16.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad — Varna — il-Bulgarija) — “Balkan and Sea Properties” ADSITS (C-621/10), Provadinvest OOD (C-129/11) vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawżi magħquda C-621/10 u C-129/11) (1)

(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 73 u 80(1) - Bejgħ ta’ beni immobbli bejn kumpanniji konnessi - Valur tat-tranżazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li għat-tranżazzjonijiet bejn persuni konnessi tipprovdi li l-ammont taxxabbli għall-finijiet tal-VAT huwa kkostitwit mill-valur fis-suq miftuħ tal-operazzjoni)

2012/C 174/15

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad — Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ADSITS ‘Balkan and Sea Properties’ ADSITS (C-621/10), Provadinvest OOD (C-129/11)

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad — Varna — Il-Bulgarija — Interpretazzjoni tal-Artikolu 80(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Kumpanniji konnessi li kkonkludew kuntratt ta’ bejgħ ta’ beni immobbli — Leġiżlazzjoni nazzjonali li għat-tranżazzjonijiet bejn persuni konnessi tipprovdi li l-ammont taxxabbli għall-finijiet tal-VAT huwa kkostitwit mill-valur fis-suq miftuħ tat-tranżazzjoni — Metodi ta’ determinazzjoni tal-valuri tas-suq miftuħ — Esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT meta t-taxxa ma tkunx ġiet ikkalkolata skont il-liġi

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 80(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni li huwa jsemmi huma eżawrjenti u li, għaldaqstant, leġiżlazzjoni nazzjonali ma tistax tipprevedi, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, li l-ammont taxxabbli huwa l-valur fis-suq miftuħ tal-operazzjoni f’każijiet li huma differenti minn dawk elenkati fl-imsemmija dispożizzjoni, b’mod partikolari, meta l-persuna taxxabbli jkollha d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud b’mod sħiħ, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.

(2)

F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, l-Artikolu 80(1) tad-Direttiva 2006/112 jagħti lill-kumpanniji kkonċernati d-dritt li jinvokawh direttament sabiex jopponu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li huma inkompatibbli ma’ din id-dispożizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħti interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali b’mod konformi ma’ dan l Artikolu 80(1), il-qorti tar-rinviju ma għandha tapplika l-ebda dispożizzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni li tmur kontrih.


(1)  ĠU C 72, 05.03.2011.

ĠU C 145, 14.05.2011.