Strasburgu, 12.9.2023

COM(2023) 535 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs

1Kwistjonijiet ta’ negozji żgħar

L-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) huma ċentrali għan-nisġa ekonomika u soċjali tal-Ewropa. L-24 miljun SME Ewropea jirrappreżentaw 99 % tan-negozji kollha fl-UE, jipprovdu żewġ terzi tal-impjiegi fis-settur privat fl-UE 1 , u huma inkorporati fil-fond fil-komunitajiet lokali, b’mod partikolari fiż-żoni rurali 2 . Dawn jammontaw għal aktar minn nofs il-valur miżjud fis-settur tan-negozju mhux finanzjarju tal-UE u huma l-bażi tal-Ewropa għat-trawwim tal-innovazzjoni 3 , id-diversità u l-ugwaljanza 4 . L-SMEs huma essenzjali għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali tal-Ewropa 5 u għall- prosperità fit-tul tagħha. 

Bħala tali, l-SMEs kienu kostanti fil-politika tal-Kummissjoni, aktar u aktar mit-tnedija tal-Istrateġija għall-SMEs tal-2020 6 . Skont il-qafas finanzjarju pluriennali li għaddej (2021-2027) u skont in-NextGenerationEU 7 , il-Kummissjoni tistenna li aktar minn EUR 200 biljun isiru disponibbli għall-SMEs fl-ambitu tad-diversi programmi ta’ finanzjament tagħha. F’perjodu ta’ kriżijiet suċċessivi, l-irkupru u r-reżiljenza sostnuti tal-SMEs kienu prijorità ewlenija. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) 8 tipprovdi sa EUR 45 biljun ta’ appoġġ bla preċedent lill-SMEs 9 , flimkien ma’ total ta’ EUR 65 biljun taħt il-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni 10 . L-SMEs kienu wkoll il-benefiċjarji primarji tal-Istrument Ewropew għal Appoġġ Temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE), imfassal biex jipproteġi l-impjiegi u l-introjtu affettwati mill-pandemija tal-coronavirus. Barra minn hekk, l-interessi tal-SMEs kienu fiċ-ċentru tal-qafas temporanju tal-Kummissjoni għall-għajnuna mill-Istat 11 , li jippermetti lill-Istati Membri jipprovdu l-appoġġ meħtieġ lin-negozji fil-bżonn filwaqt li jiżguraw trattament ugwali u jillimitaw distorsjonijiet bla bżonn għall-kompetizzjoni li jimminaw is-Suq Uniku.

Firxa ta’ azzjonijiet għenu lill-SMEs Ewropej jaħtfu opportunitajiet ġodda tas-suq offruti tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u l-kooperazzjoni transsettorjali u transfruntiera. Mill-iskjerament ta’ 150 Ċentru ta’ Innovazzjoni Diġitali madwar il-kontinent biex iniedu network ta’ konsulenti dwar is-sostenibbiltà għall-SMEs 12 ; mit-tnedija ta’ perkorsi ta’ tranżizzjoni għall-ekosistemi industrijali tal-Ewropa 13 għar-riforma tad-disinn tas-suq tal-elettriku 14 ; mill-għajnuna lill-SMEs biex jaċċessaw id-data b’kundizzjonijiet ġusti 15 sal-mobilizzazzjoni tal-kapital ta’ riskju għal negozji ġodda u għall-SMEs f’oqsma strateġiċi bħall-ispazju 16 ; u mit-tisħiħ tal-internazzjonalizzazzjoni 17 u tal-kummerċ 18 , it-tisħiħ tal-opportunitajiet ta’ negozju permezz tal-Global Gateway 19 sal-protezzjoni tal-assi tal-proprjetà intellettwali 20 : il-ħtiġijiet tal-SMEs kienu minn ta’ quddiem fil-ħidma tal-Kummissjoni.

Madankollu, l-SMEs jiffaċċjaw inċertezzi kbar, restrizzjonijiet fuq il-provvista, nuqqas ta’ ħaddiema u mhux dejjem ikollhom kompetizzjoni ġusta. Il-volatilità u n-nuqqas ta’ prevedibbiltà fil-kuntest ekonomiku kurrenti għamluha aktar diffiċli għall-SMEs li jagħmlu negozju. Matul partijiet mill-2021 u l-2022, huma esperjenzaw diffikultajiet fir-reklutaġġ ta’ persunal ġdid biex ilaħħqu ma’ żieda qawwija fid-domanda. Barra minn hekk, huma kienu qed iħabbtu wiċċhom ma’ kostijiet ogħla tal-enerġija, li rriżultaw mill-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, filwaqt li ż-żieda rapida fil-prezzijiet tal-materja prima poġġiet saħansitra aktar pressjoni fuq in-negozji ż-żgħar. Iż-żieda fir-rati tal-imgħax għamlet ukoll l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament aktar oneruż.

Dawn il-pressjonijiet kuntrarji x’aktarx li jippersistu. Huwa vitali li l-UE u l-Istati Membri jkomplu jappoġġaw bla heda lill-SMEs, jgħinuhom jikkonsolidaw l-irkupru tagħhom u jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tagħhom, sabiex kollha kemm huma - mill-ħanut iż-żgħir u mil-lukanda mmexxija mill-familja san-negozji ġodda teknoloġiċi - ikunu jistgħu jkomplu jikkontribwixxu għall-prosperità fit-tul tal-Ewropa.

B’dan il-Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs, il-Kummissjoni għandha l-għan li tipprovdi għajnuna fuq terminu qasir, tagħti spinta lill-kompetittività u r-reżiljenza fit-tul tal-SMEs, u trawwem ambjent tan-negozju ġust u favorevoli għall-SMEs. Dan jinkludi:

·proposta għal Regolament dwar il-ħlasijiet tard,

·proposta għal Direttiva dwar is-simplifikazzjoni tat-taxxa għall-SMEs,

·sett ta’ miżuri li jiffaċilitaw l-affarijiet għall-SMEs, itejbu l-aċċess għall-finanzi u l-forza tax-xogħol b’ħiliet, u jappoġġaw lill-SMEs matul iċ-ċiklu tal-ħajja tan-negozju tagħhom.

Il-Komunikazzjoni hija akkumpanjata mill-ewwel rapport ta’ implimentazzjoni dwar il-Gateway Diġitali Unika u l-ewwel rieżami preliminari tar-Regolament dwar ir-relazzjonijiet bejn pjattaforma u negozju (“ir-Regolament P2B”) 21 .

2Sfidi: L-SMEs u l-irkupru sostnut tagħhom

L-SMEs għadhom ma rritornawx għal-livelli ta’ prestazzjoni tagħhom ta’ qabel il-pandemija. Meta aġġustat għall-inflazzjoni, il-valur miżjud tal-SMEs għall-2023 huwa previst li jibqa’ 3,6 % (kontra 1,8 % għall-intrapriżi l-kbar) taħt il-livell tiegħu tal-2019, filwaqt li l-impjiegi tal-SMEs bilkemm irkupraw għal-livelli ta’ qabel il-kriżi 22 . F’termini reali fl-2022, l-SMEs fi 12 mill-14-il ekosistema industrijali 23 esperjenzaw tnaqqis fil-valur miżjud u għall-2023, huwa previst tnaqqis fil-valur miżjud għall-SMEs fl-ekosistemi kollha.

Illustrazzjoni 1: Sfidi ewlenin għall-SMEs; sors: Ewrobarometru Flash 486

Il-piż amministrattiv jew l-ostakli regolatorji huma fost l-akbar problemi għal 55 % tal-SMEs 24 . Ambjent regolatorju prevedibbli, governanza tajba u qafas istituzzjonali effiċjenti jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kompetittività, il-kisba tal-ġustizzja u l-għoti ta’ għajnuna.

Il-ħlasijiet tard imġarrba mill-SMEs ifixklu l-kompetittività, iżidu l-inċertezza, u fil-każ tal-akkwist pubbliku jiskoraġġixxu l-parteċipazzjoni. Fi kwalunkwe kumpanija affettwata, dawn iżidu l-ħtiġijiet ta’ kapital operatorju u l-ispejjeż ta’ finanzjament, iżidu l-kostijiet minħabba ż-żmien li jkun intilef f’ġiri wara d-debituri, u b’hekk inaqqsu l-kapaċità ta’ investiment.

L-aċċess għall-finanzi jeħtieġ aktar sforz min-negozji ż-żgħar milli minn kumpaniji kbar. Żieda fl-inċertezza u kostijiet ogħla fil-finanzjament inaqqsu l-kapaċità tal-SMEs li jinvestu. Fi tmiem l-2022, l-SMEs kienu qed jistennew deterjorament imminenti fid-disponibbiltà tat-tipi kollha ta’ finanzjament 25 .

Id-disponibbiltà ta’ persunal b’ħiliet jew maniġers b’esperjenza dan l-aħħar saret l-aktar problema importanti għal 27 % tal-SMEs fl-UE 26 , u 70 % tal-SMEs jirrapportaw żieda fil-kostijiet lavorattivi 27 . Ir-riżultati tal-Ewrobarometru dwar il-ħiliet 28  ippreżentati b’mod parallel ma’ din il-Komunikazzjoni juru li n-nuqqas ta’ ħiliet iżomm lura l-attivitajiet tan-negozju għal 63 % tal-SMEs, u jfixkel ukoll l-isforzi tagħhom dwar id-diġitalizzazzjoni (għal 45 % tal-SMEs) u l-ekoloġizzazzjoni (39 %).

Dawn l-isfidi se jkunu l-enfasi tal-azzjonijiet ippreżentati f’dan il-Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs, kif deskritt hawn taħt.

3Għajnuna għall-SMEs: L-għajnuna lill-SMEs biex jiżvolġu n-negozju fi żminijiet diffiċli

L-iffaċilitar tal-affarijiet għall-SMEs

3.1.1Is-simplifikazzjoni tat-taxxi

In-negozji, b’mod partikolari dawk b’attivitajiet transfruntiera, jiffaċċaw kumplessità u kostijiet għoljin ta’ konformità bħala riżultat tal-ħtieġa li jikkonformaw ma’ sistemi tat-taxxa korporattiva differenti meta jagħmlu negozju f’aktar minn Stat Membru wieħed. Għalhekk, bħala parti minn dan il-Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs, il-Kummissjoni qed tipproponi simplifikazzjoni kbira fil-qasam tat-tassazzjoni diretta għall-SMEs li ħolqu preżenza taxxabbli fi Stat Membru ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti. Dawn l-SMEs ikunu jistgħu jikkalkulaw il-bażi tat-taxxa tal-istabbilimenti permanenti tagħhom fi Stati Membri oħra f’konformità mar-regoli tal-Istat Membru tagħhom fejn iżommu l-uffiċċju prinċipali tagħhom u li huma l-aktar familjari miegħu. Ir-regoli previsti se jkunu ta’ benefiċċju partikolari għall-SMEs fi stadju bikri ta’ espansjoni internazzjonali. Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta tistma li din tista’ tnaqqas il-kostijiet tal-konformità tat-taxxa tal-SMEs bi 32 %, li jwassal għal iffrankar globali sa EUR 3,4 biljun fis-sena. 

Barra minn hekk, sabiex jittaffa l-piż li jiffaċċaw in-negozji ż-żgħar b’attivitajiet transfruntiera meta jittrattaw il-VAT madwar l-UE, se japplikaw regoli ġodda dwar il-VAT mill-1 ta’ Jannar 2025 29 . In-negozji żgħar eliġibbli se jkollhom l-għażla li jeżentaw mill-VAT il-provvisti tagħhom ta’ oġġetti u servizzi magħmula fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri l-oħra tal-UE minbarra l-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħhom.

Il-Kummissjoni:

·Azzjoni 1: tipproponi direttiva ta’ simplifikazzjoni tat-taxxa li tistabbilixxi sistema tat-Taxxa tal-Uffiċċju Prinċipali għall-SMEs.

