Brussell, 7.12.2022

COM(2022) 697 final

2022/0403(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’ [xxxx]
li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2017/1131 fir-rigward ta’ miżuri sabiex jittaffew l-iskoperturi eċċessivi għal kontropartijiet ċentrali ta’ pajjiżi terzi u tittejjeb l-effiċjenza tas-swieq tal-ikklerjar tal-Unjoni.

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2022) 697 final} - {SWD(2022) 697 final} - {SWD(2022) 698 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 1 (ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Suq Ewropew jew “EMIR”) jirregola t-tranżazzjonijiet ta’ derivattivi, inklużi miżuri maħsuba sabiex jillimitaw ir-riskji tagħhom permezz tal-ikklerjar f’kontropartijiet ċentrali (CCPs) 2 . Is-CCPs jassumu r-riskji li jiffaċċjaw il-partijiet għal negozju, u jsiru x-xerrej għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħ għal kull xerrej. Billi jagħmlu dan, huma jżidu t-trasparenza u l-effiċjenza tas-suq u jnaqqsu r-riskji fis-swieq finanzjarji, speċjalment għad-derivattivi.

L-EMIR ġie adottat wara l-kriżi finanzjarja tal-2008/2009 sabiex jippromwovi l-istabbiltà finanzjarja u sabiex is-swieq isiru aktar trasparenti, aktar standardizzati u, b’hekk, aktar sikuri. L-EMIR jesiġi li t-tranżazzjonijiet ta’ derivattivi jiġu rrapportati sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tas-suq għar-regolaturi u s-superviżuri u li r-riskji tagħhom jittaffew b’mod xieraq permezz tal-ikklerjar ċentrali f’CCP jew permezz ta’ skambju tal-kollateral, magħruf bħala “marġni”, fi tranżazzjonijiet bilaterali. Is-CCPs, u r-riskji li jimmaniġġjaw, kibru b’mod konsiderevoli mill-adozzjoni tal-EMIR.

Fl-2017, il-Kummissjoni ppubblikat żewġ proposti leġiżlattivi li jemendaw l-EMIR, li t-tnejn li huma ġew adottati mill-koleġiżlaturi fl-2019. REFIT tal-EMIR 3 ikkalibra mill-ġdid xi wħud mir-rekwiżiti taħt l-EMIR sabiex jiżgura l-proporzjonalità tagħhom, filwaqt li jiżgura l-istabbiltà finanzjarja. Filwaqt li jirrikonoxxu l-kwistjonijiet emerġenti relatati mal-konċentrazzjoni dejjem tikber tar-riskji fis-CCPs, b’mod partikolari s-CCPs ta’ pajjiżi terzi, l-EMIR 2.2 4 irreveda l-qafas superviżorju u stabbilixxa proċess għall-valutazzjoni tan-natura sistemika tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) b’kooperazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) u l-banek ċentrali tal-ħruġ. L-EMIR huwa kkomplementat mir-Regolament dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tas-CCP 5 , adottat fl-2020, 6 sabiex iħejji għall-eventwalità improbabbli – għalkemm b’impatt kbir ħafna – li CCP tal-UE tiffaċċja diffikultà finanzjarja serja 7 .

Filwaqt li l-EMIR stabbilixxa qafas robust għall-ikklerjar ċentrali, ċerti oqsma tal-qafas superviżorju attwali wrew li huma kumplessi żżejjed. Dan jillimita l-kapaċità tas-CCPs tal-UE li jattiraw in-negozju kemm fl-UE kif ukoll internazzjonalment. Il-proċeduri ta’ approvazzjoni superviżorja għat-tnedija ta’ servizzi u attivitajiet ġodda tal-ikklerjar mis-CCPs tal-UE, kif ukoll il-bidliet fil-mudelli tar-riskju tagħhom, f’ħafna każijiet ikunu twal u onerużi bla bżonn. Ir-regoli attwali qegħdin hemm sabiex jiżguraw is-sikurezza u s-solidità tas-CCPs tal-UE, iżda dan jista’ jsir b’ħafna modi u l-proċessi eżistenti ġew ikkontestati bħala li mexjin bil-mod wisq u, xi drabi, kienu sproporzjonati fid-dawl tal-bidla prevista. Ma għandhomx jgħaddu s-snin sabiex jiġi approvat prodott ġdid, u l-bidliet fil-mudelli tar-riskju jeħtieġ li jkunu rapidi sabiex jirriflettu ċ-ċirkostanzi ekonomiċi u tas-suq li qegħdin jinbidlu. Id-dewmien fl-approvazzjonijiet iżid il-kostijiet u jnaqqas l-attraenza tas-CCPs tal-UE, u konsegwentement tal-UE bħala post fejn isir in-negozju. Il-proposta għandha l-għan li ttaffi dawn l-ostakli sabiex trawwem CCPs moderni u kompetittivi fl-UE li jistgħu jattiraw in-negozju.

L-EMIR jipprovdi qafas prudenzjali komprensiv u robust għas-CCPs u r-Regolament dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tas-CCPs li għadu kif ġie adottat ikompli jsaħħaħ is-solidità tas-CCPs tal-UE. Din il-proposta għandha l-għan li l-UE tkompli tibbaża l-evoluzzjoni tal-ekosistema tal-ikklerjar ċentrali tagħha fuq is-saħħa tar-regoli u s-superviżjoni tagħha. CCPs robusti u sikuri jsaħħu l-fiduċja tas-sistema finanzjarja u jappoġġaw b’mod kruċjali l-likwidità tas-swieq ewlenin. Ekosistema tal-ikklerjar sikura, robusta u reżiljenti hija prekundizzjoni sabiex tikber aktar. L-ekosistema tal-ikklerjar ċentrali tal-UE għandha tippermetti lid-ditti tal-UE jiħħeġġjaw ir-riskji tagħhom b’mod effiċjenti u sikur, filwaqt li fl-istess ħin tissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja usa’. B’dan il-mod, l-ikklerjar ċentrali se jappoġġa l-ekonomija tal-UE. Din il-proposta għandha l-għan li tpoġġi lid-ditti f’pożizzjoni aħjar billi jkunu jistgħu jipprevedu l-ħtiġijiet ta’ likwidità assoċjati mal-ikklerjar ċentrali. Ekosistema tal-ikklerjar tal-UE kompetittiva u effiċjenti se żżid l-attivitajiet tal-ikklerjar ċentrali, iżda l-ikklerjar ċentrali jinvolvi wkoll riskji billi jiġu ċċentralizzati t-tranżazzjonijiet fi ftit CCPs li huma finanzjarjament sistemikament importanti. B’hekk, dawk ir-riskji jridu jiġu ġestiti b’mod xieraq mis-CCPs u s-CCPs iridu jkomplu jkun taħt superviżjoi bir-reqqa kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak usa’ tal-UE. Għalhekk, din il-proposta għandha l-għan li tiżgura superviżjoni robusta u magħquda, li tibni fuq is-sistema superviżorja li l-UE għandha fis-seħħ bħalissa.

Barra minn hekk, mill-2017, ġie espress ripetutament tħassib dwar ir-riskji kontinwi għall-istabbiltà finanzjarja tal-UE li jinħolqu mill-konċentrazzjoni eċċessiva tal-ikklerjar f’xi CCPs ta’ pajjiżi terzi, notevolment f’xenarju ta’ stress. Jistgħu jseħħu avvenimenti ta’ riskju għoli iżda bi probabbiltà baxxa, u l-UE trid tkun lesta għalihom 8 . Filwaqt li s-CCPs tal-UE ġeneralment urew li huma reżiljenti, l-esperjenza wriet li l-ekosistema tal-ikklerjar tal-UE tista’ ssir aktar b’saħħitha, għall-benefiċċju tal-istabbiltà finanzjarja. Madankollu, awtonomija strateġika miftuħa tfisser ukoll li l-UE jeħtieġ li tissalvagwardja lilha nnifisha kontra r-riskji tal-istabbiltà finanzjarja li jistgħu jinħolqu meta l-parteċipanti fis-suq tal-UE jkunu jiddependu b’mod eċċessiv fuq entitajiet ta’ pajjiżi terzi, minħabba li dan jista’ jkun sors ta’ vulnerabbiltà. Għalhekk, din il-proposta għandha l-għan li tagħmel il-qafas ta’ ekwivalenza fl-EMIR aktar proporzjonat u li tfassal aħjar il-kooperazzjoni mas-superviżuri barranin, filwaqt li tqis ir-riskji maħluqa mis-CCPs ibbażati f’pajjiżi terzi – u mingħajr ma tikkomprometti l-ħtieġa li pajjiżi terzi jkollhom regoli sodi fis-seħħ. Huwa propost ukoll li l-proċedura ta’ ekwivalenza ssir aktar sempliċi meta r-riskji involuti fl-ikklerjar ċentrali f’pajjiż terz ikunu partikolarment baxxi. Barra minn hekk, din il-proposta tfittex li tibni l-kapaċità tal-ikklerjar ċentrali tal-UE u b’hekk iżżid il-likwidità fis-CCPs tal-UE bil-għan li jitnaqqsu r-riskji maħluqa għall-istabbiltà finanzjarja tal-UE minn skoperturi eċċessivi għal CCPs ta’ pajjiżi terzi. Għalhekk, din il-proposta teżiġi li l-parteċipanti kollha fis-suq soġġetti għal obbligu tal-ikklerjar iżommu kontijiet attivi fis-CCPs tal-UE għall-ikklerjar ta’ prodotti li ġew identifikati mill-ESMA bħala ta’ importanza sistemika sostanzjali għall-istabbiltà finanzjarja tal-UE.

Din il-proposta hija kkomplementata minn proposta għal Direttiva li tintroduċi numru limitat ta’ bidliet fid-Direttiva 2013/36/UE 9 (id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital jew “CRD”), id-Direttiva (UE) 2019/2034 10 (id-Direttiva dwar id-Ditti tal-Investiment jew “IFD”) u d-Direttiva 2009/65/UE 11 (id-Direttiva dwar l-Impriżi ta’ Investiment Kollettiv f’Titoli Trasferibbli jew “id-Direttiva UCITS”) fir-rigward tat-trattament tar-riskju ta’ konċentrazzjoni lejn is-CCPs u r-riskju tal-kontroparti fuq tranżazzjonijiet ta’ derivattivi kklerjati ċentralment. Dawn l-emendi huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-rieżami tal-EMIR, kif ukoll sabiex tiġi żgurata l-koerenza. Għalhekk, iż-żewġ proposti għandhom jinqraw flimkien.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta hija relatata u konsistenti ma’ politiki oħrajn tal-UE u mal-inizjattivi li għaddejjin li għandhom l-għan li (i) jippromwovu l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU)  12 , (ii) isaħħu l-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE u (iii) itejbu l-effiċjenza u l-effettività tas-superviżjoni fil-livell tal-UE.

L-ewwel, il-kapaċità tal-ikklerjar hija dimensjoni importanti għas-CMU. Is-CMU hija dwar il-bini ta’ swieq kapitali tal-UE profondi u likwidi li jistgħu jaqdu l-ħtiġijiet taċ-ċittadini, tan-negozji u tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE. Il-kriżi tal-COVID-19 għamlitha aktar urġenti li titwettaq is-CMU, minħabba li l-finanzjament ibbażat fuq is-suq huwa komponent essenzjali għall-irkupru tal-ekonomija Ewropea u għar-ritorn għal tkabbir fit-tul. L-arranġamenti sikuri, robusti u kompetittivi ta’ wara n-negozjar fl-UE, b’mod partikolari l-ikklerjar ċentrali, huma essenzjali għal CMU li tiffunzjona sewwa. Il-bidliet leġiżlattivi proposti, inkluż sabiex jissaħħaħ aktar il-qafas superviżorju, jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ xenarju ta’ wara n-negozjar aktar effiċjenti u aktar sikur fl-UE.

It-tieni, is-CCPs tal-UE kompetittivi, żviluppati sew u reżiljenti huma prekundizzjoni għall-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtonomija strateġika miftuħa 13 tistabbilixxi kif l-UE tista’ ssaħħaħ l-awtonomija strateġika miftuħa tagħha fl-oqsma makroekonomiċi u finanzjarji billi, b’mod partikolari iżda mhux biss, tiżviluppa aktar l-infrastrutturi tas-suq finanzjarju tal-UE u żżid ir-reżiljenza tagħhom. Il-bini ta’ sistema tal-ikklerjar ċentrali b’saħħitha tal-UE b’kapaċità robusta jnaqqas ir-riskji li jinħolqu minn dipendenza eċċessiva fuq CCPs ta’ pajjiżi terzi u s-superviżuri tagħhom.

