Strasburgu, 11.7.2023

COM(2023) 441 final

2023/0266(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2023) 441 final} - {SWD(2023) 440 final} - {SWD(2023) 441 final} - {SWD(2023) 442 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

·Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra hija miżura użata f’diversi setturi ekonomiċi biex tiġi ġġenerata data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn attivitajiet speċifiċi ta’ negozji u ta’ individwi. Fis-settur tat-trasport, informazzjoni trasparenti dwar l-emissjonijiet tas-servizzi tat-trasport tagħti s-setgħa lill-klijenti biex jagħmlu għażliet infurmati tajjeb u tinfluwenza d-deċiżjonijiet kummerċjali tal-entitajiet li jorganizzaw u jipprovdu dawn is-servizzi fis-suq. Id-disponibbiltà ta’ data affidabbli dwar l-emissjonijiet tista’ tħeġġeġ is-sostenibbiltà, l-innovazzjoni u t-tibdil fl-imġiba lejn għażliet ta’ trasport sostenibbli. Il-benefiċċji u l-valur miżjud tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet huma murija mir-riżultati tal-iskemi eżistenti ta’ monitoraġġ u rapportar tal-emissjonijiet fl-UE u lil hinn minnha 1 .

L-isfruttar tal-potenzjal tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fit-trasport jeħtieġ li l-kalkoli sottostanti jkunu komparabbli u akkurati, filwaqt li jindirizzaw il-karatteristiċi speċifiċi ta’ servizz partikolari tat-trasport. Għalhekk, l-emissjonijiet għandhom jiġu kkwantifikati abbażi ta’ approċċ metodoloġiku xjentifikament sod, dettaljat u armonizzat.

Madankollu, bħalissa ma hemm l-ebda qafas aċċettat b’mod universali għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport 2 . Sabiex jikkwantifikaw dawk l-emissjonijiet, il-partijiet ikkonċernati tat-trasport jistgħu jagħżlu minn fost standards, metodoloġiji, għodod ta’ kalkolu u bosta bażijiet tad-data u settijiet tad-data ta’ valuri prestabbiliti ta’ emissjonijiet. Dan spiss iwassal għal diskrepanza sinifikanti fir-riżultati li tikkomprometti l-komparabbiltà taċ-ċifri tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-suq, u tipprovdi informazzjoni mhux akkurata u qarrieqa dwar il-prestazzjoni ta’ servizz tat-trasport. Hemm ukoll ir-riskju li jintgħażlu metodu ta’ kalkolu tal-emissjonijiet u data prestabbilita abbażi ta’ dak li huwa aktar ta’ benefiċċju għal entità individwali. Dan joħloq il-kundizzjonijiet għall-greenwashing 3 , u jista’ jagħti inċentivi ħżiena lill-utenti. In-nuqqas ta’ qafas standard huwa rikonoxxut b’mod ġenerali u wassal sabiex saru diversi tentattivi mill-industrija jew mill-gvernijiet nazzjonali 4 biex jipproduċu wieħed. Madankollu, l-ebda wieħed minn dawn l-isforzi ma wassal għall-armonizzazzjoni tal-metodi ta’ kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jew għall-użu konsistenti tad-data dwar il-gassijiet serra fil-livell tal-Unjoni.

Is-settur tat-trasport jara wkoll in-nuqqas ta’ informazzjoni affidabbli u komparabbli dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport bħala problema. 80 % tar-rispondenti għall-konsultazzjoni pubblika miftuħa rrikonoxxew il-prevalenza ta’ din il-problema u qiesu li hija sinifikanti jew sinifikanti ħafna. Ġew innutati fehmiet simili meta ġew analizzati t-tweġibiet għas-sejħa għal evidenza ta’ din l-inizjattiva, l-istħarriġ immirat tagħha tal-partijiet ikkonċernati u d-diskussjonijiet fil-workshop.

Barra minn hekk, minkejja l-interess dejjem akbar tal-partijiet ikkonċernati tat-trasport fid-data dwar il-prestazzjoni f’termini ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra tas-settur tat-trasport, l-adozzjoni ġenerali tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport għadha limitata ħafna. L-utenti tas-servizzi tat-trasport normalment ma jiksbux informazzjoni akkurata dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport, u l-organizzaturi tas-servizzi tat-trasport, inklużi l-operaturi, ma jikkalkulawx l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet serra b’mod sistematiku. Barra minn hekk, il-maġġoranza ta’ dawk li jikkalkulaw l-emissjonijiet għandha t-tendenza li tagħmel dan fil-livell tal-kumpanija jew tal-vettura u ma tistax tiġġenera data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport 5 . Madankollu, dan it-tip ta’ informazzjoni tal-aħħar biss huwa rilevanti biex jappoġġa u jinfluwenza b’mod effettiv id-deċiżjonijiet tal-utenti tas-servizz tat-trasport. Huwa stmat li kważi 600 000 entità fis-settur tat-trasport tal-UE jikkalkulaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom (2020), iżda 21 660 biss minn dawn jagħmlu dan fil-livell diżaggregat meħtieġ għall-produzzjoni ta’ data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport. Dawn huma biss 1,2 % minn madwar 1,8 miljun entità li jwettqu operazzjonijiet tat-trasport waħedhom 6 . L-adozzjoni batuta tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra hija prinċipalment osservata fost l-intrapriżi mikro, żgħar u medji (SMEs) 7 , li jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira tal-entitajiet li joperaw fis-suq tat-trasport tal-UE.

L-adozzjoni batuta tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport ġiet enfasizzata wkoll bħala problema f’attivitajiet ta’ konsultazzjoni differenti. Fil-konsultazzjoni pubblika miftuħa, 45 minn 56 organizzazzjoni (80 %), 61 minn 70 individwu (87 %), u 60 minn 65 klijent online (92 %) iddikjaraw li ma jingħatawx biżżejjed informazzjoni meta jippjanaw/jorganizzaw vjaġġ, trasportazzjoni jew jagħżlu l-konsenja ta’ pakkett. Barra minn hekk, 26 minn 31 (84 %) rispondent għall-istħarriġ immirat qiesu l-livell kurrenti ta’ adozzjoni bħala baxx jew baxx ħafna. Fir-rigward tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-istħarriġ immirat wera li 78 % tar-rispondenti (29 minn 37) diġà jikkalkulaw l-emissjonijiet tagħhom b’xi mod, iżda 35 % biss (9 minn 26) minn dawk li jikkalkulaw jagħmlu dan fil-livell tas-servizz tat-trasport. Madankollu, din is-sejba tista’ ma tkunx rappreżentattiva bis-sħiħ tal-entitajiet ikkonċernati kollha, peress li n-numru reali ta’ kumpaniji li jikkalkulaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport jidher li huwa ferm aktar baxx.

L-UE rrikonoxxiet il-ħtieġa għal qafas metodoloġiku armonizzat għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet tas-servizzi tat-trasport. Bejn l-2011 u l-2019, kien hemm żewġ proġetti konsekuttivi ffinanzjati mill-UE – Carbon Footprint of Freight Transport (COFRET) 8 , fil-qafas tas-Seba’ Programm Kwadru (FP7), u l-Logistics Emissions Accounting & Reduction Network (LEARN) 9 fil-qafas ta’ Orizzont 2020. Dawn il-proġetti indirizzaw il-kalkolu, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-servizzi tat-trasport, bl-għan li tiġi żviluppata metodoloġija globali. Dawn l-isforzi appoġġaw l-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ qafas tal-Global Logistics Emissions Council 10 immexxi mill-industrija, u implimentaw azzjoni koordinata biex jitfassal standard komprensiv u mfassal apposta tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) 11 . L-ISO ppubblikat dan l-istandard il-ġdid ISO 14083:2023 f’Marzu 2023. Sussegwentement, is-CEN ittrasponieh bħala standard Ewropew ekwivalenti EN ISO 14083:2023.

Din l-inizjattiva għandha l-għan li tegħleb l-ostakli li jipprevjenu l-armonizzazzjoni tal-kejl u l-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tiffaċilita l-adozzjoni tagħha fis-settur tat-trasport. Tistabbilixxi qafas regolatorju komuni għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport tul il-katina tat-trasport multimodali kollha, u b’hekk toħloq kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn il-modi, is-segmenti, u n-networks nazzjonali tal-Unjoni. Iż-żieda fit-trasparenza dwar il-prestazzjoni ta’ diversi servizzi għandha twassal għal inċentivi għall-atturi fis-suq biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u jagħmlu t-trasport aktar effiċjenti u sostenibbli.

Dan ir-Regolament ma jagħmilx ir-rapportar dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra obbligatorju. Huwa mfassal biex jappoġġa miżuri speċifiċi oħrajn meħuda mill-industrija u mill-awtoritajiet pubbliċi biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni ekoloġika. Dawn il-miżuri jinkludu l-istabbiliment ta’ klawżoli dwar it-trasparenza tal-gassijiet serra fil-kuntratti tat-trasport, l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz partikolari lill-passiġġieri, jew l-istabbiliment ta’ kriterji relatati mal-klima għal proċeduri ta’ akkwist ekoloġiku u għal programmi ta’ trasport ekoloġiku. Jistgħu jiġu implimentati permezz ta’ arranġamenti separati u individwali, b’mod partikolari fil-perspettiva minn awtorità għal negozju u minn negozju għal negozju, madankollu dejjem iridu jikkonformaw mar-regoli speċifiċi dwar il-kalkolu, is-sostanzjar u l-komunikazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport kif stabbiliti f’din l-inizjattiva.

F’dan il-punt għandu jiġi nnotat ukoll li għalkemm dan ir-Regolament jindirizza l-emissjonijiet tal-gassijiet serra well-to-wheel li jirriżultaw kemm mill-użu tal-vetturi kif ukoll mill-provvista tal-enerġija tal-vetturi 12 , is-settur tat-trasport joħloq effetti avversi oħra. Dawn jinkludu emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa tal-arja u tal-istorbju u l-impatt sussegwenti fuq is-saħħa u fuq l-ambjent. Dawn il-konsegwenzi huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-inizjattiva proposta.

Sabiex tindirizza kif xieraq l-objettivi tagħha, l-inizjattiva ġiet strutturata f’seba’ oqsma ta’ politika ewlenin, li huma deskritti hawn taħt:

Metodoloġija – l-istabbiliment ta’ metodoloġija ta’ referenza komuni li tiżgura li l-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport jitwettaq b’mod standardizzat fis-settur kollu tat-trasport.

Il-metodoloġija ta’ referenza hija parti ewlenija mill-inizjattiva u għalhekk ingħatat attenzjoni partikolari fil-ħidma preparatorja. Ġew analizzati għadd ta’ approċċi, li jvarjaw f’termini tal-kamp ta’ applikazzjoni u tal-metodu tal-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tal-allokazzjoni tal-emissjonijiet għas-servizzi tat-trasport. B’riżultat ta’ dan, l-istandard il-ġdid ISO 14083:2023 13 intgħażel bħala l-aktar rilevanti u proporzjonat fil-kisba tal-objettivi ddikjarati f’dan il-mument. L-ISO 14083:2023 huwa pass ’il quddiem lejn l-istabbiliment ta’ sett komuni ta’ regoli u ta’ prinċipji għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-operazzjonijiet tat-trasport, li fih il-kwantifikazzjoni titwettaq bil-mod well-to-wheel. Peress li dan l-istandard huwa rikonoxxut madwar id-dinja kollha, jista’ jintuża biex tiġi ġġenerata data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-ktajjen tat-trasport internazzjonali, u b’hekk tinħoloq l-opportunità għal allinjament globali.

Min-naħa l-oħra, ir-Regolament għandu jqis l-iżvilupp futur potenzjali tal-istandard u jkun jista’ jindirizza l-flessibbiltà li hija inkorporata f’ċerti komponenti tiegħu. Għalhekk, ir-reviżjonijiet u l-emendi futuri għall-istandard għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib, skrutinizzati u, f’każijiet ġustifikati, esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-inizjattiva, biex tiġi żgurata l-konsistenza tal-metodoloġija ta’ referenza mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u ta’ liġijiet applikabbli oħra tal-Unjoni. Barra minn hekk, għandha tiġi kkunsidrata l-ħtieġa ta’ aġġustamenti u ta’ kjarifiki addizzjonali, speċjalment jekk l-użu ta’ dan l-istandard joħloq riskju ta’ żbilanċi bla bżonn li jirriżultaw mill-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport f’segmenti speċifiċi tat-trasport.

Id-data tal-input u s-sorsi – il-provvista ta’ approċċ armonizzat għad-data tal-input, billi jinħolqu inċentivi għall-użu ta’ data primarja, tiġi permessa data mmudellata, jiżdiedu l-affidabbiltà, l-aċċessibbiltà u l-adegwatezza tal-valuri prestabbiliti, u jiġu mmitigati d-diskrepanzi bejn is-settijiet ta’ data nazzjonali, reġjonali u settorjali.

Mingħajr approċċ komuni għad-data tal-input, ir-riżultati tal-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jibqgħu inkonsistenti u inkomparabbli anki meta tintuża l-istess metodoloġija ta’ referenza. Din il-kwistjoni dehret b’mod prominenti fl-attivitajiet kollha ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati. Huma meħtieġa jew użati tipi differenti ta’ data tal-input, inkluża data primarja u sekondarja, għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport. L-użu ta’ data primarja jwassal għall-aktar riżultati ta’ kalkolu affidabbli. Madankollu, dan it-tip ta’ data spiss ma jkunx disponibbli jew ikun għali b’mod projbittiv għal ċerti partijiet ikkonċernati, speċjalment l-SMEs, u għalhekk għandu jiġi kkunsidrat ukoll l-użu ta’ data sekondarja. Għalhekk, sabiex jiġu żgurati outputs komparabbli u akkurati għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-użu ta’ data primarja għandu jiġi rikonoxxut u jingħata prijorità, u d-data sekondarja għandha tkun ibbażata fuq stimi kredibbli u bażijiet tad-data u settijiet tad-data ppruvati xjentifikament u affidabbli. Id-data sekondarja tista’ tiġi ddeterminata bl-użu ta’ valuri jew ta’ mudelli prestabbiliti.

L-użu ta’ valuri prestabbiliti għandu jirriżulta f’informazzjoni akkurata u affidabbli dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz speċifiku tat-trasport. Għalhekk, dawn il-valuri għandhom jiġu żviluppati b’mod newtrali u oġġettiv, u jiġu minn sorsi fdati. Il-valuri prestabbiliti huma derivati mil-letteratura u minn pubblikazzjonijiet oħra, u jinkludu l-valuri tal-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-fatturi ta’ emissjoni tal-gassijiet serra (skont is-sors dawn jissejħu wkoll fatturi tal-enerġija jew tal-emissjonijiet ta’ fjuwil).

Il-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jirrelataw data speċifika dwar il-prestazzjoni (l-attività) f’termini ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra tas-settur tat-trasport, u jintużaw biex jiġġeneraw informazzjoni dwar l-emissjonijiet ta’ ċertu servizz tat-trasport. Għalhekk, dawn il-valuri għandhom ikunu bbażati fuq parametri li jixbhu mill-qrib lil dawk ta’ servizz partikolari. Sabiex jiġu żgurati riżultati komparabbli għall-kalkolu tal-emissjonijiet, għandha tinħoloq bażi tad-data ċentrali tal-UE ta’ dawn il-valuri. Madankollu, minħabba l-ispeċifiċità settorjali, nazzjonali u reġjonali għolja tagħhom, għandhom ikunu permessi wkoll bażijiet tad-data u settijiet tad-data rilevanti oħra mmexxija minn partijiet terzi, bil-kundizzjoni li dawn jgħaddu minn kontroll speċifiku tal-kwalità fil-livell tal-UE.

Il-fatturi ta’ emissjoni tal-gassijiet serra jirrelataw l-ammont ta’ enerġija użata meta titwettaq operazzjoni mal-emissjonijiet tal-gassijiet serra well-to-wheel. Dawn il-fatturi huma inputs meħtieġa fil-kalkolu tal-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra well-to-wheel ta’ servizz partikolari tat-trasport. Id-determinazzjoni tal-fatturi ta’ emissjoni tal-gassijiet serra abbażi ta’ metodoloġija uniformi u ta’ sorsi affidabbli tirriżulta f’livelli aċċettabbli ta’ varjabbiltà. Għalhekk, għandha tiġi żviluppata bażi tad-data ċentrali tal-UE dwar il-fatturi ta’ emissjoni tal-gassijiet serra, filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-inizjattivi regolatorji rilevanti tal-Unjoni u sorsi affidabbli oħra, inkluża d-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli (REDII) 14 (ladarba tiġi adottata), u suġġett dedikat tal-programm Orizzont Ewropa 15 .

Korp tal-UE newtrali u kompetenti għandu jiżviluppa u jmantni l-bażijiet tad-data tal-UE tal-valuri prestabbiliti tal-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tal-fatturi ta’ emissjoni tal-gassijiet serra. Dan il-korp għandu jwettaq ukoll kontrolli tekniċi tal-kwalità tal-bażijiet tad-data u tas-settijiet tad-data esterni ta’ partijiet terzi. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) hija meqjusa bħala l-aktar korp xieraq biex jipprovdi l-assistenza neċessarja fl-implimentazzjoni xierqa ta’ din il-parti tar-Regolament. Meta rilevanti, il-ħidma tal-Aġenzija tista’ tiddependi fuq il-kontribut u tiġi appoġġata minn korpi settorjali oħra tal-UE, bħall-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) li se tiġi inkarigata bl-implimentazzjoni tat-tikketta ambjentali għat-titjiriet fil-kuntest tal-inizjattiva ReFuelEU Aviation 16 .

Id-data mmudellata tgħaqqad id-data primarja ma’ ċerti parametri rilevanti għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal operazzjoni speċifika tat-trasport jew tal-hub. Dawn il-parametri għandhom ikunu rappreżentattivi, akkurati u strettament ibbażati fuq ir-rekwiżiti tal-metodoloġija ta’ referenza. Dan jirriżulta fl-aħjar perspettiva possibbli tal-emissjonijiet reali ta’ gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport.

Applikabbiltà – id-determinazzjoni tal-istrument ta’ politika t-tajjeb (minn obbligatorju għal volontarju) biex l-inizjattiva tiġi applikata b’mod effettiv fis-suq tal-Unjoni.