3.1.2Regolamentazzjoni Aħjar għall-SMEs

Il-Kummissjoni hija impenjata li tiżgura ambjent regolatorju iżjed favorevoli għal-kummerċ li jgħin lill-SMEs ikunu produttivi, kompetittivi u reżiljenti. Fl-2021, il-Kummissjoni kompliet issaħħaħ it-test tal-SMEs, għodda li tanalizza l-impatt tal-proposti fuq l-SMEs, sabiex tkompli ttejjeb l-analiżi tagħha u sabiex tirrapporta aħjar dwar dawk l-impatti 30 . It-test tal-SMEs issa jrid jitwettaq u jiġi rrapportat b’mod aktar sistematiku fir-rapporti kollha ta’ valutazzjoni tal-impatt, meta dan ikun proporzjonat għar-rilevanza ta’ inizjattiva għall-SMEs. Madankollu, aktar titjib fl-applikazzjoni tat-test tal-SMEs huwa kemm fattibbli kif ukoll neċessarju: għalhekk, iil-Kummissjoni se tagħti segwitu għar-rakkomandazzjonijiet li l-Pjattaforma Fit for Future 31 se toħroġ aktar tard fl-2023 dwar l-applikazzjoni tat-test tal-SMEs biex tiżgura valutazzjonijiet aktar granulari u konsistenti tal-impatti tal-proposti legali tagħha fuq l-SMEs 32 .

80 % tal-inizjattivi leġiżlattivi kollha tal-UE huma kkunsidrati bħala rilevanti għall-SMEs, abbażi tal-filtru tal-SMEs 33 , għodda użata fl-istadji bikrija tat-tfassil tal-politika, li sservi bħala parti ewlenija mit-test tal-SMEs. Minn Jannar 2022, din l-għodda poġġiet l-enfasi fuq l-interessi tal-SMEs, f’kooperazzjoni mill-qrib mar-Rappreżentanti għall-SMEs 34 . Minn Marzu 2023 dan kompla jissaħħaħ permezz tal-kontroll il-ġdid tal-kompetittività, li jirrapporta b’mod integrat fil-valutazzjonijiet tal-impatt kollha dwar l-impatti tal-kompetittività fuq in-negozju, inkluż fuq il-kompetittività tal-SMEs. Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju, il-korp ta’ sorveljanza indipendenti tal-Kummissjoni għall-kontroll tal-kwalità tal-abbozzi tal-valutazzjonijiet u tal-evalwazzjonijiet tal-impatt, issaħħaħ b’żewġ membri u l-mandat tiegħu ssaħħaħ biex iżid l-enfasi tiegħu fuq il-kompetittività. Issa, minbarra li japplika l-prinċipju ta’ “one-in, one-out” u jintegra d-dimensjoni tal-previżjoni fil-valutazzjonijiet u fl-evalwazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni, il-Bord huwa meħtieġ jagħti attenzjoni partikolari għall-impatti fuq il-kompetittività. Meta jagħmel dan, huwa għandu jivvaluta l-kwalità tal-istimi tal-kostijiet u jekk ir-rapporti jesplorawx b’mod suffiċjenti l-potenzjal sabiex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni u li jitnaqqas il-piż mingħajr bżonn għan-negozji u għaċ-ċittadini. Fil-laqgħa annwali li jmiss tiegħu mal-korpi ta’ sorveljanza, il-Bord se japprofondixxi d-diskussjoni dwar l-impatti fuq il-kompetittività u l-impatti fuq l-SMEs, u jiskambja l-aħjar prattiki ma’ skrutinizzaturi oħra tal-UE 35 .

Il-Kummissjoni se taħtar Rappreżentant tal-UE għall-SMEs iddedikat li għandu jirrapporta direttament lill-President, filwaqt li jirrapporta wkoll lill-Kummissarju għas-Suq Intern dwar l-attivitajiet kollha relatati mal-SMEs imwettqa flimkien mas-servizzi tad-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (DĠ GROW), li għandu jappoġġa l-ħidma tar-Rappreżentant. Minbarra l-ħidma usa’ ta’ rappreżentanza u ta’ koordinazzjoni fi ħdan il-Kummissjoni, bin-Network ta’ Rappreżentanti għall-SMEs u esternament, u filwaqt li jibni fuq l-iżviluppi preċedenti, ir-Rappreżentant tal-UE għall-SMEs minn issa ’l quddiem se jkun jista’ jipparteċipa f’seduti ta’ smigħ tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju mad-Direttorati Ġenerali dwar inizjattivi li għandhom impatt kbir fuq l-SMEs. F’dak il-kuntest, u mingħajr preġudizzju għall-funzjonament u għall-indipendenza tal-Bord, ir-Rappreżentant tal-UE għall-SMEs ikun jista’ jqajjem kwistjonijiet u javża lill-Bord dwar impatti negattivi sinifikanti fuq l-SMEs, miżuri addizzjonali potenzjali biex jiġu mmitigati, l-affidabbiltà tal-analiżijiet kost-benefiċċji u tal-kompetittività u l-attivitajiet ta’ konsultazzjonijiet. Barra minn hekk, ir-Rappreżentant tal-UE għall-SMEs, fuq il-bażi tal-filtru tal-SMEs, se jipprovdi lill-Kummissjoni l-lista ta’ inizjattivi li bl-akbar impatt fuq l-SMEs, li fuqhom il-Kummissjoni twettaq it-test sħiħ tal-SMEs.

Filwaqt li s-sistema qed tilħaq l-għanijiet tagħha b’mod ġenerali 36 , il-Kummissjoni qed tistinka biex tkompli tnaqqas il-piżijiet mil-leġiżlazzjoni tal-UE. Skont il-programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni (REFIT), kull evalwazzjoni u reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tinvolvi skrinjar sistematiku għall-potenzjal tat-tnaqqis tal-piż. Il-Pjattaforma Fit for Future tikkontribwixxi għal dan il-proċess. Għall-proposti sinifikanti kollha, il-valutazzjonijiet tal-impatt komprensivi jiżguraw li l-benefiċċji jegħlbu l-kostijiet. Minn Jannar 2022, bl-approċċ tagħha ta’ “one in, one out”, il-Kummissjoni introduċiet “ħelsien mill-kostijiet”, bl-għan li tiżgura li l-kostijiet amministrattivi f’qasam ta’ politika partikolari jiġu kkumpensati u li l-kostijiet ta’ aġġustament jiġu kkumpensati kemm jista’ jkun. L-ewwel sena ta’ implimentazzjoni sħiħa tal-approċċ irriżultat fi tnaqqis sostanzjali fil-kostijiet amministrattivi bi proposti li se jipprovdu ffrankar nett ta’ EUR 7,3 biljun 37 . Il-Kummissjoni hija impenjata bis-sħiħ li twettaq il-potenzjal ta’ din l-għodda matul is-snin li ġejjin.

Biex tippermetti qafas regolatorju li jiffavorixxi aktar l-innovazzjoni u li jibqa’ validu fil-futur 38 , il-Kummissjoni tippromwovi l-użu ta’ ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja 39 f’għadd ta’ oqsma innovattivi, bħall-intelliġenza artifiċjali 40 u d-dinjiet virtwali 41 . Tali strumenti għandhom jiġu applikati b’mod aktar wiesa’, biex b’hekk in-negozji fl-UE, b’mod partikolari l-SMEs u n-negozji ġodda, ikunu jistgħu jesperimentaw b’teknoloġiji, prattiki, servizzi, applikazzjonijiet u mudelli kummerċjali ġodda f’ambjent reali kkontrollat, b’mod partikolari f’każijiet fejn l-inċertezza legali jew il-lakuni u l-ostakli regolatorji jkunu qed ifixklu l-iżvilupp tagħhom.

Sabiex tqis aħjar l-interessi tal-SMEs meta tħejji proposti leġiżlattivi ġodda, il-Kummissjoni se tikkunsidra sistematikament ċerti tipi ta’ dispożizzjonijiet li jiffavorixxu l-SMEs. Dawn jinkludu, meta xierqa u ġustifikati:

(1)il-possibbiltà li jiġu permessi perjodi ta’ tranżizzjoni itwal għall-SMEs, sabiex tiġi żgurata l-prevedibbiltà u tiġi ffaċilitata l-konformità mill-SMEs;

(2)rekwiżiti għal għajnuna speċifika għall-SMEs li għandha tiġi pprovduta mill-Kummissjoni u/jew mill-Istati Membri rigward l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni proposta (eż. sommarju tal-leġiżlazzjoni, materjal ta’ taħriġ online) meta jkun meħtieġ;

(3)rekwiżit li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-impatt tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni fuq l-SMEs, li spiss jiddefinixxu l-livell tal-kostijiet għall-SMEs u jħeġġu l-feedback tal-partijiet ikkonċernati permezz ta’ feedback permezz tal-portal “Semma’ leħnek: Issimplifika” 42 ; jew

(4)jew klawżola ta’ rieżami jew klawżola ta’ estinzjoni fil-leġiżlazzjoni sekondarja, bi twaqqit li jkun konsistenti mal-proċess ta’ evalwazzjoni ex post, biex timminimizza r-rekwiżiti ta’ rapportar u rekwiżiti oħra ta’ konformità u tiżgura valutazzjoni sinifikanti dwar jekk il-leġiżlazzjoni għadhiex adatta għall-iskop tagħha u li d-dispożizzjonijiet tagħha jaħdmu tajjeb għall-SMEs.

Il-Kummissjoni se tkompli ttejjeb il-proċessi tagħha ta’ regolamentazzjoni aħjar, inkluża l-viżibbiltà tal-attivitajiet tagħha ta’ regolamentazzjoni aħjar relatati mal-SMEs u l-kompetittività, biex tiżgura li l-liġijiet u l-politiki tal-UE jaħdmu aħjar għall-SMEs. L-azzjonijiet kollha ppreżentati f’din il-komunikazzjoni se jippermettu lill-Kummissjoni żżid il-kwalità tal-valutazzjoni tagħha tal-impatti tal-proposti legali fuq l-SMEs u l-applikazzjoni tal-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir 43 ” fil-politiki kollha tal-UE.

Il-Kummissjoni ma tiħux azzjoni b’mod iżolat u l-impenn tal-koleġiżlaturi, tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, li jaġixxu fi ħdan il-kompetenzi tagħhom, huwa importanti wkoll. L-azzjonijiet proposti jippermettu li d-dimensjoni tal-SMEs tiġi inkluża fil-proċess interistituzzjonali tat-tfassil tal-liġijiet, billi hija responsabbiltà konġunta tal-koleġiżlaturi li jiżguraw li d-dritt tal-UE jkun ta’ kwalità għolja fuq il-bażi ta’ valutazzjoni bir-reqqa tal-impatti. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom rwol importanti fl-iżgurar li l-leġiżlazzjoni nazzjonali, inklużi l-miżuri li jittrasponu d-dritt tal-UE, tappoġġa l-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” u li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-SMEs.

Fl-aħħar nett, l-aġenziji eżekuttivi tal-UE, l-aġenziji deċentralizzati u korpi oħra 44 għandhom jixprunaw l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE li tiffavorixxi lill-SMEs, b’mod partikolari permezz ta’ helpdesks għall-SMEs jew punti ta’ kuntatt għall-SMEs, gwida rilevanti għall-SMEs jew għodod online favorevoli għall-SMEs bil-lingwi kollha tal-UE 45 .

Il-Kummissjoni se:

·Azzjoni 2: tikkunsidra sistematikament dispożizzjonijiet speċifiċi li jiffavorixxu lill-SMEs fi proposti leġiżlattivi ġodda, meta xieraq, ġustifikati u f’konformità mal-objettivi tal-politika tal-Unjoni.

·Azzjoni 3: taħtar Rappreżentant tal-UE għall-SMEs iddedikat, sabiex jipprovdi gwida u pariri lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet tal-SMEs, u jippromwovi l-interessi tal-SMEs esternament. Ir-Rappreżentant għandu jirrapporta direttament lill-President, filwaqt li jirrapporta wkoll lill-Kummissarju għas-Suq Intern dwar l-attivitajiet kollha relatati mal-SMEs imwettqa flimkien mas-servizzi tad-DĠ GROW, li għandu jappoġġa l-ħidma tar-Rappreżentant.

·Azzjoni 4: tiżgura li r-Rappreżentant tal-UE għall-SMEs jipparteċipa fis-seduti tal-RSB mad-Direttorati Ġenerali dwar inizjattivi li għandhom impatt kbir fuq l-SMEs.

·Azzjoni 5: tippromwovi mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill l-implimentazzjoni ta’ valutazzjoni “fuq il-post” tal-impatt fuq l-SMEs u l-kompetittività ta’ emendi sostanzjali proposti għall-proposti tal-Kummissjoni matul il-proċess koleġiżlattiv.

·Azzjoni 6: tinvolvi ruħha ma’ aġenziji eżekuttivi u deċentralizzati biex tidentifika u tippromwovi prattiki tajbin għall-appoġġ tal-SMEs bil-ħsieb li tagħmilha aktar faċli għall-SMEs li jużaw is-servizzi tal-aġenziji.

·Azzjoni 7: taħdem mal-Istati Membri biex tippromwovi l-esperimentazzjoni u l-innovazzjoni għal negozji ġodda permezz ta’ ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja.

