’kawżi għad-danni bbażati fuq ksur tal-Artikolu 101 jew 102 [TFUE] [SWD(2013) 205], li takkumpanja l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kwantifikazzjoni tad-dannu f’kawżi għad-danni bbażati fuq ksur tal-Artikolu 101 jew 102 [TFUE] (ĠU 2013, C 167, p. 19), li tiffoka fuq l-ispejjeż addizzjonali, filwaqt li l-t-trasferiment tal-ispejjeż addizzjonali huwa ttrattat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Linji gwida għall-qrati nazzjonali dwar kif jistmaw is-sehem tal-ispejjeż żejda ttrasferiti fuq ix-xerrej indirett” (ĠU 2019, C 267, p. 4).

( 138 ) F’dan ir-rigward, nirreferi għall-osservazzjonijiet preliminari tal-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-kawża CDC Hydrogen Peroxide (C‑352/13, EU:C:2014:2443, punti 2627, kif ukoll 32). Ara, ukoll fl-istess sens, is-sentenza tal‑21 ta’ Jannar 2021, Whiteland Import Export (C‑308/19, EU:C:2021:47, punt 53).

( 139 ) Ara l-punt 108 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 140 ) Ara, ukoll f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona fil-kawża Vereniging van Effectenbezitters (C‑709/19, EU:C:2020:1056, punt 94).

( 141 ) C‑498/14 PPU, EU:C:2015:3.

( 142 ) Ara s-sentenza Sanders u Huber (punti 22 u 38). B’mod konkret, skont id-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni kienet l-Amtsgericht (il-Qorti Distrettwali, il-Ġermanja) stabbilita fis-sede tal-Oberlandesgericht (il-Qorti Reġjonali Superjuri, il-Ġermanja) li territorjalment għandha ġurisdizzjoni u li quddiemha l-kreditur ikollu eventwalment jippreżenta ruħu fi proċedura ta’ appell.

( 143 ) ĠU 2009, L 7, p. 1.

( 144 ) Ara s-sentenza Sanders u Huber (punt 23). L-Artikolu 3(b) tar-Regolament Nru 4/2009 huwa fformulat f’termini simili għal dawk tar-regoli dwar il-“[ġ]urisdizzjoni speċjali” fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ manteniment li kienu jidhru fil-punt 2 tal-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell u fil-punt 2 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001.

( 145 ) Sentenza Sanders u Huber (punt 30).

( 146 ) Ara s-sentenza Sanders u Huber (punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara, ukoll, il-punt 22 ta’ din is-sentenza rigward il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni. Din kienet tqassam il-ġurisdizzjoni territorjali għal tilwim dwar obbligi ta’ manteniment skont il-preżenza jew l-assenza ta’ elementi barranin. Għas-sitwazzjonijiet transkonfinali, kien jeżisti trasferiment tal-ġurisdizzjoni territorjali lil qorti tal-ewwel istanza differenti minn dik li taħtha kienet taqa’ l-persuna kkonċernata minħabba l-post tar-residenza tagħha.

( 147 ) Ara s-sentenza Sanders u Huber (punt 35).

( 148 ) Ara s-sentenza Sanders u Huber (punt 36).

( 149 ) Ara s-sentenza Sanders u Huber (punti 44 u 45).

( 150 ) Qabbel mas-sentenza tas‑16 ta’ Mejju 2013, Melzer (C‑228/11, EU:C:2013:305, punt 28). Ara, f’materji kuntrattwali, is-sentenza tat‑3 ta’ Mejju 2007, Color Drack (C‑386/05, EU:C:2007:262, punti 3744).

( 151 ) It-territorju ġurisdizzjonali ta’ qorti jinkludi diversi lokalitajiet jew entitajiet amministrattivi mifruxa fuq territorju nazzjonali. Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-kawżi magħquda Sanders u Huber (C‑400/13 u C‑408/13, EU:C:2014:2171, punti 5556).

( 152 ) Fil-punt 29 tas-sentenza Sanders u Huber, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li “l-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja għandu jinftiehem mhux biss mill-perspettiva ta’ ottimizzazzjoni tal-organizzazzjoni ġudizzjarja, iżda wkoll […] fid-dawl tal-interess tal-partijiet, kemm fir-rigward tal-applikant kif ukoll fir-rigward tal-konvenut, li għandhom ikollhom il-possibbiltà li jibbenefikaw, b’mod partikolari, minn aċċess iffaċilitat għall-ġustizzja u minn prevedibbiltà tal-ġurisdizzjoni”.