Meta tqieset l-effettività tal-istrument kontra l-piż u l-kostijiet amministrattivi possibbli għas-settur tat-trasport, irriżulta li approċċ ta’ inklużjoni fakultattiva vinkolanti huwa l-aktar wieħed xieraq. Dan jimponi r-rekwiżit li jintuża l-qafas komuni biss meta entità li tipprovdi jew torganizza servizz tat-trasport tagħżel jew tingħata mandat b’mezzi oħra 17 kemm biex tikkalkula kif ukoll biex tiddivulga d-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal dan is-servizz. Dan l-approċċ huwa ta’ rilevanza partikolari għall-SMEs li jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira tal-kumpaniji fis-settur tat-trasport, u li ħafna drabi ma jkollhomx biżżejjed kapaċità biex ikejlu u jikkalkulaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-attivitajiet tat-trasport tagħhom. Madankollu, dan l-approċċ jiggarantixxi l-prevedibbiltà regolatorja u l-kundizzjonijiet ekwivalenti għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fost dawk li jippubblikaw jew jikkondividu informazzjoni dwar l-emissjonijiet. Maż-żmien, dan għandu jirriżulta fi spinta gradwali tas-suq lejn żieda fl-adozzjoni tal-qafas mis-settur tat-trasport.

Id-data tal-output tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-trasparenza – l-istabbiliment ta’ metriċi xierqa għall-ġenerazzjoni u l-kondiviżjoni tad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, u l-istipular ta’ regoli komuni dwar il-komunikazzjoni u t-trasparenza tar-riżultati tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet.

Huma neċessarji metriki armonizzati għad-data dwar l-output tal-emissjonijiet biex jiġu żgurati unitajiet ta’ kejl konsistenti meta tiġi ddivulgata data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport bejn il-partijiet kollha fil-katina tat-trasport u lil hinn minnha. Metriċi komuni jippermettu komunikazzjoni ċara mill-fornituri tad-data u fehim akkurat mir-riċevituri tad-data. Dan huwa vitali biex id-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra titqabbel b’mod korrett fis-suq u biex jiġu appoġġati l-għażliet tal-utenti tat-trasport. Barra minn hekk, l-entitajiet li jikkalkolaw u jiddivulgaw id-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jeħtieġ li jistabbilixxu u jżommu evidenza tal-kalkoli mwettqa. Evidenza bħal din għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni fuq talba ta’ awtorità kompetenti jew ta’ kwalunkwe parti terza oħra abbażi ta’ arranġamenti separati u individwali, bħal dawk li jirriżultaw minn rekwiżiti legali speċifiċi jew minn klawżoli kuntrattwali minn negozju għal negozju. Dawn id-dispożizzjonijiet huma primarjament maħsuba biex jiżguraw il-fiduċja fl-affidabbiltà u fl-akkuratezza tad-data divulgata.

Appoġġ għall-implimentazzjoni – li tiġi prevista implimentazzjoni armonizzata ta’ din l-inizjattiva f’segmenti differenti tat-trasport.

L-appoġġ għall-implimentazzjoni jiżgura li r-regoli tar-Regolament jiġu interpretati u applikati bl-istess mod minn korpi li joperaw f’segmenti differenti tal-katina tat-trasport madwar l-UE. Dan jinkludi, b’mod partikolari, linji gwida ġenerali li jiċċaraw u jispjegaw ċerti partijiet tal-inizjattiva lill-partijiet ikkonċernati differenti. Dan jgħinhom jimplimentaw ir-regoli fil-prattiki normali tan-negozju tagħhom. Dan jista’ jinkludi gwida dwar ir-rekwiżiti tad-data, il-ġestjoni u l-kondiviżjoni tad-data, il-proċessi tal-kalkolu tal-emissjonijiet u l-verifika tal-konformità. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt esklużiv tagħha li tfassal dawn il-linji gwida ġenerali abbażi tal-valutazzjoni tagħha tal-ħtiġijiet tas-settur tat-trasport u tal-valur miżjud li din il-gwida ġġib fis-suq.

Konformità – l-iżgurar ta’ sistema ta’ verifika komuni, proporzjonata u affidabbli għad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport u għall-proċessi ta’ kalkolu sottostanti.

Sistema ta’ verifika għad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-proċessi ta’ kalkolu sottostanti hija ħtieġa oħra li ġiet espressa b’qawwa matul il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati. Il-valutazzjoni tal-impatt ikkonfermat din il-ħtieġa u wriet li sistema ta’ verifika mfassla kif suppost tista’ żżid b’mod sostanzjali l-fiduċja tas-settur tat-trasport fid-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u ttejjeb l-adozzjoni tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mod ġenerali. Madankollu, ir-rekwiżiti assoċjati mal-proċessi ta’ verifika spiss iwasslu għal kostijiet u piż amministrattivi addizzjonali għas-settur. Għalhekk, jeħtieġ li tingħata attenzjoni biex ma tiżdiedx il-burokrazija żejda li tipprevjeni b’mod kontroproduttiv l-użu tal-qafas komuni għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fi prattiki kummerċjali usa’. Din hija r-raġuni għaliex din il-proposta tirrikjedi biss li l-entitajiet kbar jivverifikaw il-konformità tagħhom mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, filwaqt li tippermetti lill-SMEs iwettqu l-verifika b’mod volontarju.

Miżuri komplementari – l-iżvilupp u l-użu ta’ għodod tekniċi għall-kalkolu

Id-disponibbiltà ta’ għodod tekniċi għall-kalkolu (bħall-applikazzjonijiet tal-web, il-mudelli u s-software) hija fattur abilitanti utli biex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni tal-metodoloġija komuni tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet fis-settur tat-trasport. Għodod kummerċjali u mhux kummerċjali esterni għall-kalkolu offruti għall-użu usa’ fis-suq jistgħu jappoġġaw b’mod effettiv l-għan ta’ din l-inizjattiva. Dawn jipprovdu karatteristiċi xierqa għall-kalkolu awtomatiku tal-emissjonijiet u joffru biżżejjed flessibbiltà għal aġġustamenti ta’ malajr fil-formuli tal-kalkolu u fid-data jekk ikunu meħtieġa. Madankollu, l-użu ta’ dawn l-għodod irid jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, speċjalment fir-rigward tal-użu tal-metodoloġija ta’ referenza komuni, il-parametri tal-immudellar u s-sett xieraq ta’ valuri prestabbiliti. Għalhekk, l-użu ta’ għodod ta’ kalkolu esterni għandu jkun permess, bil-kundizzjoni li dawn jiġu ċċertifikati formalment.

·Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

It-trasport 18 kien responsabbli għal 26 % tal-emissjonijiet kollha ta’ gassijiet serra tal-UE fl-2020, bit-trasport bit-triq waħdu jirrappreżenta madwar 20 % tat-total 19 . Għalhekk, din l-inizjattiva trid titqies fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku Ewropew 20 , u l-Liġi Ewropea dwar il-Klima 21 , li stipulaw il-passi lejn emissjonijiet tal-gassijiet serra żero netti sal-2050.

L-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti 22 , ippubblikata fid-9 ta’ Diċembru 2020, tistabbilixxi l-bażi għal kif is-sistema tat-trasport tal-UE tista’ tikseb din il-bidla (inkluż tnaqqis ta’ 90 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport sal-2050) u tinqeda minn sistema tat-trasport intelliġenti, kompetittiva, sikura, aċċessibbli u affordabbli. Minbarra l-azzjonijiet immirati biex il-modi individwali tat-trasport isiru aktar sostenibbli, l-istrateġija tirreferi wkoll għal inċentivi għall-għażla tal-aktar għażliet tat-trasport sostenibbli, fi ħdan u bejn il-modi. L-inċentivi jistgħu jkunu ta’ natura kemm ekonomika kif ukoll mhux ekonomika, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni aħjar għall-utenti u trasparenza akbar tal-prestazzjoni f’termini tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport. Huwa għalhekk li l-istrateġija ħabbret pjanijiet 23 li “tistabbilixxi qafas Ewropew għall-kejl armonizzat tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tat-trasport u l-loġistika, ibbażat fuq standards globali, li mbagħad ikun jista’ jintuża biex jipprovdi lin-negozji u lill-utenti aħħarin bi stima tal-impronta tal-karbonju tal-għażliet tagħhom, u jżid id-domanda mill-utenti finali u mill-konsumaturi biex jagħżlu soluzzjonijiet ta’ trasport u mobbiltà aktar sostenibbli, filwaqt li jiġi evitat il-greenwashing. Għalhekk, dan ir-Regolament huwa rispons politiku xieraq.

Diġà kien hemm ċerti kunsiderazzjonijiet ta’ politika dwar il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tas-servizzi tat-trasport. Fil-White Paper tal-2011 dwar it-trasport 24 , il-Kummissjoni ppreżentat viżjoni għall-futur tas-sistema tat-trasport tal-UE. Din stabbiliet aġenda ta’ politika biex jiġu indirizzati l-isfidi futuri, b’mod partikolari l-manutenzjoni u l-iżvilupp tat-trasport u t-tnaqqis konsiderevoli tal-impronta tal-karbonju tal-operazzjonijiet tat-trasport u tal-loġistika. Waħda mill-inizjattivi speċifiċi mfassla biex jgħinu biex jintlaħqu dawn l-għanijiet kienet l-iżvilupp ta’ standards komuni tal-UE biex tiġi stmata l-impronta tal-karbonju tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija. L-għan kien li tiġi pprovduta għodda lill-kumpaniji li jixtiequ jakkwistaw servizzi li jagħmlu anqas ħsara lill-ambjent u lill-passiġġieri li jixtiequ jivvjaġġaw b’mod aktar ambjentalment sostenibbli. Dawn il-pjanijiet wasslu għal aktar azzjoni f’dan il-qasam ta’ politika, inkluż il-proġett ta’ riċerka LEARN, imsemmi aktar ’il fuq.

·Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Bħala inizjattiva trażversali għall-modi kollha tat-trasport, dan ir-Regolament joħloq sinerġiji ma’ azzjonijiet regolatorji oħra tal-UE dwar l-oqfsa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, l-istandards tal-fjuwil u tal-emissjonijiet, trasparenza aħjar għall-utenti u drittijiet tal-konsumatur aktar b’saħħithom, u jikkomplementahom. Dawn ir-rabtiet ma’ politiki oħra jikkonċernaw, b’mod partikolari, l-użu ta’ data tal-input u metodi ta’ kontabbiltà tal-emissjonijiet, kif ukoll ir-rekwiżiti għal komunikazzjoni mhux ambigwa dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport.

Hemm interkonnessjonijiet kbar mal-azzjoni regolatorja dwar il-ġbir ta’ informazzjoni dwar l-emissjonijiet u r-rapportar ambjentali. Skont il-qafas tal-UE ta’ monitoraġġ, ta’ rapportar u ta’ verifika (MRV) 25 , il-bastimenti marittimi ta’ aktar minn 5 000 GT li jsalpaw lejn u mill-portijiet tal-UE jeħtiġilhom jimmonitorjaw, jivverifikaw u jirrapportaw kull sena l-emissjonijiet tagħhom ta’ CO2 abbażi tal-fjuwil maħruq waqt li jwettqu l-attivitajiet tagħhom 26 . Fl-avjazzjoni, l-Iskema tal-Unjoni Ewropea għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS) 27 tirrikjedi li l-linji tal-ajru jikkalkulaw l-emissjonijiet ta’ CO2 għal kull titjira u jissottomettu rapport dwar l-emissjonijiet kull sena. Filwaqt li l-MRV tal-UE u l-EU ETS jaqdu objettivi differenti u ma jwasslux għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizzi speċifiċi, dawn jistgħu jitqiesu bħala komplementari għal dan ir-Regolament, speċjalment dwar il-ġbir tad-data attwali dwar il-fjuwil maħruq.

Il-konsistenza tad-data tal-input għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra hija indirizzata wkoll bħala parti mill-inizjattivi emerġenti tal-UE dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli b’livell baxx u b’livell żero ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Din l-inizjattiva tinkludi riflessjoni bir-reqqa tal- pakketti “Lesti għall-mira ta’ 55 %” 28 , b’referenza partikolari għall-proposti tal-Kummissjoni għad-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED II) u għall-inizjattiva l-ġdida FuelEU Maritime 29 . L-RED II u l-FuelEU Maritime speċifikament se jipprovdu settijiet ta’ valuri prestabbiliti għall-fatturi ta’ emissjoni tal-gassijiet serra (enerġija). Dawn se jkunu stimi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra bbażati fuq l-ammont ta’ enerġija użata bl-applikazzjoni tal-approċċ well-to-wheel 30 . Dawn l-aspetti kollha huma rilevanti ħafna għall-implimentazzjoni uniformi ta’ din l-inizjattiva fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, din l-implimentazzjoni se tqis ukoll oqfsa leġiżlattivi oħra, bħall-istandards tal-prestazzjoni f’termini tal-emissjonijiet ta’ CO2 għal vetturi heavy-duty 31 u għal vetturi light-duty 32 ġodda, il-gwida statistika tal-Eurostat għall-kontijiet ekonomiċi ambjentali 33 , kif ukoll azzjoni ppjanata tal-UE dwar l-aċċess għal data ġġenerata fil-vetturi 34 . F’dan ir-rigward, sinerġiji possibbli jistgħu jkunu relatati pereżempju mal-ġbir tad-data dwar il-konsum tal-fjuwil, u l-istabbiliment ta’ ambjent komuni ta’ valuri prestabbiliti.

L-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra kkalkolati u miġbura meta jiġu applikati r-regoli stipulati f’dan ir-Regolament tista’ tintuża għar-rapportar korporattiv, bħal skont id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà (CSRD) 35 , u l-Istandards Ewropej dwar ir-Rappurtar tas-Sostenibbiltà (ESRS) relatati, li qed jitħejjew bħalissa 36 . Is-CSRD u din l-inizjattiva huma konsistenti fl-approċċ tagħhom, billi t-tnejn li huma jirrikonoxxu l-emissjonijiet ekwivalenti għas-CO2 tal-Kamp ta’ applikazzjoni 1 (emissjonijiet diretti mill-attività proprja), il-Kamp ta’ applikazzjoni 2 (emissjonijiet indiretti mill-ġenerazzjoni ta’ elettriku mixtri jew akkwistat, fwar, tisħin, jew tkessiħ ikkunsmati mill-kumpanija li tirrapporta), u l-Kamp ta’ applikazzjoni 3 (emissjonijiet indiretti li jseħħu fil-katina tal-valur) 37 . Dawn l-oqfsa jvarjaw f’termini tas-suġġett u l-livell ta’ preċiżjoni (is-CSRD tkopri l-emissjonijiet ta’ kumpanija sħiħa, u dan ir-Regolament ikopri l-emissjonijiet tas-servizzi tat-trasport). Madankollu, l-informazzjoni ġġenerata minn din l-inizjattiva tista’ tikkontribwixxi għar-rapporti ġenerali dwar is-sostenibbiltà tal-kumpaniji, u b’hekk tiffaċilita l-implimentazzjoni tas-CSRD.

REFuelEU Aviation, inizjattiva oħra taħt il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, tinkludi dispożizzjonijiet għal tikketta ambjentali ddedikata għat-titjiriet 38 biex tgħin lill-konsumaturi jagħmlu għażliet infurmati u tippromwovi vjaġġar aktar ekoloġiku. Il-Kummissjoni se tiżgura li l-iżvilupp tal-iskema ta’ tikkettar għat-titjiriet ikun ikkoordinat kif xieraq mal-implimentazzjoni ta’ din l-inizjattiva biex jiġu żgurati l-konsistenza u l-affidabbiltà ta’ kwalunkwe data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport li tiġi ġġenerata.

Ir-Regolament (UE) 2020/1056 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (eFTI) 39 jirrelata mal-iskambju ta’ informazzjoni regolatorja f’format elettroniku dwar it-trasport ta’ merkanzija bit-triq, bil-ferrovija, bl-ajru u bil-passaġġi fuq l-ilma interni. Dan se jippermetti lill-operaturi jipprovaw il-konformità ma’ ħafna formalitajiet tar-rappurtar tal-UE u nazzjonali applikabbli għat-trasport tal-merkanzija. Bit-twaqqif ta’ network kompletament deċentralizzat iżda armonizzat u fdat tal-kondiviżjoni tad-data, l-eFTI hija mistennija tappoġġa l-kondiviżjoni tad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fost korpi differenti u utenti individwali, u b’hekk tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ din l-inizjattiva.

Dan ir-Regolament ifittex ukoll li jikkomplementa l-pjan ta’ azzjoni dwar l-ekonomija ċirkolari 40 u, taħt l-umbrella tal-pjan, inizjattivi speċifiċi li għandhom l-għan li jipprovdu l-informazzjoni t-tajba lill-konsumaturi. B’mod partikolari, għandu rabtiet potenzjali mal- impronta ambjentali tal-prodott (PEF) 41  relatata mar-rekwiżiti metodoloġiċi għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet. Il-PEF ġiet żviluppata oriġinarjament bħala parti mill-inizjattiva tas-suq uniku għall-prodotti ekoloġiċi 42 . Dan jipprovdi metodu transsettorjali ġenerali għall-kejl tal-prestazzjoni ambjentali ta’ oġġett jew ta’ servizz matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu. Madankollu, il-qafas ġenerali tal-PEF ma jindirizzax speċifikament is-servizzi tat-trasport, u l-implimentazzjoni tiegħu għall-finijiet tal-valutazzjoni komparattiva tal-emissjonijiet xorta tkun teħtieġ it-tfassil ta’ regoli dettaljati tal-kategoriji 43 .

Ġew identifikati wkoll sinerġiji ma’: (i) id-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern, li tapplika għal asserzjonijiet ambjentali qarrieqa; u (ii) il-proposta għal Direttiva dwar l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika (li temenda d-Direttiva 2005/29/KE), li tistabbilixxi numru ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar l-asserzjonijiet ambjentali u tipprojbixxi asserzjonijiet ambjentali ġeneriċi li ma humiex ibbażati fuq prestazzjoni ambjentali rikonoxxuta u rilevanti 44 . Dawn is-sinerġiji jikkonċernaw primarjament il-ħtieġa ta’ informazzjoni aħjar u affidabbli dwar is-sostenibbiltà tas-servizzi. Dan jinkludi l-protezzjoni tal-konsumaturi minn informazzjoni falza jew qarrieqa li tista’ tagħti l-impressjoni li servizz huwa aħjar għall-ambjent milli fil-fatt huwa. Din l-inizjattiva se tirregola aspetti speċifiċi tal-asserzjonijiet ambjentali billi tipprovdi qafas armonizzat u applikabbli b’mod universali. Dan jiżgura li tkun disponibbli data akkurata u komparabbli dwar l-emissjonijiet għall-konsumaturi minn korpi li jwettqu l-kontabbiltà tal-emissjonijiet tas-servizzi tat-trasport.