3.1.3L-użu ta’ teknoloġiji diġitali biex jitnaqqas il-piż u tittejjeb ir-reżiljenza

Iż-żieda fid-diġitalizzazzjoni tista’ tnaqqas b’mod sinifikanti l-piż u l-kostijiet għall-SMEs. Il-Gateway Diġitali Unika (SDG) 46 tipprovdi punt uniku ta’ servizz għal informazzjoni amministrattiva u regolatorja affidabbli, proċeduri online u assistenza fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni pubblika. Din tgħin lill-SMEs biex jisfruttaw aħjar l-opportunitajiet offruti mis-Suq Uniku u tnaqqas b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv tagħhom permezz ta’ proċeduri online f’oqsma ewlenin. L-ewwel rapport ta’ implimentazzjoni tal-SDGs, ippreżentat bħala parti mill-Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs, juri li l-SDG għen lill-SMEs jaċċessaw informazzjoni ta’ kwalità għolja dwar ir-regoli u l-proċeduri applikabbli fis-Suq Uniku kollu, li huwa partikolarment ta’ benefiċċju għan-negozji ż-żgħar b’kapaċitajiet amministrattivi limitati. 

Kif deskritt fir-rapport, il-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri lejn l-istabbiliment ta’ proċeduri online u t-tnedija tas-Sistema Teknika ta’ Darba Biss (OOTS), li hija mistennija li tkun kompletament operattiva sa Diċembru 2023. Dan se jippermetti l-iskambju transfruntier ta’ dokumenti ewlenin fost l-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li tiġi evitata l-ħtieġa li l-SMEs jissottomettu mill-ġdid dokumenti fi Stati Membri differenti. Dan se jnaqqas il-kost tal-moviment liberu fis-Suq Uniku, il-frizzjonijiet amministrattivi u l-ostakli filwaqt li ma jimponi l-ebda obbligu addizzjonali fuq in-negozji.

Każ partikolari huwa l-istress esperjenzat minn ħafna SMEs bid-dokument portabbli A1 (sabiex jiġi ddeterminat liema leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali tkopri lid-detentur). Mill-aħħar ta’ din is-sena, l-OOTS se tiffaċilita talbiet rikorrenti għad-dokument A1, u r-riċevuta tal-output b’mod elettroniku. Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni dwar id-diġitalizzazzjoni fil-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali tippreżenta aktar miżuri sabiex tiġi ffaċilitata l-interazzjoni bejn iċ-ċittadini mobbli u n-negozji li joperaw barra mill-pajjiż, b’mod partikolari l-SMEs, mal-awtoritajiet nazzjonali fil-qasam tas-sigurtà soċjali, bħall-pilota Pass Ewropew tas-Sigurtà Soċjali (ESSPASS) rigward id-dokument portabbli A1 47 . Fuq l-istess nota, fil-kuntest tal-inizjattiva ta’ tnaqqis u ta’ simplifikazzjoni tar-rapportar (it-taqsima 3.1.4 aktar ’il quddiem), il-ħolqien ta’ format elettroniku (Dikjarazzjoni elettronika) għad-dikjarazzjoni tal-postazzjoni tal-ħaddiema se jnaqqas b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv u l-kostijiet ta’ konformità għall-impjegaturi, u jippermettilhom jużaw dikjarazzjoni simplifikata f’format wieħed bil-lingwa tagħhom stess fl-Istati Membri parteċipanti kollha.

Il-proposta reċenti biex jiġi estiż aktar l-użu ta’ għodod u proċessi diġitali fid-dritt tal-kumpaniji tal-UE hija pass importanti ‘l quddiem fid-diġitalizzazzjoni tad-dritt tal-kumpaniji, li jgħin lill-SMEs jinnegozjaw fl-UE 48 . Dan se jnaqqas b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv għall-kumpaniji b’madwar EUR 437 miljun fis-sena, bis-saħħa ta’ Ċertifikat tal-Kumpaniji tal-UE u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ darba biss meta l-kumpaniji jistabbilixxu sussidjarji u fergħat fi Stati Membri oħra 49 . Il-kumpaniji jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-fatt li l-informazzjoni tagħhom tkun viżibbli permezz tas-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS) 50 fis-Suq Uniku. Barra minn hekk, l-SMEs affettwati minn ksur tad-dritt tal-UE jistgħu jiddependu fuq SOLVIT 51 biex isolvu t-tilwim u jiksbu rimedju barra mill-qorti.

Diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-SMEs hija essenzjali għall-kompetittività, ir-reżiljenza u l-kapaċità tagħhom sabiex jinnovaw. Il-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali 52 għandu l-għan li aktar minn 90 % tal-SMEs jilħqu tal-anqas livell bażiku ta’ intensità diġitali sal-2030. Il-mezz ewlieni li bih jiġi appoġġat dan l-objettiv huwa ċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali, kofinanzjati mill-Programm Ewropa Diġitali. Dawn jappoġġaw lill-kumpaniji, b’mod partikolari lill-SMEs, fil-vjaġġ ta’ diġitalizzazzjoni tagħhom. Permezz tal-valutazzjoni tal-maturità diġitali tal-SMEs (Valutazzjoni tal-Maturità Diġitali), l-EDIHs jipprovdu assistenza mmirata, li tvarja l-għarfien espert tekniku u l-ittestjar (“ittestja qabel tinvesti”) sa servizzi ta’ innovazzjoni, bħal pariri finanzjarji, taħriġ, u żvilupp tal-ħiliet. Bħalissa, 151 EDIH jistgħu jiġi kkuntattjati fi 30 pajjiż Ewropew differenti. Sa tmiem l-2025, l-EDIHs għandhom jgħinu lil madwar 100,000 negozju u entità tas-settur pubbliku fl-Ewropa. Il-Faċilitajiet tal-Ittestjar u tal-Esperimentazzjoni (TEFs) settorjali jappoġġaw lill-iżviluppaturi tal-IA biex iġibu IA affidabbli fis-suq b’mod aktar effiċjenti, u jiffaċilitaw l-adozzjoni tagħha fost in-negozji ż-żgħar fl-Ewropa 53 .

Il-Kummissjoni se:

·Azzjoni 8: sa tmiem l-2023 tniedi s-sistema teknika ta’ darba biss f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u tkompli tespandi l-ambitu tal-Gateway Diġitali Unika biex tkopri proċeduri ġodda, filwaqt li tqis il-ħtiġijiet tal-SMEs.

3.1.4Is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u tar-rekwiżiti ta’ rapportar

Fil-kuntest tat-titjib tal-kompetittività fit-tul tan-negozji tagħha 54 , il-Kummissjoni qed tinsisti għar-razzjonalizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-UE, bl-għan li dan il-piż jitnaqqas b’25 % mingħajr ma jiġu mminati l-objettivi ta’ politika relatati. Din l-ambizzjoni tikkonċerna t-tnaqqis tal-piż regolatorju għan-negozji ta’ kull daqs iżda hija partikolarment rilevanti għall-SMEs. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar huma importanti biex tiġi mmonitorjata u infurzata kif xieraq il-leġiżlazzjoni, għal ħafna kumpaniji, speċjalment l-SMEs, iżda dawn jistgħu jkunu ta’ piż, iwasslu għal kostijiet u jaffettwaw il-kapaċità tagħhom li jikbru. L-akkumulazzjoni tagħhom maż-żmien tista’ tirriżulta f’obbligi żejda, duplikati, jew skaduti, frekwenza u twaqqit ineffiċjenti, jew f’metodi ta’ ġbir inadegwati 55 . F’każijiet bħal dawn, is-simplifikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar jew l-indirizzar tal-ħtiġijiet ta’ gruppi speċifiċi ta’ negozji, bħall-SMEs, jistgħu jkunu opportunità sabiex jitnaqqas il-piż fuq in-negozji.

L-ewwel biċċiet sinifikanti ta’ leġiżlazzjoni li jissimplifikaw l-obbligi ta’ rapportar diġà ġew proposti mill-Kummissjoni minn Marzu 2023 56 u se jiġu ppreżentati dalwaqt miżuri ulterjuri flimkien mal-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, metodoloġija volontarja sempliċi u standardizzata għar-rapportar dwar kwistjonijiet tal-ESG (ambjentali, soċjali, ta’ governanza) tnaqqas il-piż u tiffaċilita l-aċċess tal-SMEs għal finanzjament sostenibbli (ara t-Taqsima 3.2.4 aktar ’il quddiem għal aktar dettalji). Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni li tipposponi l-iskadenza għall-adozzjoni tal-Istandards Ewropej ta’ Rapportar dwar is-Sostenibbiltà settorjali 57 se jkun ta’ benefiċċju għall-kumpaniji fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rapportar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà (CSRD), inklużi l-SMEs elenkati. Dan jippermettilhom jiffokaw fuq l-implimentazzjoni tal-ewwel sett ta’ standards. L-aġġustamenti tal-limiti li jiddefinixxu SME skont id-Direttiva dwar il-Kontabilità se jnaqqsu n-numru ta’ kumpaniji li bħalissa jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà skont id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà (CSRD) u skont ir-Regolament dwar it-Tassonomija 58 .

Barra minn hekk, fi ħdan il-qafas għall-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, it-tnaqqis tal-frekwenza li biha l-operaturi tas-settur tal-enerġija, l-industriji intensivi fl-enerġija u l-avjazzjoni jkollhom jirrapportaw dwar titjib fil-metodoloġiji tagħhom se jtaffi l-piż fuq il-kumpaniji mingħajr ma jaffettwa l-effettività tal-monitoraġġ. Barra minn hekk, obbligi simplifikati ta’ rapportar mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim għat-tilwim tal-konsumaturi se jikkonsolidaw u jnaqqsu l-frekwenza tar-rekwiżiti ta’ rapportar mingħajr ma jaffettwaw it-trasparenza jew il-kwalità tad-data. 

Fil-ġimgħat li ġejjin, il-Kummissjoni se tippreżenta b’mod aktar komprensiv il-miżuri adottati u li għandhom jiġu adottati biex jiġu ssimplifikati l-obbligi ta’ rapportar għan-negozji kollha. Il-Kummissjoni beħsiebha tagħmlu karatteristika prominenti tal-programm ta’ ħidma tagħha għall-2024, li se jkun akkumpanjat minn pakkett ta’ proposti u evalwazzjonijiet ippjanati. Din il-ħidma se tiġi sistematizzata sal-aħħar tal-2023, għaċ-ċikli li ġejjin, billi:

-jiġu stabbiliti mezzi standardizzati tas-servizzi tal-Kummissjoni għall-immappjar tar-rekwiżiti ta’ rapportar fil-leġiżlazzjoni eżistenti jew fl-arranġamenti amministrattivi u fi proposti ġodda;

-jiġu identifikati oqsma prijoritarji f’kooperazzjoni ma’ sett rappreżentattiv ta’ kumpaniji, ma’ assoċjazzjonijiet settorjali u mal-awtoritajiet nazzjonali (li spiss iservu bħala l-interfaċċa għal rapportar bħal dan);

-jitħejjew pjanijiet ta’ razzjonalizzazzjoni mmirati minn kull servizz tal-Kummissjoni għall-2024 u wara.

Il-kontribut mill-SMEs u minn partijiet ikkonċernati oħra għandu rwol importanti fl-iżgurar tas-suċċess ta’ dan l-eżerċizzju ġenerali tat-tnaqqis tal-piż. Il-portal “Semma’ leħnek: Issimplifika!” il-portal jippermetti l-ġbir tal-kontribut tagħhom dwar l-obbligi ta’ rapportar. Il-Pjattaforma Fit for Future wkoll ġiet mistiedna tagħti attenzjoni partikolari lill-obbligi ta’ rapportar u tiddedika opinjoni waħda jew aktar għal din il-kwistjoni fil-Programm ta’ Ħidma Annwali tagħha għall-2024.

Il-Kummissjoni se:

·Azzjoni 9: tippreżenta, f’Ottubru 2023, is-sett li jmiss ta’ proposti għar-razzjonalizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar flimkien mal-programm ta’ ħidma, inklużi l-miżuri msemmija hawn fuq, bħala parti minn ċiklu sistematiku u rikorrenti biex tintlaħaq il-mira ta’ tnaqqis ta’ 25 % fir-rapportar.

