7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-98/11 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Sinjal tridimensjonali kompost minn forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra)

2012/C 200/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG (rappreżentant: R. Lange, Rechtsanwalt)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (T-336/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ġunju 2008, li ċaħdet l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li jirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kompost mill-forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti fil-klassi 30 — Karattru distintiv tat-trade mark

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 145, 14.05.2011.