Il-proposta tal-Kummissjoni għad-Direttiva dwar is-sostanzjar u l-komunikazzjoni ta’ asserzjonijiet ambjentali espliċiti (id-Direttiva dwar l-Asserzjonijiet Ekoloġiċi) 45 hija mfassla bħala lex specialis għad-Direttiva 2005/29/KE. Id-Direttiva dwar l-Asserzjonijiet Ekoloġiċi tistabbilixxi rekwiżiti dettaljati għall-valutazzjoni li tissostanzja asserzjonijiet ambjentali espliċiti, u regoli speċifiċi dwar skemi ta’ tikkettar ambjentali biex tittejjeb il-fiduċja fil-kredibbiltà tal-asserzjonijiet ambjentali u titnaqqas il-proliferazzjoni tat-tikketti ambjentali. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli metodoloġiċi biex jiġu ssostanzjati asserzjonijiet ambjentali espliċiti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra well-to-wheel tas-servizzi tat-trasport u għalhekk għal dawn l-asserzjonijiet jieħu preċedenza fuq ir-regoli dwar is-sostanzjar, il-komunikazzjoni u l-verifika stabbiliti fid-Direttiva dwar l-Asserzjonijiet Ekoloġiċi.

Filwaqt li l-emissjonijiet ta’ inkwinanti huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-inizjattiva, dan ir-Regolament huwa mistenni jiġġenera kobenefiċċji fil-forma ta’ tnaqqis fit-tniġġis mit-trasport, f’konformità mal-objettivi tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni ta’ Tniġġis Żero 46 .

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Inizjattiva se tiġi proposta fuq il-bażi tal-Artikolu 91(1) u tal-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). F’konformità mal-Artikolu 4(2) tat-Trattat, il-kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri tapplika fil-qasam tat-trasport.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Id-dimensjoni tal-UE tal-problema

Billi tipprovdi regoli armonizzati għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-livell tas-servizz tat-trasport, din l-inizjattiva hija partikolarment rilevanti għall-operazzjonijiet transfruntiera bejn l-Istati Membri tal-UE. Dan il-livell ta’ armonizzazzjoni, l-aktar relatat mal-għażliet metodoloġiċi, mad-data tal-input u mar-regoli komuni għall-verifika, ma jistax jinkiseb b’mod effettiv permezz ta’ azzjonijiet ta’ Stati Membri individwali. Sa issa Franza biss stabbiliet qafas metodoloġiku armonizzat dedikat, li jinkludi miżuri li jinċentivaw l-adozzjoni tiegħu 47 . Madankollu, f’każ li jsegwu aktar Stati Membri, dan jista’ jwassal għal rekwiżiti ta’ kalkolu jew ta’ divulgazzjoni differenti ħafna għall-organizzaturi u għall-utenti tat-trasport, b’kostijiet u b’piż amministrattiv addizzjonali għall-industriji li joperaw bejn il-fruntieri. L-azzjonijiet fil-livell nazzjonali jistgħu jnaqqsu wkoll l-effettività ġenerali tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, peress li d-data tal-output dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-servizzi tat-trasport imwettqa f’pajjiżi differenti ma tkunx komparabbli, b’riskju sinifikanti li tinħoloq konfużjoni għall-utenti, u b’hekk jiġu pprovduti inċentivi differenti, jew saħansitra negattivi, għall-entitajiet li joffru servizzi tat-trasport fis-suq.

Azzjoni ta’ valur miżjud fil-livell tal-UE

Is-settur tat-trasport tal-UE għandu dimensjoni transfruntiera b’saħħitha, u jaqdi rwol importanti għall-fluss liberu tan-nies u tal-merkanzija fis-suq intern tal-UE. Servizzi tat-trasport effiċjenti huma kruċjali biex jissodisfaw id-domanda tal-utenti tat-trasport, jappoġġaw it-tkabbir tal-ekonomija tal-UE u jippreservaw l-istil ta’ ħajja taċ-ċittadini. Fl-istess ħin, jenħtieġ li tinġibed l-attenzjoni lejn l-isfidi relatati mal-impatti ambjentali mit-trasport, li għadhom qed jikbru l-aktar minħabba ż-żieda fit-traffiku tal-merkanzija u tal-passiġġieri fuq in-network Ewropew 48 . Għalhekk, din l-inizjattiva hija maħsuba bħala fattur abilitanti għall-komunità tat-trasport biex jiffaċilita t-tranżizzjoni ekoloġika tagħha. Billi tipprevedi trasparenza aħjar dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport, se twassal għall-ħolqien ta’ inċentivi għal soluzzjonijiet aktar sostenibbli u għall-innovazzjoni, u tagħti lill-klijenti aktar informazzjoni għall-għażliet tagħhom stess. Kif muri hawn fuq, kwalunkwe approċċ nazzjonali jkun kontroproduttiv ħafna biex jintlaħqu dawn l-objettivi, u jkollu riskju sinifikanti ta’ rekwiżiti kunfliġġenti u metodoloġiji u data inkonsistenti.

Proporzjonalità

L-għażliet li jikkonċernaw il-miżuri ta’ politika rilevanti u l-għażla ta’ politika li tifforma l-istruttura ta’ din l-inizjattiva saru b’kunsiderazzjoni xierqa tal-prinċipju tal-proporzjonalità, u b’hekk irriżultaw fl-aktar approċċ ibbilanċjat possibbli. L-ewwel nett, ir-Regolament jipprevedi l-użu tal-istandard ISO 14083:2023 eżistenti u rikonoxxut b’mod wiesa’, fil-verżjoni Ewropea tiegħu EN ISO 14083:2023, bħala metodoloġija ta’ referenza għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport. Din il-miżura rċeviet appoġġ sinifikanti mill-partijiet ikkonċernati li pparteċipaw f’diversi attivitajiet ta’ konsultazzjoni, u għalhekk hija mistennija tirriżulta f’aċċettazzjoni u f’applikabbiltà tajbin ħafna fis-suq tat-trasport. It-tieni, l-inizjattiva tipprevedi l-implimentazzjoni deċentralizzata ta’ ċerti komponenti, speċjalment billi tippermetti, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-użu ta’ bażijiet tad-data u settijiet tad-data esterni ta’ valuri prestabbiliti u fatturi ta’ emissjoni, kif ukoll għodod ta’ kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra operati minn partijiet terzi. It-tielet, tistabbilixxi rekwiżiti razzjonali għall-verifika tad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tal-proċessi ta’ kalkolu, u teżenta lill-SMEs, sakemm ma jkunux jixtiequ jwettqu l-verifika fuq bażi volontarja. Fl-aħħar nett, bl-inklużjoni tal-applikazzjoni fakultattiva vinkolanti tal-qafas armonizzat, din il-proposta timponi r-rekwiżiti biss fuq dawk l-entitajiet li jiddeċiedu jew li huma obbligati b’modi oħra biex jikkalkolaw u jikkondividu d-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Dan l-aspett huwa importanti għall-partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari l-SMEs, li ħafna drabi ma jkollhomx il-kapaċità li jibdew effettivament il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-livell tas-servizzi tat-trasport fuq perjodu ta’ żmien qasir, u għalhekk jistennew approċċ aktar gradwali li jindirizza s-sitwazzjoni speċifika tagħhom, u jippermettilhom jadottaw il-qafas komuni maż-żmien.

Għażla tal-istrument

Il-valutazzjoni tal-impatt uriet li huma neċessarji miżuri regolatorji biex jintlaħqu l-objettivi tal-inizjattiva. Regolament huwa l-aktar strument xieraq biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni komuni tal-miżuri previsti, filwaqt li jitnaqqas ir-riskju ta’ distorsjoni fis-suq uniku, li jista’ jirriżulta minn differenzi f’kif l-Istati Membri tal-UE jittrasponu r-rekwiżiti fid-dritt nazzjonali. L-adozzjoni ta’ approċċ armonizzat għandha ssegwi regoli omoġeni li jippermettu l-komparabbiltà u kwalità u granularità suffiċjenti tad-data prodotta. Huwa essenzjali li jiġi evitat li t-taħlita ta’ soluzzjonijiet differenti tissolva fil-livell nazzjonali jew settorjali, li jkun il-każ jekk jiġu implimentati fil-qafas ta’ direttiva transsettorjali.

Il-proposta hija ta’ natura teknika ħafna, u hemm probabbiltà li jkollha tiġi emendata regolarment biex tirrifletti l-iżviluppi tekniċi u legali, b’mod partikolari fir-rigward tal-metodoloġija komuni ta’ kalkolu ta’ referenza u tar-regoli dwar id-data tal-input, iċ-ċertifikazzjoni u l-verifika. Għalhekk, huma ppjanati wkoll diversi miżuri delegati u ta’ implimentazzjoni. Dawn jiffukaw b’mod partikolari fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti funzjonali.

3. Riżultati tal-evalwazzjonijiet ex post, tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati u tal-valutazzjonijiet tal-impatt

Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati

Il-Kummissjoni kienet involuta b’mod attiv mal-partijiet interessati u wettqet konsultazzjonijiet komprensivi tul il-proċess kollu ta’ valutazzjoni tal-impatt.

Il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati bdew jinġabru b’reazzjoni għall-pubblikazzjoni tas-Sejħa għall-Evidenza (mid-19 ta’ Novembru sas-17 ta’ Diċembru 2021). B’kollox ġew riċevuti 64 risposta, li għenu biex jiġi rfinat l-approċċ u biex jiġu identifikati aħjar l-ostakli li jxekklu l-kontabbiltà armonizzata tal-emissjonijiet TAL-GASSIJIET SERRA tas-servizzi tat-trasport.

Bħala parti mit-tħejjija tal-proposta, attivitajiet ta’ konsultazzjoni oħra kienu jinkludu:

Konsultazzjoni pubblika miftuħa, organizzata mill-Kummissjoni, bejn il-25 ta’ Lulju u l-20 ta’ Ottubru 2022. B’kollox ġew riċevuti 188 risposta li jkopru varjetà ta’ gruppi tal-partijiet ikkonċernati. Ir-risposti ġew minn kumpaniji u negozji (63), minn assoċjazzjonijiet tan-negozju (59), minn ċittadini tal-UE (26), minn awtoritajiet pubbliċi (26), minn NGOs (8), minn istituzzjonijiet akkademiċi u ta’ riċerka (4), minn organizzazzjonijiet tal-konsumaturi (3), minn trade unions (2), minn organizzazzjonijiet ambjentali (1) u minn oħrajn (10) 49 ;

Intervisti ta’ esplorazzjoni organizzati mill-konsulent responsabbli għall-istudju ta’ appoġġ għall-valutazzjoni tal-impatt f’Lulju 2022 u mmirati lejn assoċjazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri, assoċjazzjoni tal-baħħara, organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ u programm ta’ trasport ekoloġiku;

Konsultazzjoni mmirata tal-partijiet ikkonċernati organizzata mill-konsulent responsabbli għall-istudju ta’ appoġġ għall-valutazzjoni tal-impatt, inklużi stħarriġ u serje ta’ intervisti. L-istħarriġ sar minn Awwissu sa Ottubru 2022 u kien immirat lejn kumpaniji individwali (12), assoċjazzjonijiet tat-trasport (9), awtoritajiet pubbliċi (4), assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u tal-passiġġieri (2), l-akkademja u r-riċerka (1) u tipi oħra ta’ partijiet ikkonċernati (4). L-intervisti indirizzaw lil rappreżentanti ta’ partijiet ikkonċernati individwali (38), inklużi negozji (22), assoċjazzjonijiet tan-negozju (7), organizzazzjonijiet tal-konsumaturi (1), awtoritajiet pubbliċi (1) u tipi oħra ta’ partijiet ikkonċernati (5);

Workshop tal-partijiet ikkonċernati, organizzat b’mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-konsulent responsabbli għall-istudju ta’ appoġġ għall-valutazzjoni tal-impatt fis-27 ta’ Ottubru 2022, bi 43 parteċipant li jirrappreżentaw 33 parti ikkonċernata, li kienu jinkludu negozji, organizzazzjonijiet tan-negozju, awtoritajiet pubbliċi u esperti individwali.

L-ewwel nett, ta’ min jinnota li l-kunċett u l-objettivi tal-inizjattiva rċevew appoġġ qawwi fl-attivitajiet kollha ta’ konsultazzjoni. Il-partijiet ikkonċernati ġeneralment jirrikonoxxu li huwa meħtieġ qafas armonizzat ta’ kejl u kalkolu hekk kif il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra qiegħda ssir dejjem aktar inkorporata fl-ekosistema ta’ politika usa’ u fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-utenti tas-servizzi tat-trasport. Huma konxji li maż-żmien, l-informazzjoni rilevanti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra se tkun aktar importanti għall-preservazzjoni tal-kompetittività (jew tar-relazzjonijiet mal-investituri) tagħhom, u għalhekk qed jinvestu f’sistemi biex jikkalkulaw l-emissjonijiet u jikkomunikawhom b’mod effettiv. Kejl aħjar tal-emissjonijiet jitqies ukoll minn ħafna bħala mod kif jiġu stabbiliti u mmonitorjati miri speċifiċi ta’ sostenibbiltà għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u tal-kostijiet.

L-informazzjoni pprovduta mill-partijiet ikkonċernati kienet kruċjali biex tippermetti lill-Kummissjoni taġġusta d-disinn tad-definizzjoni tal-problema, tikseb kontribut għat-tfassil tal-għażliet ta’ politika, u biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali, b’mod partikolari biex jiġi ddeterminat liema għażla x’aktarx li timmassimizza l-proporzjon tal-benefiċċji/kostijiet għas-soċjetà.

Fir-rigward tad-definizzjoni tal-problema, il-konsultazzjoni wriet kunsens fost il-gruppi kollha tal-partijiet ikkonċernati dwar ir-rilevanza tal-problemi speċifiċi li kienu ġew identifikati minn qabel fil-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt, jiġifieri “il-komparabbiltà limitata tar-riżultati tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fit-trasport u fil-loġistika” u “l-adozzjoni limitata tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet fil-prattika normali tan-negozju”. Il-partijiet ikkonċernati li kkontribwew ikkonfermaw ukoll ir-rilevanza ġenerali tal-kawżi sottostanti tal-problemi, iżda indikaw il-ħtieġa li jiġu aġġustati xi elementi, speċjalment biex tiġi enfasizzata l-importanza tad-data tal-input għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-GASSIJIET SERRA, u biex jiġu riflessi aħjar il-kwistjonijiet relatati man-nuqqas ta’ fiduċja fid-data tal-output tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra divulgata fis-suq u n-nuqqas ta’ rieda mill-atturi tas-suq sabiex jikkondividu data operazzjonali sensittiva. Id-dijagramma analitika tal-problema ġiet aġġornata kif xieraq.

Meta ġew mistoqsija dwar soluzzjonijiet possibbli, il-partijiet ikkonċernati pprovdew kontribut siewi ħafna li jappoġġa l-iżvilupp u l-valutazzjoni tal-miżuri u l-għażliet ta’ politika rilevanti. Dwar il-qafas metodoloġiku, il-maġġoranza tagħhom kienet favur l-adozzjoni ta’ approċċi eżistenti jew emerġenti ta’ kontabbiltà tal-gassijiet serra, u preferibbilment dawk li joffru ambitu globali għall-kalkolu tal-emissjonijiet. Il-partijiet ikkonċernati ssuġġerew ukoll li l-UE għandha tippromwovi l-użu ta’ data primarja, u toħloq sistema komuni ta’ valuri prestabbiliti f’każ li d-data primarja ma tkunx disponibbli. Huma esprimew ukoll il-ħtieġa għal linji gwida armonizzati għall-implimentazzjoni effettiva tal-qafas f’segmenti speċifiċi tas-settur tat-trasport, biex jiżguraw il-fehim u l-użu uniformi tiegħu f’diversi partijiet tal-katina tat-trasport. Barra minn hekk, il-ħtieġa ta’ sistema ddedikata għall-verifika tad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-proċessi ta’ kalkolu dehru b’mod prominenti fil-kontribuzzjonijiet riċevuti, anki jekk il-partijiet ikkonċernati wrew xi riżervi dwar il-piż amministrattiv u l-kostijiet assoċjati, speċjalment għall-SMEs. Fir-rigward tal-applikabbiltà, filwaqt li xi partijiet ikkonċernati sabu li rekwiżit obbligatorju jkun l-aktar effettiv biex isiru ekwi l-kundizzjonijiet fis-suq tat-trasport, l-approċċ ta’ inklużjoni fakultattiva vinkolanti ġeneralment tqies bħala l-aktar fattibbli u effiċjenti, speċjalment minħabba l-impatt sproporzjonat tal-istrument obbligatorju fuq l-SMEs, kumment li deher matul l-intervisti u l-workshop.

   Ġbir ta’ għarfien espert

Sar studju minn kuntrattur estern biex tiġi appoġġata l-valutazzjoni tal-impatt li tirfed il-proposta. Dan l-istudju tnieda f’Marzu 2022 u ġie konkluż fi Frar 2023. L-istudju pprovda għarfien siewi lill-Kummissjoni, b’mod partikolari biex tfassal l-għażliet ta’ politika, tivvaluta l-impatti mistennija, u tiġbor il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati affettwati direttament.

   Valutazzjoni tal-impatt

Il-miżuri ta’ politika inklużi f’din il-proposta kienu infurmati mir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt. Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt [SWD(2023)XXXXX] irċieva opinjoni pożittiva mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju tal-Kummissjoni [SEC(2023)XXX]. Fl-opinjoni tiegħu, il-Bord ipprovda għadd ta’ rakkomandazzjonijiet dwar l-evidenza pprovduta li ġiet indirizzata kif xieraq; l-Anness 1 tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt jipprovdi deskrizzjoni fil-qosor ta’ kif sar dan.

Tqiesu sitt għażliet ta’ politika fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-impatt biex jintlaħqu l-objettivi identifikati. Dawn l-għażliet kienu strutturati madwar seba’ oqsma ta’ politika, diġà diskussi hawn fuq: “Metodoloġija”; “Data tal-input u sorsi”; “Applikabbiltà”; “Data tal-output dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u trasparenza”; “Appoġġ għall-implimentazzjoni”; “Konformità”; “Miżuri komplementari”.

L-għażliet ta’ politika pprovdew approċċi alternattivi għat-tfassil tal-qafas armonizzat, li jvarjaw fil-prinċipju fir-rigward tal-għażla ta’ metodoloġija ta’ referenza, l-użu ta’ data tal-input, is-sistema ta’ verifika applikabbli għad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-proċessi ta’ kalkolu, l-użu ta’ għodod għall-kalkolu tal-emissjonijiet kif ukoll il-mod kif għandu jiġi impost ir-regolament. Ta’ min jinnota li ċerti elementi relatati mad-data tal-input, jiġifieri r-rakkomandazzjoni għall-użu ta’ data primarja, l-istabbiliment ta’ bażi tad-data ċentrali tal-UE għall-fatturi ta’ emissjoni tal-gassijiet serra, u r-regoli għad-data mmudellata ġew indirizzati bl-istess mod fil-miżuri ta’ politika alternattivi rispettivi u fl-għażliet ta’ politika kollha.