It-tielet, l-iżviluppi reċenti fis-swieq tal-enerġija, b’diversi kumpaniji tal-enerġija li qegħdin jiffaċċjaw kwistjonijiet ta’ likwidità meta jużaw is-swieq tad-derivattivi, urew ukoll li l-EMIR jeħtieġ li jittejjeb sabiex ir-riskji għall-istabbiltà finanzjarja tal-UE jkomplu jittaffew fid-dawl tal-isfidi l-ġodda. Dan ifisser il-bini ta’ ekosistema tal-ikklerjar ċentrali tal-UE sikura, robusta u kompetittiva, li kapaċi tiflaħ għax-xokkijiet ekonomiċi.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din l-inizjattiva għandha titqies fil-kuntest tal-aġenda usa’ tal-Kummissjoni sabiex is-swieq tal-UE jsiru aktar sikuri, aktar robusti, aktar effiċjenti u kompetittivi. Hija għandha l-għan li tiżgura li l-arranġamenti ta’ wara n-negozjar, b’mod partikolari l-ikklerjar ċentrali, li huma element essenzjali tas-swieq kapitali, ikunu ugwalment sikuri, robusti, effiċjenti u kompetittivi. Suq integrat u li jiffunzjona bis-sħiħ għall-kapital se jippermetti lill-ekonomija tal-UE tikber b’mod sostenibbli u tkun aktar kompetittiva, f’konformità mal-prijorità strateġika tal-Kummissjoni għal Ekonomija għas-Servizz tan-Nies, iffokata fuq il-ħolqien ta' kundizzjonijiet tajbin għall-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment.

L-inizjattiva inkwistjoni ma għandha l-ebda impatt dirett u/jew identifikabbli li jwassal għal ħsara sinifikanti jew li jaffettwa l-konsistenza mal-objettivi tan-newtralità klimatika u mal-obbligi tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima 14 .

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-EMIR jistabbilixxi l-qafas regolatorju u superviżorju għas-CCPs stabbiliti fl-UE u għas-CCPs ta’ pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi ta’ kklerjar ċentrali lill-membri tal-ikklerjar jew liċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-UE. Il-bażi ġuridika għall-EMIR hija l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) minħabba li jistabbilixxi regoli komuni għad-derivattivi OTC, għas-CCPs u għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet sabiex jiġu evitati miżuri jew prattiki nazzjonali diverġenti u ostakli għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, filwaqt li tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja. Meta jitqies li din l-inizjattiva tipproponi aktar azzjonijiet ta’ politika sabiex tiżgura li jintlaħqu dawn l-objettivi, il-proposta leġiżlattiva relatata tiġi adottata taħt l-istess bażi ġuridika.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-problemi identifikati fil-valutazzjoni tal-impatt ma jistgħux jiġu indirizzati mill-Istati Membri waħedhom u jeħtieġu azzjoni mill-UE. Din il-proposta temenda l-EMIR, b’mod partikolari sabiex ittejjeb l-attraenza tas-CCPs tal-UE billi tiffaċilita l-kapaċità tagħhom li jġibu prodotti ġodda fis-suq u billi tnaqqas il-kostijiet tal-konformità u ssaħħaħ is-superviżjoni fil-livell tal-UE tas-CCPs tal-UE. Għalhekk, l-azzjoni tal-UE twassal għat-tnaqqis tad-dipendenza eċċessiva tal-UE fuq CCPs ta’ pajjiżi terzi u b’hekk jitnaqqsu r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja tal-UE. Suq sikur, robust, effiċjenti u kompetittiv għas-servizzi tal-ikklerjar ċentrali jikkontribwixxi għal swieq aktar profondi u aktar likwidi fl-UE u huwa essenzjali għal CMU li tiffunzjona sewwa.

L-Istati Membri u s-superviżuri nazzjonali waħedhom ma jistgħux isolvu r-riskji sistemiċi ta’ CCPs integrati u interkonnessi ħafna li joperaw fuq bażi transfruntiera lil hinn mill-ambitu tal-ġuriżdizzjonijiet nazzjonali. Lanqas ma jistgħu jtaffu r-riskji li jirriżultaw minn prattiki superviżorji nazzjonali diverġenti. L-Istati Membri waħedhom lanqas ma jistgħu jtejbu l-attraenza tas-CCPs tal-UE u jindirizzaw l-ineffiċjenzi tal-qafas għall-kooperazzjoni tas-superviżuri nazzjonali u tal-awtoritajiet tal-UE. Bħala tali, l-għan tal-EMIR li jżid is-sikurezza, ir-robustezza, l-effiċjenza u l-kompetittività tas-CCPs tal-UE fis-suq uniku u li jiżgura l-istabbiltà finanzjarja ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, kif irrikonoxxew il-koleġiżlaturi fl-2012 meta adottaw l-EMIR (u fl-2019 meta adottaw ir-REFIT tal-EMIR u l-EMIR 2.2). Għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjonijiet, dawn l-objettivi jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-UE f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Proporzjonalità

Il-proposta għandha l-għan li tiżgura li l-objettivi tal-EMIR jintlaħqu b’mod proporzjonat, effettiv u effiċjenti. Minħabba n-natura ta’ din il-proposta, hemm kompromess importanti bejn l-effettività tal-miżuri sabiex jiżdied l-ikklerjar fis-CCPs tal-UE u l-impatt tal-kostijiet fuq il-parteċipanti tal-ikklerjar. Dan il-kompromess għandu jitqies fil-kalibrazzjoni u fit-tfassil tal-miżuri nfushom, sabiex b’hekk il-kostijiet isiru proporzjonati. Il-proposta tirrieżamina wkoll l-arranġamenti superviżorji għas-CCPs tal-UE sabiex jindirizzaw l-isfidi li jiffaċċjaw minħabba proċessi ta’ awtorizzazzjoni ineffiċjenti. Barra minn hekk, il-bidliet fl-arkitettura superviżorja għandhom l-għan li jirriflettu l-ħtieġa għal kooperazzjoni akbar bejn l-awtoritajiet fl-UE minħabba l-importanza dejjem akbar tas-CCPs tal-UE, filwaqt li jippreservaw ir-responsabbiltajiet fiskali tal-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ stabbiliment. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta’ rekwiżit ta’ kont attiv, l-istabbiliment ta’ monitoraġġ fil-livell tal-UE fir-rigward tat-trasferiment tal-iskoperturi eċċessivi tad-ditti tal-UE minn CCPs ta’ pajjiżi terzi sistemikament importanti (“CCPs tal-Grad 2”) lis-CCPs tal-UE u l-proċedura ta’ approvazzjoni ex post/nuqqas ta’ oġġezzjoni għal ċerti bidliet fil-mudelli tar-riskju tas-CCPs, kif ukoll għall-estensjoni tas-servizzi li joffru, iqisu t-tħassib imqajjem mill-partijiet ikkonċernati, inkluża l-ESMA, filwaqt li jissalvagwardjaw l-objettivi tal-EMIR. Il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, meta titqies il-ħtieġa li jiġi mmonitorjat u mtaffi kwalunkwe riskju li l-operazzjonijiet tas-CCPs, inklużi CCPs ta’ pajjiżi terzi, jistgħu jqajmu għall-istabbiltà finanzjarja. Il-proporzjonalità tal-għażliet ta’ politika ppreferuti hija vvalutata aktar fil-Kapitoli 7 u 8 tal-Valutazzjoni tal-Impatt ta’ akkumpanjament.

Għażla tal-istrument

L-EMIR huwa Regolament u, b’hekk, jeħtieġ li jiġi emendat bi strument legali tal-istess natura.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Is-servizzi tal-Kummissjoni kkonsultaw b’mod estensiv, billi involvew firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, inklużi korpi tal-UE (il-BĊE, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE)), l-Istati Membri, il-membri tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew, is-settur tas-servizzi finanzjarji (banek, fondi tal-pensjonijiet, fondi ta’ investiment, kumpaniji tal-assigurazzjoni, eċċ.), kif ukoll korporazzjonijiet mhux finanzjarji sabiex jiġi evalwat jekk l-EMIR jiżgurax biżżejjed l-istabbiltà finanzjarja tal-UE. Dan il-proċess wera li hemm riskji kontinwi għall-istabbiltà finanzjarja tal-UE minħabba l-konċentrazzjoni eċċessiva tal-ikklerjar fi ftit CCPs ta’ pajjiżi terzi. Dawn ir-riskji huma partikolarment rilevanti f’xenarju ta’ stress.

Madankollu, meta wieħed iqis id-dħul fis-seħħ relattivament reċenti tal-EMIR 2.2 u l-fatt li xi rekwiżiti għadhom ma japplikawx, 15 is-servizzi tal-Kummissjoni ma kkunsidrawx li huwa xieraq li titħejja evalwazzjoni back-to-back sħiħa tal-qafas kollu. Minflok, ġew identifikati oqsma ewlenin bil-quddiem abbażi tal-kontribut tal-partijiet ikkonċernati u tal-analiżi interna (it-Taqsima 3 tal-Valutazzjoni tal-Impatt ta’ akkumpanjament dwar id-definizzjoni tal-problema tispjega fid-dettall l-ineffiċjenzi u l-ineffettività tar-regoli attwali).

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Kummissjoni kkonsultat mal-partijiet ikkonċernati matul il-proċess kollu ta’ tħejjija ta’ din il-proposta. B’mod partikolari permezz ta’:

·konsultazzjoni mmirata tal-Kummissjoni bejn it-8 ta’ Frar u t-22 ta’ Marzu 2022 16 . Ġie deċiż li l-konsultazzjoni jenħtieġ li tkun immirata u l-mistoqsijiet kienu ffokati fuq qasam speċifiku ħafna u pjuttost tekniku. 71 parti kkonċernata wieġbu għall-konsultazzjoni mmirata permezz tal-formola online, filwaqt li ġew sottomessi wkoll xi tweġibiet kunfidenzjali permezz tal-posta elettronika.

·sejħa tal-Kummissjoni għall-Evidenza bejn it-8 ta’ Frar u t-8 ta’ Marzu 2022 17 .

·konsultazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati permezz tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-opportunitajiet u l-isfidi tat-trasferiment tad-derivattivi mir-Renju Unit (UK) lejn l-UE, fl-ewwel nofs tal-2021, inklużi diversi laqgħat ta’ kuntatt mal-partijiet ikkonċernati fi Frar, Marzu u Ġunju 2021.

·laqgħa mal-Membri tal-Parlament Ewropew fl-4 ta’ Mejju, kif ukoll laqgħat bilaterali sussegwentement.

·laqgħa mal-esperti tal-Istati Membri fit-30 ta’ Marzu 2022, fis-16 ta’ Ġunju 2022 u fit-8 ta’ Novembru 2022.

·laqgħat tal-Kumitat tas-Servizzi Finanzjarji fit-2 ta’ Frar u fis-16 ta’ Marzu 2022.

·laqgħat tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju fit-18 ta’ Frar u fid-29 ta’ Marzu 2022.

·laqgħat bilaterali mal-partijiet ikkonċernati, kif ukoll informazzjoni kunfidenzjali riċevuta minn firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati.

Il-messaġġi ewlenin ta’ dan il-proċess konsultattiv kienu:

·Il-ħidma li bdiet fl-2021 uriet li t-titjib tal-attraenza tal-ikklerjar, l-inkoraġġiment tal-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-UE u t-tisħiħ tal-arranġamenti superviżorji fl-UE se jieħdu ż-żmien.

·Ġew identifikati varjetà ta’ miżuri li jistgħu jgħinu sabiex tittejjeb l-attraenza tas-CCPs tal-UE u tal-attivitajiet tal-ikklerjar, kif ukoll sabiex jiġi żgurat li r-riskji tagħhom jiġu ġestiti u jkunu taħt superviżjoni kif xieraq.

·Dawn il-miżuri identifikati ma humiex biss fil-mandat tal-Kummissjoni u tal-koleġiżlaturi, iżda potenzjalment jistgħu jirrikjedu wkoll azzjonijiet mill-BĊE, mill-banek ċentrali nazzjonali, mill-ASE, mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, mis-CCPs u mill-banek.

