21.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Frar 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-119/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 99 u 110 - Taxxa fuq il-valur miżjud - Rata mnaqqsa - Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa għad-dħul magħmul mill-prezzijiet tal-biljetti tad-dħul għall-ewwel rappreżentazzjonijiet ta’ kunċerti mogħtija fi stabbilimenti li fihom jistgħu jiġu servuti ikel u xorb waqt l-ispettaklu)

2012/C 118/10

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u C. Soulay, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u N. Rouam, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 99 u 110 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa ta’ VAT ta’ 2,10 % għad-dħul mill-ewwel rappreżentazzjonijiet ta’ kunċerti mogħtija fi stabbilimenti li jservu ikel u xorb waqt l-ispettaklu — Projbizzjoni li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ deroga inizjali wara li kien tnaqqas il-portata tiegħu

Dispożittiv

(1)

Billi applikat, mill-1 ta’ Jannar 2007, rata ta’ taxxa fuq il-valur miżjud ta’ 2,10 % għad-dħul magħmul mill-prezzijiet tal-biljetti tad-dħul għall-ewwel rappreżentazzjonijiet ta’ kunċerti mogħtija fi stabbilimenti li fihom jistgħu jiġu servuti ikel u xorb waqt l-ispettaklu, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 99 u 110 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

(2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 145, 14.05.2011