It-titjib tal-likwidità u tal-aċċess għall-finanzi

3.1.5L-indirizzar ta’ ħlasijiet tard

Il-ħlas tard tal-fatturi jaffettwa lill-kumpaniji mis-setturi kollha fl-Istati Membri kollha. Dan għandu impatt partikolarment negattiv fuq l-SMEs, peress li jiddependu fuq flussi regolari u prevedibbli ta’ flus 59 , u għandhom aċċess aktar limitat għal-likwidità minn negozji kbar. L-SMEs li jitħallsu tard iridu jkopru n-nuqqas ta’ likwidità li jirriżulta b’self għal żmien qasir, li jżid il-kostijiet ta’ finanzjament tagħhom. It-tnaqqis tal-ħlasijiet tard huwa element ewlieni biex l-SMEs jingħataw il-likwidità tant meħtieġa biex jinvestu fl-innovazzjoni jew biex jgħaddu t-tnaqqis fil-kostijiet lill-konsumaturi 60 .

Bħala parti minn dan il-Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs, il-Kummissjoni tipproponi reviżjoni tar-regoli dwar il-ħlas tard, li tissostitwixxi d-Direttiva eżistenti dwar il-Ħlas Tard b’regolament b’termini massimi vinkolanti ta’ ħlas ta’ 30 jum għat-tranżazzjonijiet kummerċjali kollha. Din se tagħmel il-ħlasijiet ta’ tariffi kompensatorji u ta’ imgħaxijiet awtomatiku f’każ ta’ ħlas tard u tappoġġa dawn il-miżuri l-ġodda b’qafas ta’ infurzar robust. Din tagħmilha wkoll aktar faċli għall-kumpaniji biex jasserixxu d-drittijiet tagħhom billi tnaqqas il-piż ta’ rimedju effettiv permezz tal-medjazzjoni u tiffaċilita l-aċċess għalih.

Meta wieħed iżomm f’moħħu li jum wieħed tard ifisser EUR 158 miljun ta’ kostijiet finanzjarji addizzjonali għall-kumpaniji Ewropej, dawn ir-regoli l-ġodda għandhom l-għan li jnaqqsu l-ħlasijiet tard b’35 %. Barra minn hekk, l-ammont ta’ żmien li l-kumpaniji jgħaddu jiġru wara d-debituri tagħhom se jitnaqqas b’mod sinifikanti, filwaqt li n-negozji Ewropej jiffrankaw 340 miljun siegħa xogħol, li jammontaw għal EUR 8,7 biljun. Minbarra l-benefiċċji monetarji diretti, dan għandu jqassam mill-ġdid il-likwidità b’mod aktar ġust fl-ekonomija u jnaqqas id-dipendenza tal-SMEs mill-finanzjament estern.

L-istrument magħżul għar-rieżami huwa regolament, li jħassar u jissostitwixxi d-Direttiva attwali dwar il-Ħlas Tard. Regolament għandu bosta vantaġġi, b’mod partikolari, fir-rigward tal-ħtieġa li jiġi indirizzat l-aspett transfruntier tal-ħlasijiet tard. Dan jippermetti l-introduzzjoni tal-istess soluzzjonijiet madwar l-UE fir-rigward tal-aspetti ewlenin, bħat-terminu massimu għall-pagamenti u l-proċeduri ta’ verifika, ir-rata tal-imgħax għal ħlasijiet tard u l-ammont ta’ kumpens b’tariffa fissa. Fl-istess ħin, l-Istati Membri se jitħallew jadottaw dispożizzjonijiet aktar stretti dwar ċerti aspetti.

Il-Kummissjoni:

·Azzjoni 10: tipproponi Regolament ġdid dwar il-Ħlas Tard, li jsaħħaħ b’mod sostanzjali r-regoli tal-UE biex jiġu miġġielda l-ħlasijiet tard fit-tranżazzjonijiet kummerċjali.

3.1.6Il-kapitalizzazzjoni fuq il-potenzjal sħiħ offrut mill-programmi tal-UE lill-SMEs

B’appoġġ għall-SMEs li mistennija jilħqu aktar minn EUR 200 biljun sal-2027 taħt il-programmi ta’ finanzjament tal-UE 61 , l-SMEs għandhom aċċess għal firxa wiesgħa ta’ appoġġ finanzjarju. B’mod partikolari, ġew stabbiliti diversi miżuri biex jirrimedjaw id-diffikultajiet dejjem akbar tal-SMEs fl-aċċess għall-finanzjament 62 , li bdew bit-tieqa għall-SMEs tal-programm InvestEU 63 , li tipprovdi aċċess aħjar għall-finanzjament għall-SMEs b’kundizzjonijiet ta’ finanzjament aktar favorevoli. It-tieqa għall-SMEs tgħin ukoll lill-SMEs jadattaw għal prattiki kummerċjali sostenibbli u tiffinanzja negozji ġodda li jiżviluppaw teknoloġiji ġodda ta’ sostenibbiltà.

Ir-rwol tat-tieqa għall-SMEs ta’ InvestEU fl-għoti ta’ appoġġ għad-dejn u l-ekwità lill-SMEs Ewropej fis-snin li ġejjin se jkun sostanzjali. Il-banek, l-istituzzjonijiet ta’ garanzija u intermedjarji finanzjarji oħra wrew domanda notevoli billi applikaw għall-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI), u talbu tliet darbiet il-kapaċità ġenerali tal-2021-2027 allokata għall-garanziji. Id-domanda tas-suq għal investimenti fl-ekwità diġà tinsab fil-kapaċità sħiħa għall-2021-2027 għal ħafna oqsma tematiċi inklużi t-teknoloġija nadifa, ix-xjenzi tal-ħajja, u t-trasformazzjoni diġitali, kif ukoll l-intraprenditorija soċjali. Din is-sottoskrizzjoni żejda tat-tieqa għall-SMEs ta’ InvestEU hija mistennija li tipprevjeni lill-FEI milli jidħol fi ftehimiet ta’ garanzija ġodda ma’ intermedjarji finanzjarji mill-2025, peress li r-riżorsi allokati għall-garanziji se jkunu ntużaw bis-sħiħ sa dak iż-żmien.

Il-Kummissjoni pproponiet bħala parti mill-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP) 64 li żżid il-garanzija disponibbli b’EUR 7,5 biljun permezz ta’ tieqa STEP iddedikata ta’ InvestEU. Ladarba STEP tiġi approvata mill-koleġiżlaturi, il-Kummissjoni se tistinka għall-implimentazzjoni rapida ta’ riżorsi addizzjonali allokati lil InvestEU, għall-benefiċċju tal-SMEs.

L-Istati Membri jista’ jkollhom rwol ewlieni billi jallokaw riżorsi addizzjonali lil InvestEU mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) jew mill-baġits nazzjonali, kif ukoll biex jagħmlu użu mill-possibbiltajiet eżistenti ta’ trasferiment taħt fondi ta’ ġestjoni kondiviża, biex jagħtu spinta lill-investiment f’pajjiżhom.

Fil-kuntest tal-proposta STEP, il-Kummissjoni ppreżentat diversi perkorsi biex tagħmel dawn l-użu ta’ dawn ir-riżorsi aktar faċli għall-Istati Membri u biex iżżid l-ammont ta’ finanzjament appoġġat minn InvestEU lill-SMEs, b’mod partikolari permezz tal-kjarifika tal-aspetti tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tat-trasferimenti kollha tar-riżorsi kif ukoll l-applikazzjoni ta’ aspetti “la tagħmilx ħsara sinifikanti” 65 .

Meta Stat Membru jiddeċiedi li jalloka riżorsi lill-kompartiment tal-Istat Membru ta’ InvestEU biex jimplimenta prodott finanzjarju eżistenti ta’ InvestEU żviluppat għall-kompartiment tal-UE minn Istituzzjoni Finanzjarja Internazzjonali bħala sieħeb ta’ implimentazzjoni, bħall-Grupp tal-BEI jew il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), din fiha nnifisha ma tinvolvix għajnuna mill-Istat, kif spjegat aktar mill-Kummissjoni fil-proposta STEP 66 . Għalhekk, it-tali trasferimenti possibbli tar-riżorsi (mill-ġestjoni kondiviża, l-RRF jew il-baġits nazzjonali) huma mekkaniżmu rapidu, faċli u mhux obbligatorju li huwa disponibbli għall-Istati Membri biex jgħaddu l-finanzjament tant meħtieġ lill-SMEs mingħajr ma jirrapportaw il-piżijiet lil hinn minn dawk meħtieġa mill-InvestEU. Sal-lum, għadd ta’ Stati Membri għamlu użu minn din il-possibbiltà ta’ trasferiment. Minħabba d-domanda għolja tas-suq, l-Istati Membri li għadhom ma għamlux kontribuzzjoni mħeġġa jagħmlu dan permezz tal-kompartiment tal-Istati Membri ta’ InvestEU, sabiex jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ prodotti finanzjarji għall-SMEs fl-Istat Membru tagħhom. Il-Kummissjoni se ssegwi l-progress tal-implimentazzjoni taħt it-tieqa għall-SMEs flimkien man-network ta’ Rappreżentanti tal-SMEs.

Barra minn hekk, l-Istati Membri u r-reġjuni jistgħu jistabbilixxu strumenti finanzjarji kofinanzjati mill-programmi ta’ ġestjoni kondiviża tal-UE biex jidderieġu r-riżorsi tal-UE f’diversi prodotti finanzjarji, inklużi self, garanziji, ekwità, u mekkaniżmi oħra li jġorru r-riskju. Tali appoġġ jista’ jgħin direttament lill-SMEs. Biex jiġi ffaċilitat dan il-proċess, il-pjattaforma tal-Kummissjoni fi-compass 67 tipprovdi riżorsi, inkluż informazzjoni ġenerali, gwida, għodod prattiċi, u opportunitajiet ta’ apprendiment, filwaqt li tiggwida lill-awtoritajiet maniġerjali dwar l-użu ta’ strumenti finanzjarji skont kull wieħed mill-Fondi ta’ ġestjoni kondiviża tal-UE.

Il-Kummissjoni se:

·Azzjoni 11: tħeġġeġ lill-Istati Membri, permezz tal-istruttura ta’ governanza rilevanti ta’ InvestEU, biex jallokaw riżorsi addizzjonali lill-kompartimenti nazzjonali ta’ InvestEU u jiffaċilitaw il-kontribuzzjonijiet tal-RRF għal InvestEU billi tipprovdi kjarifika u gwida dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” sa Ottubru 2023.

 

L-aġenziji ta’ kreditu għall-esportazzjoni (ECAs) għandhom rwol fundamentali fl-appoġġ lill-kumpaniji fil-kummerċ internazzjonali. Beda jittieħed approċċ aktar koordinat bejn il-krediti għall-esportazzjoni u l-għodod ta’ finanzjament fil-livell tal-UE tal-Istati Membri tal-UE u dan għandu jkompli jissaħħaħ. Bħala riżultat tal-gwerra Russa ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, il-maġġoranza tal-ECAs tal-UE ssospendew il-kopertura tar-riskju tagħhom għall-Ukrajna, u b’hekk kellhom impatt negattiv fuq il-kapaċità tal-kumpaniji tal-UE li jesportaw lejn l-Ukrajna. Faċilità pilota ta’ madwar EUR 300 miljun matul l-2024 fl-ambitu tat-tieqa għall-SMEs ta’ InvestEU se tippermetti lill-Aġenziji ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni jerġgħu jibdew in-negozju tagħhom fir-rigward tal-Ukrajna. Il-faċilità pilota hija mistennija li ttejjeb il-kompetittività tal-SMEs Ewropej billi tistabbilixxi rabtiet aktar b’saħħithom mal-Ukrajna, li jippermettu l-appoġġ ta’ diversi mijiet ta’ miljun euro f’esportazzjonijiet ġodda.

Il-Kummissjoni se:

·Azzjoni 12: taħdem mal-FEI biex matul l-2024 tistabbilixxi faċilità pilota li tippermetti lill-Aġenziji ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni jappoġġaw lill-SMEs fil-kummerċ mal-Ukrajna.