·Il-konsultazzjoni wriet li l-parteċipanti fis-suq ġeneralment jippreferu approċċ xprunat mis-suq għall-miżuri regolatorji, sabiex il-kostijiet jitnaqqsu kemm jista’ jkun u l-parteċipanti fis-suq tal-UE jibqgħu kompetittivi internazzjonalment. Madankollu, il-miżuri regolatorji ġew appoġġati sa ċertu punt, speċjalment meta ppermettew proċess ta’ approvazzjoni aktar mgħaġġel għal prodotti u servizzi ġodda tas-CCPs 18 .

·Il-miżuri meqjusa utli sabiex tissaħħaħ l-attraenza tas-CCPs tal-UE kienu: iż-żamma ta’ kont attiv ma’ CCP tal-UE, il-miżuri maħsuba sabiex jiffaċilitaw l-espansjoni tas-servizzi mis-CCPs tal-UE, it-twessigħ tal-ambitu tal-parteċipanti tal-ikklerjar, l-emendar tar-regoli kontabilistiċi tal-iħħeġġjar u t-tisħiħ tal-kundizzjonijiet tal-finanzjament u l-ġestjoni tal-likwidità għas-CCPs tal-UE.

Il-proposta tqis dan il-feedback mill-partijiet ikkonċernati, kif ukoll il-feedback riċevut permezz ta’ laqgħat ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati u mal-awtoritajiet u mal-istituzzjonijiet tal-UE. Hija tintroduċi emendi mmirati għall-EMIR bl-għan li:

·Itejbu l-attraenza tas-CCPs tal-UE billi jissimplifikaw il-proċeduri għat-tnedija ta’ prodotti u t-tibdil fil-mudelli u fil-parametri u jintroduċu nuqqas ta’ oġġezzjoni/approvazzjoni/rieżami ex post għal ċerti bidliet. Dan jippermetti lis-CCPs tal-UE jintroduċu prodotti ġodda u bidliet fil-mudelli aktar malajr, filwaqt li jiżguraw li jiġu rrispettati l-kunsiderazzjonijiet ta’ riskju adegwati u mingħajr ma tiġi pperikolata l-istabbiltà finanzjarja u, għalhekk, jagħmlu lis-CCPs tal-UE aktar kompetittivi.

·Jinkoraġġixxu l-ikklerjar ċentrali fl-UE sabiex tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja billi l-membri tal-ikklerjar u l-klijenti jintalbu jżommu, direttament jew indirettament, kont attiv fis-CCPs tal-UE, u l-iffaċilitar tal-ikklerjar mill-klijenti se jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskoperturi għal, u d-dipendenza eċċessiva fuq, CCPs ta’ pajjiżi terzi tal-Grad 2, li huwa riskju għall-istabbiltà finanzjarja tal-UE.

·Itejbu l-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju tranfruntier billi jiżguraw li l-awtoritajiet fl-UE jkollhom setgħat u informazzjoni adegwati sabiex jimmonitorjaw ir-riskji b’rabta mas-CCPs kemm tal-UE kif ukoll ta’ pajjiżi terzi, inkluż billi jsaħħu l-kooperazzjoni superviżorja tagħhom fl-UE.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Fit-tħejjija ta’ din il-proposta, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-għarfien espert estern u d-data li ġejjin:

·Ir-Rapport tal-ESMA skont l-Artikolu 25(2c) tal-EMIR ippreżentat lill-Kummissjoni f’Diċembru 2021 19 ; ir-rapport qies ukoll it-tweġibiet għall-istħarriġ tal-ESMA u l-eżerċizzji ta’ ġbir tad-data mis-CCPs u mill-parteċipanti tal-ikklerjar;

·Ir-rispons tal-BERS għall-konsultazzjoni tal-ESMA skont l-Artikolu 25(2c) tal-EMIR, maħruġa f’Diċembru 2021 20 ;

·Statistika tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali;

·CEPS, 2021, “Setting EU CCP policy – much more than meets the eye”; u

·l-Bażi tad-data ta’ ClarusFT.

Dan l-input ġie kkomplementat b’input kwantitattiv u kwalitattiv, xi drabi kunfidenzjali, mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt tal-alternattivi ta’ politika rilevanti. L-għażliet ta’ politika ġew identifikati abbażi tal-erba’ xprunaturi li ġejjin: (i) proċeduri kumplessi, twal u onerużi, (ii) parteċipazzjoni limitata fis-CCPs tal-UE u konċentrazzjoni fis-CCPs stabbiliti, (iii) interkonnettività tas-sistema finanzjarja tal-UE, (iv) qafas ineffiċjenti għall-kooperazzjoni superviżorja. L-għażliet ta’ politika ġew ivvalutati fl-isfond tal-objettivi speċifiċi tat-titjib tal-attraenza tas-CCPs tal-UE, l-inkoraġġiment tal-ikklerjar fis-CCPs tal-UE u t-titjib tal-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji transfruntiera.

Il-Valutazzjoni tal-Impatt irċeviet opinjoni pożittiva b’kummenti mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju 21 fl-14 ta’ Settembru 2022, li għamel ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin li ġejjin għal titjib:

·spjega kif ikun is-suċċess u kif se jiġi mmonitorjat b’mod effettiv;

·agħmel il-firxa ta’ għażliet ikkunsidrati aktar komprensiva;

·oħroġ il-motiv għall-miżuri ewlenin li għandhom jiġu indirizzati permezz ta’ regolament ta’ implimentazzjoni u t-tfassil previst tagħhom, u kkjarifika l-kriterji u l-parametri li se jfasslu l-iżvilupp tagħhom.

Il-kjarifiki mitluba żdiedu fit-taqsimiet rilevanti tal-Valutazzjoni tal-Impatt.

Abbażi tal-valutazzjoni u t-tqabbil tal-għażliet kollha ta’ politika, il-Valutazzjoni tal-Impatt ikkonkludiet fuq l-għażliet ta’ politika ppreferuti li ġejjin:

·Miżuri sabiex tittejjeb l-attraenza tas-CCPs tal-UE: taħlita ta’ miżuri li jissimplifikaw il-proċeduri għat-tnedija ta’ prodotti u t-tibdil tal-mudelli, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ approvazzjoni ex post/proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni għal ċerti bidliet ġiet identifikata bħala l-għażla ppreferuta. Dawn il-miżuri jissimplifikaw il-proċeduri attwali, filwaqt li jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja. Is-simplifikazzjoni tal-proċeduri għat-tnedija ta’ prodotti u t-tibdil tal-mudelli, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ approvazzjoni/rieżami ex post/nuqqas ta’ oġġezzjoni għal ċerti bidliet ġew ivvalutati wkoll bħala għażliet separati. Madankollu, minħabba li individwalment jilħqu biss parzjalment l-objettivi, taħlita taż-żewġ għażliet tqieset bħala l-aktar xierqa sabiex jintlaħqu l-objettivi deskritti.

·Miżuri sabiex jinkoraġġixxu l-ikklerjar ċentrali fl-UE sabiex tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja: taħlita ta’ għażliet differenti tqieset bħala l-aktar xierqa sabiex jintlaħqu l-objettivi, li jinkludu l-aspetti li ġejjin: i) il-ħtieġa li l-membri tal-ikklerjar u l-klijenti jkollhom kont attiv fis-CCPs tal-UE; ii) l-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti l-ġodda dwar l-attivitajiet tal-ikklerjar; iii) l-inkoraġġiment lill-entitajiet pubbliċi li jikklerjaw b’mod volontarju permezz ta’ CCP sabiex jagħmlu dan fl-UE permezz ta’ Komunikazzjoni; u iv) l-iffaċilitar tal-ikklerjar ċentrali. L-ikkombinar ta’ dawn l-għażliet jippermetti li tiġi indirizzata d-dipendenza eċċessiva fuq is-CCPs tal-Grad 2, jiżdied l-ikklerjar ċentrali fl-UE u jitneħħew l-ostakli għall-ikklerjar ċentrali. Uħud minn dawn il-miżuri jistgħu jinvolvu atti tal-livell 2 li jistabbilixxu l-aspetti speċifiċi. L-għażliet ta’ politika ġew ivvalutati wkoll separatament, iżda taħlita tal-għażliet tqieset bħala l-aktar effettiva sabiex jintlaħqu l-objettivi.

·Miżuri sabiex jittejbu l-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji transfruntiera: emendi mmirati għall-qafas superviżorju attwali tqiesu bħala l-aktar xierqa u proporzjonati, minħabba li jiksbu l-bilanċ it-tajjeb bejn l-ilħuq tal-objettivi li ġejjin: (i) it-tisħiħ tal-qafas għal kunsiderazzjoni robusta tar-riskji transfruntiera, (ii) it-tisħiħ tal-istabbiltà finanzjarja tal-UE, u (iii) it-titjib tal-attraenza tas-CCPs tal-UE, filwaqt li jiġi rikonoxxut li d-deċiżjonijiet ta’ riżoluzzjoni li jħallu impatt fuq is-CCPs, il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti jittieħdu fil-livell nazzjonali u l-Istati Membri jibqgħu fl-aħħar mill-aħħar responsabbli sabiex jappoġġaw finanzjarjament lis-CCPs awtorizzati fil-ġuriżdizzjoni tagħhom.

·Il-pakkett ġenerali ta’ għażliet se jkollu effett pożittiv fuq ix-xenarju ta’ wara n-negozjar fl-UE billi jtejjeb l-attraenza tas-CCPs tal-UE, filwaqt li jinkoraġġixxi l-ikklerjar ċentrali fl-UE, isaħħaħ il-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju transfruntier u, b’hekk, jikkontribwixxi għall-kompetittività tas-swieq finanzjarji tal-UE, kif ukoll għall-istabbiltà finanzjarja tal-UE.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

L-inizjattiva għandha l-għan li ttejjeb l-attraenza tas-CCPs tal-UE, tnaqqas id-dipendenza eċċessiva tal-parteċipanti fis-suq tal-UE fuq CCPs mhux tal-UE, tissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja tal-UE u ttejjeb l-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE. Bħala tali, hija ma għandhiex l-għan li tnaqqas il-kostijiet per se. Madankollu, l-għażla ta’ politika ppreferuta sabiex tiżdied l-attraenza tas-CCPs tal-UE se twassal għal simplifikazzjoni tal-proċeduri għas-CCPs tal-UE, filwaqt li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u tagħmel l-operazzjonijiet tagħhom aktar effiċjenti, sabiex b’hekk iġġib magħha wkoll tnaqqis fil-kostijiet. Il-firxa approssimattiva ta’ dan l-iffrankar tal-ispejjeż ġiet stmata abbażi tal-interazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati u d-diversi suppożizzjonijiet li kienu meħtieġa sabiex jiġu estrapolati l-effetti għall-UE kollha. Dan l-iffrankar tal-ispejjeż huwa ta’ natura amministrattiva u b’hekk jgħodd taħt l-approċċ ta’ “One In, One Out” bħala “Out” fil-firxa ta’ madwar EUR 5 miljun sa EUR 15-il miljun (total tal-UE). Dan x’aktarx li jkun ikkonċentrat fi ftit CCPs tal-UE (minħabba li ftit CCPs tal-UE jistgħu jġibu prodotti ġodda fis-suq f’sena partikolari) u x’aktarx li jkun ta’ benefiċċju f’termini tal-attraenza tagħhom. Fir-rigward tal-kostijiet addizzjonali potenzjali rilevanti għall-approċċ ta’ “One In, One Out”, jiġifieri burokrazija limitata ħafna relatata mal-ftuħ ta’ kont ma’ CCP, il-kostijiet amministrattivi huma negliġibbli (għal aktar dettalji, ara l-Anness 3 tal-Valutazzjoni tal-Impatt ta’ akkumpanjament)

Fir-rigward tar-rekwiżit ta’ kont attiv, abbażi tal-istimi tas-servizzi tal-Kummissjoni abbażi ta’ informazzjoni kunfidenzjali, bejn wieħed u ieħor 60 % tal-klijenti tal-UE tal-membri tal-ikklerjar tal-UE diġà għandhom kont għall-ikklerjar ta’ swaps tar-rati tal-imgħax f’CCP tal-UE, u bejn wieħed u ieħor 85 % għandhom wieħed għal swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu. B’hekk, għal dawn il-klijenti, il-ftuħ ta’ kont f’CCP tal-UE għal dawn it-tipi ta’ prodotti ma jkunx kost addizzjonali. Barra minn hekk, kwalunkwe kost jista’ jiddependi fuq f’liema CCP jipparteċipaw: skont l-informazzjoni kunfidenzjali pprovduta lis-servizzi tal-Kummissjoni, f’xi CCPs tal-UE, pereżempju, il-kostijiet ta’ kont per se huma żero taħt ċerti kundizzjonijiet. Ir-rekwiżit ta’ kont attiv se jiġi speċifikat aktar f’RTS li għandu jitħejja mill-ESMA, li se jkun soġġett għal konsultazzjoni pubblika u analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji.

