22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Wien — Awstrija) — Content Services Ltd vs Bundesarbeitskammer

(Kawża C-49/11) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 97/7/KE - Protezzjoni tal-konsumaturi - Kuntratti li jsiru mill-bogħod - Informazzjoni tal-konsumatur - Informazzjoni ipprovduta jew riċevuta - Medium li jservi - Kunċett - Hyperlink fuq is-sit tal-internet tal-fornitur - Dritt ta’ rtirar)

2012/C 287/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Content Services Ltd

Konvenuta: Bundesarbeitskammer

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Wien — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Mejju 1997, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 319) — Informazzjoni li tikkonċerna l-kuntratt disponibbli għall-konsumatur permezz ta’ hyperlink li twassal għas-sit tal-internet tal-fornitur — Dritt tal-konsumatur li jirċievi informazzjoni permezz ta’ medium li jservi — Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “medium […] li jservi”

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Mejju 1997, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod, għandu jiġi interpretat fis-sens li prattika kummerċjali li tikkonsisti f’li l-informazzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni tkun aċċessibbli biss permezz ta’ hyperlink fuq is-sit tal-internet tal-impriża kkonċernata ma tissodisfax l-eżiġenzi tal-imsemmija dispożizzjoni, u dan peress li din l-informazzjoni la hija “pprovduta” minn din l-impriża u lanqas “riċevuta” mill-konsumatur, fis-sens ta’ din l-istess dispożizzjoni, u li sit tal-internet bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistax jitqies bħala “medium […] li jservi” fis-sens tal-imsemmi Artikolu 5(1).


(1)  ĠU C 145, 14.05.2011.