L-għażliet ta’ politika li tqiesu kienu dawn li ġejjin:

L-għażla ta’ politika 1 (PO1) ipprevediet l-ogħla livell ta’ ċentralizzazzjoni u ta’ armonizzazzjoni għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport, u tat spinta lill-adozzjoni tagħha fis-suq permezz ta’ applikazzjoni obbligatorja sħiħa ta’ dan ir-Regolament għall-entitajiet kollha li jipprovdu jew jorganizzaw servizzi tat-trasport. Il-PO1 kienet tinkludi metodoloġija ta’ referenza komprensiva bbażata fuq l-istandard ISO 14083, iżda b’ċerti elementi metodoloġiċi addizzjonali li jżidu l-akkuratezza u l-komparabbiltà tar-riżultati tal-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, u r-rekwiżiti stabbiliti għall-verifika obbligatorja tad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-proċessi ta’ kalkolu lill-entitajiet ikkonċernati kollha. Ippermettiet ukoll valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra bil-kundizzjoni unika li dawn ikunu derivati minn bażi tad-data ċentrali stabbilita fil-livell tal-UE. Eventwalment, il-PO1 ipproponiet għodda komuni ta’ kalkolu li għandha tiġi stabbilita mill-UE biex tiffaċilita l-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport fis-suq.

L-għażla ta’ politika 2 (PO2), meta mqabbla mal-PO1, assumiet livell daqstant għoli ta’ ċentralizzazzjoni rigward it-trattament tad-data tal-input u l-użu tal-għodda komuni ta’ kalkolu, iżda implimentazzjoni ferm inqas stretta tal-inizjattiva fis-suq. Fir-rigward ta’ din tal-aħħar, din l-għażla pproponiet applikazzjoni kompletament volontarja ta’ dan ir-Regolament mill-partijiet ikkonċernati, verifika volontarja tad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tal-proċessi ta’ kalkolu, u metodoloġija ta’ referenza aktar favorevoli stabbilita mill-istandard rikonoxxut globalment ISO 14083.

L-għażla ta’ politika 3 (PO3) inkludiet miżuri li jippermettu approċċ kważi volontarju u deċentralizzat fir-rigward tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Fil-prinċipju, din l-għażla ta’ politika offriet applikabbiltà ta’ “inklużjoni fakultattiva vinkolanti”, u imponiet ir-rekwiżit li jintuża l-qafas komuni biss fuq l-entitajiet li jagħżlu (jew li huma obbligati b’modi oħra) li jikkalkolaw u jiddivulgaw data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra relatati mas-servizzi tat-trasport. F’termini ta’ data tal-input, il-PO3 ipproponiet bażi tad-data ċentrali tal-UE ta’ valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, madankollu, għall-kuntrarju tal-PO1 u tal-PO2, din ippermettiet l-użu ta’ settijiet tad-data nazzjonali, reġjonali jew settorjali addizzjonali, soġġetti għal proċess speċifiku ta’ assigurazzjoni tal-kwalità. Barra minn hekk, il-PO3 obbligat il-verifika tal-aderenza mal-qafas komuni tal-kontabbiltà tal-gassijiet serra biss għal entitajiet akbar minn ċertu daqs, jiġifieri organizzazzjonijiet kbar, u ppermettiet l-użu ta’ għodod ta’ kalkolu esterni offruti fis-suq mill-industrija u mill-awtoritajiet pubbliċi, bil-kundizzjoni li dawn l-għodod jiġu ċċertifikati bħala konformi mar-rekwiżiti tal-inizjattiva. Fir-rigward tal-approċċ metodoloġiku, il-PO3 għażlet il-metodoloġija komprensiva bbażata fuq l-istandard ISO 14083 b’elementi addizzjonali, identiċi għal dawk tal-PO1.

L-għażla ta’ politika 4 (PO4) irreplikat il-PO3 fir-rigward tal-kompożizzjoni ta’ kważi l-miżuri ta’ politika kollha, ħlief għal dik dwar il-metodoloġija tal-kalkolu. Fir-rigward ta’ din tal-aħħar, il-PO4 inkludiet l-istandard globali ISO 14083, li kien inkluż ukoll fil-PO2 u fil-PO6.

L-għażla ta’ politika 5 (PO5) varjat mill-PO3 u mill-PO4 f’żewġ aspetti, jiġifieri l-għażla metodoloġika, li hija r-regoli tal-kategoriji tal-Impronta Ambjentali tal-Prodotti (PEFCR) għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport, u l-bażi tad-data kompletament ċentralizzata tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, bl-istess mod bħal dik użata fil-PO1 u fil-PO2.

L-għażla ta’ politika 6 (PO6) ipprevediet sett kważi identiku ta’ miżuri ta’ politika għall-PO4, b’eċċezzjoni waħda: timponi applikabbiltà obbligatorja (bħall-PO1) tar-Regolament għall-entitajiet kollha involuti fil-forniment jew fl-organizzazzjoni ta’ servizzi tat-trasport.

Żewġ miżuri ta’ politika li applikaw b’mod konsistenti fl-għażliet ta’ politika kollha kienu: l-istabbiliment ta’ metriki armonizzati tad-data tal-output tal-gassijiet serra flimkien ma’ regoli komuni dwar il-komunikazzjoni u t-trasparenza, u l-provvista ta’ linji gwida orizzontali għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva dwar is-suq tat-trasport.

Wara l-valutazzjoni, il-PO4 ġiet identifikata bħala l-għażla ta’ politika ppreferuta. Din l-għażla turi l-aħjar bilanċ bejn l-objettivi tal-inizjattiva u l-kostijiet kumplessivi tal-implimentazzjoni, u b’hekk tirriżulta fl-aħjar proporzjon kostijiet-benefiċċji.

Il-PO4 se ssarraf fi tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u ta’ kostijiet esterni relatati oħra, li jirriżultaw mill-forniment ta’ servizzi tat-trasport fis-suq tal-UE. Dan it-tnaqqis se jkun xprunat l-aktar mill-effetti fuq l-imġiba li jinċentivaw użu akbar ta’ għażliet ta’ trasport aktar sostenibbli u vjaġġi ottimizzati. L-iffrankar relatat fil-kostijiet esterni ġie stmat għal EUR 674 miljun għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra, EUR 163,5 miljun għat-tniġġis tal-arja u EUR 645 miljun għall-inċidenti, meta mqabbel max-xenarju ta’ referenza u espress bħala valur preżenti nett għall-perjodu 2025-2050 fil-prezzijiet tal-2022. Dan l-iffrankar ġie kkunsidrat b’mod partikolari billi ġew preżunti bidliet fl-attività bejn il-modi u l-ottimizzazzjoni tal-vjaġġi kemm għat-trasport tal-passiġġieri kif ukoll għat-trasport tal-merkanzija kkawżat minn għarfien aħjar dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport u d-disponibbiltà tad-data. Iffrankar ta’ EUR 2,4 biljun dovut għall-evitar tal-użu tal-fjuwil huwa mistenni li jintlaħaq mill-operaturi u mill-passiġġieri minħabba l-attività mnaqqsa ta’ modi tat-trasport intensivi fl-użu tal-fjuwil/tal-enerġija. It-titjib fil-komparabbiltà tad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra huwa previst ukoll li se jirriżulta f’aktar trasparenza, kredibbiltà, effetti pożittivi fuq ir-reputazzjoni u fuq l-immaġni pubblika tal-organizzaturi u tal-fornituri tas-servizzi tat-trasport, u livelli ogħla ta’ fiduċja bejn is-sħab fil-katina tat-trasport.

Il-kostijiet ewlenin li jirriżultaw mill-intervent propost jiġġarrbu min-negozji. Dawn jinkludu kostijiet ta’ aġġustamenti relatati mal-użu (adattament jew bidu) ta’ qafas metodoloġiku ġdid tal-gassijiet serra u l-attivitajiet ta’ verifika rilevanti (EUR 1,5 biljun), kif ukoll il-kostijiet amministrattivi li jirriżultaw miċ-ċertifikazzjoni tal-għodod ta’ kalkolu u mill-kontroll tal-kwalità tal-bażijiet tad-data esterni tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (EUR 0,5 miljun). Ġew identifikati wkoll kostijiet amministrattivi għall-korpi nazzjonali ta’ akkreditazzjoni li se jkunu responsabbli għall-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jwettqu l-attivitajiet ta’ verifika u ta’ ċertifikazzjoni (EUR 0,1 miljun). Barra minn hekk, ġew ikkunsidrati kostijiet addizzjonali ta’ aġġustament għall-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika, speċjalment għall-bidla għal format uniku tal-valuri tal-output tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (EUR 0,1 miljun), u għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, relatati mal-istabbiliment u mal-manutenzjoni tal-bażijiet tad-data tal-UE għad-data tal-input, kif ukoll mal-verifika tal-kwalità tal-bażijiet tad-data esterni li għandhom ikunu permessi fil-qafas tal-inizjattiva (EUR 3,9 miljun).

Għalhekk, l-għażla ppreferuta tipprovdi benefiċċji netti li jammontaw għal EUR 2,4 biljun tul il-perjodu ta’ żmien tal-inizjattiva.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Billi din hija proposta ġdida, ma twettqux evalwazzjonijiet jew kontroll tal-idoneità.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta hija konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta tagħti lok għal kostijiet preżenti netti għall-baġit tal-Unjoni ta’ EUR 0,6 miljun matul il-perjodu mill-2025 sal-2027, u riżorsi addizzjonali ta’ EUR 6,3 miljun mill-2028 sal-2050. L-impatt baġitarju tal-proposta huwa deskritt f’aktar dettall fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva annessa ma’ din il-proposta għal informazzjoni.

L-impatt baġitarju lil hinn mill-QFP kurrenti huwa ħarsa ġenerali indikattiva, mingħajr preġudizzju għall-Ftehim dwar il-QFP futur.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-Kummissjoni se ssegwi l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-impatti ta’ din l-inizjattiva permezz ta’ sett ta’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ/evalwazzjoni. Il-progress fil-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-proposta jitkejjel b’mod partikolari permezz tad-data miġbura fuq in-numru ta’ bażijiet tad-data tal-valuri prestabbiliti esterni li sarilhom kontroll tal-kwalità, fuq in-numru ta’ entitajiet li saritilhom verifika, fuq in-numru ta’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jiġu akkreditati skont dan ir-Regolament, fuq in-numru ta’ għodod ta’ kalkolu li jiġu ċċertifikati, u fuq in-numru ta’ entitajiet li jwettqu kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport. It-talbiet għall-informazzjoni (inklużi rapporti, stħarriġiet, u inkjesti) se jiġu bbilanċjati bir-reqqa sabiex ma jitpoġġiex piż addizzjonali fuq il-partijiet ikkonċernati.

5 snin wara li jsir applikabbli r-Regolament, il-Kummissjoni tevalwa r-regoli biex tiċċekkja jekk ikunux intlaħqu l-objettivi tal-inizjattiva.

   Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-Artikolu 1 jiddeskrivi s-suġġett tar-Regolament propost.

L-Artikolu 2 jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament.

L-Artikolu 3 jistipula bosta definizzjonijiet.

L-Artikolu 4 jistabbilixxi l-metodu għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport.

L-Artikolu 5 jistabbilixxi r-regoli għall-użu ta’ data primarja u sekondarja għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport.

L-Artikolu 6 jistabbilixxi bażi tad-data ewlenija tal-UE ta’ valuri prestabbiliti.

L-Artikolu 7 jistabbilixxi regoli għall-użu ta’ bażijiet tad-data u ta’ settijiet tad-data ta’ valuri prestabbiliti operati minn partijiet terzi.

L-Artikolu 8 jistabbilixxi bażi tad-data ċentrali tal-UE dwar il-fatturi prestabbiliti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

L-Artikolu 9 jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar id-data tal-output li jirriżultaw mill-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport.

L-Artikolu 10 jistabbilixxi regoli għall-komunikazzjoni u għat-trasparenza tar-riżultati tal-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

L-Artikolu 11 jistabbilixxi regoli ġenerali għaċ-ċertifikazzjoni ta’ għodod ta’ kalkolu esterni.

L-Artikolu 12 jistabbilixxi rekwiżit ġenerali għall-verifika tad-data tal-output.

L-Artikolu 13 jistabbilixxi regoli dwar l-attivitajiet u l-proċess ta’ verifika.

L-Artikolu 14 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità.

L-Artikolu 15 jistabbilixxi proċeduri għall-akkreditazzjoni tal-Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità.

L-Artikolu 16 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jikkonferixxu setgħat delegati lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.

L-Artikolu 17 jistabbilixxi l-Proċedura ta’ Kumitat għall-eżerċitar mill-Kummissjoni tas-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni.

L-Artikolu 18 jirrikjedi lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 19 jinkludi dispożizzjonijiet relatati mad-data tad-dħul fis-seħħ u, rispettivament, tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2023/0266 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 91(1) u 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 50 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 51 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-appoġġ favur l-isforzi lejn sostenibbiltà u effiċjenza aħjar tas-sistema tat-trasport tal-Unjoni huwa prerekwiżit biex jinżamm perkors stabbli lejn emissjonijiet tal-gassijiet serra żero netti sal-2050, filwaqt li fl-istess ħin titqies il-ħtieġa li jiġu ppreservati t-tkabbir u l-kompetittività kontinwi tal-industrija Ewropea.

(2)Il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tintuża f’diversi setturi ekonomiċi – inkluż it-trasport – biex tiġi kkwantifikata d-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn attivitajiet speċifiċi ta’ negozji u ta’ individwi. Informazzjoni aħjar dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport hija għodda qawwija biex jinħolqu inċentivi tajbin għall-utenti tat-trasport biex jagħmlu għażliet aktar sostenibbli, u biex tinfluwenza d-deċiżjonijiet kummerċjali tal-organizzaturi u tal-operaturi tat-trasport. Data affidabbli u komparabbli dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra hija r-rekwiżit sottostanti għall-ħolqien ta’ dawn l-inċentivi, u b’hekk għall-istimulazzjoni tat-tibdil fl-imġiba kemm fost il-konsumaturi kif ukoll in-negozji, għall-kontribut għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew 52 għat-trasport, u tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima.

(3)Minkejja l-interess dejjem akbar tal-partijiet ikkonċernati tat-trasport, l-adozzjoni ġenerali tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport għadha limitata. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-utenti ma jiksbux informazzjoni akkurata dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport, u l-organizzaturi u l-operaturi tas-servizzi tat-trasport ma jikkalkulawx u ma jiddivulgawx l-emissjonijiet tagħhom. L-adozzjoni sproporzjonata baxxa tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra hija osservata b’mod partikolari fost l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) li jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira tan-negozji li joffru servizzi tat-trasport fis-suq tal-UE.

(4)Fl-2011, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-White Paper dwar it-trasport 53 li ppreżentat viżjoni għall-futur tas-sistema tat-trasport tal-UE u ddefiniet aġenda ta’ politika biex tindirizza l-isfidi futuri tat-trasport, b’mod partikolari, il-ħtieġa li tinżamm u tiġi żviluppata l-mobilità u li titnaqqas b’mod konsiderevoli l-impronta tal-karbonju mill-operazzjonijiet tat-trasport u tal-loġistika.

(5)L-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti ta’ Diċembru 2020 54 tirreferi għal inċentivi għall-għażla tal-aktar għażliet ta’ trasport sostenibbli, fi ħdan u bejn il-modi. Dawk l-inċentivi jinkludu l-istabbiliment ta’ qafas Ewropew għall-kejl armonizzat tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tat-trasport u l-loġistika, ibbażat fuq standards rikonoxxuti globalment, li mbagħad ikun jista’ jintuża biex jipprovdi lin-negozji u lill-utenti aħħarin bi stima tal-impronta tal-karbonju tal-għażliet tagħhom, u jżid id-domanda mill-utenti finali u mill-konsumaturi biex jagħżlu soluzzjonijiet ta’ trasport u mobilità aktar sostenibbli, filwaqt li jiġi evitat il-greenwashing.

(6)Għalhekk, l-istabbiliment ta’ regoli armonizzati għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri huwa xieraq biex jinkisbu ċifri komparabbli għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport u biex tiġi evitata informazzjoni qarrieqa dwar il-prestazzjoni tagħhom li tirriżulta mill-possibbiltà li wieħed jagħżel bejn diversi metodi għall-kalkolu tal-emissjonijiet u d-data tal-input. Jenħtieġ li regoli bħal dawn jiżguraw kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn il-modi, is-segmenti, u n-networks nazzjonali tat-trasport tal-Unjoni. Jenħtieġ li jgħinu wkoll biex jinħolqu inċentivi għal bidla fl-imġiba fost in-negozji u l-klijenti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-servizzi tat-trasport permezz tal-adozzjoni u l-użu ta’ data komparabbli u affidabbli dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

(7)Jenħtieġ li dan ir-Regolament jagħmel disponibbli qafas ta’ referenza għal miżuri oħra għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jistgħu jitwettqu b’mod ulterjuri mill-awtoritajiet pubbliċi u mill-industrija, inkluż meta jiġu stabbiliti klawżoli dwar it-trasparenza tal-gassijiet serra fil-kuntratti tat-trasport, tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ għażla ta’ vjaġġar jew ta’ kunsinna lill-passiġġieri jew lill-klijenti, jew jiġu stabbiliti kriterji relatati mal-klima għal proċeduri ta’ akkwist ekoloġiku.

(8)Minkejja l-benefiċċji li jirriżultaw miż-żieda fit-trasparenza dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport, l-applikazzjoni obbligatorja ta’ dan ir-Regolament għall-entitajiet kollha li joffru servizzi tat-trasport fis-suq tal-Unjoni tkun sproporzjonata u twassal għal kostijiet u għal piż eċċessivi. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika biss għal dawk l-entitajiet li jiddeċiedu li jikkalkulaw u jiddivulgaw informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija jew tal-passiġġieri li jibdew jew jintemmu fit-territorju tal-Unjoni, jew li huma obbligati jagħmlu dan minn reġimi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi rilevanti oħra. Konsegwentement, dan jinkludi servizzi li l-punti tal-oriġini jew tad-destinazzjoni tagħhom jinsabu f’pajjiż terz.