Drittijiet fundamentali

L-UE hija impenjata li tilħaq standards għoljin ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u hija firmatarja għal sett wiesa’ ta’ konvenzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem. F’dan il-kuntest, din il-proposta tirrispetta dawn id-drittijiet, b’mod partikolari d-drittijiet ekonomiċi, kif elenkati fil-konvenzjonijiet ewlenin tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li hija parti integrali mit-Trattati tal-UE, u fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta mhux se jkollha implikazzjonijiet għall-baġit tal-Unjoni.

Din l-inizjattiva leġiżlattiva mhux se jkollha impatt fuq l-infiq għall-ESMA jew għal korpi oħrajn tal-Unjoni Ewropea.

Il-valutazzjoni tal-impatt identifikat biss kostijiet addizzjonali moderati għall-ESMA, filwaqt li fl-istess ħin il-miżuri proposti joħolqu effiċjenzi li se jwasslu għal tnaqqis fil-kostijiet. Barra minn hekk, xi dispożizzjonijiet jiċċaraw u jirrikalibraw ir-rwol tal-ESMA, filwaqt li ma jikkostitwixxux kompiti ġodda u, għalhekk, għandhom jitqiesu bħala newtrali għall-baġit.

Il-kostijiet identifikati huma relatati mat-twaqqif u t-tħaddim ta’ bażi tad-data ċentrali ġdida, jiġifieri għodda tal-IT għas-sottomissjoni ta’ dokumenti superviżorji. Madankollu, minkejja li l-ESMA tista’ ġġarrab kostijiet ogħla relatati mal-iżvilupp jew l-għażla ta’ tali għodda tal-IT ġdida, kif ukoll mat-tħaddim tagħha, din l-għodda tal-IT se toħloq ukoll effiċjenzi u l-ESMA se tibbenefika minnhom. Dawn l-effiċjenzi huma relatati ma’ konsiderevolment anqas ħidma manwali fir-rikonċiljazzjoni u l-kondiviżjoni tad-dokumenti, is-segwitu tal-iskadenzi u l-mistoqsijiet, kif ukoll il-koordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (NCAs), mal-kulleġġ u mal-Kumitat Superviżorju tas-CCP. Dawn il-benefiċċji x’aktarx li jegħlbu l-kostijiet imġarrba.

Barra minn hekk, ix-xogħol (amministrattiv) addizzjonali inizjali relatat mal-modifika tal-għodod u tal-proċeduri, kif ukoll mal-kooperazzjoni msaħħa, jista’ jżid il-kostijiet fil-bidu, iżda dawn x’aktarx li jitnaqqsu, jew jibqgħu stabbli, maż-żmien. B’mod partikolari, l-ESMA se tkun meħtieġa tabbozza standards tekniċi regolatorji/ta’ implimentazzjoni (RTS/ITS) dwar il-format u l-kontenut tad-dokumenti li s-CCPs huma meħtieġa jissottomettu lill-awtoritajiet superviżorji meta jissottomettu applikazzjoni, dwar l-istandards għar-rapportar dwar l-attività tal-ikklerjar u l-iskopertura għal CCPs mhux tal-UE u l-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżit li l-membri tal-ikklerjar u l-klijenti jkollhom kont attiv f’CCP tal-Unjoni, kif ukoll ftit rapporti, inkluż ir-rapport annwali dwar ir-riżultati tal-attività ta’ monitoraġġ u l-attivitajiet transfruntiera tagħhom u r-rapport biannwali dwar l-attivitajiet ta’ kklerjar tal-kontropartijiet mhux finanzjarji. Fit-twettiq ta’ dawk l-attivitajiet, l-ESMA tista’ tibni fuq proċessi u proċeduri interni diġà eżistenti u, fejn rilevanti, tista’ tikkonverti dawk il-proċeduri f’RTSs/ITSs. Fid-definizzjoni tar-rekwiżit tal-kont attiv għal xi strumenti diġà identifikati, u l-monitoraġġ kontinwu tagħhom, l-ESMA tista’ tqis il-ħidma li tkun wettqet skont l-Artikolu 25(2c) tal-EMIR meta tivvaluta liema servizzi ta’ kklerjar tas-CCPs tal-Grad 2 huma ta’ importanza sistemika sostanzjali għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha u, għalhekk, jistgħu jirrikjedu biss xi riżorsi addizzjonali limitati ħafna.

Kategorija oħra li għandha titqies fl-analiżi tal-kostijiet hija l-modifika tal-proċeduri u tal-għodod għall-qafas il-ġdid ta’ kooperazzjoni superviżorja. Il-kooperazzjoni f’timijiet superviżorji konġunti u t-twaqqif ta’ mekkaniżmu konġunt ta’ monitoraġġ fil-livell tal-UE huma elementi ġodda fil-qafas superviżorju. Madankollu, huma prinċipalment għodod sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u jkopru kompiti li diġà jitwettqu mill-awtoritajiet, fil-partijiet essenzjali kollha, ħlief għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti għall-kontijiet attivi fis-CCPs tal-UE, bħal tariffi għall-aċċess mitluba mis-CCPs lill-klijenti għal kontijiet attivi. Dawn l-istrutturi l-ġodda x’aktarx se jkunu jeħtieġu xi riorganizzazzjoni tar-riżorsi u potenzjalment joħolqu l-ħtieġa għal laqgħat addizzjonali, iżda mhux se jkollhom implikazzjonijiet baġitarji sostanzjali. Barra minn hekk, il-proċess superviżorju kkalibrat mill-ġdid jiġi wkoll b’benefiċċji, b’mod partikolari responsabbiltajiet aktar ċari, l-evitar ta’ xogħol doppju bla bżonn u anqas xogħol minħabba l-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni li jippermettu lill-ESMA u lill-NCAs jiffokaw fuq l-aspetti materjali tas-superviżjoni b’rabta mal-estensjoni tas-servizzi tal-ikklerjar ċentrali u l-bidliet fil-mudelli tar-riskju tas-CCPs.

Il-bidla proposta li tiċċara li l-ESMA tista’ tirtira r-rikonoxximent ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi li jirrifjutaw li jħallsu tariffi lill-ESMA se tkun pożittiva f’termini tal-kostijiet. Din tevita li l-ESMA jkollha tinvesti ammont konsiderevoli ta’ xogħol mingħajr ma tiġi rimunerata għalih.

Barra minn hekk, huma introdotti dispożizzjonijiet ulterjuri li jiċċaraw u jikkalibraw mill-ġdid ir-rwol tal-ESMA u li, għalhekk, għandhom jitqiesu bħala newtrali għall-baġit. Pereżempju, l-ESMA diġà għandha l-obbligu li toħroġ opinjonijiet qabel ma l-l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jadottaw ċerti deċiżjonijiet, madankollu, il-kontenut ta’ dawk l-opinjonijiet jiġi kkalibrat mill-ġdid sabiex jiġi żgurat livell ogħla ta’ effiċjenza fil-proċess superviżorju u l-ESMA tingħata opportunità formali sabiex toħroġ opinjoni dwar ir-rieżami u l-evalwazzjoni annwali tas-CCPs, kif ukoll dwar l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tagħhom u r-rekwiżiti tal-marġni. Barra minn hekk, l-ESMA għandha tieħu rwol ċar fil-koordinazzjoni u l-għoti ta’ rakkomandazzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Dawn huma kompiti li, fl-aspetti materjali kollha, huma relatati mal-ħidma kontinwa diġà eżistenti tagħhom u d-dispożizzjonijiet jiċċaraw u, għalhekk, isaħħu l-pożizzjoni tal-ESMA, filwaqt li jipprovdu responsabbiltajiet ċari.

Minkejja li qegħdin jiġu introdotti bidliet iżgħar fir-rwol ta’ korpi oħrajn tal-Unjoni Ewropea, bħall-Kummissjoni Ewropea jew il-Bank Ċentrali Ewropew, dawn mhux se jkollhom implikazzjonijiet baġitarji.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-miżuri għandhom l-għan li jtejbu l-attraenza tas-CCPs tal-UE u li jtejbu s-superviżjoni tar-riskji transfruntiera fl-UE. Bħala tali, qed jiġu kkunsidrati diversi bidliet fl-EMIR u, f’xi każijiet, emendi għal biċċiet oħrajn ta’ leġiżlazzjoni tal-UE. Il-proposta tiżgura li l-korpi rilevanti tal-UE jkunu jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni rilevanti, filwaqt li ma tagħtix lok għal kostijiet mhux dovuti. Il-proposta tinkludi dispożizzjoni li tenħtieġ li titwettaq evalwazzjoni tal-EMIR fl-intier tiegħu, b’enfasi fuq l-effettività u l-effiċjenza tiegħu fil-ksib tal-għanijiet oriġinali tiegħu (jiġifieri t-titjib tal-effiċjenza u s-sikurezza tas-swieq tal-ikklerjar tal-UE u l-preservazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja). L-evalwazzjoni jenħtieġ li tikkunsidra l-aspetti kollha tal-EMIR, iżda speċjalment l-attraenza mtejba tas-CCPs tal-UE. Fil-prinċipju, din l-evalwazzjoni jenħtieġ li ssir mill-anqas ħames snin wara li r-Regolament jidħol fis-seħħ u tfittex li tiġbor il-kontribut mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

1.Tranżazzjonijiet intragrupp

L-EMIR jipprevedi qafas li jeżenta t-tranżazzjonijiet intragrupp (domestiċi u transfruntiera) mill-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 4 u mir-rekwiżiti tal-marġni skont l-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament. Sabiex jiġu pprovduti aktar ċertezza legali u prevedibbiltà dwar il-qafas għad-deċiżjonijiet intragrupp, il-ħtieġa għal deċiżjoni ta’ ekwivalenza hija sostitwita b’lista ta’ ġuriżdizzjonijiet li għalihom ma tistax tingħata eżenzjoni. Għalhekk, l-Artikolu 3 jenħtieġ li jiġi emendat sabiex jissostitwixxi l-ħtieġa għal deċiżjoni ta’ ekwivalenza b’lista ta’ pajjiżi terzi li għalihom jenħtieġ li ma tingħatax eżenzjoni u l-Artikolu 13 jenħtieġ li jitħassar. Dawn il-pajjiżi terzi jenħtieġ li jkunu dawk li huma elenkati bħala pajjiż terz b’riskju għoli li għandu nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim tiegħu tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u dawk elenkati fl-Anness I tal-lista tal-Unjoni ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa. Il-Kummissjoni għandha wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati sabiex tidentifika l-pajjiżi terzi li l-entitajiet tagħhom ma jistgħux jibbenefikaw minn dawk l-eżenzjonijiet minkejja li ma jkunux ġew identifikati f’dawk il-listi, peress li meta entità tkun minn pajjiż terz identifikat f’dawk il-listi mhux bilfors ikun l-uniku fattur li jista’ jinfluwenza r-riskju, inkluż ir-riskju tal-kontroparti jew ir-riskju legali, assoċjat ma’ kuntratti ta’ derivattivi.

2.Obbligu tal-ikklerjar

L-Artikolu 4 huwa emendat sabiex tiġi introdotta eżenzjoni mill-obbligu tal-ikklerjar fejn kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja tal-UE, soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-EMIR, tidħol fi tranżazzjoni b’arranġament ta’ skema tal-pensjonijiet stabbilita f’pajjiż terz li huwa eżentat mill-obbligu tal-ikklerjar skont il-liġi nazzjonali tiegħu.

3.Obbligu tal-ikklerjar għal kontropartijiet finanzjarji

L-Artikolu 4a huwa emendat u b’riżultat ta’ dan, meta tiġi kkalkolata l-pożizzjoni lejn il-limiti skont l-Artikolu 4a tal-EMIR, huma biss dawk il-kuntratti ta’ derivattivi li ma humiex ikklerjati f’CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14 jew rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament li jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak il-kalkolu.