( 153 ) Ara l-punti 32 u 46 ta’ din is-sentenza. Ara, bħala eżempju ta’ analiżi tal-osservanza tal-prinċipju tal-effettività fil-każ ta’ konċentrazzjoni tal-kontenzjuż fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ għajnuna għall-agrikoltura quddiem qorti li tispeċjalizza fil-materja, is-sentenza tas‑27 ta’ Ġunju 2013, Agrokonsulting-04 (C‑93/12, EU:C:2013:432, punti 50 sa 58).

( 154 ) C‑498/14 PPU, EU:C:2015:3, punti 4151.

( 155 ) Il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat l-Artikolu 11(7) u (8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas‑27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, rettifika fil-ĠU 2013, L 82, p. 63).

( 156 ) Ara s-sentenza tad‑9 ta’ Jannar 2015, RG (C‑498/14 PPU, EU:C:2015:3, punt 52).

( 157 ) F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni speċifikat, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, li skont l-informazzjoni li għandha, “fil-Belġju, fil-Ġermanja, fil-Greċja, fi Spanja, fi Franza, fl-Italja, fil-Portugall, fl-Isvezja u fis-Slovakkja, l-azzjonijiet għad-danni huma ttrattati minn taqsimiet speċjalizzati tal-qrati ċivili ordinarji, filwaqt li fid-Danimarka, fil-Litwanja, fil-Latvja, fir-Rumanija u fir-Renju Unit, dawn huma ttrattati minn qrati speċjalizzati”. Ara, fir-rigward ta’ Franza, tal-Italja, u tal-Irlanda, id-dettalji pprovduti minn Riffault-Silk, J., “Les actions privées en droit de la concurrence: obstacles de procédure et de fond”, Revue Lamy de la concurrence, Nru 6, Jannar/Marzu 2006, Nru 6, p. 84 sa 90, b’mod partikolari, p. 87. Hemmhekk huwa speċifikat ukoll li, f’materji oħrajn, l-Istati Membri setgħu jagħżlu li jikkonċentraw il-ġurisdizzjonijiet ratione materiae tal-qrati, b’mod partikolari, fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ proprjetà industrijali. Għad-dritt marittimu, ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-kawżi magħquda Sanders u Huber (C‑400/13 u C‑408/13, EU:C:2014:2171, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 72).

( 158 ) L-oriġini ta’ dan ir-regolament hija x-xewqa li jiġi żviluppat strument speċifiku, separat mir-Regolament Nru 44/2001, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-kredituri ta’ manteniment, meqjusa bħala l-parti l-iktar dgħajfa, speċjalment fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda f’dan il-qasam. Ara s-sentenza Sanders u Huber (punt 41) u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-kawżi magħquda Sanders u Huber (C‑400/13 u C‑408/13, EU:C:2014:2171, punti 3840).

( 159 ) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 146 ta’ dawn il-konklużjonijiet u s-sentenza Sanders u Huber (punt 46).

( 160 ) Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-kawża CDC Hydrogen Peroxide (C‑352/13, EU:C:2014:2443, nota ta’ qiegħ il-paġna 74) u, għal kunsiderazzjonijiet dwar diversi strumenti applikabbli, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Saugmandsgaard Øe fil-kawża Guaitoli et (C‑213/18, EU:C:2019:524, punt 74, kif ukoll in-noti ta’ qiegħ il-paġna 67 u 68).

( 161 ) Ara l-punti 122 u 123 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 162 ) Skont dan il-prinċipju, ir-regoli ddettaljati proċedurali għar-rikorsi maħsuba biex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet li l-partijiet f’kawża għandhom taħt id-dritt tal-Unjoni, ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk li jikkonċernaw rikorsi simili ta’ dritt intern; ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas‑27 ta’ Ġunju 2013, Agrokonsulting-04 (C‑93/12, EU:C:2013:432, punt 36). Fil-każ ta’ prattiki antikompetittivi, dawn jistgħu jkunu rikorsi mibdija fuq il-bażi ta’ deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali. Ara Blumann, C., u Dubouis, L., Droit matériel de l’Union européenne, it-tmien edizzjoni, Librairie générale de droit et de jurisprudence, Pariġi, 2019, punt 938, p. 665.

( 163 ) Ara, bħala tfakkira ta’ dawn il-prinċipji ġenerali maħsuba biex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet li l-partijiet f’kawża għandhom bis-saħħa tal-effett dirett tad-dritt tal-kompetizzjoni, is-sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2006, Manfredi et (C‑295/04 sa C‑298/04, EU:C:2006:461, punti 6271, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Ara, ukoll, is-sentenza tal‑21 ta’ Jannar 2021, Whiteland Import Export (C‑308/19, EU:C:2021:47, punt 46).

( 164 ) Ara l-punt 68 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 165 ) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 137 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 166 ) C‑228/11, EU:C:2013:305.