(9)Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għall-intermedjarji tad-data, bħal dawk li joffru servizzi ta’ mobilità diġitali multimodali, meta dawn ma jikkalkulawx direttament l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport iżda jiddivulgaw biss informazzjoni dwar dawk l-emissjonijiet ipprovduta minn entità kkonċernata jew minn persuna ġuridika jew fiżika rilevanti oħra. Madankollu, jenħtieġ li l-intermedjarji tad-data jkunu marbutin bir-regoli rilevanti relatati mal-komunikazzjoni u mat-trasparenza tad-data divulgata dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, biex tiġi żgurata l-komparabbiltà ta’ dik id-data fis-suq.

(10)Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax meta l-kalkolu u d-divulgazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitwettqu f’forma aggregata. Dan jinkludi sitwazzjonijiet li fihom id-divulgazzjonijiet obbligatorji ta’ informazzjoni relatata mal-ambjent għar-rappurtar dwar is-sostenibbiltà u għall-istabbiliment ta’ kontijiet ambjentali għal finijiet statistiċi huma derivati minn regoli oħra tal-Unjoni, bħal dawk definiti skont id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà 55 u r-Regolament dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej 56 . Min-naħa l-oħra, l-informazzjoni miksuba abbażi ta’ dan ir-Regolament tista’ tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ rapporti konsolidati dwar l-emissjonijiet meħtieġa skont liġijiet applikabbli oħra tal-Unjoni, dment li l-metodoloġiji rispettivi u d-data miġbura jkunu kompatibbli biżżejjed.

(11)Metodu xieraq għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport huwa wieħed mill-aspetti ewlenin għall-qafas armonizzat tal-Unjoni stabbilit minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-metodu jiżgura li l-kalkoli tal-emissjonijiet imwettqa tul katina tat-trasport jipprovdu data komparabbli u akkurata dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, billi jsegwi sett wieħed ta’ passi metodoloġiċi. Jenħtieġ li jqis ukoll b’mod adegwat il-ħtiġijiet tas-suq tat-trasport, sabiex jiġu evitati l-kumplessità bla bżonn, il-piż u l-kostijiet eċċessivi, u biex jiġi aċċettat mill-partijiet ikkonċernati.

(12)L-istandard EN ISO 14083:2023, ippubblikat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni 57 f’April 2023, u li jittrasponi l-istandard ISO 14083:2023, intgħażel bħala l-metodoloġija ta’ referenza għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport skont dan ir-Regolament. L-analiżi wriet li l-istandard ISO 14083:2023 wera li kien l-aktar wieħed rilevanti u proporzjonat fl-indirizzar tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Il-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet titwettaq fuq bażi well-to-wheel, li tinkludi l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-provvista tal-enerġija u mill-użu tal-vettura matul l-operazzjonijiet tat-trasport u tal-hub.

(13)Jenħtieġ li tingħata attenzjoni biex ma jkunx hemm devjazzjoni mill-għażliet metodoloġiċi oriġinali tal-istandard EN ISO 14083:2023, sabiex jiġu evitati inkonsistenzi fil-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport fis-suq, speċjalment fil-kuntest tal-ktajjen tat-trasport internazzjonali. Madankollu, minn żmien għal żmien, huwa xieraq li tiġi vvalutata l-ħtieġa ta’ aġġustament possibbli tal-EN ISO 14083:2023 mill-perspettiva tal-politiki tal-Unjoni, kif ukoll ta’ emendi futuri għal dak l-istandard li jistgħu jitwettqu mill-Kumitat Ewropew għalll-Istandardizzazzjoni, jew minn korp kompetenti ieħor. F’każ li dawn il-valutazzjonijiet juru riskju li ċerta parti tal-istandard tista’ toħloq żbilanċi bla bżonn fil-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport f’segmenti speċifiċi tas-suq jew twassal għal diskrepanzi bejn dak l-istandard u l-objettivi ta’ dan ir-Regolament jew ta’ liġi applikabbli oħra tal-Unjoni, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tista’ tikkunsidra titlob lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni jirrevedi l-istandard kif xieraq, jew tiddeċiedi li teskludi dik il-parti tal-istandard mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(14)Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkolazzjoni ta’ informazzjoni mhux akkurata fis-suq, jista’ jkun hemm bżonn li tiġi ċċarata l-metodoloġija ta’ referenza fir-rigward tal-parametri u tas-suppożizzjonijiet rilevanti għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra użati għall-kalkolu tal-emissjonijiet qabel ma jiġi pprovdut servizz. L-istess japplika għal parametri tekniċi rilevanti oħrajn relatati mal-allokazzjoni tal-emissjonijiet jew mal-aggregazzjoni tal-elementi tad-data f’każ li l-użu ta’ dawk il-parametri ma jiġix iċċarat b’mod espliċitu fil-metodoloġija.

(15)Jistgħu jintużaw tipi differenti ta’ data tal-input, inkluża data primarja u sekondarja, għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport. L-użu ta’ data primarja jwassal għall-aktar riżultati affidabbli u akkurati, u għalhekk jenħtieġ li jingħata prijorità biex tiġi prevista l-adozzjoni gradwali ta’ din id-data fil-proċessi tal-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Madankollu, id-data primarja tista’ ma tkunx tista’ tinkiseb jew tkun għalja b’mod projbittiv għal ċerti partijiet ikkonċernati, speċjalment l-SMEs. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta’ data sekondarja jkun permess taħt kundizzjonijiet ċari.

(16)Fir-rigward tad-data sekondarja, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport jistgħu jiġu kkalkolati bl-użu ta’ valuri prestabbiliti jew ta’ data mmudellata. Madankollu, jenħtieġ li l-użu ta’ valuri prestabbiliti u ta’ data mmudellata jipprovdi informazzjoni akkurata u affidabbli dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz speċifiku tat-trasport, u għalhekk jenħtieġ li dawk il-valuri prestabbiliti jiġu stabbiliti u d-data mmudellata tiġi żviluppata b’mod newtrali u oġġettiv, abbażi ta’ sorsi affidabbli u ta’ parametri adegwati.

(17)Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita bażi tad-data ewlenija tal-UE ta’ valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra biex tittejjeb il-komparabbiltà tar-riżultati tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra miksuba fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, minħabba l-ispeċifiċitajiet settorjali, nazzjonali u reġjonali ta’ dawk il-valuri prestabbiliti madwar l-Unjoni, jenħtieġ li jkunu permessi bażijiet tad-data u settijiet tad-data rilevanti oħra operati minn partijiet terzi bil-kundizzjoni li dawn jgħaddu minn kontroll tekniku tal-kwalità fil-livell tal-Unjoni.

(18)Meta tiġi stabbilita l-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport, il-fatturi ta’ emissjoni tal-gassijiet serra għat-trasportaturi tal-enerġija tat-trasport huma meħtieġa li jiksbu stimi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriflettu l-ammont ta’ enerġija użata f’perspettiva well-to-wheel. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita bażi tad-data ċentrali tal-UE dwar il-fatturi ta’ emissjoni tal-gassijiet serra tat-trasportaturi tal-enerġija biex jiġu ggarantiti l-komparabbiltà u l-kwalità tad-data tal-input.

(19)Jenħtieġ li l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-bażijiet tad-data tal-UE tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u għall-fatturi ta’ emissjoni tal-gassijiet serra, kif ukoll il-verifika tal-kwalità teknika tal-bażijiet tad-data esterni u tas-settijiet tad-data operati minn partijiet terzi jitwettqu minn korp newtrali u kompetenti li jopera fil-livell tal-Unjoni. Fid-dawl tal-mandat tagħha, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tipprovdi l-assistenza meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa ta’ din il-parti tar-Regolament. Meta rilevanti, din il-ħidma tista’ tiddependi fuq il-kontribuzzjoni minn korpi settorjali oħra tal-UE u tiġi appoġġata minnhom, f’konformità mad-dritt separat tal-Unjoni.

(20)Tista’ tintuża data mmudellata jekk tkun ibbażata fuq mudell stabbilit f’konformità mal-metodoloġija ta’ referenza u, meta rilevanti, dispożizzjonijiet oħra dwar l-użu ta’ data sekondarja u ta’ għodod ta’ kalkolu stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(21)Ir-Regolament (UE) 2015/757 58 u d-Direttiva 2003/87/KE 59 jirrikjedu l-ġbir, il-kalkolu u r-rappurtar annwali tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-bastimenti u mill-inġenji tal-ajru, rispettivament. Ir-Regolament (UE) 2015/757 u d-Direttiva 2003/87/KE jistgħu sa ċertu punt ikunu komplementari għad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, speċjalment f’termini tal-produzzjoni ta’ data dwar il-fjuwil maħruq bħala input għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet ta’ servizzi tat-trasport. Id-data tal-input għall-ġenerazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport tista’ toriġina wkoll mill-implimentazzjoni ta’ oqfsa leġiżlattivi oħra, bħar-Regolament (UE) 2019/1242 60 u r-Regolament (UE) 2019/631 61 .

(22)Huwa xieraq li jiġu stabbiliti metriki komuni biex tiġi espressa d-data tal-output tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li hija l-bażi tal-komparabbiltà ta’ dik id-data u li tippermetti valutazzjoni komparattiva effettiva ta’ diversi servizzi tat-trasport. Jenħtieġ li l-metriki komuni jippermettu wkoll komunikazzjoni ċara minn fornitur tad-data u fehim akkurat ta’ din il-komunikazzjoni minn riċevitur tad-data.

(23)Kwalunkwe informazzjoni diżaggregata dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport li tiġi ddivulgata lil parti terza għal finijiet kummerċjali jew regolatorji f’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tinkludi b’mod indispensabbli u prominenti d-data tal-output stabbilita skont ir-regoli speċifiċi għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti minn dan ir-Regolament. Jistgħu jiżdiedu elementi addizzjonali tad-data, li jservu skopijiet oħra għajr dawk definiti skont dan ir-Regolament, meta rilevanti.

(24)Sabiex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li entità li tikkalkula u tiddivulga informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport tkun tista’ tipproduċi evidenza biex tissostanzja d-data tal-output rispettiva. Jenħtieġ li l-evidenza titfassal skont ir-regoli dwar ir-rappurtar fil-livell ta’ servizz tat-trasport stabbiliti bl-istandard EN ISO 14083:2023, u għandha tkun disponibbli fuq talba ta’ awtorità kompetenti, bħal qorti, jew kwalunkwe parti terza oħra jekk dan ikun meħtieġ skont arranġamenti separati, inkluż fil-perspettiva minn negozju għal negozju.

(25)Sakemm ma japplikawx arranġamenti separati, jenħtieġ li intermedjarju tad-data li jiġbor informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport minn entità kkonċernata jew minn persuna ġuridika jew fiżika rilevanti oħra, u d-divulgazzjoni tagħha fis-suq, ma jitqiesx responsabbli f’każ li din l-informazzjoni tikser xi wieħed mir-rekwiżiti relatati mal-kalkolu u mal-verifika tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport, u maċ-ċertifikazzjoni tal-għodod ta’ kalkolu, stabbiliti minn dan ir-Regolament. Madankollu, l-intermedjarju tad-data jenħtieġ li jagħmel sforz biex jipprevjeni milli tiġi ddivulgata informazzjoni mhux akkurata jew mhux korretta, u jenħtieġ li jirrispetta r-regoli relatati mad-data tal-output tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, mal-komunikazzjoni u mat-trasparenza. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-intermedjarju tad-data jipprovdi s-sors ta’ din l-informazzjoni, biex jippermetti l-identifikazzjoni tal-fornitur tal-informazzjoni rispettiv.

(26)L-għodod ta’ kalkolu esterni li huma pprovduti fis-suq għall-użu kummerċjali u mhux kummerċjali usa’ jistgħu jiffaċilitaw il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport, u b’hekk jappoġġaw l-adozzjoni tagħha mill-gruppi usa’ ta’ partijiet ikkonċernati. Jenħtieġ li l-użu ta’ dawn l-għodod jiġi ċċertifikat biex jiggarantixxi li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, speċjalment fir-rigward tal-użu tal-metodoloġija ta’ referenza komuni u ta’ sett xieraq ta’ data tal-input.

(27)Sistema ta’ verifika mfassla kif xieraq għall-konformità tad-data tal-output tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra divulgata fis-suq u l-proċessi ta’ kalkolu sottostanti mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament għandha żżid sostanzjalment il-fiduċja fl-affidabbiltà u l-akkuratezza ta’ dik id-data. Jenħtieġ li l-entitajiet li jkunu għaddew b’suċċess mill-valutazzjoni tal-konformità jkunu intitolati li jiksbu prova tal-konformità, li għandha tiġi rrikonoxxuta b’mod komuni madwar l-Unjoni. Meta tiġi inkluża data primarja, jenħtieġ li l-prova tal-konformità tirrikonoxxiha, speċjalment biex tinċentiva l-ġbir u l-użu ta’ data primarja minn kwalunkwe entità kkonċernata mir-regoli stabbiliti minn dan ir-Regolament.

(28)Il-piż amministrattiv marbut mal-verifika jista’ jkun sproporzjonat għal kumpaniji iżgħar u għalhekk jenħtieġ li jiġi evitat. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-SMEs jiġu eżentati mir-rekwiżiti relatati mal-verifika, sakemm dawn l-intrapriżi ma jkunux jixtiequ jiksbu prova rispettiva tal-konformità. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-intrapriżi l-kbar iqisu l-prinċipju tal-proporzjonalità meta jikkunsidraw li jitolbu l-verifika tal-konformità mis-sħab tal-katina tal-valur, b’mod partikolari l-SMEs.

(29)F’każ li l-verifika tal-informazzjoni dwar id-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport tiġi organizzata f’konformità mar-regoli speċifiċi stabbiliti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, inkluż regolament dwar l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti tal-kompetizzjoni għat-trasport sostenibbli bl-ajru u implimentat mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, dawn ir-regoli għandhom jiġu ttrattati b’mod ekwivalenti, bil-kundizzjoni li l-valutazzjoni tal-verifika tiġi stabbilita b’mod konsistenti mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

(30)Sabiex ikun possibbli l-funzjonament effiċjenti ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-valutazzjoni u tal-esklużjoni ta’ ċerti elementi tal-metodoloġija ta’ referenza; is-sottomissjoni ta’ talbiet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni, l-istabbiliment ta’ regoli għat-twettiq tal-kontroll tekniku tal-kwalità ta’ bażijiet tad-data esterni ta’ valuri prestabbiliti, l-adattament tal-metriki għad-data tal-output dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-istabbiliment ta’ metodi u ta’ kriterji ulterjuri ta’ akkreditazzjoni tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 62 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(31)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-għodod ta’ kalkolu u l-verifika tad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 63 .

(32)Il-komparabbiltà tad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport u l-użu aħjar tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-prattika tan-negozju ma humiex objettivi li jistgħu jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri mingħajr ma jirriskjaw li jintroduċu burokrazija fis-suq intern u b’kostijiet u b’piż amministrattiv addizzjonali għall-industriji. Minflok, dawk l-objettivi jistgħu, minħabba l-effetti tan-network tal-Istati Membri meta jaġixxu flimkien, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(33)F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa neċessarju u xieraq għall-kisba tal-objettiv bażiku li tiġi inċentivata bidla fl-imġiba fost in-negozji u l-klijenti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-servizzi tat-trasport permezz tal-adozzjoni u l-użu ta’ data komparabbli u affidabbli dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra biex jiġu stabbiliti regoli dwar il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet segwiti f’konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport li jibdew jew jintemmu fit-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 2

Ambitu

Dan ir-Regolament japplika għal kwalunkwe entità li tipprovdi jew torganizza servizzi tal-merkanzija u tal-passiġġieri fl-Unjoni li tikkalkula l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport li jibda jew jispiċċa fit-territorju tal-Unjoni u li tiddivulga informazzjoni diżaggregata dwar dawk l-emissjonijiet lil kwalunkwe parti terza għal finijiet kummerċjali jew regolatorji.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“gass serra” tfisser kostitwent gassuż tal-atmosfera, kemm naturali kif ukoll antropoġeniku, li jassorbi u jarmi radjazzjoni f’tul ta’ mewġa speċifiku fl-ispettru tar-radjazzjoni infraħamra emessa mill-wiċċ tad-dinja, mill-atmosfera u mis-sħab;

(2)“emissjoni ta’ gassijiet serra” tfisser ir-rilaxx ta’ gass serra fl-atmosfera espress f’massa ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju;

(3)“ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju (CO2e)” tfisser unità għat-tqabbil tal-forza radjattiva ta’ gass serra ma’ dik tad-diossidu tal-karbonju

(4)“kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra” tfisser l-azzjonijiet imwettqa għall-kwantifikazzjoni, permezz ta’ kejl u kalkoli, u użati għar-rapportar, tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra;

(5)“servizz tat-trasport” tfisser it-trasport ta’ merkanzija jew ta’ passiġġier minn oriġini għal destinazzjoni; servizz tat-trasport jista’ jimplika element wieħed jew aktar tal-katina tat-trasport li jeħtieġu kemm operazzjoni(jiet) tat-trasport kif ukoll/jew operazzjoni(jiet) tal-hub;

(6)“operazzjoni tat-trasport” tfisser it-tħaddim ta’ vettura sabiex jiġu ttrasportati l-passiġġieri u/jew il-merkanzija;

(7)“operazzjoni tal-hub” tfisser operazzjoni sabiex jiġu ttrasferiti merkanzija jew passiġġieri minn ġo ċentru;

(8)“vettura” tfisser mezz għat-trasport tal-passiġġieri u/jew tal-merkanzija fil-modi kollha tat-trasport;

(9)“katina tat-trasport” tfisser sekwenza ta’ elementi tat-trasport relatati mal-merkanzija jew ma’ (grupp ta’) passiġġier(i) li, meta jittieħdu flimkien, jikkostitwixxu l-moviment tagħha minn oriġini sa destinazzjoni;

(10)“element tal-katina tat-trasport” tfisser taqsima ta’ katina tat-trasport li fiha l-merkanzija jew (grupp ta’) passiġġier(i) jinġarr minn vettura waħda jew jgħaddi minn hub wieħed;

(11)“divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport” tfisser il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni diżaggregata dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra relatati ma’ servizz tat-trasport speċifiku minn entità kkonċernata jew minn intermedjarju tad-data lil kwalunkwe parti terza, fil-kuntest tal-forniment, tal-komunikazzjoni jew tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ dak is-servizz, jew qabel jew wara l-forniment tas-servizz tat-trasport.