4.Kont attiv

Huwa introdott Artikolu 7a ġdid sabiex jindirizza r-riskji assoċjati ma’ skoperturi eċċessivi tal-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tal-UE għal CCPs ta’ pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar identifikati bħala ta’ importanza sistemika sostanzjali mill-ESMA, u b’hekk jiġu żgurati l-integrità u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-UE. Dan l-Artikolu jirrikjedi li l-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar iżommu kontijiet attivi, direttament jew indirettament, f'CCPs stabbiliti fl-UE, sabiex jikklerjaw mill-anqas ċertu proporzjon ta' servizzi identifikati bħala ta’ importanza sistemika sostanzjali f'CCPs tal-UE, u sabiex jirrapportaw dwar dan. Dan ir-rekwiżit jenħtieġ li jwassal għal tnaqqis ta’ skoperturi eċċessivi f’servizzi tal-ikklerjar sostanzjalment sistemiċi offruti mis-CCPs rilevanti tal-Grad 2, sa fejn ikun meħtieġ sabiex tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja. L-ESMA, b’kooperazzjoni mal-EBA, mal-EIOPA u mal-BERS u wara li tikkonsulta mas-SEBĊ, jenħtieġ li tistabbilixxi d-dettalji tal-kalibrazzjoni tal-attività li trid tinżamm f’dawn il-kontijiet attivi u r-rekwiżiti ta’ rapportar tat-tranżazzjonijiet ikklerjati f’tali kontijiet attivi. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa, meta l-ESMA twettaq valutazzjoni skont l-Artikolu 25(2c), li tadotta att delegat sabiex temenda l-lista ta’ kategoriji ta’ kuntratti ta’ derivattivi li huma soġġetti għar-rekwiżit ta’ kont attiv billi żżid jew tneħħi kategoriji minn dik il-lista.

5.Informazzjoni dwar is-servizzi tal-ikklerjar

Huwa introdott Artikolu 7b ġdid sabiex il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar jintalbu jinformaw lill-klijenti tagħhom dwar il-possibbiltà li jikklerjaw kuntratt rilevanti f’CCP tal-UE.

L-Artikolu 7b jintroduċi wkoll obbligu għall-membri tal-ikklerjar tal-UE u għall-klijenti tal-UE sabiex jirrapportaw lill-awtorità kompetenti tagħhom l-estent tal-ikklerjar imwettaq f’CCPs mhux tal-UE. Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni li trid tiġi sottomessa tiġi speċifikata u pprovduta b’mod armonizzat, l-ESMA hija meħtieġa tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-informazzjoni meħtieġa.

6.Obbligu tar-rapportar

L-Artikolu 9 huwa emendat sabiex titneħħa l-eżenzjoni mir-rekwiżiti tar-rapportar għal tranżazzjonijiet bejn kontropartijiet fi ħdan grupp, fejn mill-anqas waħda mill-kontropartijiet tkun kontroparti mhux finanzjarja, sabiex tiġi żgurata l-viżibbiltà fuq it-tranżazzjonijiet intragrupp.

7.Obbligu tal-ikklerjar għal kontropartijiet mhux finanzjarji

L-Artikolu 10 huwa emendat sabiex l-ESMA tintalab tirrieżamina u tiċċara, fejn xieraq, l-istandards tekniċi regolatorji relatati mal-kriterji sabiex jiġi stabbilit liema kuntratti tad-derivattivi OTC jistgħu jitkejlu b’mod oġġettiv bħala li jnaqqsu r-riskji, l-hekk imsejħa eżenzjoni mill-iħħeġġjar, u d-deżinjazzjoni tal-limiti sabiex ir-riskji u l-karatteristiċi jkunu riflessi kif suppost u b’mod preċiż fid-derivattivi, u sabiex jiġi kkunsidrat jekk il-klassijiet tad-derivattivi OTC, jiġifieri r-rata tal-imgħax, il-munita barranija, id-derivattivi ta’ kreditu u ta’ ekwità, għadhomx il-klassijiet rilevanti. L-ESMA hija mħeġġa tikkunsidra u tipprovdi, fost l-oħrajn, aktar granularità għad-derivattivi tal-komoditajiet.

L-Artikolu 10 huwa emendat ukoll sabiex jirrikjedi, meta jiġu kkalkolati l-pożizzjonijiet lejn il-limiti, li f’dak il-kalkolu jiġu inklużi biss dawk il-kuntratti tad-derivattivi li ma jiġux ikklerjati f’CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14 jew rikonoxxuti skont l-Artikolu 25.

8.Tekniki li jtaffu r-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP

L-Artikolu 11 huwa emendat sabiex il-kontropartijiet mhux finanzjarji li jsiru soġġetti għall-ewwel darba għall-obbligu li jiskambjaw il-kollateral għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP jingħataw perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ 4 xhur sabiex jinnegozjaw u jittestjaw l-arranġamenti għall-iskambju tal-kollateral.

L-EBA tista’ toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet sabiex tiżgura applikazzjoni uniformi tal-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskji b’kooperazzjoni mal-ASE l-oħrajn.

9.L-awtorizzazzjoni ta’ CCP u l-estensjoni tal-attivitajiet u s-servizzi

L-Artikoli 14 u 15 huma emendati sabiex jiġi ċċarat li s-CCPs awtorizzati għandhom ikunu jistgħu wkoll jiġu awtorizzati jipprovdu servizzi u attivitajiet ta’ kklerjar fi strumenti mhux finanzjarji, minbarra l-awtorizzazzjoni tagħhom li jipprovdu servizzi u attivitajiet ta’ kklerjar fi strumenti finanzjarji.

10.L-awtorizzazzjoni ta’ CCP, l-estensjoni tal-attivitajiet u s-servizzi u l-proċedura għall-għoti u għar-rifjut tal-awtorizzazzjoni

L-Artikoli 14, 15 u 17 huma emendati sabiex jiżguraw li l-proċeduri rilevanti biex is-CCPs jespandu l-offerta tal-prodott tagħhom ikunu iqsar, anqas kumplessi u aktar ċerti fl-eżitu tagħhom għas-CCPs tal-UE. L-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jirrikonoxxu malajr li jkunu rċevew l-applikazzjoni, filwaqt li jivvalutaw jekk id-dokumenti meħtieġa għall-awtorizzazzjoni jew għall-estensjoni ġewx ipprovduti mis-CCP. Sabiex jiġi żgurat li s-CCPs tal-UE jissottomettu d-dokumenti kollha meħtieġa mal-applikazzjonijiet tagħhom, l-ESMA hija meħtieġa tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw tali dokumenti, il-format u l-kontenut tagħhom. Barra minn hekk, is-CCP jenħtieġ li tissottometti d-dokumenti kollha lil bażi tad-data ċentrali fejn dawn jenħtieġ li jiġu kondiviżi b’mod istantanju mal-awtorità kompetenti tas-CCP, mal-ESMA u mal-kulleġġ. Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tas-CCP, l-ESMA u l-kulleġġ, matul perjodu ta’ valutazzjoni predefinit, jenħtieġ li jinteraġixxu ma’ xulxin u jagħmlu mistoqsijiet lis-CCP sabiex jiżguraw proċess flessibbli u kooperattiv.

11.Proċeduri ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni u ex post biex tiġi aċċettata talba għal estensjoni tal-attivitajiet jew tas-servizzi

Huwa introdott Artikolu 17a ġdid sabiex jipprovdi lis-CCPs bil-possibbiltà li jgħaddu minn proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni, minflok proċedura regolari, għall-awtorizzazzjoni ta’ servizzi jew attivitajiet addizzjonali li CCP ikollha l-ħsieb li toffri u li ma jżidux ir-riskji għas-CCP. L-Artikolu 17a jgħid liema servizzi u attivitajiet addizzjonali jitqiesu mhux materjali u li għalhekk jiġu approvati permezz ta’ tali proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ dik is-CCP u li għalihom is-CCP tista’ tibda toffri qabel ma d-deċiżjoni tasal għand l-awtorità kompetenti tas-CCP. Minbarra dawn il-każijiet, CCP tista’ titlob ukoll lill-awtorità kompetenti tagħha biex tapplika l-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni meta tqis li s-servizz jew l-attività addizzjonali proposti ma jżidux ir-riskji tagħha.

12.Proċedura sabiex tintalab l-opinjoni mill-ESMA u mill-kulleġġ

Huwa introdott Artikolu 17b ġdid sabiex jiġu ċċarati l-ambitu u l-proċess li jenħtieġ li jiġi segwit meta awtorità kompetenti tfittex l-opinjoni tal-ESMA u tal-kulleġġ qabel ma tadotta deċiżjoni superviżorja li għaliha s-CCP ma tissottomettix applikazzjoni, pereżempju, rigward il-konformità ta’ CCP mar-rekwiżiti dwar iż-żamma tar-rekords jew il-kunflitti ta’ interess.

13.Il-kulleġġ u l-opinjoni tal-kulleġġ

L-Artikoli 18 u 19 huma emendati sabiex titrawwem aktar kooperazzjoni fis-superviżjoni tas-CCPs fuq bażi kontinwa. Għalhekk, il-kulleġġ huwa mitlub joħroġ ukoll opinjoni meta awtorità kompetenti tikkunsidra li tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ CCP, kif ukoll meta awtorità kompetenti twettaq ir-rieżami u l-evalwazzjoni annwali ta’ dik is-CCP. L-ESMA jenħtieġ li timmaniġġja u tippresjedi l-kulleġġ għal kull CCP tal-UE u tingħata d-dritt tal-vot.

14.Irtirar tal-awtorizzazzjoni

L-Artikolu 20 huwa emendat sabiex l-awtorità kompetenti tintalab tikkonsulta mal-ESMA u mal-membri tal-kulleġġ qabel ma l-awtorità kompetenti tas-CCP tieħu deċiżjoni li tirtira servizz jew attività partikolari, jew tirrestrinġi l-ambitu tagħhom, ħlief meta tkun meħtieġa deċiżjoni b’mod urġenti.

15.Rieżami annwali

L-Artikolu 21 huwa emendat sabiex jiġi indikat li r-rieżami annwali jenħtieġ li jikkunsidra s-servizzi jew l-attivitajiet li tipprovdi s-CCP jew il-bidliet fil-mudell li tuża s-CCP abbażi ta’ proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni. Barra minn hekk, il-frekwenza tar-rapport li tirriżulta mir-rieżami hija speċifikata aktar (ir-rapport għandu jitwassal, mill-anqas, fuq bażi annwali f’data partikolari). Barra minn hekk, huwa speċifikat li r-rapport huwa soġġett għall-opinjoni tal-ESMA u tal-kulleġġ.

16.Kooperazzjoni superviżorja bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA fir-rigward tas-CCPs awtorizzati u l-proċedura għall-għoti u r-rifjut tal-awtorizzazzjoni

L-Artikoli 17 u 23a huma emendati sabiex l-ESMA tkun tista’ toħroġ opinjoni lill-awtorità kompetenti tas-CCP anke b’rabta mar-rieżami u l-evalwazzjoni annwali ta’ CCP, ir-rekwiżiti tal-marġni u l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tagħha. Meta toħroġ tali opinjoni, l-ESMA tivvaluta l-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti rilevanti tal-EMIR, filwaqt li tiffoka b’mod partikolari fuq ir-riskji transfruntiera identifikati jew ir-riskji għall-istabbiltà finanzjarja tal-UE.

Barra minn hekk, l-ESMA jenħtieġ li tippubblika l-fatt li awtorità kompetenti ma tikkonformax jew ma jkollhiex l-intenzjoni li tikkonforma mal-opinjoni tagħha jew mal-opinjoni tal-kulleġġ jew ma’ kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni inkluża fiha. L-ESMA tista’ tippubblika wkoll ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ konformità pprovduti mill-awtorità kompetenti.

L-Artikolu 23a huwa emendat sabiex jiġi speċifikat aktar ir-rwol tal-ESMA fit-tisħiħ tal-koordinazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u fil-valutazzjoni tar-riskji, b’mod partikolari fuq bażi transfruntiera.

17.Timijiet Superviżorji Konġunti, proċeduri ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni għall-aċċetazzjoni ta’ talba għal estensjoni tal-attivitajiet jew tas-servizzi u rieżami u evalwazzjoni

Huwa introdott Artikolu 23b ġdid sabiex tiżdied il-kooperazzjoni tal-awtoritajiet involuti fis-superviżjoni tas-CCPs tal-UE awtorizzati billi jiġu stabbiliti timijiet superviżorji konġunti. Il-kompiti tat-timijiet superviżorji konġunti jinkludu: (i) li jipprovdu input lill-awtorità kompetenti tas-CCP fil-kuntest tal-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni għall-estensjoni tal-awtorizzazzjoni eżistenti ta’ CCP, (ii) li jassistu fl-istabbiliment tal-frekwenza u l-profondità tar-rieżami u l-evalwazzjoni ta’ CCP u (iii) li jipparteċipaw fl-ispezzjonijiet fuq il-post.