Bħala parti mill-inizjattiva usa’ tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) 68 , il-ħolqien ta’ swieq tat-tkabbir tal-SMEs, fondi pan-Ewropej ta’ kapital tar-riskju u finanzjament kollettiv tejbu l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs. Il-ftehim politiku reċenti dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew se jagħmel il-kumpaniji, kbar u żgħar, aktar viżibbli għall-investituri, filwaqt li r-regoli riveduti għar-regolament Ewropew dwar il-fondi ta’ investiment fit-tul u l-fondi ta’ investiment alternattivi se jkabbru l-aggregazzjoni ta’ finanzjament disponibbli għall-SMEs. Il-proposti tal-Att dwar l-Elenkar 69 għandhom l-għan li jrawmu l-aċċess għall-finanzjament fis-swieq pubbliċi għall-kumpaniji, inklużi l-SMEs, billi jnaqqsu il-burokrazija, jissimplifikaw ir-regoli u jippermettu lis-sidien iżommu s-setgħat tat-teħid tad-deċiżjonijiet wara l-elenkar tal-kumpaniji tagħhom. Livell għoli ta’ ambizzjoni għall-proposti tal-Att dwar l-Elenkar huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-kumpaniji b’rata għolja ta’ tkabbir ikomplu jiżviluppaw u joħolqu l-impjiegi fl-UE. Sabiex l-SMEs jingħataw aċċess aħjar għal sorsi ta’ finanzjament u kapital ta’ ekwità bbażati fuq is-suq, se tkun importanti adozzjoni rapida tal-proposti leġiżlattivi taħt il-pjan ta’ azzjoni tal-2020 għas-CMU u aktar diskussjonijiet dwar l-iżvilupp futur tas-CMU, b’mod partikolari fil-Grupp tal-Euro.

Perkors ieħor ta’ appoġġ għall-SMEs huwa l-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) li huwa l-istrument ewlieni tal-UE għall-forniment ta’ finanzjament imħallat (għotjiet u ekwità jew kważi ekwità) lil negozji ġodda li qed jikbru malajr u SMEs li qed isegwu innovazzjonijiet rivoluzzjonarji. Il-Fond tal-EIC jipprovdi finanzjament ta’ ekwità li jvarja minn EUR 0,5 miljun sa EUR 15-il miljun ta’ finanzjament ta’ ekwità għal kumpaniji bħal dawn, filwaqt li jisfrutta baġit ta’ EUR 10 biljun biex jiġbor investiment ta’ EUR 30 sa 50 biljun minn investituri privati. Għall-kumpaniji li jirrikjedu ċikli ta’ finanzjament ta’ segwitu jew ammonti akbar ta’ investiment, il-proposta STEP tal-Kummissjoni tipprevedi baġit addizzjonali ta’ EUR 2,63 biljun biex jippermetti lill-Fond tal-EIC jipprovdi investimenti ta’ ekwità mingħajr preċedent li jvarjaw bejn EUR 15 u EUR 50 miljun f’teknoloġiji ta’ importanza strateġika għall-Ewropa. Billi jiġġenera investimenti privat addizzjonali, dan jista’ jwassal għal EUR 13-il biljun f’appoġġ ġdid ta’ ekwità għal SMEs mhux bankabbli u kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja.

Il-Kummissjoni se tgħin ukoll lill-SMEs b’miżuri ta’ effiċjenza enerġetika (li jvarjaw minn awditi tal-enerġija sa teknoloġiji u taħriġ), billi tagħmel disponibbli EUR 10 miljun mill-Programm tas-Suq Uniku permezz tan-Network Enterprise Europe permezz ta’ sejħiet miftuħa.

3.1.7Akkwist pubbliku

Aċċess aktar faċli għas-swieq tal-akkwist pubbliku jista’ jgħin lill-SMEs jisfruttaw il-potenzjal tagħhom b’impatt pożittiv fuq it-tkabbir u fuq l-irkupru ekonomiku. Parti sostanzjali mill-investiment pubbliku ssir permezz tal-akkwist pubbliku, li jirrappreżenta 14 % tal-prodott domestiku gross tal-UE. Madankollu, l-SMEs għandhom diffikultajiet biex isibu aċċess għall-akkwist. Il-Kummissjoni ppreżentat inizjattivi li jiffaċilitaw l-aċċess tal-kumpaniji, fosthom tal-SMEs, għall-akkwist pubbliku - anke dak transfruntier 70 . L-għan huwa li jiżdied is-sehem tal-SMEs fl-akkwist pubbliku f’konformità ma’ kemm jiswew b’mod ġenerali fl-ekonomija. Sabiex tittejjeb il-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-akkwist pubbliku, se jkun importanti li jiġi promoss l-użu ta’ dispożizzjonijiet u klawżoli standardizzati fid-dokumenti tal-akkwist, speċjalment għal kuntratti ta’ riskju baxx jew ta’ valur baxx, li jagħmluha aktar faċli għall-SMEs biex jimmaniġġaw id-dokumenti tal-offerti. Għandhom jiġu promossi prattiki li jtejbu l-involviment tal-SMEs, bħall-użu ta’ kundizzjonijiet adatti għall-SMEs (kwalifiki finanzjarji u termini ta’ ħlas aktar favorevoli).

Il-Kummissjoni se:

·Azzjoni 13: tippromwovi l-użu ta’ dispożizzjonijiet standardizzati dwar l-akkwist u kundizzjonijiet adatti għall-SMEs biex ittejjeb l-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-akkwist pubbliku.

3.1.8L-iffaċilitar tal-aċċess għal finanzi sostenibbli għall-SMEs 

L-SMEs għandhom rwol importanti biex jgħinu lill-Ewropa tilħaq l-għanijiet tagħha tan-newtralità klimatika u għanijiet ambjentali oħra 71 . Għalhekk, huwa kruċjali li jiżdied il-finanzjament għat-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà tal-SMEs, filwaqt li jiġi minimizzat il-piż amministrattiv. Sabiex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, l-SMEs jeħtieġu b’mod partikolari (1) qafas sempliċi u standardizzat biex jirrapportaw dwar kwistjonijiet tal-ESG (Ambjentali – Soċjali – Governanza); u (2) l-istituzzjonijiet finanzjarji li jappoġġawhom fl-isforzi tagħhom għal tranżizzjoni lejn negozju sostenibbli.

Minkejja l-miżuri li diġà ġew stabbiliti biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tagħhom 72 , l-SMEs isibuha diffiċli biex jiksbu finanzjament għall-proġetti ekoloġiċi tagħhom. L-SMEs, bl-eċċezzjoni tal-SMEs elenkati, ma humiex soġġetti b’mod formali għar-rekwiżiti tal-qafas ta’ finanzjament sostenibbli tal-UE. Madankollu, il-Kummissjoni hija konxja li dawn l-SMEs qed jiffaċċaw talbiet dejjem akbar għal informazzjoni dwar is-sostenibbiltà mis-sħab finanzjarji u tal-katina tal-valur tagħhom, ta’ spiss f’format mhux standardizzat. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tirrikonoxxi t-tħassib mill-SMEs dwar l-effetti ta’ dawn ir-regoli l-ġodda fit-tnaqqis tal-prezzijiet dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

Il-Kummissjoni qed tieħu azzjoni biex tindirizza dan it-tħassib. L-ewwel nett, il-Kummissjoni ħeġġet 73 lil korporattivi kbar u intermedjarji finanzjarji biex japplikaw il-prinċipju tal-proporzjonalità meta jinvolvu ruħhom mal-SMEs u biex jeżerċitaw trażżin meta jitolbu informazzjoni mis-sħab fil-katina tal-valur tal-SMEs. Hija tressaq ukoll gwida speċifika, inklużi għodod volontarji li l-SMEs jistgħu jużaw biex jaċċessaw finanzjament ta’ tranżizzjoni.

L-istandards simplifikati ta’ rapportar issimplifikati għall-SMEs elenkati qed jiġu żviluppati mill-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rapportar Finanzjarju (EFRAG). Il-Kummissjoni se tiżgura li dawn l-istandards għall-SMEs elenkati jkunu proporzjonati. L-istandards se jillimitaw l-informazzjoni li l-SMEs elenkati fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-CSRD huma meħtieġa jirrapportaw. Dawn se jipprovdu wkoll limitu legali għall-informazzjoni li l-Istandards Ewropej ta’ Rapportar dwar is-Sostenibbiltà jistgħu jirrikjedu li kumpaniji kbar jiksbu mill-SMEs fil-katina tal-valur tagħhom, u b’hekk jillimitaw l-effetti ta’ tnaqqis tal-prezzijiet. Din hija salvagwardja importanti mis-CSRD biex jiġi limitat l-impatt indirett fuq l-SMEs tar-rekwiżiti ta’ rapportar tal-katina tal-valur imposti fuq negozji kbar. Il-Kummissjoni se tfittex li tiżgura, fin-negozjati li għaddejjin dwar id-Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva, li dawn is-salvagwardji jiġu riportati f’dak il-kuntest. Barra minn hekk, l-EFRAG se jiżviluppa standard volontarju għall-SMEs mhux elenkati. L-SMEs jistgħu jużaw dan biex jistandardizzaw l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà li jixtiequ jirrapportaw, filwaqt li joħloq opportunitajiet aħjar biex jinkiseb finanzjament ekoloġiku u b’hekk tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli.

L-għodod faċli għall-utent, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u tal-għarfien, f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati tal-industrija, se jgħinu lill-SMEs jinnavigaw il-qafas tal-finanzi sostenibbli tal-UE. B’mod partikolari, approċċi simplifikati, żviluppati flimkien mal-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli, għandhom jippermettu lill-SMEs mhux elenkati jibbenefikaw mill-użu tat-tassonomija.

Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet finanzjarji jeħtieġ li jappoġġaw lill-SMEs fl-isforzi tagħhom għal tranżizzjoni lejn negozju sostenibbli. Dan jirrikjedi integrazzjoni aħjar tal-finanzjament ekoloġiku tal-SMEs fil-mudelli ta’ negozju tal-banek. Hemm bżonn li jiġi ddefinit il-kunċett ta’ self ekoloġiku u li jiġu stabbiliti standards għal self ekoloġiku fil-livell tal-UE sabiex tissaħħaħ l-adozzjoni tagħhom. L-inklużjoni ta’ tali self lill-SMEs fin-numeratur tal-Proporzjon tal-Assi Ekoloġiċi tal-banek għandha, pereżempju, tagħti aktar viżibbiltà lis-self ekoloġiku lill-SMEs u tħeġġeġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji jipprovdu finanzjament sostenibbli lill-SMEs.

Abbażi tar-riżultati ta’ diversi studji tal-Kummissjoni li għaddejjin bħalissa dwar l-SMEs u r-rapportar tat-tassonomija/il-finanzi sostenibbli, il-Kummissjoni se:

·Azzjoni 14: tiżgura li l-SMEs ikollhom qafas sempliċi u standardizzat biex jirrapportaw dwar kwistjonijiet tal-ESG, billi tillimita r-riskju ta’ rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fuq SMEs mhux elenkati fil-katina tal-valur tal-impriżi fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-CSRD, u tiżgura t-twettiq rapidu ta’ standards volontarji għall-SMEs mhux elenkati.

·Azzjoni 15: tħeġġeġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji jinkludu l-finanzjament ekoloġiku tal-SMEs fil-mudelli ta’ negozju tagħhom billi:

a.taħdem lejn standard jew definizzjoni ta’ self ekoloġiku b’mod partikolari għall-SMEs abbażi ta’ parir li ġej mill-Awtorità Bankarja Ewropea 74 ;

b.tivvaluta adattament favur l-SMEs tal-Proporzjon tal-Assi Ekoloġiċi li għandu jitqies f’aġġornament futur tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet dwar it-Tassonomija.

L-iffaċilitar tal-aċċess għal persunal b’ħiliet

Il-mod kif l-SMEs u l-ħaddiema tagħhom jitgħallmu, jieħdu sehem fis-soċjetà, u jmexxu n-negozju tagħhom ta’ kuljum qed jinbidel bl-iżviluppi teknoloġiċi, u l-isfidi globali u demografiċi. L-SMEs jeħtieġu aċċess għal forza tax-xogħol b’ħiliet biex jindirizzaw dawn il-bidliet u biex jiżguraw ir-reżiljenza tagħhom filwaqt li jikkontribwixxu għas-soċjetà, għall-produttività u għall-innovazzjoni.

Il-Kummissjoni qed tibni fuq l-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa 75 biex tgħin lill-Istati Membri jiżguraw li 60 % tal-adulti kollha fl-età tax-xogħol jipparteċipaw fi programmi ta’ taħriġ kull sena, f’konformità mal-mira stabbilita mill-pjan ta’ azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 76 . Is-Sena Ewropea tal-Ħiliet u r-riżorsi finanzjarji mingħajr preċedent tal-UE disponibbli għall-iżvilupp tal-ħiliet matul il-perjodu ta’ programmazzjoni tal-QFP 2021-27, b’mod partikolari madwar EUR 65 biljun mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u mill-Fond Soċjali Ewropew Plus, jippreżentaw ukoll opportunità unika biex jiġu aċċellerati l-azzjonijiet li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-aċċess mill-SMEs għal medda profonda u diversa ta’ ħiliet, bħall-proposti dwar l-edukazzjoni u l-ħiliet diġitali 77 . F’dak is-sens, il-proġett pilota dwar iċ-Ċertifikat Ewropew tal-Ħiliet Diġitali 78 , f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati, se jikkontribwixxi biex itejjeb it-trasparenza u r-rikonoxximent tal-ħiliet diġitali, filwaqt li jiffaċilita l-aċċess mill-SMEs għat-talent li jeħtieġu għat-tranżizzjoni diġitali.