(12)“entità kkonċernata” tfisser entità li tikkalkula l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport li jibda jew jispiċċa fit-territorju tal-Unjoni u li tiddivulga informazzjoni dwar dawk l-emissjonijiet lil kwalunkwe parti terza, għal finijiet kummerċjali jew regolatorji;

(13)“intermedjarju tad-data” tfisser persuna ġuridika jew fiżika li tiġbor u tiddivulga informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport abbażi ta’ arranġamenti legali, kuntrattwali jew rilevanti oħra separati;

(14)“attività ta’ gassijiet serra” tfisser attività li tirriżulta f’emissjoni ta’ gassijiet serra;

(15)data dwar attività ta’ gassijiet serra” tfisser kejl kwantitattiv ta’ attività ta’ gassijiet serra;

(16)“intensità tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra” tfisser il-koeffiċjent li jirrelata d-data speċifikata dwar l-attività ta’ gassijiet serra mal-emissjoni ta’ gassijiet serra

(17)“fattur ta’ emissjoni tal-gassijiet serra” tfisser il-koeffiċjent li jirrelata l-attività ta’ gassijiet serra mal-emissjoni ta’ gassijiet serra;

(18)“emissjonijiet tal-gassijiet serra well-to-wheel” tfisser emissjonijiet li jirrappreżentaw l-impatt tal-gassijiet serra li jirriżultaw kemm mill-użu tal-vettura kif ukoll mill-provvista tal-enerġija tal-vetturi

(19)“emissjonijiet tank-to-wheel” tfisser emissjonijiet relatati mal-propulsjoni tal-vettura mill-użu tal-enerġija; subsett ta’ emissjonijiet well-to-wheel;

(20)“trasportatur tal-enerġija” tfisser sustanza jew fenomenu li jista’ jintuża għall-produzzjoni ta’ xogħol mekkaniku jew ta’ tisħin jew biex jiġu operati proċessi kimiċi jew fiżiċi;

(21)data primarja” tfisser valur kwantifikat ta’ proċess jew attività miksuba minn kejl dirett jew ta’ kalkolu bbażat fuq kejl dirett;

(22)data sekondarja” tfisser jew data mmudellata jew valuri prestabbiliti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti biex jitqiesu data primarja, inkluża data minn bażijiet tad-data u letteratura ppubblikata, fatturi prestabbiliti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-inventarji nazzjonali, data kkalkulata, stimi jew data rappreżentattiva oħra u data miksuba minn proċessi indikaturi jew minn stimi;

(23)“valur prestabbilit” tfisser valur tad-data sekondarja meħud minn sors ippubblikat, li jitqies bħala prestabbilit f’każ ta’ nuqqas ta’ data primarja jew immudellata;

(24)data mmudellata” tfisser data stabbilita bl-użu ta’ mudell li jqis id-data primarja u/jew il-parametri rilevanti għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ operazzjoni tat-trasport jew operazzjoni tal-hub, inkluż bl-użu ta’ mudell ipprovdut permezz ta’ għodda ta’ kalkolu;

(25)data tal-output” tfisser data diżaggregata dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport stabbilita bl-użu tal-metodoloġija ta’ referenza u data tal-input kif stabbilit minn dan ir-Regolament;

(26)“metriki” tfisser kejl ta’ valutazzjoni kwantitattiva;

(27) “evidenza li tissostanzja informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport” tfisser l-istabbiliment fuq talba ta’ rapport fil-livell ta’ servizz tat-trasport, kif stabbilit fl-EN ISO 14083:2023;

(28)“għodda ta’ kalkolu” tfisser applikazzjoni, mudell jew software li jippermettu l-kalkolu awtomatiku tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport;

(29)“għodda ta’ kalkolu esterna” tfisser għodda ta’ kalkolu li hija pprovduta fis-suq minn parti terza għall-użu kummerċjali jew mhux kummerċjali usa’;

(30)“korp ta’ valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kif definit fl-Artikolu 2(13) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 64 .

KAPITOLU II

METODOLOĠIJA

Artikolu 4

Metodu għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport

1.L-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-metodoloġija definita fl-istandard EN ISO 14083:2023, fil-verżjoni aġġornata tiegħu, u tar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament.

2.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa għal aġġustament ta’ kwalunkwe komponent tal-istandard imsemmi fil-paragrafu 1, sa mhux aktar tard minn 36 xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

3.Il-Kummissjoni tista’ tniedi kontroll tal-konformità biex tivvaluta kwalunkwe emenda għall-istandard imsemmi fil-paragrafu 1. Il-kontroll tal-konformità għandu jinbeda mill-Kummissjoni, li, meta xieraq, tista’ taġixxi fuq talba ta’ Stat Membru.

4.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 biex teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament emenda msemmija fil-paragrafu 3 u komponent imsemmi fil-paragrafu 2, jekk, abbażi tal-valutazzjoni tagħha, din l-emenda jew dan il-komponent joħolqu riskju ċar ta’ inkompatibbiltà mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u ta’ regoli applikabbli oħra tal-Unjoni.

5.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 biex titlob lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni jirrevedi l-istandard imsemmi fil-paragrafu 1, inkluż abbażi tar-riżultat tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u l-kontroll tal-konformità msemmi fil-paragrafu 3.

6.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 17 biex tissupplimenta dan ir-Regolament bil-għan li tiċċara l-metodoloġija ta’ referenza msemmija fil-paragrafu 1, biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tagħha fis-suq fir-rigward tal-approċċ għad-determinazzjoni ta’ parametri xierqa rilevanti għall-emissjonijiet għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra qabel ma jiġi pprovdut servizz, u, meta applikabbli, parametri tekniċi oħra relatati mal-allokazzjoni tal-emissjonijiet jew mal-aggregazzjoni tal-elementi tad-data li ma humiex spjegati b’mod espliċitu f’dik il-metodoloġija.

KAPITOLU III

DATA TAL-INPUT U SORSI

Artikolu 5

L-użu ta’ data primarja u sekondarja

1.L-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom jagħtu prijorità lill-użu ta’ data primarja għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport.

2.L-użu ta’ data sekondarja għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport għandu jkun permess fil-qafas tal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)il-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra huma derivati minn:

(I)bażi tad-data ċentrali tal-UE tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, imsemmija fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1;

(II)bażijiet tad-data u settijiet tad-data tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra operati minn partijiet terzi, f’konformità mal-Artikolu 7;

(b)fatturi prestabbiliti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għat-trasportaturi tal-enerġija tat-trasport huma derivati mill-bażi tad-data ċentrali tal-UE dwar il-fatturi prestabbiliti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, imsemmija fl-Artikolu 8;

(c)id-data mmudellata tiddependi fuq mudell stabbilit f’konformità mal-metodu msemmi fl-Artikolu 4 u r-regoli stabbiliti fl-Artikolu 5(2), il-punt (b) u l-Artikolu 11, meta xieraq.

Artikolu 6

Bażi tad-data ċentrali tal-UE tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra

1.Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tistabbilixxi bażi tad-data ewlenija tal-UE ta’ valuri prestabbiliti tal-intensità tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 5(2).

2.Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-manutenzjoni, l-aġġornament u l-iżvilupp kontinwu tal-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tal-ogħla livell ta’ żvilupp teknoloġiku fis-settur tat-trasport u ta’ approċċi metodoloġiċi ġodda għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

3.L-aċċess għall-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1, biex jiġu kkonsultati jew jintużaw il-valuri prestabbiliti tal-intensità tal-emissjonijiet, għandu jkun miftuħ għall-pubbliku u mingħajr ħlas.

Artikolu 7

Bażijiet tad-data u settijiet tad-data tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra operati minn partijiet terzi

1.Żviluppatur ta’ bażi tad-data jew sett tad-data msemmi fl-Artikolu 5(2), il-punt (a)(ii) għandu jissottometti applikazzjoni lill-Kummissjoni għal kontroll tekniku tal-kwalità tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra inklużi f’dik il-bażi tad-data jew sett tad-data. Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha twettaq il-verifika tal-kwalità teknika f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 8 ta’ dan ir-Regolament.

2.Għandhom jintużaw biss il-bażijiet tad-data u s-settijiet tad-data tal-valuri prestabbiliti tal-intensità tal-emissjonijiet li ġew ivvalutati b’mod pożittiv f’dak il-kontroll tekniku tal-kwalità msemmi fil-paragrafu 1 għall-finijiet tal-użu ta’ data sekondarja f’konformità mal-Artikolu 5(2), il-punt (a)(ii).

3.Il-kontroll tekniku tal-kwalità huwa meħtieġ li jsir sa mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Rekord ta’ valutazzjoni pożittiva ta’ dak il-kontroll tal-kwalità għandu jkun validu għal sentejn.

4.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 17 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli u kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kontroll tekniku tal-kwalità msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 8

Bażi tad-data ċentrali tal-UE dwar il-fatturi prestabbiliti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra

1.Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tistabbilixxi bażi tad-data ċentrali tal-UE dwar il-fatturi prestabbiliti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (b).

2.Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tiżgura l-manutenzjoni, l-aġġornament u l-iżvilupp kontinwu tal-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tal-ogħla livell ta’ żvilupp teknoloġiku fis-settur tat-trasport u ta’ approċċi metodoloġiċi ġodda għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

3.L-aċċess għall-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1, biex jiġu kkonsultati jew jintużaw il-fatturi prestabbiliti tal-intensità ta’ emissjoni tal-gassijiet serra għat-trasportaturi tal-enerġija tat-trasport għandu jkun miftuħ għall-pubbliku u mingħajr ħlas.

KAPITOLU IV

DATA TAL-OUTPUT U TRASPARENZA

Artikolu 9

Stabbiliment ta’ data tal-output dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport

1.Id-data tal-output għandha tiġi stabbilita bl-użu tal-metodoloġija ta’ referenza u tad-data tal-input f’konformità mal-Artikoli 4 sa 8 ta’ dan ir-Regolament.

2.Id-data tal-output tista’ tiġi stabbilita bl-użu ta’ għodod ta’ kalkolu. L-għodod ta’ kalkolu esterni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11.

3.Id-data tal-output bħala minimu għandha tikkonsisti f’massa totali ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju (CO2e) għal kull servizz tat-trasport, u, fir-rigward ta’ tip ta’ servizz tat-trasport ikkonċernat, f’mill-inqas waħda mill-metriki tad-data li ġejjin:

(a)massa ta’ CO2e għal kull tunnellata-kilometru, jew unitajiet ekwivalenti, għat-trasport tal-merkanzija;

(b)massa ta’ CO2e għal kull tunnellata jew unità ekwivalenti, għat-throughput tal-hub tal-merkanzija;

(c)massa ta’ CO2e għal kull kilometru tal-passiġġieri, jew unitajiet ekwivalenti, għat-trasport tal-passiġġieri;

(d)massa ta’ CO2e għal kull passiġġier jew unità ekwivalenti, għat-throughput tal-hub tal-passiġġieri.

4.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 biex tikkomplementa l-lista ta’ metriki għad-data tal-output imsemmija fil-paragrafu 3.

Artikolu 10

Komunikazzjoni u trasparenza

1.L-entitajiet ikkonċernati għandhom jiddivulgaw id-data tal-output b’mod ċar u mhux ambigwu. Meta l-entitajiet ikkonċernati jiddivulgaw id-data tal-output, fil-komunikazzjoni li takkumpanja din id-divulgazzjoni, dawn għandhom jinkludu d-dikjarazzjoni li ġejja: “Emissjonijiet tal-gassijiet serra well-to-wheel ikkalkulati f’konformità mar-Regolament [referenza għal dan ir-Regolament] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”, f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE, u fejn possibbli, f’lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru li fit-territorju tiegħu jitwettaq is-servizz.

2.Meta d-data tal-output tinkiseb u tiġi ddivulgata minn intermedjarju tad-data abbażi ta’ arranġamenti separati, għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 1 u fl-Artikolu 9(3). Meta jiddivulga d-data tal-output, l-intermedjarju tad-data għandu jinkludi referenza għas-sors ta’ din id-data.

3.Meta tintuża data primarja skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1), l-entitajiet ikkonċernati għandhom ikunu intitolati jikkomunikaw dan il-fatt lil kwalunkwe parti terza jekk l-użu ta’ data primarja jkun ġie vverifikat f’konformità mal-Artikoli 12 u 13.

4.L-entitajiet ikkonċernati għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu evidenza li tissostanzja kif ġiet stabbilita d-data tal-output. Dik l-evidenza għandha titfassal skont ir-rekwiżiti stabbiliti mill-metodoloġija ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 4(1), u:

(a)għandha sservi bħala bażi għall-valutazzjoni tal-verifika f’konformità mal-Artikoli 12 u 13;

(b)din għandha ssir disponibbli fuq talba ta’ awtorità kompetenti, jew ta’ parti terza oħra sakemm japplikaw arranġamenti legali jew kuntrattwali separati;

(c)meta l-verifika titwettaq f’konformità mal-Artikoli 12 u 13, din għandha tinkludi referenza għall-prova ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 13(6), u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkun fassal il-prova ta’ konformità;

(d)meta d-data tal-output tiġi stabbilita permezz tal-użu ta’ għodda ta’ kalkolu esterna msemmija fl-Artikolu 9(2), din għandha tinkludi referenza għal dik l-għodda għall-kalkolu.

5.Id-data tal-output u l-evidenza msemmija fil-paragrafu 5 għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar u mhux ambigwu, f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Meta jkun possibbli, dawn għandhom ikunu disponibbli fil-forma ta’ weblink, kodiċi QR jew ekwivalenti.

6.Id-data personali għandha tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 65 .

7.Kwalunkwe riċevitur tad-data tal-output u tal-evidenza msemmija fil-paragrafu 5 għandu jieħu miżuri biex jiżgura l-kunfidenzjalità tad-data kummerċjali rilevanti li tiġi pproċessata u kkomunikata f’konformità ma’ dan ir-Regolament, u jiżgura li tali data tkun tista’ tiġi aċċessata, ipproċessata u ddivulgata biss meta tkun awtorizzata.

KAPITOLU V

MIŻURI KOMPLEMENTARI

Artikolu 11

Ċertifikazzjoni tal-għodod ta’ kalkolu

1.L-għodod ta’ kalkolu esterni msemmija fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2, għandhom jiġu ċċertifikati minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmi fl-Artikolu 14.

2.L-iżviluppatur tal-għodda ta’ kalkolu għandu jissottometti applikazzjoni lil korp ta’ valutazzjoni tal-konformità li għandu jivvaluta l-konformità tal-għodda ta’ kalkolu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 9. Fil-każ ta’ valutazzjoni pożittiva, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu joħroġ ċertifikat ta’ konformità tal-għodda ta’ kalkolu ma’ dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ valutazzjoni negattiva, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jipprovdi r-raġunijiet għall-valutazzjoni negattiva lill-applikant.

3.Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kkonċernat għandu jżomm lista aġġornata tal-għodod ta’ kalkolu li huwa jkun iċċertifika u li għalihom ikun irtira jew issospenda ċ-ċertifikazzjoni. Huwa għandu jagħmel din il-lista disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tiegħu u għandu jikkomunika l-indirizz ta’ dak is-sit web lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

4.Iċ-ċertifikat għandu jkun validu għal sentejn.

5.Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web uffiċjali tagħha lista tal-għodod kollha ta’ kalkolu li huma ċċertifikati f’konformità mal-paragrafu 1 u mal-paragrafu 2.

6.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 17 biex tistabbilixxi regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-għodod ta’ kalkolu, iċ-ċertifikat ta’ konformità relatat, inklużi regoli dwar it-tiġdid, is-sospensjoni u l-irtirar taċ-ċertifikazzjoni.

KAPITOLU VI

VERIFIKA TAD-DATA TAL-EMISSJONIJIET TA’ GASSIJIET SERRA U TAL-PROĊESSI TA’ KALKOLU

Artikolu 12

Kamp ta’ applikazzjoni tal-verifika

1.Id-data tal-output imsemmija fl-Artikolu 9 għandha tkun soġġetta għall-verifika tal-konformità tagħha mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 9 ta’ dan ir-Regolament.

2.Ir-rekwiżiti ta’ verifika msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-entitajiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 2, bl-eċċezzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u medji msemmija fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE 66 . L-intrapriżi mikro, żgħar u medji tista’ ssirilhom il-verifika fuq talba tagħhom.

Artikolu 13

Attivitajiet u proċess ta’ verifika

1.Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmi fl-Artikolu 14 għandu jivverifika l-affidabbiltà, il-kredibbiltà, l-aderenza u l-akkuratezza tad-data tal-output divulgata minn entità kkonċernata.

2.Il-verifika għandha titwettaq f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 9, u abbażi tal-evidenza msemmija fl-Artikolu 10(5). Din il-verifika għandha tindirizza:

(a)il-metodoloġija tal-kalkolu użata;

(b)is-sors(i) tad-data tal-input użati għall-kalkolu;

(c)il-korrettezza tal-kalkolu mwettaq;

(d)il-metriki applikati.

3.Meta jintużaw għodod ta’ kalkolu esterni, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jqis iċ-ċertifikat ta’ konformità rispettiv tiegħu msemmi fl-Artikolu 11.

4.Meta l-valutazzjoni tal-verifika tidentifika kalkoli skorretti jew nuqqas ta’ konformità mal-Artikoli 4 sa 9 ta’ dan ir-Regolament, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jinforma lill-entità kkonċernata dwar dan f’waqtu. Imbagħad dik l-entità għandha tikkoreġi l-kalkolu jew tirranġa n-nuqqasijiet ta’ konformità sabiex il-proċess ta’ verifika jkun jista’ jitlesta.

5.L-entità kkonċernata għandha tipprovdi lill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tippermettilu jwettaq il-proċeduri ta’ verifika. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jista’ jwettaq kontrolli matul il-proċess ta’ verifika biex jiddetermina l-affidabbiltà tad-data u tal-kalkoli.

6.Mat-tlestija tal-verifika, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jfassal, meta xieraq, prova tal-konformità li tikkonferma li d-data tal-output tikkonforma mar-rekwiżiti rispettivi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

7.Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kkonċernat għandu jfassal u jżomm lista aġġornata tal-entitajiet li jkunu għaddew mill-verifika skont il-paragrafi 1 sa 6. Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jinnotifika dik il-lista lill-Kummissjoni.

8.Meta leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni tistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-valutazzjoni tal-verifika tad-data tal-output, dawk ir-regoli għandhom jiġu ttrattati b’mod ekwivalenti, bil-kundizzjoni li l-valutazzjoni tal-verifika tiġi stabbilita b’mod konsistenti ma’ dan ir-Regolament.

9.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 17 li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-verifika tad-data tal-output u l-prova ta’ konformità relatata. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu dispożizzjonijiet relatati mal-evidenza msemmija fl-Artikolu 10(5), u d-drittijiet ta’ komunikazzjoni assoċjati mal-użu ta’ data primarja msemmija fl-Artikolu 10(4).

KAPITOLU VII

AKKREDITAZZJONI

Artikolu 14

Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità

1.Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jiġu akkreditati biex iwettqu l-attivitajiet ta’ verifika jew ta’ ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikoli 11, 12 u 13.