18.Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ

Huwa introdott Artikolu 23c ġdid sabiex jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ monitoraġġ transsettorjali li jiġbor flimkien il-korpi tal-Unjoni involuti fis-superviżjoni tas-CCPs tal-UE, tal-membri tal-ikklerjar u tal-klijenti. L-ESMA, b’kooperazzjoni mal-korpi l-oħrajn li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ, tissottometti rapport annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-attività ta’ monitoraġġ sabiex tinforma d-deċiżjonijiet ta’ politika futuri. L-ESMA tista’ toħroġ ukoll linji gwida jew rakkomandazzjonijiet jekk tqis li l-awtoritajiet kompetenti jonqsu milli jiżguraw il-konformità tal-membri tal-ikklerjar u tal-klijenti mar-rekwiżit ta’ kont attiv jew jekk tidentifika riskju għall-istabbiltà finanzjarja tal-UE.

19.Sitwazzjoni ta’ emerġenza

L-Artikolu 24 huwa emendat sabiex ikompli jissaħħaħ ir-rwol tal-ESMA f’sitwazzjoni ta’ emerġenza billi jippermetti lill-ESMA tlaqqa’ laqgħat tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP, fuq inizjattiva tagħha stess jew inkella fuq talba, potenzjalment b’kompożizzjoni mkabbra, sabiex tikkoordina b’mod effettiv ir-reazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti. L-ESMA qed tingħata wkoll is-setgħa li titlob, b’talba sempliċi, informazzjoni mingħand il-parteċipanti fis-suq sabiex twettaq il-funzjoni ta’ koordinazzjoni tagħha f’dawn il-każijiet. L-ESMA tista’ toħroġ ukoll rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti tas-CCP.

20.Kumitat Superviżorju tas-CCPs

L-Artikolu 24a huwa emendat sabiex l-ESMA tkun tista’ tfassal u tidentifika l-prijoritajiet superviżorji, tikkunsidra r-riskji transfruntiera, inklużi l-interkonnessjonijiet, ir-rabtiet u r-riskji ta’ konċentrazzjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 24a huwa emendat sabiex jippermetti lill-banek ċentrali tal-ħruġ jattendu l-laqgħat kollha tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP għas-CCPs tal-UE u sabiex l-awtoritajiet rilevanti għall-klijenti u l-korpi tal-UE jiġu mistiedna, fejn xieraq.

21.Rikonoxximent ta’ CCP ta’ pajjiż terz

L-Artikolu 25 huwa emendat sabiex jiġi ċċarat li meta l-ESMA twettaq rieżami tar-rikonoxximent ta’ CCP ta’ pajjiż terz, dik is-CCP jenħtieġ li ma tkunx obbligata tissottometti applikazzjoni ġdida, iżda jenħtieġ li tipprovdi lill-ESMA bl-informazzjoni kollha meħtieġa għal tali rieżami.

L-Artikolu 25 huwa emendat sabiex tiġi introdotta l-possibbiltà li l-Kummissjoni, meta jkun fl-interessi tal-Unjoni, tieħu approċċ proporzjonat u tirrinunzja r-rekwiżit li pajjiż terz ikollu sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi meta tadotta deċiżjoni ta’ ekwivalenza għal dak il-pajjiż terz.

Sabiex jiġi żgurat li l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni jkunu proporzjonati, l-ESMA jenħtieġ li tfassalhom għal ġuriżdizzjonijiet differenti abbażi tas-CCP(s) stabbiliti fil-ġuriżdizzjoni rispettiva. Għas-CCPs tal-Grad 2, l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni jenħtieġ li jkopru firxa usa’ tal-informazzjoni li tiġi skambjata bejn l-ESMA u l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi u bi frekwenza akbar.

L-Artikolu 25 huwa emendat aktar sabiex l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni jinkludu d-dritt għall-ESMA li tiġi informata wkoll meta CCP tal-Grad 2 tkun meħtieġa ttejjeb it-tħejjija tagħha f’diffikultà finanzjarja, billi, pereżempju, tistabbilixxi pjan ta’ rkupru jew meta awtorità f’tali pajjiż terz tistabbilixxi pjanijiet ta’ riżoluzzjoni. L-ESMA jenħtieġ li tiġi informata wkoll dwar l-aspetti rilevanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-UE b’rabta ma’ kriżi emerġenti.

22.Konformità kontinwa mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent

L-Artikolu 25b huwa emendat sabiex jiġi ċċarat li s-CCPs tal-Grad 2 għandhom jipprovdu lill-ESMA b’informazzjoni fuq bażi regolari.

23.L-irtirar ta’ rikonoxximent u avviż pubbliku

L-Artikoli 25p u 25r huma emendati sabiex jiġi ċċarat li l-ESMA tista’ tirtira r-rikonoxximent meta CCP mhux tal-UE tikser xi wieħed mir-rekwiżiti skont l-EMIR u tista’ toħroġ avviż pubbliku meta t-tariffi ma jkunux tħallsu jew meta CCP ma tkunx ħadet azzjoni ta’ rimedju mitluba mill-ESMA.

24.Informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 31 dwar in-notifika dwar il-bidliet fil-ġestjoni ta’ CCP huwa emendat sabiex tiġi ċċarata l-proċedura b’rabta mal-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-ħruġ ta’ opinjonijiet tal-ESMA u tal-kulleġġ.

25.L-opinjonijiet tal-ESMA u tal-kulleġġ

L-Artikoli 32, 35, 41 u 54 huma emendati sabiex jiġu ċċarati t-talbiet għall-opinjonijiet tal-ESMA u tal-kulleġġ.

26.Rekwiżiti ta’ parteċipazzjoni u dispożizzjonijiet ġenerali rigward ir-rekwiżiti organizzazzjonali

L-Artikoli 26 u 37 huma emendati sabiex jiġi ċċarat li s-CCPs jenħtieġ li ma jitħallewx ikunu membri tal-ikklerjar ta’ CCPs oħrajn u lanqas jaċċettaw li jkollhom CCPs jew kmamar tal-ikklerjar oħrajn bħala membri tal-ikklerjar jew membri tal-ikklerjar indiretti.

27.Rekwiżiti tal-parteċipazzjoni

L-Artikolu 37 huwa emendat sabiex jiġi stabbilit li meta CCP tkun għamlet onboarding jew beħsiebha tagħmel onboarding ta' kontropartijiet mhux finanzjarji bħala membri tal-ikklerjar, dik is-CCP jenħtieġ li tiżgura li jiġu ssodisfati ċerti rekwiżiti addizzjonali dwar ir-rekwiżiti tal-marġni u l-fondi ta’ inadempjenza. Il-kontropartijiet mhux finanzjarji jenħtieġ li ma jitħallewx joffru servizzi ta’ kklerjar tal-klijenti u jenħtieġ li jitħallew biss iżommu kontijiet fis-CCP għall-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont proprju tagħhom. L-awtorità kompetenti għas-CCP jenħtieġ li tirrapporta lill-ESMA u lill-kulleġġ fuq bażi regolari dwar l-adegwatezza tal-aċċettazzjoni ta’ kontropartijiet mhux finanzjarji bħala membri tal-ikklerjar. L-ESMA qed tingħata l-mandat li tħejji abbozz ta’ RTS dwar l-elementi li jridu jitqiesu meta jiġu ddeterminati l-kriterji ta’ aċċess u tista’ toħroġ opinjoni dwar l-adegwatezza ta’ tali arranġamenti wara rieżami bejn il-pari ad hoc.

28.Trasparenza

L-Artikolu 38 huwa emendat sabiex jiġi żgurat li l-klijenti u l-klijenti indiretti jkollhom viżibbiltà u prevedibbiltà aħjar tas-sejħiet għall-marġni. Il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar jenħtieġ li jiżguraw it-trasparenza lill-klijenti tagħhom.

29.Rekwiżiti tal-marġni

L-Artikolu 41 huwa emendat sabiex jiġi żgurat li s-CCPs jirrevedu kontinwament il-livell tal-marġni tagħhom, filwaqt li jqisu kwalunkwe effett potenzjalment proċikliku ta’ tali reviżjonijiet, jirriflettu l-kundizzjonijiet attwali tas-suq u jqisu l-impatt potenzjali tal-ġbir tal-marġni u tal-pagamenti fl-istess ġurnata fuq il-pożizzjoni ta’ likwidità tal-parteċipanti tagħhom.

30.Kontrolli tar-riskju ta’ likwidità

L-Artikolu 44 huwa emendat sabiex ikun jirrifletti aħjar l-entitajiet li l-inadempjenza tagħhom tista’ taffettwa materjalment il-pożizzjoni ta’ likwidità ta’ CCP billi jirrikjedi li CCP tqis ir-riskju ta’ likwidità ġġenerat mill-inadempjenza ta’ mill-anqas żewġ entitajiet, inklużi l-membri tal-ikklerjar u l-fornituri ta’ servizzi ta’ likwidità

31.Rekwiżiti tal-kollateral

L-Artikolu 46 huwa emendat sabiex jippermetti li l-garanziji bankarji u l-garanziji pubbliċi jitqiesu eliġibbli bħala kollateral likwidu ħafna, sakemm ikunu disponibbli mingħajr kundizzjonijiet fuq talba fil-perjodu ta’ likwidazzjoni u jiġi żgurat li CCP tqishom meta tikkalkula l-iskopertura ġenerali tagħha għall-bank. Barra minn hekk, CCP jenħtieġ li tqis kwalunkwe effett proċikliku potenzjali meta tirrevedi l-livell tat-telf impost li tapplika għall-assi li taċċetta bħala kollateral.

32.Rieżami ta’ mudelli, ittestjar tal-istress u ttestjar retrospettiv

L-Artikolu 49 huwa emendat sabiex jiġi żgurat li l-proċeduri rilevanti għas-CCPs sabiex japplikaw il-bidliet fil-mudell ikunu iqsar, anqas kumplessi u aktar ċerti fl-eżitu tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jirrikonoxxu malajr li jkunu rċevew l-applikazzjoni għall-bidla fil-mudell billi jivvalutaw jekk id-dokumenti meħtieġa ġewx ipprovduti mis-CCP. Sabiex jiġi żgurat li s-CCPs tal-UE jissottomettu d-dokumenti kollha meħtieġa mal-applikazzjonijiet tagħhom, l-ESMA hija meħtieġa tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw tali dokumenti, il-format u l-kontenut tagħhom. Barra minn hekk, is-CCP jenħtieġ li tissottometti d-dokumenti kollha lil bażi tad-data ċentrali fejn dawn jenħtieġ li jiġu kondiviżi b’mod istantanju mal-awtorità kompetenti tas-CCP, mal-ESMA u mal-kulleġġ. L-Artikolu 49 jintroduċi wkoll il-possibbiltà li wieħed jgħaddi minn proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni, minflok proċedura regolari, għall-validazzjoni ta' bidliet fil-mudell meqjusa mhux sinifikanti u jispeċifika liema bidliet huma meqjusa sinifikanti. Meta CCP tqis il-bidla bħala mhux sinifikanti, hija tista’ tibda tuża l-bidla fil-mudell qabel ma d-deċiżjoni tasal għand l-awtorità kompetenti tas-CCP.

33.Emendi għar-Rapporti u r-Rieżami

L-Artikolu 85 huwa emendat sabiex il-Kummissjoni tintalab tissottometti sa [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] rapport li jivvaluta l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni hija meħtieġa tissottometti dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa. Barra minn hekk, jitneħħa r-rekwiżit attwali li jiġi pprovdut rapport sat-2 ta’ Jannar 2023. L-ESMA hija meħtieġa wkoll tissottometti rapport sa [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] dwar il-persunal u r-riżorsi tagħha.

34.Emendi għar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital (CRR)

L-Artikolu 382(4) tas-CRR 22 huwa emendat sabiex id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-CRR jiġu allinjati mal-bidliet issuġġeriti f’din il-proposta. L-emenda taġġusta l-ambitu tar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu, b’mod partikolari billi tiċċara liema tranżazzjonijiet intragrupp jistgħu jiġu esklużi minn dak ir-rekwiżit.

35.Emendi għar-Regolament dwar il-Fondi tas-Suq Monetarju (MMFR)

L-Artikolu 17 tal-MMFR 23 huwa emendat fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-politika ta’ investiment rigward il-limiti tar-riskju tal-kontroparti. Dan jeskludi tranżazzjonijiet ta' derivattivi kklerjati ċentralment mil-limiti tar-riskju tal-kontroparti stabbiliti fl-Artikolu 17(4) u 17(6)(c) tal-MMFR. Barra minn hekk, fl-Artikolu 2 tiżdied definizzjoni ta’ CCP, speċifikament bħala punt ġdid (24).