Bħala parti mill-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) 79 , l-UE qed tappoġġa liċ- ċentri ta’ eċċellenza vokazzjonali 80 biex jiżviluppaw “ekosistemi tal-ħiliet” lokali mill-manifattura avvanzata u l-intelliġenza artifiċjali, sat-teknoloġija tal-ilma u l-ekoloġizzazzjoni urbana. Dawn jaħdmu mill-qrib man-negozji inklużi l-SMEs, u jikkontribwixxu għall-iżvilupp reġjonali, l-intraprenditorija, l-innovazzjoni, u l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti. L-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati tappoġġa l-promozzjoni ta’ aktar apprendistati u apprendistati aħjar madwar l-UE, bħala perkorsi ta’ apprendiment effettivi biex jiġu pprovduti l-ħaddiema b’ħiliet li jeħtieġu l-kumpaniji, b’mod partikolari l-SMEs.

Fil-Patt tal-UE għall-Ħiliet 81 , 18-il Sħubija dwar il-Ħiliet fuq Skala Kbira (LSPs) li jkopru l-ekosistemi industrijali kollha qed jaħdmu biex jidentifikaw il-ħtiġijiet tal-ħiliet u jniedu taħriġ fl-intrapriżi u l-ktajjen tal-provvista tagħhom biex, sal-2030, 10 miljun ħaddiem ikunu tejbu l-ħiliet jew ġeddu l-ħiliet. L-SMEs huma involuti b’mod attiv fl-LSPs kollha direttament, bħala membri individwali u b’mod indirett permezz ta’ organizzazzjonijiet tan-network settorjali. Is-sħubija ma’ atturi u networks oħra taħt l-LSPs, bħas-sħab soċjali, tagħtihom aċċess għal programmi, kontenut, u materjal ta’ taħriġ li kieku ma kienx ikollhom minħabba d-daqs u r-riżorsi limitati tagħhom.

In-Network Enterprise Europe għandu rwol importanti fl-għoti ta’ taħriġ lill-SMEs biex jgħinhom jikkonformaw ma’ rekwiżiti ġodda, biex jaħtfu l-opportunitajiet ta’ miżuri bħall-Att Industrijali b’Emissjonijiet Żero Netti jew l-Att dwar il-Materja Prima Kritika u jindirizza l-implikazzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku u l-leġiżlazzjoni dwar is-sostenibbiltà, bħad-Direttiva dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva.

Il-ħiliet intraprenditorjali huma essenzjali biex jgħinu lill-intraprendituri eżistenti jkabbru n-negozju tagħhom u biex iħeġġu aktar nies jibdew l-intraprenditorija bħala karriera. Sabiex in-nisa jingħataw is-setgħa li jsiru intraprendituri, il-Kummissjoni qed twettaq attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni flimkien ma’ taħriġ, mentoraġġ, u kkowċjar u titjib fl-aċċess tal-intraprendituri nisa għall-finanzjament u n-networks tan-negozju. Pereżempju, l-Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ 82 appoġġa aktar minn 9,000 imprenditur mara u Women TechEU 83 offra finanzjament għal kumpaniji stabbiliti minn nisa b’baġit li jaqbeż l-EUR 10 miljun. Madankollu, hija meħtieġa aktar ħidma biex jiġi sfruttat il-potenzjal intraprenditorjali sħiħ tan-nisa, taż-żgħażagħ u tal-gruppi f’riskju ta’ esklużjoni.

Fl-aħħar nett, jeħtieġ ukoll li l-proċessi jsiru aktar faċli għall-SMEs biex jattiraw talent minn barra l-pajjiż. Aktar tard din is-sena, il-Kummissjoni se tipproponi pakkett dwar il-massimizzazzjoni tal-potenzjal tal-mobilità ta’ talent li se jinkludi proposta leġiżlattiva dwar l-istabbiliment ta’ Riżerva ta’ Talent tal-UE u inizjattiva biex taħdem mal-Istati Membri biex tiffaċilita r-rikonoxximent aktar veloċi tal-kwalifiki professjonali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inkluż permezz ta’ sħubijiet ma’ pajjiżi terzi, biex jittejbu r-reklutaġġ u t-tqabbil tal-impjiegi.

Il-Kummissjoni se:

·Azzjoni 16: tippreżenta proposta biex tiġi stabbilita Riżerva ta’ Talent tal-UE u inizjattiva biex jittejjeb ir-rikonoxximent tal-kwalifiki u tal-ħiliet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex jiġu megħjuna fit-tnaqqis tad-diskrepanzi fil-ħiliet fis-suq tax-xogħol tal-UE – sar-raba’ kwart tal-2023.

·Azzjoni 17: taħdem ma’ gruppi li l-potenzjal intraprenditorjali mhux sfruttat tagħhom għadu għoli, bħan-nisa, iż-żgħażagħ u l-persuni b’diżabilità, permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, mentoraġġ u taħriġ.

Appoġġ lill-SMEs matul iċ-ċiklu tal-ħajja tan-negozju kollu tagħhom

3.1.9Il-bidu ta’ negozju ġdid

Il-Kummissjoni ilha taħdem mal-Istati Membri biex tnaqqas il-ħin li jieħdu l-intrapriżi l-ġodda biex jistabbilixxu negozju ġdid mir-reviżjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar 84 . L-Inizjattiva favur in-Negozji l-ġodda u n-Negozji li qed jespandu tal-2016 85 kienet tinkludi firxa ta’ azzjonijiet biex tagħmilha aktar attraenti għall-intraprendituri jistabbilixxu negozju u jespanduh fl-Ewropa. Il-Kummissjoni qed tħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri biex irawmu l-ħolqien ta’ negozji ġodda billi jimplimentaw il-prinċipji u l-aħjar prattiki deskritti fid-dikjarazzjoni dwar l-Istandard ta’ Eċċellenza tan-Nazzjonijiet għan-Negozji l-Ġodda tal-UE 86 , bħal:

·tiffaċilita l-ħolqien ta’ entitajiet legali ġodda għan-negozji ġodda, kemm online kif ukoll offline, fi żmien minimu u b’kostijiet minimi, inkluża l-possibbiltà li jiġu ppreżentati dokumenti amministrattivi online għall-ħolqien ta’ negozju ġdid jew ta’ sussidjarja fi Stati Membri oħrajn 87

·l-istabbiliment ta’ perkors rapidu għan-negozji l-ġodda (inkluża helpdesk għall-aċċess għas-suq) permezz ta’ punt uniku ta’ servizz online li jipprovdi informazzjoni sħiħa dwar ir-rekwiżiti amministrattivi nazzjonali u l-opportunitajiet ta’ finanzjament, li għandu jkun konness mal-Gateway Diġitali Unika;

·l-appoġġ għad-diversità u għall-inklużjoni, anke f’konformità mal-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali 88 .

3.1.10Tkabbir tan-negozju

Il-miżuri f’din il-komunikazzjoni se jippermettu lill-SMEs jikkompetu u jikbru. L-SMEs bħalissa huma definiti bħala kumpaniji b’inqas minn 250 impjegat, flimkien ma’ fatturat annwali sa EUR 50 miljun jew karta tal-bilanċ totali sa EUR 43 miljun. Dawn il-limiti ġew stabbiliti fl-2003. Filwaqt li għoxrin sena wara, il-maġġoranza l-kbira tal-kumpaniji jibqgħu koperti mid-definizzjoni ta’ SME, xi kumpaniji jisbqu d-definizzjoni u jsiru l-hekk imsejħa kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja.

Fl-2021, il-Kummissjoni evalwat id-definizzjoni ta’ SME u kkonkludiet li din baqgħet rilevanti (bil-fatturat medju tal-SMEs tal-UE jibqa’ ferm taħt il-livell limitu) 89 . Din l-evalwazzjoni twettqet abbażi tad-data tal-2018 u ma setgħetx tirrifletti l-impatti tal-pandemija, il-gwerra fl-Ukrajna u l-kriżi tal-enerġija, li heżżu l-ekonomija tal-UE minn dak iż-żmien ’l hawn, u b’mod partikolari xprunaw żieda sinifikanti fl-inflazzjoni li qed tonqos biss b’mod gradwali. Barra minn hekk, fid-dawl tal-isfidi ekonomiċi attwali u futuri – mid-diġitalizzazzjoni sat-tibdil demografiku – jista’ jkun xieraq li jingħata rikonoxximent akbar għaż-żidiet fil-produttività matul dawn l-aħħar għoxrin sena, billi jitqiesu fid-definizzjoni tal-limitu superjuri tal-istatus tal-SME.

L-evalwazzjoni tal-2021 irrikonoxxiet ukoll il-ħtieġa li “jitqiesu l-isfidi li l-kumpaniji jiltaqgħu magħhom ladarba jkunu “ħarġu” mill-fażi tal-SMEs” 90 . Pereżempju, jista’ jkun hemm effetti ta’ limitu jekk il-benefiċċji ta’ miżuri differenti favur l-SMEs jintilfu kollha fil-każ li kumpanija li qed tikber taqbeż wieħed minn dawk il-parametri.

Studju riċenti tal-Kummissjoni żvela r-rwol essenzjali tal-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja fl-ekonomija tal-UE 91 : il-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja żgħar (250-499 impjegat) u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja kbar (500-1499 impjegat) flimkien jammontaw għal aktar minn 13 % tal-impjiegi ġenerali fis-settur tan-negozju mhux finanzjarju Ewropew. Is-sehem tad-ditti b’kapitalizzazzjoni medja huwa partikolarment għoli fl-ekosistemi industrijali li huma kruċjali għall-kompetittività u s-sovranità teknoloġika tal-UE: l-elettronika, l-ajruspazju u d-difiża, l-enerġija, l-industriji intensivi fl-enerġija, u s-saħħa.

Diversi skemi ta’ finanzjament għall-finanzjament ta’ riskju u l-espansjoni approvati mill-Kummissjoni Ewropea huma disponibbli biex jappoġġaw il-proċess ta’ tkabbir dinamiku tagħhom u biex jindirizzaw id-diskrepanza fil-finanzjament tagħhom. Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju fihom definizzjoni għal kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja u jippermettu appoġġ taħt ċerti kundizzjonijiet lil dawn il-kumpaniji. Il-Kummissjoni tagħmilha wkoll possibbli għall-Istati Membri li jappoġġaw kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja taħt il-Qafas Temporanju ta’ Kriżi u ta’ Tranżizzjoni 92 u r-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija rivedut 93 .

Il-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja normalment jikbru aktar malajr, ikunu aktar innovattivi u jindirizzaw id-diġitalizzazzjoni aħjar mill-SMEs, iżda xorta waħda jiffaċċjaw ċerti sfidi bħan-nuqqas ta’ impjegati tas-sengħa jew piż amministrattiv. Id-data statistika dwar il-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja hija limitata u hemm nuqqas ta’ approċċ koerenti biex jiġi appoġġat it-tkabbir ta’ kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja.

Il-Kummissjoni se:

·Azzjoni 18: tkun attenta għall-ħtiġijiet tal-kumpaniji li jaqbżu l-limiti tad-definizzjoni tal-SMEs, kif ukoll għall-firxa usa’ ta’ kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja, u, sa tmiem l-2023 se:

a.tanalizza l-impatt tal-inflazzjoni għolja u ż-żidiet fit-tul fil-produttività, kif ukoll l-interazzjoni ma’ miżuri addizzjonali għall-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja, biex iżżid - meta iġġustifikat - il-limiti finanzjarji tad-definizzjoni attwali ta’ SME;

b.tiżviluppa definizzjoni armonizzata għall-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja;

c.minn hemm ’il quddiem, tieħu l-azzjonijiet neċessarji biex tirrifletti definizzjoni riveduta tal-SMEs fl-atti leġiżlattivi rilevanti, u

d.tibni sett ta’ data bbażat fuq id-definizzjoni ta’ kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja u tivvaluta miżuri possibbli biex tappoġġa lil dawn il-kumpaniji fit-tkabbir tagħhom (inkluża l-applikazzjoni potenzjali f’forma adattata ta’ ċerti miżuri li jiffavorixxu l-SMEs).