2.Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun indipendenti minn entità li tapplika għall-attivitajiet ta’ verifika jew ta’ ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikoli 11, 12 u 13.

3.Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ verifika ma għandhom jinvolvu ruħhom fl-ebda attività li tista’ tkun f’kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew mal-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet ta’ verifika jew ta’ ċertifikazzjoni.

4.Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tiegħu għandhom iwettqu l-attivitajiet tal-verifika jew taċ-ċertifikazzjoni bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u inċentiv, b’mod partikolari finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet tal-verifika tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew ta’ gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.

5.Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-għarfien espert, it-tagħmir u l-infrastruttura meħtieġa biex iwettaq l-attivitajiet ta’ verifika jew ta’ ċertifikazzjoni li b’rabta magħhom ikun ġie akkreditat.

6.Il-persunal ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti ta’ verifika u ta’ ċertifikazzjoni.

7.Meta korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jissottokuntratta kompiti speċifiċi konnessi mal-verifika jew maċ-ċertifikazzjoni, jew jirrikorri għal sussidjarja, huwa għandu jieħu responsabbiltà sħiħa għall-kompiti mwettqa minn sottokuntratturi jew minn sussidjarji jkunu fejn ikunu stabbiliti, inkluż billi jivvaluta u jimmonitorja l-kwalifiki tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarja u l-ħidma mwettqa minnhom.

Artikolu 15

Proċeduri ta’ akkreditazzjoni

1.Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 14(1) għandhom jiġu akkreditati minn korp nazzjonali ta’ akkreditament skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 765/2008.

2.Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità li għandha żżomm lista aġġornata tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditati. Dawk l-awtoritajiet nazzjonali nominati għandhom jagħmlu dik il-lista disponibbli għall-pubbliku fuq sit web uffiċjali tal-gvern.

3.Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-korp nazzjonali ta’ akkreditament għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-lista ta’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditati, flimkien mal-informazzjoni ta’ kuntatt rilevanti kollha.

4.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16, sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi metodi u kriterji ulterjuri ta’ akkreditament tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità.

KAPITOLU VIII

SETGĦAT DELEGATI U TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 16

Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa li tadotti l-atti ddelegati kif imsemmija fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 4(5), fl-Artikolu 9(4) u fl-Artikolu 15(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat minn [OP: Jekk jogħġbok daħħal data: dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 4(5), fl-Artikolu 9(4) u fl-Artikolu 15(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 4(5), l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 15(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 17

Proċedura ta’ Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 18

Rapport u rieżami

Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-objettivi li jsegwi u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa [OP: jekk jogħġbok daħħal data: 5 snin wara li r-Regolament isir applikabbli].

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.Għandu japplika minn [OP: Jekk jogħġbok daħħal data: 42 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

3.Madankollu, l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 4(6), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 11(6), l-Artikolu 13(9) u l-Artikolu 15(4) għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

Werrej

1.FRAMEWORK OF THE PROPOSAL/INITIATIVE

1.1.Title of the proposal/initiative

1.2.Policy area(s) concerned

1.3.The proposal/initiative relates to:

1.4.Objective(s)

1.4.1.General objective(s)

1.4.2.Specific objective(s)

1.4.3.Expected result(s) and impact

1.4.4.Indicators of performance

1.5.Grounds for the proposal/initiative

1.5.1.Requirement(s) to be met in the short or long term including a detailed timeline for roll-out of the implementation of the initiative

1.5.2.Added value of Union involvement (it may result from different factors, e.g. coordination gains, legal certainty, greater effectiveness or complementarities). For the purposes of this point 'added value of Union involvement' is the value resulting from Union intervention which is additional to the value that would have been otherwise created by Member States alone.

1.5.3.Lessons learned from similar experiences in the past

1.5.4.Compatibility with the Multiannual Financial Framework and possible synergies with other appropriate instruments

1.5.5.Assessment of the different available financing options, including scope for redeployment

1.6.Duration and financial impact of the proposal/initiative

1.7.Management mode(s) planned

2.MANAGEMENT MEASURES

2.1.Monitoring and reporting rules

2.2.Management and control system(s)

2.2.1.Justification of the management mode(s), the funding implementation mechanism(s), the payment modalities and the control strategy proposed

2.2.2.Information concerning the risks identified and the internal control system(s) set up to mitigate them

2.2.3.Estimation and justification of the cost-effectiveness of the controls (ratio of "control costs ÷ value of the related funds managed"), and assessment of the expected levels of risk of error (at payment & at closure)

2.3.Measures to prevent fraud and irregularities

3.ESTIMATED FINANCIAL IMPACT OF THE PROPOSAL/INITIATIVE

3.1.Heading(s) of the multiannual financial framework and expenditure budget line(s) affected

3.2.Estimated financial impact of the proposal on appropriations

3.2.1.Summary of estimated impact on operational appropriations

3.2.2.Estimated output funded with operational appropriations

3.2.3.Summary of estimated impact on administrative appropriations

3.2.4.Compatibility with the current multiannual financial framework

3.2.5.Third-party contributions

3.3.Estimated impact on revenue

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Mobilità u Trasport

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 67  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

L-objettiv ġenerali ta’ dan ir-Regolament huwa li jinċentiva bidla fl-imġiba fost in-negozji u l-klijenti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-servizzi tat-trasport permezz tal-adozzjoni u l-użu ta’ data komparabbli u affidabbli dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Din l-inizjattiva tikkontribwixxi għall-SDG 13 (“Tittieħed azzjoni urġenti għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-impatti tiegħu”), l-SDG 7 (“Jiġi żgurat l-aċċess għal enerġija affordabbli, affidabbli, sostenibbli u moderna għal kulħadd”) u l-SDG 12 (“Jiġu żgurati xejriet sostenibbli ta’ konsum u ta’ produzzjoni”).

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

L-objettivi speċifiċi tar-Regolament huma li:

Jiżgura l-komparabbiltà tar-riżultati mill-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport;

Jiffaċilita l-użu tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport fil-prattika tan-negozju.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-proposta hija mistennija li ttejjeb il-komparabbiltà tad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra kondiviża fil-katina tat-trasport. Dan jirriżulta mill-użu ta’ metodoloġija ta’ referenza komuni, minn data tal-input akkurata, u minn komunikazzjoni ċara u mhux ambigwa.

Il-proposta hija mistennija wkoll li żżid l-użu tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-operaturi ekonomiċi u minn entitajiet rilevanti oħra lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-servizzi tat-trasport.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

L-effettività tar-Regolament propost, fir-rigward tal-Objettiv Speċifiku 1, tiġi ddeterminata abbażi ta’ indikaturi relatati mal-komparabbiltà tad-data dwar il-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport:

in-numru ta’ bażijiet tad-data tal-valuri prestabbiliti esterni li jsirilhom il-kontroll tal-kwalità,

in-numru ta’ entitajiet li ssirilhom il-verifika tad-data u tal-proċessi.

L-effettività tar-Regolament propost, fir-rigward tal-Objettiv Speċifiku 2, tiġi ddeterminata abbażi ta’ indikaturi relatati mal-adozzjoni tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport:

in-numru ta’ kumpaniji li jwettqu l-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-servizzi tat-trasport abbażi ta’ dan ir-Regolament,

in-numru ta’ entitajiet li jwettqu ċ-ċertifikazzjoni ta’ għodod tekniċi ta’ kalkolu,

l-użu ta’ bażijiet tad-data ċentrali tal-valuri prestabbiliti (aċċess għas-sit web u talbiet),

in-numru ta’ entitajiet li jużaw għodod ta’ ċertifikazzjoni.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-inizjattiva tipprovdi qafas regolatorju armonizzat għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport, u regoli speċifiċi li jistimulaw l-użu tagħha fil-katina kollha tat-trasport multimodali. Din tinkludi:

metodoloġija komuni ta’ referenza pprovduta mill-istandard EN ISO 14083, li tiżgura li l-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport jitwettaq b’mod standardizzat fis-settur kollu tat-trasport;

approċċ armonizzat għad-data tal-input, billi jiġi inċentivat l-użu ta’ data primarja, li jippermetti data mmudellata, jiżdiedu l-affidabbiltà, l-aċċessibbiltà u l-adegwatezza tal-valuri prestabbiliti (valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet u għall-fatturi ta’ emissjoni tal-gassijiet serra) u jiġu mmitigati l-varjazzjonijiet bejn is-settijiet ta’ data nazzjonali, reġjonali u settorjali;

metriki xierqa għall-ġenerazzjoni u għall-kondiviżjoni tad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, kif ukoll regoli komuni dwar il-komunikazzjoni u t-trasparenza tar-riżultati tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet;

appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ din l-inizjattiva f’diversi segmenti tat-trasport;

sistema ta’ verifika komuni, proporzjonata u affidabbli għall-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ġġenerata mis-servizzi tat-trasport, u għall-proċessi ta’ kalkolu sottostanti;

regoli relatati mal-iżvilupp u mal-użu ta’ għodod tekniċi għall-kalkolu tal-emissjonijiet.

Dawn id-dispożizzjonijiet kollha jenħtieġ li jkunu applikabbli bis-sħiħ 42 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Din id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva hija speċifikament relatata mal-iżvilupp u mal-ġestjoni ta’ ambjent komuni ta’ valuri prestabbiliti, bħala parti mill-approċċ armonizzat għad-data tal-input. Dawn il-kompiti se jitwettqu mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), appoġġata mill-programm ta’ Orizzont Ewropa (HORIZON-CL5-2023-D6-01-08). Ir-regoli dettaljati relatati mal-provvista tad-data jiġu stipulati fl-atti delegati rispettivi, u fil-ftehimiet futuri mal-EEA. Ir-rwol tal-EEA se jkun kif ġej:

L-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-bażi tad-data ewlenija tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet;

L-istabbiliment ta’ bażi tad-data tal-fatturi ta’ emissjoni tal-gassijiet serra;

Il-kontroll tal-kwalità tal-bażijiet tad-data tal-fatturi tal-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante):

Billi tipprovdi regoli armonizzati għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-livell tas-servizz tat-trasport, din l-inizjattiva hija partikolarment rilevanti għall-operazzjonijiet transfruntiera bejn l-Istati Membri tal-UE. Dan il-livell ta’ armonizzazzjoni, relatat mal-għażliet metodoloġiċi, mad-data tal-input u mar-regoli komuni għall-verifika, ma jistax jinkiseb b’mod effettiv madwar l-UE permezz ta’ azzjoni ta’ Stati Membri individwali.

Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jkun iġġenerat (ex-post):

B’mod globali, is-settur tat-trasport tal-UE għandu dimensjoni transfruntiera b’saħħitha, u jaqdi rwol importanti għall-fluss liberu tan-nies u tal-merkanzija fis-suq intern tal-UE. Servizzi tat-trasport effiċjenti huma kruċjali biex jissodisfaw id-domanda tal-utenti tat-trasport, jappoġġaw it-tkabbir tal-ekonomija tal-UE u jippreservaw l-istil ta’ ħajja taċ-ċittadini. Fl-istess ħin, għandha tinġibed l-attenzjoni lejn l-isfidi relatati mal-impatti ambjentali mit-trasport, li għadhom qed jikbru l-aktar minħabba ż-żieda fit-traffiku tal-merkanzija u tal-passiġġieri fuq in-network Ewropew. Għalhekk, dan ir-Regolament huwa maħsub bħala fattur abilitanti għall-komunità tat-trasport biex jiffaċilita t-tranżizzjoni ekoloġika. L-inizjattiva tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra bejn is-segmenti u l-modi kollha tat-trasport, u bejn in-networks nazzjonali. Billi tipprevedi trasparenza aħjar dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport, u tappoġġa l-użu tad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra biex isiru għażliet speċifiċi tat-trasport, dan se jwassal għall-ħolqien ta’ inċentivi għal soluzzjonijiet u innovazzjoni aktar sostenibbli. Kwalunkwe approċċ nazzjonali jkun kontroproduttiv ħafna biex jintlaħqu dawn l-objettivi, u jkollu riskju sinifikanti ta’ rekwiżiti kunfliġġenti u ta’ metodoloġiji u ta’ data inkonsistenti. Dawn l-approċċi nazzjonali diverġenti jżidu l-kostijiet u joħolqu piż bla bżonn għan-negozji li joperaw bejn Stati Membri differenti.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

CountEmissions EU hija inizjattiva ġdida li tibni fuq diversi sforzi kemm mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll mill-industrija lejn qafas metodoloġiku armonizzat. Bejn l-2011 u l-2019, żewġ proġetti konsekuttivi ffinanzjati mill-UE, l-FP7 - Impronta tal-Karbonju tat-Trasport tal-Merkanzija (COFRET) u H2020 - Network tal-Kontabbiltà u tat-Tnaqqis tal-Emissjonijiet tal-Loġistika (LEARN), indirizzaw il-kalkolu, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-servizzi tat-trasport, bil-għan li jiġi żviluppat metodu globali. Dawn l-isforzi bdew azzjoni koordinata biex jiġi stabbilit standard komprensiv u mfassal apposta fil-livell tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO). Dan l-istandard il-ġdid, imsejjaħ ISO 14083, ġie ppubblikat mill-ISO f’Marzu 2023 u bħala l-istandard Ewropew ekwivalenti EN ISO 14083:2023 mis-CEN. Dan jibni fost l-oħrajn fuq l-Istandard Ewropew EN 16258:2012 u l-Protokoll dwar il-gassijiet serra.

Jeżistu wkoll metodoloġiji speċifiċi għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-segmenti differenti tas-settur tat-trasport, speċjalment fil-merkanzija. F’ħafna każijiet, dawn jiffurmaw parti minn programmi usa’ tat-trasport ekoloġiku jew minn inizjattivi oħra li jippromwovu attivitajiet tat-trasport effiċjenti u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Dawn jinkludu, pereżempju, il-qafas tal-Global Logistics Emissions Council (GLEC) immexxi mill-industrija, il-programm pubbliku-privat SmartWay tal-Istati Uniti, u l-programm ta’ kollaborazzjoni Topsector Logistics bejn il-gvern u n-negozji tan-Netherlands.

Barra minn hekk, hemm diversi metodi u rekwiżiti ta’ kontabbiltà tal-emissjonijiet speċifiċi għall-mod, li jew jiġu żviluppati mill-industriji nfushom, jew jiġu mnedija mill-awtoritajiet pubbliċi bħala partijiet minn oqfsa leġiżlattivi speċifiċi. Fil-qasam marittimu, pereżempju, jeżisti l-Grupp ta’ Ħidma dwar Merkanzija Nadifa, inizjattiva minn negozju għal negozju għat-trasport bil-baħar fil-kontejners. Barra minn hekk, l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) adottat Sistema obbligatorja tal-Ġbir tad-Data dwar iż-Żejt Kombustibbli (DCS) għat-tbaħħir internazzjonali, li tirrikjedi li l-bastimenti jiġbru u jirrappurtaw id-data rilevanti f’bażi tad-data komuni. Fir-rigward tal-avjazzjoni, l-Iskema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) żviluppata mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) tipprovdi metodu għall-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 fil-livell tat-titjira. L-ICAO u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA) stabbilew ukoll standards għas-settur tal-avjazzjoni li jippreskrivu f’aktar dettall kif l-emissjonijiet jeħtieġ li jiġu rrapportati għal kull passiġġier u għal kull tunnellata ta’ merkanzija.

Fil-livell nazzjonali, il-Kodiċi Franċiż tat-Trasport jeħtieġ li l-entitajiet kollha li joffru servizzi ta’ trasport fis-suq (merkanzija u passiġġieri, inklużi l-modi kollha) jikkalkulaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull servizz li jitlaq minn u/jew jintemm fi Franza, abbażi ta’ metodoloġija speċifika. Il-Kodiċi Franċiż tat-Trasport jipprovdi wkoll li l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet jenħtieġ li tiġi rrapportata lill-partijiet rilevanti, li huwa l-uniku rekwiżit obbligatorju ta’ dan it-tip fl-UE.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Ir-Regolament propost huwa kisba tanġibbli ewlenija tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Strateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti, li jistabbilixxi l-viżjoni tal-UE għas-sistema tat-trasport tal-futur. L-istrateġija ħabbret li l-Kummissjoni qed tippjana li tistabbilixxi qafas tal-UE għall-kejl armonizzat tal-emissjonijiet tat-trasport u tal-loġistika (taħt l-Inizjattiva ewlenija 5 - Ipprezzar tal-karbonju u l-għoti ta’ inċentivi aħjar għall-utenti).

Ir-Regolament se joħloq sinerġiji ma’ partijiet oħra tal-qafas regolatorju tal-UE li jittrattaw l-oqfsa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, l-istandards tal-fjuwil u tal-emissjonijiet, it-trasparenza mtejba għall-utenti u drittijiet tal-konsumatur aktar qawwija. Dawn ir-relazzjonijiet fil-prinċipju jikkonċernaw l-użu ta’ data tal-input u metodi ta’ kontabbiltà tal-emissjonijiet, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati mal-komunikazzjoni mhux ambigwa dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport. Dawn jinkludu b’mod partikolari: Ir-Regolament (UE) 2015/757, id-Direttiva 2003/87/KE, COM(2021) 550, COM(2022) 222, COM(2021) 561, COM(2021) 562, ir-Regolament (UE) 2019/1242, ir-Regolament (UE) 2019/631, u d-Direttiva 2005/29/KE.

Il-proposta hija kompatibbli mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali. Il-kompiti allokati lill-EEA se jeħtieġu ftehim ta’ kontribuzzjoni li jkopri l-perjodu ta’ implimentazzjoni inizjali tar-Regolament sal-2027, u l-allokazzjoni sussegwenti fit-tul tar-riżorsi biex jinżammu u jiġu aġġornati l-bażijiet tad-data tal-valuri prestabbiliti, u biex tiġi organizzata l-verifika tal-kwalità għall-fornituri ta’ bażijiet tad-data ta’ partijiet terzi.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Il-maġġoranza l-kbira tal-implikazzjonijiet ta’ din il-proposta għall-baġit huma ttrattati taħt din id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva. F’termini ta’ nefqiet, l-impatt speċifiku għall-baġit ta’ din l-inizjattiva huwa limitat għal approprjazzjonijiet għar-riżorsi umani u għall-iżviluppi neċessarji tas-sistema tal-IT biex jiġu appoġġati l-ħolqien ta’ bażijiet tad-data, il-manutenzjoni u l-kontrolli tal-kwalità tal-bażijiet tad-data ta’ partijiet terzi. Dawn huma kompiti ġodda għall-EEA li gradwalment se jsiru permanenti, filwaqt li l-kompiti eżistenti mhux se jonqsu jew jiġu eliminati b’mod progressiv u parzjali. Il-ħtieġa ta’ riżorsi addizzjonali wara l-perjodu tat-twaqqif, mill-2028 ’il quddiem, se titqies fil-kuntest tal-valutazzjoni li se ssir tar-riżorsi tal-EEA, u se tkun koperta mis-sussidju tal-UE lill-Aġenzija (permezz ta’ tnaqqis kumpensatorju, jekk rilevanti, tal-infiq programmat fil-qafas tal-LIFE jew ta’ linji baġitarji applikabbli oħra għall-finanzjament tal-EEA), mingħajr preġudizzju għall-Ftehim futur dwar il-QFP.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata 

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-2025 sal-2027,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa meta l-kompiti jkunu se jiġu inklużi fil-mandat il-ġdid tal-EEA.