2022/0403 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’ [xxxx]
li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2017/1131 fir-rigward ta’ miżuri sabiex jittaffew l-iskoperturi eċċessivi għal kontropartijiet ċentrali ta’ pajjiżi terzi u tittejjeb l-effiċjenza tas-swieq tal-ikklerjar tal-Unjoni.

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 24 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 25 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 jikkontribwixxi għat-tnaqqis tar-riskju sistemiku billi jżid it-trasparenza tas-suq tad-derivattivi barra l-Borża (OTC) u billi jnaqqas ir-riskji ta’ kreditu u operazzjonali tal-kontroparti assoċjati mad-derivattivi OTC.

(2)L-infrastrutturi ta’ wara n-negozjar huma aspett fundamentali tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali u huma responsabbli għal firxa ta’ proċessi ta’ wara n-negozjar, inkluż l-ikklerjar. Sistema tal-ikklerjar effiċjenti u kompetittiva fl-Unjoni hija essenzjali għall-funzjonament tas-swieq kapitali tal-Unjoni u hija l-pedament tal-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti aktar regoli sabiex tittejjeb l-effiċjenza tas-servizzi tal-ikklerjar fl-Unjoni b’mod ġenerali, u tal-kontropartijiet ċentrali (CCPs) b’mod partikolari, billi jiġu ssimplifikati l-proċeduri, speċjalment għall-forniment ta’ servizzi jew attivitajiet addizzjonali u għat-tibdil tal-mudelli ta’ riskju tas-CCPs, billi tiżdied il-likwidità, billi jiġi mħeġġeġ l-ikklerjar fis-CCPs tal-Unjoni, billi jiġi mmodernizzat il-qafas li taħtu joperaw is-CCPs, u billi tiġi pprovduta l-flessibbiltà meħtieġa lis-CCPs u lil atturi finanzjarji oħrajn sabiex jikkompetu fis-suq uniku.

(3)Sabiex jattiraw in-negozju, is-CCPs iridu jkunu sikuri u reżiljenti. Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistabbilixxi miżuri sabiex tiżdied it-trasparenza tas-swieq tad-derivattivi u biex jittaffew ir-riskji permezz tal-ikklerjar u l-iskambju tal-marġni. F’dak ir-rigward, is-CCPs għandhom rwol importanti fit-titfija tar-riskji finanzjarji. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli sabiex tissaħħaħ aktar l-istabbiltà tas-CCPs tal-Unjoni, b’mod partikolari billi jiġu emendati ċerti aspetti tal-qafas regolatorju. Barra minn hekk, u b’rikonoxximent tar-rwol tas-CCPs tal-Unjoni fil-preservazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni, huwa meħtieġ li tissaħħaħ aktar is-superviżjoni tagħhom, b’attenzjoni partikolari għar-rwol tagħhom fis-sistema finanzjarja usa’ u għall-fatt li jipprovdu servizzi bejn il-fruntieri.

(4)L-ikklerjar ċentrali huwa negozju globali u l-parteċipanti fis-suq tal-Unjoni huma attivi internazzjonalment. Madankollu, billi l-Kummissjoni adottat il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni tas-CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi fl-2017 27 , ripetutament ġie espress tħassib, inkluż mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) 28 , dwar ir-riskji kontinwi għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni li jinħolqu mill-konċentrazzjoni eċċessiva tal-ikklerjar f’xi CCPs ta’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari minħabba r-riskji potenzjali li jistgħu jinħolqu f’xenarju ta’ stress. Fuq terminu qasir, sabiex jittaffa r-riskju ta’ effetti ta’ preċipizju relatati mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni minħabba tfixkil għall-għarrieda tal-aċċess tal-parteċipanti fis-suq tal-Unjoni għas-CCPs tar-Renju Unit, il-Kummissjoni adottat serje ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza sabiex jinżamm l-aċċess għas-CCPs tar-Renju Unit. Madankollu, il-Kummissjoni talbet lill-parteċipanti fis-suq tal-Unjoni sabiex inaqqsu l-iskoperturi eċċessivi tagħhom għal CCPs sistemiċi barra l-Unjoni fuq terminu medju. Il-Kummissjoni tenniet dik is-sejħa fil-komunikazzjoni tagħha “Is-sistema ekonomika u finanzjarja Ewropea: it-trawwim tal-ftuħ, tas-saħħa u tar-reżiljenza” 29 f’Jannar 2021. Ir-riskji u l-effetti ta’ skoperturi eċċessivi għal CCPs sistemiċi barra l-Unjoni ġew ikkunsidrati fir-rapport ippubblikat mill-ESMA f’Diċembru 2021 30 wara valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 25(2c) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Dak ir-rapport ikkonkluda li xi servizzi pprovduti minn dawk is-CCPs tar-Renju Unit sistemikament importanti kienu ta’ importanza sistemika tant sostanzjali li l-arranġamenti attwali skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma kinux biżżejjed sabiex jiġġestixxu r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni. Sabiex jittaffew ir-riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja għall-Unjoni minħabba d-dipendenza eċċessiva kontinwa fuq CCPs sistemiċi ta’ pajjiżi terzi, iżda wkoll sabiex tittejjeb il-proporzjonalità tal-miżuri għal dawk is-CCPs ta’ pajjiżi terzi li jippreżentaw anqas riskji għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni, huwa meħtieġ li l-qafas introdott mir-Regolament (UE) 2019/2099 jitfassal aħjar għar-riskji ppreżentati minn CCPs ta’ pajjiżi terzi differenti.

(5)L-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 11(5) sa (10) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jeżentaw it-tranżazzjonijiet intragrupp mill-obbligu tal-ikklerjar u mir-rekwiżiti tal-marġni. Sabiex jiġu pprovduti aktar ċertezza legali u prevedibbiltà fir-rigward tal-qafas għat-tranżazzjonijiet intragrupp, id-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza fl-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġu ssostitwiti b’qafas aktar sempliċi. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament jiġi emendat sabiex il-ħtieġa għal deċiżjoni ta’ ekwivalenza tiġi ssostitwita b’lista ta’ pajjiżi terzi li għalihom ma jenħtieġx li tingħata eżenzjoni. Konsegwentement, jenħtieġ li l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament jitħassar. Billi l-Artikolu 382 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 31 jirreferi għal tranżazzjonijiet intragrupp kif previst fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jenħtieġ li dak l-Artikolu 382 jiġi emendat kif xieraq.

(6)Minħabba l-fatt li l-entitajiet li huma stabbiliti f’pajjiżi li huma elenkati bħala pajjiżi terzi b’riskju għoli li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim tagħhom tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, kif imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32 , jew f’pajjiżi terzi li huma elenkati fl-Anness I tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa 33 , huma soġġetti għal ambjent regolatorju anqas strett, l-operazzjonijiet tagħhom jistgħu jżidu r-riskju, inkluż minħabba żieda fir-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti u fir-riskju legali, għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni. Konsegwentement, jenħtieġ li tali entitajiet ma jkunux eliġibbli sabiex jiġu kkunsidrati fil-qafas tat-tranżazzjonijiet intragrupp.

(7)In-nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, jew in-nuqqas ta’ kooperazzjoni għal finijiet ta’ taxxa ma humiex neċessarjament l-uniċi fatturi li jistgħu jinfluwenzaw ir-riskju, inklużi r-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti u r-riskju legali, assoċjati ma’ kuntratti tad-derivattivi. Fatturi oħrajn, bħall-qafas superviżorju, għandhom rwol ukoll. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex tidentifika l-pajjiżi terzi li l-entitajiet tagħhom ma jistgħux jibbenefikaw minn dawk l-eżenzjonijiet minkejja li ma jkunux ġew identifikati f’dawk il-listi. Meta jitqies li t-tranżazzjonijiet intragrupp jibbenefikaw minn rekwiżiti regolatorji mnaqqsa, jenħtieġ li r-regolaturi u s-superviżuri jimmonitorjaw u jivvalutaw bir-reqqa r-riskji assoċjati mat-tranżazzjonijiet li jinvolvu entitajiet minn pajjiżi terzi.

(8)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-Unjoni u dawk ta’ pajjiżi terzi li joffru servizzi tal-ikklerjar għall-arranġamenti ta’ skemi tal-pensjoni, jenħtieġ li tiġi introdotta eżenzjoni mill-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 4, il-punt (iv), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 meta kontroparti finanzjarja tal-Unjoni jew kontroparti mhux finanzjarja li tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar tidħol fi tranżazzjoni b’arranġament ta’ skema tal-pensjoni stabbilit f’pajjiż terz li jkun eżentat mill-obbligu tal-ikklerjar skont il-liġi nazzjonali ta’ dak il-pajjiż terz.

(9)Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jippromwovi l-użu tal-ikklerjar ċentrali bħala t-teknika ewlenija ta’ titfija tar-riskju għad-derivattivi OTC. Għalhekk, ir-riskji assoċjati ma’ kuntratt tad-derivattivi OTC jittaffew bl-aħjar mod meta dak il-kuntratt tad-derivattivi jiġi kklerjat minn CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14 jew rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament. Minn dan isegwi li fil-kalkolu tal-pożizzjoni li hija mqabbla mal-limiti speċifikati skont l-Artikolu 10(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, huma biss dawk il-kuntratti tad-derivattivi li ma jiġux ikklerjati minn CCP awtorizzata skont l-Artikolu 14 jew rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament li jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak il-kalkolu.

(10)Huwa meħtieġ li jiġu indirizzati r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja assoċjati ma’ skoperturi eċċessivi tal-membri tal-ikklerjar tal-Unjoni u tal-klijenti għal CCPs ta’ pajjiżi terzi sistemikament importanti (CCPs tal-Grad 2) li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar li ġew identifikati mill-ESMA bħala servizzi tal-ikklerjar ta’ importanza sistemika sostanzjali skont l-Artikolu 25(2c) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. F’Diċembru 2021, l-ESMA kkonkludiet li l-forniment ta’ ċerti servizzi tal-ikklerjar ipprovduti minn żewġ CCPs tal-Grad 2, jiġifieri għal derivattivi tar-rati tal-imgħax denominati f’euro u fi zloty Pollakka, Swaps ta’ Inadempjenza ta’ Kreditu (CDS) denominati f’euro u Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax ta’ Terminu Qasir (STIR) denominati f’euro, huma ta’ importanza sistemika sostanzjali għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha. Kif ġie nnotat mill-ESMA fir-rapport ta’ valutazzjoni tagħha ta’ Diċembru 2021, jekk dawk is-CCPs tal-Grad 2 jiffaċċjaw diffikultà finanzjarja, il-bidliet fil-kollateral, il-marġni jew it-telf impost eliġibbli ta’ dawk is-CCPs jista’ jkollhom impatt negattiv fuq is-swieq tal-bonds sovrani ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, u b’mod aktar ġenerali fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni. Barra minn hekk, it-tfixkil fis-swieq rilevanti għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja jista’ jxekkel il-mekkaniżmu ta’ trażmissjoni li huwa kritiku għall-banek ċentrali tal-ħruġ. Għalhekk, huwa xieraq li kwalunkwe kontroparti finanzjarja u kontroparti mhux finanzjarja li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar ikunu meħtieġa jżommu, direttament jew indirettament, kontijiet b’livell minimu ta’ attività fis-CCPs stabbiliti fl-Unjoni. Dak ir-rekwiżit jenħtieġ li jnaqqas il-forniment ta’ dawk is-servizzi tal-ikklerjar minn dawk is-CCPs tal-Grad 2 għal livell fejn tali kklerjar ma jibqax ta’ importanza sistemika sostanzjali.