3.1.11It-trasferiment tan-negozju, il-prevenzjoni tal-insolvenza u l-għoti ta’ opportunità oħra lill-intraprendituri

Trasferimenti b’suċċess ta’ negozji huma ta’ benefiċċju għall-ekonomija tal-Ewropa u għan-nisġa soċjali tagħha, u jevitaw it-telf ta’ impjiegi u jissalvagwardjaw l-attività ekonomika. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-trasferimenti tan-negozju, li tindirizza l-aspetti legali, fiskali u amministrattivi ewlenin tat-trasferimenti tan-negozju, għadha valida llum. 94 Il-Kummissjoni kienet qed tippromwovi l-aħjar prattiki fit-trasferimenti tan-negozju żviluppati jew taħt diversi proġetti ffinanzjati mill-UE 95 jew minn partijiet ikkonċernati oħra li jwettqu ħidma f’dan il-qasam. Fl-2021, il-Kummissjoni wettqet studju dwar it-titjib tal-bażi tal-evidenza fit-trasferimenti tan-negozji 96 . Barra minn hekk, fil-proposta tagħha għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas tal-ekonomija soċjali 97 , il-Kummissjoni rrakkomandat lill-Istati Membri jiżguraw qafas abilitanti għat-trasferimenti tan-negozju lill-impjegati biex jiffurmaw kooperattivi tal-ħaddiema. Minħabba l-importanza tat-trasferimenti ta’ negozji, il-Kummissjoni hija lesta li tevalwa l-iżviluppi reċenti fl-Istati Membri.

L-Early Warning Europe Mentor Academy 98 se tiżviluppa programm ta’ apprendiment online għall-mentors, li se jkunu jistgħu jappoġġaw aħjar lill-kumpaniji f’riskju ta’ insolvenza u jgħinu lis-sidien tan-negozji jittrasferixxu n-negozju tagħhom għall-ġenerazzjoni li jmiss.

Fl-aħħar nett, peress li madwar 50 % tan-negozji l-ġodda jfallu matul l-ewwel ħames snin tagħhom 99 , il-politika tal-insolvenza tal-Kummissjoni tappoġġa lill-intraprendituri li ffaċċaw falliment biex jiżguraw li malajr ikollhom ċans ieħor. Id-Direttiva dwar ir-ristrutturar u l-insolvenza għandha l-għan li tipprevjeni l-falliment u tgħin lin-negozji insolventi jerġgħu lura fuq saqajhom. Sa nofs l-2026, il-Kummissjoni se tirrapporta dwar l-applikazzjoni u l-impatt tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. Barra minn hekk, fl-2022, bħala parti mill-Unjoni tas-Swieq Kapitali, il-Kummissjoni pproponiet Direttiva dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-liġi tal-insolvenza 100 . L-aktar karatteristika innovattiva tagħha tikkonċerna l-introduzzjoni ta’ proċedura ta’ stralċ simplifikata, rapida u kosteffettiva għall-mikrointrapriżi. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-koleġiżlatur biex jagħmel progress urġenti dwar din il-proposta. Dan huwa kruċjali biex jiġu żgurati proċedimenti ta’ insolvenza aktar effiċjenti, u għalhekk għadd dejjem akbar ta’ investimenti transfruntiera, inkluż għall-SMEs.

Il-Kummissjoni se:

·Azzjoni 19: tivvaluta l-kundizzjonijiet ta’ qafas għat-trasferimenti ta’ negozji fl-Istati Membri flimkien man-network ta’ Rappreżentanti tal-SMEs – sat-tieni kwart tal-2024.

4Konklużjonijiet

L-SMEs ikomplu jinnavigaw f’ambjent ekonomiku inċert ħafna. Il-livelli ta’ inflazzjoni li qed jonqsu iżda li huma pjuttost stinati se jkomplu jagħmlu pressjoni fuq il-valur miżjud u fuq l-impjiegi, filwaqt li l-inċertezza ġeopolitika se żżomm ħafna ktajjen tal-provvista ristretti.

Minbarra l-appoġġ finanzjarju, inkluż l-isforz enormi mill-Kummissjoni b’total ta’ madwar EUR 200 biljun sal-2027, huwa għalhekk neċessarju li jiżdied l-appoġġ politiku għall-SMEs, fuq il-bażi tal-azzjonijiet imressqa f’din il-Komunikazzjoni. Dawn l-azzjonijiet kollha jduru madwar it-tliet sfidi operazzjonali ewlenin għall-SMEs – il-piż amministrattiv, il-finanzi u l-ħiliet – bil-għan li jintlaħqu għanijiet konkreti ħafna: tipprovdi qafas regolatorju abilitanti, tnaqqas ir-rekwiżiti ta’ rapportar, tissimplifika t-taxxi, trawwem il-likwidità, ittejjeb l-aċċess għall-finanzi, tipprovdi lill-SMEs bil-ħiliet it-tajba u tappoġġahom matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

Kif imfakkar mill-Istrateġija tal-Kummissjoni għall-SMEs 101 , l-għajnuna u l-appoġġ effettivi lill-SMEs jiddependu minn sforz miftiehem u sħubija b’saħħitha fost l-atturi kollha – l-istituzzjonijiet tal-UE, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, il-SMEs, il-kumpaniji kbar, is-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili u l-investituri. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex japplikaw il-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

Sa fejn hija kkonċernata l-Kummissjoni, iridu jiġu attivati l-lievi kollha possibbli li jistgħu jagħmlu l-ħajja tal-SMEs aktar faċli u ċara. It-twassil ta’ għajnuna fuq terminu qasir, l-istabbiliment tal-pedamenti għall-kompetittività u r-reżiljenza fit-tul tagħhom, u t-trawwim ta’ ambjent tan-negozju ġust u favorevoli għall-SMEs huma fil-qalba tal-approċċ tal-Kummissjoni.

(1)

SME Performance Review 2023, https://single-market-economy.ec.europa.eu/smes/sme-strategy/sme-performance-review_en.  

(2)

Ewrobarometru Flash 486, SMEs, start-ups, scale-ups and entrepreneurship, Settembru 2020, https://europa.eu/eurobarometer/surveys/detail/2244.

(3)

Productivity in SMEs and large firms, OECD, 2021, https://www.oecd-ilibrary.org/sites/54337c24-en/index.html?itemId=/content/component/54337c24-en .

(4)

Ewrobarometru Flash 486, SMEs, start-ups, scale-ups and entrepreneurship, Settembru 2020, https://europa.eu/eurobarometer/surveys/detail/2244 .

(5)

Madwar 89 % tal-SMEs diġà qed jieħdu azzjoni biex ikunu aktar effiċjenti fir-riżorsi, l-Ewrobarometru Flash 498, SMEs, resource efficiency and green markets, Marzu 2022, https://europa.eu/eurobarometer/surveys/detail/2287.  

(6)

COM (2020) 103 final.

(7)

COM (2021) 250 final.

(8)

  https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/smart.html .

(9)

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-RRF, il-metodoloġija tal-ittaggjar tal-pilastru, “Appoġġ għall-SMEs” bħala qasam ta’ politika primarju jew sekondarju.

(10)

Dan jinkludi EUR 43 biljun taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2021–2027 u total ta’ EUR 22 biljun taħt l-Inizjattivi ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus tal-Politika ta’ Koeżjoni u REACT-EU.

(11)

Il-Qafas Temporanju għall-Għajnuna mill-Istat tal-COVID-19; il-miżuri tal-Qafas Temporanju tal-Kriżijiet tal-Kummissjoni għall-Għajnuna mill-Istat biex tiġi appoġġata l-ekonomija wara l-aggressjoni kontra l-Ukrajna mir-Russja; ir-regoli emendati dwar l-eżenzjoni ġenerali sħiħa (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1315; ir-reviżjoni proposta tar-Regolament dwar l- għajnuna de minimis, https://competition-policy.ec.europa.eu/public-consultations/2022-de-minimis_en .

(12)

Fi ħdan in-Network Enterprise Europe.

(13)

  https://single-market-economy.ec.europa.eu/industry/transition-pathways_mt .

(14)

COM (2023) 148 final. Il-proposta tippermetti lill-Istati Membri japplikaw kontrolli tal-prezzijiet għall-SMEs kif ukoll għall-konsumaturi matul kriżijiet tal-enerġija.

(15)

COM (2022) 68 final.

(16)

Il-faċilità ta’ investiment CASSINI qed tinjetta kważi EUR 700 miljun f’fondi ta’ kapital ta’ riskju li jinvestu fl-ispazju, filwaqt li timmobilizza mill-inqas EUR 1,5 biljun f’kapital ta’ riskju totali għal negozji ġodda u SMEs.

(17)

L-SMEs qed jibbenefikaw ukoll minn finanzjament ta’ EUR 1 biljun taħt il-Programm tas-Suq Uniku, immirat biex jappoġġa t-tisħiħ tal-kompetittività tal-SMEs u l-internazzjonalizzazzjoni tagħhom u biex jidderieġi l-appoġġ lill-SMEs permezz ta’ intermedjarji tal-SMEs, pereżempju permezz tan-Network Enterprise Europe u l-Euroclusters, iffaċilitati mill-Pjattaforma Ewropea għall-Kollaborazzjoni bejn ir-Raggruppamenti.

(18)

Il-ftehimiet kummerċjali l-ġodda kollha tal-UE jinkludu kapitoli dedikati għall-SMEs li jinkludu dispożizzjonijiet li jgħinu lill-SMEs ikabbru n-negozju tagħhom mas-swieq barranin u fihom. Mekkaniżmu tal-ilmenti dedikat ( https://trade.ec.europa.eu/access-to-markets/en/content/single-entry-point-0) jippermetti lill-SMEs jirrapportaw l-ostakli meta jaċċessaw swieq barranin.

(19)

  https://commission.europa.eu/strategy-and-policy/priorities-2019-2024/stronger-europe-world/global-gateway_mt .

(20)

COM (2020) 760. Il-Pjan ta’ Azzjoni jgħin lill-kumpaniji, speċjalment lill-SMEs, biex jagħmlu l-aħjar użu mill-invenzjonijiet u l-kreazzjonijiet tagħhom.

(21)

Ir-Regolament (UE) 2019/1150 (“ir-Regolament P2B”) jistabbilixxi regoli għall-ħolqien ta’ ambjent tan-negozju ġust, trasparenti u prevedibbli b’mod partikolari għal negozji u kummerċjanti iżgħar fuq pjattaformi online.

(22)

SME Performance Review 2023, https://single-market-economy.ec.europa.eu/smes/sme-strategy/sme-performance-review_en .

(23)

  https://single-market-economy.ec.europa.eu/industry/transition-pathways_en .

(24)

Ewrobarometru Flash 486, SMEs, start-ups, scale-ups and entrepreneurship, Settembru 2020, https://europa.eu/eurobarometer/surveys/detail/2244 .

(25)

Survey on the Access to Finance of Enterprises, SAFE, Diċembru 2022, https://single-market-economy.ec.europa.eu/access-finance/data-and-surveys-safe_en .

(26)

Ibid.

(27)

Ibid.

(28)

Ewrobarometru Flash 529 dwar is-Sena Ewropea tal-Ħiliet: In-nuqqas ta’ ħiliet, l-istrateġiji ta’ reklutaġġ u ta’ żamma f’intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (ippubblikat f’Settembru 2023).

(29)

 Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/285 .

(30)

COM (2021) 219 final u https://commission.europa.eu/law/law-making-process/planning-and-proposing-law/better-regulation/better-regulation-guidelines-and-toolbox_en .

(31)

Il-Pjattaforma Fit for Future hija grupp ta’ esperti ta’ livell għoli li jgħin lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tissimplifika l-liġijiet tal-UE u biex tnaqqas il-kostijiet mhux meħtieġa relatati, https://commission.europa.eu/law/law-making-process/evaluating-and-improving-existing-laws/refit-making-eu-law-simpler-less-costly-and-future-proof/fit-future-platform-f4f_mt .

(32)

Dan isegwi wkoll il-proposti tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa fl-2022 biex tingħata spinta lill-kompetittività tal-SMEs u jissaħħaħ it-test tal-SMEs (il-proposti 12, 17 u 35).

(33)

  https://ec.europa.eu/docsroom/documents/54837?locale=mt .

(34)

Grupp ta’ esperti ta’ livell għoli tal-Istati Membri li jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-aspetti kollha tal-politika tal-SMEs, https://single-market-economy.ec.europa.eu/smes/sme-strategy/sme-envoys-network_en .