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 68   

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

Mhux applikabbli

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

B’mod ġenerali, il-Kummissjoni se tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tar-Regolament propost kif ukoll għar-rapportar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-konformità.

L-EEA se tirrapporta fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni u tal-azzjonijiet relatati.

Huwa meħtieġ li tinġabar data minn sorsi differenti, inkluż mill-awtoritajiet tal-Istati Membri. Il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-ġbir tad-data titwettaq mill-EEA.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jimmonitorjaw l-implimentazzjoni u l-effettività ta’ din l-inizjattiva permezz ta’ numru ta’ azzjonijiet u sett ta’ indikaturi ewlenin li se jkejlu l-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi. 5 snin wara d-data ta’ implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, jenħtieġ li s-servizzi tal-Kummissjoni jwettqu evalwazzjoni biex jivverifikaw sa liema punt ikunu ntlaħqu l-objettivi tal-inizjattiva.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Il-Kummissjoni se tkun megħjuna mill-EEA fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp u taż-żamma ta’ bażi tad-data ċentrali tal-valuri prestabbiliti għall-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-istabbiliment ta’ bażi tad-data tal-fatturi ta’ emissjoni tal-gassijiet serra, u l-kontroll tal-kwalità tal-bażijiet tad-data ta’ partijiet terzi. L-EEA tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex twettaq dawn il-kompiti fil-livell tal-UE, peress li dawn jeħtieġu għarfien espert robust fil-ġestjoni u fl-armonizzazzjoni tad-data ambjentali, kif ukoll fehim profond ta’ kwistjonijiet tekniċi kumplessi relatati mal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport, li jiġġustifika l-mod ta’ ġestjoni indiretta. L-istrateġiji ta’ kontroll tad-DĠ MOVE se jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tar-Regolament u r-riżultati tiegħu. Id-DĠ Ambjent, fil-kuntest tas-superviżjoni tiegħu ta’ entitajiet deċentralizzati, u l-EEA se japplikaw l-istrateġiji ta’ kontroll rispettivi tagħhom għal din in-nefqa.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Filwaqt li l-Kummissjoni se tkun responsabbli b’mod ġenerali għall-implimentazzjoni tar-Regolament propost kif ukoll għar-rapportar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-konformità, l-EEA se tkun responsabbli għat-twettiq tal-kompiti identifikati tagħha u għall-operat u għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ kontroll intern tagħha. Se tkun meħtieġa tiżviluppa għodod u moduli tal-IT, kif ukoll li tipprovdi kontrolli tal-kwalità fuq bażijiet tad-data ta’ partijiet terzi.

L-EEA, Korp awtonomu tal-UE, għandha r-responsabbiltà li tistabbilixxi s-sistemi ta’ kontroll xierqa biex tiżgura l-konformità mal-ħames objettivi ta’ kontroll intern, jiġifieri l-legalità u r-regolarità, it-twettiq tal-operazzjonijiet tagħha, il-prevenzjoni tal-frodi, is-salvagwardja tal-assi u r-rappurtar veru u ġust. Ir-riżorsi addizzjonali mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-EEA se jkunu koperti mis-sistema ta’ kontroll intern u ta’ ġestjoni tar-riskju tal-EEA li hija allinjata mal-istandards internazzjonali rilevanti u tinkludi kontrolli speċifiċi sabiex jiġi evitat il-kunflitt tal-interessi u tiġi żgurata l-protezzjoni tal-informaturi.

Id-DĠ Ambjent se japplika l-kontrolli relatati mas-superviżjoni tiegħu tal-EEA bħala aġenzija deċentralizzata. Ma huwa identifikat l-ebda riskju speċifiku fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit addizzjonali li għandu jiġi pprovdut lill-EEA.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-pagamenti u fl-għeluq) 

Ir-riskju ta’ żball fil-waqt tal-pagament u fl-għeluq huwa mistenni li jibqa’ taħt it-2 %.

L-EEA għandha responsabbiltà sħiħa għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħhom, filwaqt li d-DĠ Ambjent huwa responsabbli għall-pagament regolari tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti mill-Awtorità Baġitarja. Il-kompiti addizzjonali li jirriżultaw mir-Regolament propost ma humiex mistennija jiġġeneraw kontrolli addizzjonali sinifikanti. Għalhekk, il-kost tal-kontroll għad-DĠ MOVE (imkejjel skont il-valur tal-fondi ġestiti) u għad-DĠ Ambjent huwa mistenni jibqa’ stabbli.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Minbarra l-kontrolli li jirriżultaw mill-istrateġija ta’ kontroll elenkata hawn fuq, l-azzjoni hija soġġetta għall-iskrutinju tas-Servizz tal-Awditjar Intern, fil-kapaċità tiegħu ta’ awditur intern tal-Kummissjoni u tal-aġenziji deċentralizzati, u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fil-kapaċità tagħha ta’ awditur estern tal-istituzzjonijiet tal-UE.

Il-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni bejn il-Kummissjoni u l-EEA se jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi biex jiġi żgurat li l-awdituri u, jekk ikun neċessarju, l-awtoritajiet investigattivi (UPPE, OLAF) ikollhom aċċess mhux imrażżan għall-informazzjoni neċessarja. Se jinkludu wkoll id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tkun infurmata fil-ħin dwar kwalunkwe kwistjoni li tista’ tfixkel l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet.

Il-Kummissjoni żżomm strateġija robusta kontra l-frodi, is-CAFS, li bħalissa qed tiġi riveduta. Id-DĠ MOVE/DĠ Ambjent jikkomplementaw dan permezz ta’ strateġiji lokali kontra l-frodi li jkopru l-attivitajiet li jaqgħu taħt il-mandat rispettiv tagħhom.

L-EEA, korp awtonomu tal-UE, għandha r-responsabbiltà li tmantni Strateġija kontra l-Frodi u li tiżgura l-protezzjoni tal-interessi tal-UE

Ir-Regolament propost fih dispożizzjonijiet immirati speċifikament lejn il-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità responsabbli mill-verifika jridu jkunu akkreditati mill-Korpi Nazzjonali ta’ Akkreditament. Il-verifika tad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tal-proċessi ta’ kalkolu għandha tkun ibbażata fuq regoli speċifiċi ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti mill-UE permezz tal-leġiżlazzjoni sekondarja, u għandha ssir minn verifikatur akkreditat minn korpi nazzjonali ta’ akkreditament maħtura mill-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’  
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff 69 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 70

mill-pajjiżi kandidati jew mill-kandidati potenzjali 71

minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

1

02 20 04 01

Diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ 
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati jew mill-kandidati potenzjali

minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

1

Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

DĠ MOVE

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja 02 20 04 01

Impenji

(1a)

0,600

0,600

Pagamenti

(2a)

0,200

0,200

0,200

0,600

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 72  

Linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għad-DĠ MOVE

Impenji

=1a+1b +3

0,600

0,600

Pagamenti

=2a+2b

+3

0,200

0,2005

0,200

0,600

Il-ħtieġa għal riżorsi addizzjonali mill-2028 sal-2050 għall-EEA, stmata bħala 1 FTE (disponibbli matul il-perjodu indikat) u EUR 6,3 miljun (li jkopru l-kostijiet matul il-perjodu indikat), se tiġi kkunsidrata fil-kuntest tal-valutazzjoni li għaddejja tar-riżorsi tal-EEA, u se tkun koperta mis-sussidju tal-UE lill-Aġenzija (permezz ta’ tnaqqis kumpensatorju, jekk rilevanti, tal-infiq programmat fil-qafas tal-LIFE jew ta’ linji baġitarji applikabbli oħra għall-finanzjament tal-EEA), mingħajr preġudizzju għall-Ftehim futur dwar il-QFP.



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0,600

0,600

Pagamenti

(5)

0,200

0,200

0,200

0,600

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURA 1 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0,600

0,600

Pagamenti

=5+ 6

0,200

0,200

0,200

0,600

Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURI 1 sa 6 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 
(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

"Nefqa amministrattiva"

Din it-taqsima jenħtieġ li timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness 5 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regoli interni għall-implimentazzjoni tat-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ MOVE

• Riżorsi umani

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL TAD-DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

0,600

0,600

Pagamenti

0,200

0,200

0,200

0,600

Il-ħtieġa għal riżorsi addizzjonali mill-2028 sal-2050 għall-EEA, stmata bħala 1 FTE (disponibbli matul il-perjodu indikat) u EUR 6,3 miljun (li jkopru l-kostijiet matul il-perjodu indikat), se tiġi kkunsidrata fil-kuntest tal-valutazzjoni li għaddejja tar-riżorsi tal-EEA, u se tkun koperta mis-sussidju tal-UE lill-Aġenzija (permezz ta’ tnaqqis kumpensatorju, jekk rilevanti, tal-infiq programmat fil-qafas tal-LIFE jew ta’ linji baġitarji applikabbli oħra għall-finanzjament tal-EEA), mingħajr preġudizzju għall-Ftehim futur dwar il-QFP.

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 73

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 74

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 75

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 7 76  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra  
ta’ natura amministrattiva

Subtotal  
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 2027

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01  (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE) 77

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

0

0

0

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz   78

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

0

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

Din l-azzjoni hija ffinanzjata mil-linja baġitarja ta’ appoġġ għall-politika tat-trasport (02 20 04 01) li, fost l-oħrajn, tappoġġa attivitajiet biex jiġu żviluppati u mantnuti għodod u bażijiet tad-data komuni tal-IT u l-ġbir tad-data neċessarja għas-settur tat-trasport. Il-ħtieġa għal riżorsi addizzjonali mill-2028 ’il quddiem għall-EEA (1 FTE) se titqies fil-kuntest tal-valutazzjoni li għaddejja tar-riżorsi tal-EEA, mingħajr preġudizzju għall-Ftehim futur dwar il-QFP.

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 79

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 80

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)    Pereżempju, fis-settur tal-merkanzija, il-programm Lean and Green ibbażat fl-UE u l-programm SmartWay tal-Istati Uniti.
(2)    L-istatistika armonizzata u l-kontijiet ambjentali dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-setturi ekonomiċi kollha, inkluż it-trasport, huma prodotti mill-Istati Membri u rrapportati lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej ( ĠU L 192, 22.7.2011, p. 1–16 ). Dik id-data hija disponibbli fil-livell nazzjonali, b’diżaggregazzjoni skont il-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Rev. 2, u b’hekk ma tindirizzax il-granularità xierqa tad-data biex tiġi mmitigata l-problema stipulata hawn fuq.
(3)    Il-greenwashing huwa l-prattika li l-kumpaniji jagħtu impressjoni pożittiva falza tal-impatti jew tal-benefiċċji ambjentali tagħhom.
(4)    L-ewwel standard speċifiku għas-servizz tat-trasport ġie introdott fl-2012 mill- Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) . Is-CEN EN 16258:2012 jistabbilixxi metodoloġija komuni għall-kalkolu u d-dikjarazzjoni tal-konsum tal-enerġija u tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra relatati ma’ kwalunkwe servizz tat-trasport. L-EN 16258:2012 ikkontribwixxa b’mod sinifikanti għall-armonizzazzjoni tal-proċessi tal-kontabbiltà tal-emissjonijiet fit-trasport. Madankollu, tqies li ma kienx preċiż biżżejjed biex tiġi pprovduta data dwar l-emissjonijiet kompletament komparabbli u konsistenti dwar servizzi differenti tat-trasport. Eżempji oħra ta’ inizjattivi għall-armonizzazzjoni tal-kontabilità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport jinkludu l- Artikolu L. 1431-3 tal-Kodiċi Franċiż tat-Trasport u l-qafas tal- Global Logistics Emissions Council .
(5)    Sabiex tiġi ġġenerata data akkurata dwar il-prestazzjoni f’termini ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport (speċjalment fil-katina tat-trasport multimodali), iridu jiġu kkalkolati l-emissjonijiet ta’ kull element individwali tal-katina tat-trasport (parti mill-vjaġġ). Dan il-livell ta’ kalkolu jeħtieġ data speċifika u huwa aktar kumpless u għali għal organizzazzjoni individwali.
(6)    B’kollox madwar 1,8 miljun skont (Ecorys u CE Delft (2023), Studju ta’ appoġġ għall-valutazzjoni tal-impatt)
(7)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u medji ( ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36 )
(8)     https://cordis.europa.eu/project/id/265879  
(9)     https://learnproject.net/  
(10)     Smart Freight Centre
(11)     https://www.iso.org/home.html  
(12)    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kunċett well-to-wheel japplika għall-modi kollha tat-trasport.
(13)    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, tqieset il-verżjoni Ewropea ta’ dan l-istandard (EN ISO 14083:2023) bħala l-metodoloġija ta’ referenza
(14)    Il-Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652; COM(2021) 557 final
(15)     Finanzjament u offerti (europa.eu)
(16)    Il-Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għal trasport bl-ajru sostenibbli; COM(2021) 561 final
(17)    Pereżempju, minn leġiżlazzjoni oħra tal-UE jew nazzjonali jew permezz ta’ relazzjonijiet kuntrattwali.
(18)    Inklużi l-avjazzjoni internazzjonali u t-trasport marittimu.
(19)     Statistical pocketbook 2022 (europa.eu)
(20)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni; Il-Patt Ekoloġiku Ewropew; COM(2019) 640 final
(21)    Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“Liġi Ewropea dwar il-Klima”) ( ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1–17 )
(22)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni; Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur; COM(2020) 789 final
(23)    L-azzjoni 33 tal-Pjan ta’ Azzjoni li takkumpanja l-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti
(24)    Il-WHITE PAPER Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti; COM/2011/0144 final
(25)    Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE ( ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55–76 )
(26)    Id-data mmonitorjata u rrapportata għar-Regolament tal-UE dwar l-MRV hija maħsuba biex tintuża għal inizjattivi futuri oħra, bħall-inklużjoni possibbli tat-tbaħħir marittimu fl-EU ETS jew fil-FuelEU Maritime.
(27)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ( ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32–46 )
(28)     https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_3541  
(29)    Il-Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE; COM(2021) 562 final.
(30)    Dan huwa differenti mill-approċċ attwali applikat fl-MRV tal-UE, id-DCS tal-OMI, il-CORSIA u l-EU ETS, li jindirizzaw biss l-emissjonijiet relatati mal-propulsjoni tal-vettura (“tank-to-wheel”).
(31)    Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE ( ĠU L 198, 25.7.2019 )
(32)    Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (riformulazzjoni) ( ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13–53 )
(33)     https://ec.europa.eu/eurostat/web/environment/methodology  
(34)     https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/13180-Access-to-vehicle-data-functions-and-resources_mt  
(35)    Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà ( ĠU L 322, 16.12.2022, p. 15–80 )
(36)     https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/13765-European-sustainability-reporting-standards-first-set_mt  
(37)    Iddefinit fil- Protokoll dwar il-Gassijiet Serra  
(38)    L-iżvilupp ta’ tikketta ambjentali għall-avjazzjoni huwa bbażat fuq l-Azzjoni 35 tal-SSMS. It-tikketta tista’ tikkonsisti minn elementi differenti, inkluża valutazzjoni tal-emissjonijiet mit-titjiriet. It-tikketta REFuelEU Aviation se tkun immirata biss lejn l-emissjonijiet tat-titjiriet; tikketti oħra li jiffukaw fuq l-inġenji tal-ajru jew il-linji tal-ajru jistgħu jiġu żviluppati separatament aktar ’il quddiem
(39)    Ir-Regolament (UE) Nru 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija ( ĠU L 249, 31.7.2020, p. 33 )
(40)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni; Pjan ta’ Azzjoni ġdid għal Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u aktar kompetittiva; COM(2020) 98 final
(41)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2279 tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-użu tal-metodi tal-Impronta Ambjentali għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet; ( ĠU L 471, 30.12.2021, p. 1–396 )
(42)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill; Nibnu s-Suq Uniku għall-Prodotti Ekoloġiċi: Niffaċilitaw tagħrif aħjar dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti u tal-organizzazzjonijiet; COM/2013/0196 final
(43)    Bħalissa, ir-regoli tal-kategoriji tal-PEF għad iridu jiġu żviluppati għal firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi
(44)    Il-Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi 2005/29/KE u 2011/83/UE fir-rigward tal-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika permezz ta’ protezzjoni mtejba kontra prattiki żleali u permezz ta’ informazzjoni aħjar; COM/2022/143 final
(45)    Il-Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-sostanzjar u l-komunikazzjoni ta’ asserzjonijiet ambjentali espliċiti (id-Direttiva dwar l-Asserzjonijiet Ekoloġiċi); COM/2023/166 final
(46)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni; Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija”; COM(2021) 400 final
(47)    Il-Kodiċi Franċiż tat-Trasport, ara aktar ’il fuq
(48)     Statistical pocketbook 2022 (europa.eu)
(49)     https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/13217-Count-your-transport-emissions-CountEmissions-EU/public-consultation_mt  
(50)    [ĠU C , , p.]
(51)    [ĠU C , , p.]
(52)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni; Il-Patt Ekoloġiku Ewropew; COM(2019) 640 final
(53)    Il-WHITE PAPER Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti; COM/2011/0144 final
(54)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni; Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur; COM(2020) 789 final
(55)    Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà ( ĠU L 322, 16.12.2022, p. 15–80 )
(56)    Ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej ( ĠU L 192, 22.7.2011, p. 1–16 )
(57)     https://www.cencenelec.eu  
(58)    Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE ( ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55–76 )
(59)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ( ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32–46 )
(60)    Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE ( ĠU L 198, 25.7.2019 )
(61)    Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (riformulazzjoni) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE.) ( ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13–53 )
(62)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1 )
(63)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni ( ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13 ).
(64)    Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 ( ĠU L 218, 13.8.2008 )
(65)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data); ( ĠU L 119, 4.5.2016, p.1 )
(66)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju ( ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36 ).
(67)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(68)    Id-dettalji tal-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BUDGpedia: https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/budget/financial-rules/budget-implementation/Pages/implementation-methods.aspx
(69)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(70)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(71)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(72)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(73)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(74)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi …”
(75)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. 
(76)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(77)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(78)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(79)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(80)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.