(35)

Dawn jinkludu wkoll membri ta’ RegWatchEurope, li jinkludu korpi ta’ sorveljanza tan-Netherlands, tal-Finlandja, tal-Iżvezja, tal-Ġermanja, tad-Danimarka, tan-Norveġja, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju Unit.

(36)

Il-Prospettiva tal-Politika Regolatorja tal-OECD għall-2021 tikklassifika s-sistema ta’ regolamentazzjoni aħjar tal-Kummissjoni Ewropea bħala l-aktar avvanzata fil-konsultazzjonijiet u l-evalwazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati u fit-tielet post fil-valutazzjonijiet tal-impatt

(37)

Stħarriġ tal-Piż Annwali 2022 – L-isforzi tal-UE biex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni, Settembru 2023

(38)

2020/C 447/01.

(39)

SWD (2023) 277 final.

(40)

COM (2021) 206 final.

(41)

COM (2023) 442 final.

(42)

https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say-simplify_mt

(43)

Il-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” ġie definit fl-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52008DC0394 u ġie żviluppat aktar fir-Reviżjoni tal-“Att dwar in-Negozji ż-Żgħar”    https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex%3A52011DC0078 .

(44)

Korpi oħra rilevanti għall-SMEs bħall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija.

(45)

Prattiki tajbin jinkludu l-għodda diġitali għall-valutazzjoni tar-riskju żviluppata mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, l-Għodda ta’ Valutazzjoni tal-Maturità taċ-Ċibersigurtà tal-SMEs tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà jew il-portal iddedikat għall-imprendituri tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.

(46)

COM (2018)1724. Aċċessibbli permezz tal-portal web Your Europe: https://europa.eu/youreurope/index_mt.htm .

(47)

COM (2023) 501 final.

(48)

COM (2023) 177 final.

(49)

 Ara l-valutazzjoni tal-impatt relatata, SWD(2023) 178 final.

(50)

Il-BRIS tgħaqqad ir-reġistri nazzjonali kollha u tagħmel l-informazzjoni dwar 20 miljun kumpanija u fergħa disponibbli għall-pubbliku.

(51)

  https://ec.europa.eu/solvit/what-is-solvit/index_mt.htm ; f’Marzu 2023, il-Kummissjoni pproponiet punt ta’ riferiment għal SOLVIT biex isolvi minimu ta’ 90 % tal-każijiet fi żmien 12-il xahar f’kull Stat Membru.

(52)

Id-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 li tistabbilixxi l-Programm ta’ Politika tal-2030 dwar id-Deċennju Diġitali.

(53)

https://digital-strategy.ec.europa.eu/mt/activities/testing-and-experimentation-facilities.

(54)

COM(2023) 168 final

(55)

Jekk jitfasslu tajjeb, il-kostijiet tar-rekwiżiti ta’ rapportar fil-biċċa l-kbira jkunu paċuti mill-benefiċċji li jġibu pereżempju billi jimmonitorjaw it-tniġġis tal-arja jew jissorveljaw is-settur finanzjarju u jżommu l-istabbiltà finanzjarja. Tali rekwiżiti ma humiex inklużi biss fil-leġiżlazzjoni primarja, iżda wkoll f’atti ta’ implimentazzjoni jew delegati jew saħansitra f’arranġamenti operazzjonali.

(56)

  Rieżami tal-qafas tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji u l-assigurazzjoni tad-depożiti ; L-implimentazzjoni ta’ standards tekniċi dwar ir-rapportar u d-divulgazzjonijiet mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ; Proposta għal Regolament tal-PE u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-istatistika Ewropea ; Rieżami tal-Governanza Ekonomika - simplifikazzjoni tar-rapportar ; Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-deterġenti u s-surfactants ; Il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni ;  Qafas legali farmaċewtiku ġenerali; diversi inizjattivi jew fi stadju ta’ tħejjija jew proposti fil-qasam tat-trasport, bħad- Direttiva dwar it-trasport ikkombinat , qafas legali armonizzat għall-kapaċità ferrovjarja u l-ġestjoni tat-traffiku u l-abolizzjoni tal-kurituri tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija bħala parti mill-pakkett dwar l-ekoloġizzazzjoni tal-merkanzija , ir-reviżjonijiet tal-Piżijiet u d-Dimensjonijiet (ara l-pakkett dwar l-ekoloġizzazzjoni tal-merkanzija) kif ukoll tad- Direttivi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port , eċċ.

(57)

L-ewwel sett ta’ Standards Ewropej tar-Rapportar dwar is-Sostenibbiltà (COM (2023) 5303 final) naqqas b’mod sinifikanti l-piż tar-rapportar meta mqabbel mal-parir tekniku riċevut mill-EFRAG. Il-Kummissjoni estendiet il-prinċipju tar-rapportar ta’ informazzjoni materjali biss, introduċiet għadd ta’ fażijiet, u għamlet ċerti rekwiżiti ta’ divulgazzjoni volontarji.

(58)

L-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(59)

Għal aktar dettalji ara r-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt dwar il-ħlasijiet tard, ippubblikat b’mod parallel ma’ din il-komunikazzjoni.

(60)

B’dawn l-għanijiet f’moħħha, il-Kummissjoni dan l-aħħar nediet diversi proċeduri ta’ ksur fil-qasam tal-ħlasijiet tard, https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/inf_23_1808 .

(61)

Dan jinkludi l-finanzjament disponibbli għall-SMEs permezz tal-istrumenti li ġejjin (stimi tas-servizzi tal-Kummissjoni): InvestEU (EUR 6,9 biljun mit-tieqa ddedikata għall-SMEs u EUR 0,82 biljun addizzjonali permezz tat-tieqa ta’ politika għall-Investiment Soċjali u l-Ħiliet, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) (EUR 45,2 biljun), l-EIC (EUR 10 biljun), Cassini (EUR 0,7 biljun), il-Pilastru tal-Programm tas-Suq Uniku tal-SMEs (EUR 1 biljun), il-Fond għall-SMEs tal-proprjetà intellettwali (EUR 0,08 biljun), il-Programm Ewropa Diġitali (EUR 0,7 biljun), il-Fond Ewropew għad-Difiża (aktar minn EUR 0,2 biljun), il-programm Spazjali Ewropew (EUR 1 biljun), Konnettività Sigura - IRIS2 (EUR 0,72 biljun), Orizzont Ewropa (EUR 15-il biljun), il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (EUR 4,8 biljun), Ewropa Kreattiva (EUR 2,3 biljun), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (EUR 38,71 biljun), l-Inizjattivi ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus tal-Politika ta’ Koeżjoni u REACT-EU (EUR 22 biljun), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EUR 30 biljun), il-Fond ta’ Koeżjoni (EUR 0.05 biljun), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (EUR 2,52 biljun), il-programm LIFE (EUR 0,13 biljun), il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (EUR 0,2 biljun), il-Fond għall-Innovazzjoni (EUR 0,17 biljun), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (EUR 0,82 biljun), l-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Innovazzjoni fil-qasam tal-aċċess għall-finanzjament (EUR 45 biljun) għal negozji ġodda tat-teknoloġija profonda, għal SMEs u għal kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja.

(62)

Mid-diversi strumenti finanzjarji disponibbli għall-SMEs matul il-qafas finanzjarju pluriennali preċedenti (il-perjodu 2014-2020), il-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self tal-programm COSME waħedha skattat EUR 68 biljun f’finanzjament lil kważi 900 000 SME, u b’hekk għenet biex jinħolqu jew jinżammu aktar minn 4 miljun impjieg.

(63)

  https://single-market-economy.ec.europa.eu/access-finance/investeu/investeu-fund-sme-window_en .

(64)

COM (2023) 335 final.

(65)

Permezz ta’ emenda tal-gwida teknika dwar l-applikazzjoni ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont ir-Regolament (UE) 2021/241. Dan jiffaċilita wkoll l-allokazzjoni tar-riżorsi għal InvestEU mill-RRF.

(66)

 Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji tal-UE li jkunu konsistenti mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 209(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

(67)

  https://www.fi-compass.eu.

(68)

  https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_22_7348 .

(69)

COM (2022) 760 final.

(70)

COM (2017) 572 final. Fl-2020 u l-2021, il-Kummissjoni ppubblikat żewġ studji dwar il-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-akkwist pubbliku: https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/eec8227c-ecc4-11ea-b3c6-01aa75ed71a1 u https://ec.europa.eu/docsroom/documents/46111/attachments/1/translations/en/renditions/native . Fl-2023 ġew ippubblikati żewġ fuljetti biex titrawwem il-parteċipazzjoni ta’ negozji ġodda fl-akkwist pubbliku: https://ec.europa.eu/docsroom/documents/54254 , https://ec.europa.eu/docsroom/documents/54276 .

(71)

 Ir-Rapport ta’ Attività 2023 tal-Pjattaforma tal-OECD dwar il-Finanzjament tal-SMEs għas-Sostenibbiltà (paġna 6), https://www.oecd.org/cfe/smes/SME%20activity-report-2023.pdf .

(72)

L-aktar reċenti permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Qafas ta’ finanzi sostenibbli li jaħdem fil-prattika” ta’ Ġunju 2023, COM (2023) 317 final, li b’mod partikolari titlob l-inklużività, l-użu u l-proporzjonalità ta’ tali qafas li jippermetti lill-SMEs jiġbru finanzi għat-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà tagħhom.

(73)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1425 dwar l-iffaċilitar tal-finanzi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli.

(74)

Is-sejħa tal-Kummissjoni għal parir dwar self u ipoteki ekoloġiċi, maħruġa lill-EBA f’Novembru 2022.

(75)

COM(2020) 274 final.

(76)

Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, approvat mill-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern fl-2020, https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1607&langId=en .

(77)

COM (2023) 205 final u COM (2023) 206 final.

(78)

https://education.ec.europa.eu/mt/focus-topics/digital-education/action-plan/action-9 .

(79)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2020/C 417/01.

(80)

  https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1501&langId=mt .

(81)

Il-Patt jinkoraġġixxi wkoll sħubijiet fil-livell reġjonali biex jappoġġaw it-titjib tal-ħiliet u t-tiġdid tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol, inklużi dawk fl-SMEs. Skont ir-riżultati tal-istħarriġ, mit-tnedija tiegħu fl-2020, l-isforzi konġunti tal-membri tal-Patt laħqu stima ta’ kważi żewġ miljun individwu. Barra minn hekk, il-membri għamlu investiment aggregat ta’ kważi EUR 160 miljun f’attivitajiet ta’ titjib tal-ħiliet u ta’ tiġdid tal-ħiliet. https://pact-for-skills.ec.europa.eu/index_en . 

(82)

https://www.erasmus-entrepreneurs.eu/.

(83)

https://eismea.ec.europa.eu/programmes/european-innovation-ecosystems/women-techeu_en.

(84)

COM (2011) 78 final.

(85)

COM (2016) 733 final.

(86)

  https://startupnationsstandard.eu/files/SNS-declaration.pdf .

(87)

F’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/1151 u mal-proposta COM (2023) 177 final.

(88)

COM (2021) 778 final.

(89)

L-aħħar evalwazzjoni COM SWD (2021) 280 final.

(90)

SWD (2021) 280 final.

(91)

Study to map, measure and portray the EU mid-cap landscape, 2022, https://op.europa.eu/mt/publication- detail/-/publication/ad5fdad5-6a33-11ed-b14f-01aa75ed71a1/language-en/format-PDF/source-277396461 .

(92)

COM (2023) 1711.

(93)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1315.

(94)

COM 94/1069/KE. B’mod partikolari, il-Kummissjoni pproponiet inċentivi fiskali mmirati, bħal tnaqqis kondizzjonali tat-taxxi fuq il-wirt u fuq ir-rigali fis-suċċessjoni tal-familja, differimenti tat-taxxa kondizzjonali jew ħelsien mit-taxxa għall-investiment mill-ġdid, jew inċentivi speċifiċi tat-taxxa biex jiġi mħeġġeġ it-trasferiment tal-kumpanija lill-impjegati – bl-għan li jiġi żgurat li t-taxxi tat-trasferiment ma jipperikolawx is-sopravivenza tan-negozju.

(95)

  https://single-market-economy.ec.europa.eu/smes/supporting-entrepreneurship/transfer-businesses_en .

(96)

  https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/fdfae129-69bb-11eb-aeb5-01aa75ed71a1/language-en/format-PDF/source-190448642 .

(97)

 COM (2023) 316 final.

(98)

  https://www.earlywarningeurope.eu/mentor-academy .

(99)

COM(2012)795 final.

(100)

COM (2022) 702 final.

(101)

COM (2020) 103 final.