(11)Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-kalibrazzjoni tal-livell tal-attività tal-ikklerjar li għandu jinżamm fil-kontijiet fis-CCPs tal-Unjoni tkun tista’ tiġi adattata għaċ-ċirkostanzi li jinbidlu. L-ESMA għandha rwol importanti fil-valutazzjoni tal-importanza sistemika sostanzjali tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi u s-servizzi tal-ikklerjar tagħhom. L-ESMA, b’kooperazzjoni mal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) u mal-BERS, u wara li tkun ikkonsultat is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), għalhekk jenħtieġ li tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-livell ta’ servizzi tal-ikklerjar sostanzjalment sistemiċi li għandhom jinżammu fil-kontijiet attivi fis-CCPs tal-Unjoni mill-kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar. Tali kalibrazzjoni ma jenħtieġx li tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ u proporzjonat sabiex jitnaqqas l-ikklerjar fis-servizzi tal-ikklerjar identifikati fis-CCPs tal-Grad 2 ikkonċernati. F’dak ir-rigward, l-ESMA jenħtieġ li tikkunsidra l-kostijiet, ir-riskji u l-piż li tali kalibrazzjoni tinvolvi għall-kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji, l-impatt fuq il-kompetittività tagħhom, u r-riskju li dawk il-kostijiet jiġu mgħoddija lil ditti mhux finanzjarji. Barra minn hekk, l-ESMA jenħtieġ li tiżgura wkoll li t-tnaqqis previst fl-ikklerjar f’dawk l-istrumenti, identifikati bħala ta’ importanza sistemika sostanzjali, iwassal sabiex dawn ma jibqgħux jitqiesu ta’ importanza sistemika sostanzjali meta l-ESMA tirrieżamina r-rikonoxximent tas-CCPs rilevanti skont l-Artikolu 25(5) ta’ dak ir-Regolament u meta tali rieżami jenħtieġ li jsir mill-anqas kull ħames snin. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu previsti perjodi ta’ introduzzjoni gradwali xierqa għall-implimentazzjoni progressiva tar-rekwiżit li jinżamm ċertu livell ta' attività tal-ikklerjar fil-kontijiet fis-CCPs tal-Unjoni.

(12)Sabiex jiġi żgurat li l-klijenti jkunu konxji tal-għażliet tagħhom u jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni informata dwar fejn għandhom jikklerjaw il-kuntratti tad-derivattivi tagħhom, jenħtieġ li l-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar f'CCPs kemm tal-Unjoni kif ukoll ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti jinformaw lill-klijenti tagħhom dwar l-għażla li jikklerjaw kuntratt tad-derivattivi f’CCP tal-Unjoni sabiex l-ikklerjar f’dawk is-servizzi identifikati bħala ta’ importanza sistemika sostanzjali jitnaqqas fis-CCPs tal-Grad 2 sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni.

(13)Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom l-informazzjoni meħtieġa dwar l-attivitajiet tal-ikklerjar imwettqa minn membri tal-ikklerjar jew klijenti f’CCPs rikonoxxuti, jenħtieġ li jiġi introdott obbligu ta’ rapportar għal tali membri tal-ikklerjar jew klijenti. L-informazzjoni li jenħtieġ li tiġi rrapportata jenħtieġ li tiddistingwi bejn it-tranżazzjonijiet ta’ titoli, it-tranżazzjonijiet ta’ derivattivi nnegozjati f’suq regolat u t-tranżazzjonijiet ta’ derivattivi barra l-Borża (OTC).

(14)Ir-Regolament (UE) 2019/834 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 emenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 sabiex tiġi introdotta, inter alia, eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ rapportar għat-tranżazzjonijiet ta’ derivattivi OTC bejn kontropartijiet fi ħdan grupp, fejn mill-anqas waħda mill-kontropartijiet tkun kontroparti mhux finanzjarja. Dik l-eżenzjoni ġiet introdotta minħabba li t-tranżazzjonijiet intragrupp li jinvolvu kontropartijiet mhux finanzjarji jirrappreżentaw frazzjoni relattivament żgħira tat-tranżazzjonijiet ta’ derivattivi OTC kollha u jintużaw primarjament għall-iħħeġġjar intern fi ħdan il-gruppi. Bħala tali, dawk it-tranżazzjonijiet ma jikkontribwixxux b’mod sinifikanti għar-riskju sistemiku u l-interkonnettività mal-bqija tas-sistema finanzjarja. Madankollu, l-eżenzjoni għal dawk it-tranżazzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ rapportar naqqset il-kapaċità tal-ESMA, tal-BERS u ta’ awtoritajiet oħrajn li jidentifikaw u jivvalutaw b’mod ċar ir-riskji meħuda minn kontropartijiet mhux finanzjarji. Sabiex tiġi żgurata aktar viżibbiltà fuq it-tranżazzjonijiet intragrupp, meta titqies l-interkonnettività potenzjali tagħhom mal-bqija tas-sistema finanzjarja u filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi reċenti tas-suq, b’mod partikolari t-tensjonijiet fis-swieq tal-enerġija b'riżultat tal-aggressjoni mhux ipprovokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna, jenħtieġ li dik l-eżenzjoni titneħħa.

(15)Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu f’kull ħin konxji tal-iskoperturi fil-livell tal-entità u tal-grupp u jkunu jistgħu jimmonitorjaw tali skoperturi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu proċeduri ta’ kooperazzjoni effettivi sabiex jikkalkolaw il-pożizzjonijiet f’kuntratti mhux ikklerjati f’CCP awtorizzata jew rikonoxxuta u sabiex jevalwaw u jivvalutaw b’mod attiv il-livell ta’ skopertura f’kuntratti tad-derivattivi OTC fil-livell tal-entità u tal-grupp.

(16)Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li, ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 35 dwar il-kriterji sabiex jiġi stabbilit liema kuntratti tad-derivattivi OTC jistgħu jitkejlu b’mod oġġettiv bħala li jnaqqsu r-riskji, jibqa' idoneu fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi żgurat li l-limiti tal-ikklerjar stipulati f’dak ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni relatati mal-valuri ta’ dawk il-limiti jkunu jirriflettu b’mod xieraq u preċiż ir-riskji u l-karatteristiċi differenti fid-derivattivi, għajr ir-rata tal-imgħax, il-kambju, il-kreditu u d-derivattivi tal-ekwità. Għalhekk, jenħtieġ li l-ESMA tirrieżamina u tiċċara wkoll, fejn xieraq, dak ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni u tipproponi li dan jiġi emendat jekk ikun meħtieġ. L-ESMA hija mħeġġa tikkunsidra u tipprovdi, inter alia, aktar granularità għad-derivattivi tal-komoditajiet. Dik il-granularità tista’ tinkiseb billi l-limiti tal-ikklerjar jiġu sseparati skont is-settur u t-tip, bħad-differenzjazzjoni bejn il-komoditajiet relatati mal-agrikoltura, mal-enerġija jew mal-metall jew id-differenzjazzjoni ta’ dawk il-komoditajiet abbażi ta’ karatteristiċi oħrajn bħal kriterji ambjentali, soċjali u ta’ governanza, investimenti ambjentalment sostenibbli jew karatteristiċi relatati mal-kripto. Matul ir-rieżami, jenħtieġ li l-ESMA tagħmel ħilitha sabiex tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati rilevanti li għandhom għarfien speċifiku dwar komoditajiet partikolari.

(17)Il-kontropartijiet mhux finanzjarji li jridu jiskambjaw kollateral għal kuntratti ta’ derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP jenħtieġ li jkollhom biżżejjed żmien sabiex jinnegozjaw u jittestjaw l-arranġamenti għall-iskambju ta’ tali kollateral.

(18)Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskji li jeħtieġu l-iskambju f’waqtu, preċiż u segregat b’mod xieraq tal-kollateral fir-rigward tal-kuntratti ta’ derivattivi OTC konklużi minn kontropartijiet finanzjarji u kontropartijiet mhux finanzjarji, jenħtieġ li l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa sabiex jiżguraw tali applikazzjoni uniformi.

(19)Sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti u konverġenti fost l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni kollha, is-CCPs awtorizzati jew il-persuni ġuridiċi li jixtiequ jiġu awtorizzati skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 sabiex jipprovdu servizzi u attivitajiet tal-ikklerjar fi strumenti finanzjarji jenħtieġ li jkunu jistgħu wkoll jiġu awtorizzati jipprovdu servizzi tal-ikklerjar u attivitajiet oħrajn b’rabta ma’ strumenti mhux finanzjarji. Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 japplika għas-CCPs bħala entitajiet, u mhux għal servizzi speċifiċi, kif stabbilit fl-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament. Meta CCP tapprova strumenti mhux finanzjarji, minbarra l-istrumenti finanzjarji, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tas-CCP tkun tista’ tiżgura li s-CCP tikkonforma mar-rekwiżiti kollha tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għas-servizzi kollha li toffri.

(20)Is-CCPs tal-Unjoni jiffaċċjaw sfidi sabiex jespandu l-offerta tal-prodotti tagħhom u jesperjenzaw diffikultajiet sabiex ipoġġu prodotti ġodda fis-suq. Dawk l-isfidi u d-diffikultajiet jistgħu jiġu spjegati minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li jagħmlu xi proċeduri ta’ awtorizzazzjoni twal wisq, kumplessi u inċerti fl-eżitu tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-proċess tal-awtorizzazzjoni tas-CCPs tal-Unjoni jew tal-estensjoni tal-awtorizzazzjoni tagħhom jiġi ssimplifikat, filwaqt li jiġi żgurat l-involviment xieraq tal-ESMA u tal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. L-ewwel, sabiex jiġi evitat dewmien sinifikanti, u potenzjalment indefinit, meta l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw il-kompletezza ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tirrikonoxxi malajr li tkun irċeviet dik l-applikazzjoni u tivverifika malajr jekk is-CCP tkunx ipprovdiet id-dokumenti meħtieġa għall-valutazzjoni. Sabiex jiġi żgurat li s-CCPs tal-Unjoni jissottomettu d-dokumenti kollha meħtieġa mal-applikazzjonijiet tagħhom, jenħtieġ li l-ESMA tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw liema dokumenti jenħtieġ li jiġu pprovduti, x’informazzjoni jenħtieġ li jkun fihom dawk id-dokumenti u f’liema format jenħtieġ li jiġu sottomessi. It-tieni, sabiex tiġi żgurata valutazzjoni effiċjenti u konkorrenti tal-applikazzjonijiet, jenħtieġ li s-CCPs ikunu jistgħu jissottomettu d-dokumenti kollha permezz ta’ bażi tad-data ċentrali fejn jenħtieġ li jiġu kondiviżi b’mod istantanju mal-awtorità kompetenti tas-CCP, mal-ESMA u mal-kulleġġ. It-tielet, l-awtorità kompetenti ta’ CCP, l-ESMA u l-kulleġġ jenħtieġ li matul il-perjodu ta’ valutazzjoni jinvolvu lis-CCP u jistaqsuha kwalunkwe mistoqsija li jista' jkollhom sabiex jiżguraw proċess rapidu, flessibbli u kooperattiv għal rieżami komprensiv. Sabiex jiġu evitati d-duplikazzjoni u d-dewmien bla bżonn, jenħtieġ li l-mistoqsijiet kollha u l-kjarifiki sussegwenti jiġu kondiviżi wkoll simultanjament bejn l-awtorità kompetenti tas-CCP, l-ESMA u l-kulleġġ.

(21)Bħalissa hemm inċertezza dwar meta servizz jew attività addizzjonali jkunu koperti minn awtorizzazzjoni eżistenti ta’ CCP. Huwa meħtieġ li tiġi indirizzata dik l-inċertezza u li tiġi żgurata l-proporzjonalità meta s-servizz jew l-attività addizzjonali proposti ma jżidux ir-riskji għas-CCP. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit li l-applikazzjonijiet f’dawk il-każijiet ma jenħtieġx li jgħaddu mill-proċedura ta’ valutazzjoni sħiħa. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li jiġi speċifikat liema servizzi u attivitajiet tal-ikklerjar addizzjonali ma humiex materjali, u b’hekk ma jżidux ir-riskji għal CCP tal-Unjoni, u jenħtieġ li jiġu approvati permezz ta’ proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ dik is-CCP. Jenħtieġ li dik il-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni tiġi applikata meta s-CCP ikollha l-ħsieb li tikklerja strument finanzjarju wieħed jew aktar li jappartjenu għall-istess klassijiet ta’ strumenti finanzjarji li għalihom tkun ġiet awtorizzata li tikklerja, sakemm tali strumenti finanzjarji jiġu nnegozjati f’ċentru tan-negozjar li għalih is-CCP diġà tipprovdi servizzi tal-ikklerjar jew twettaq attivitajiet u s-servizz jew l-attività tal-ikklerjar addizzjonali proposti ma jinvolvux pagament f’munita ġdida. Jenħtieġ li dik il-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni tiġi applikata wkoll meta s-CCP iżżid munita ġdida tal-Unjoni fi klassi ta’ strumenti finanzjarji diġà koperti mill-awtorizzazzjoni tas-CCP, jew meta s-CCP iżżid terminu addizzjonali wieħed jew aktar ma’ klassi ta’ strumenti finanzjarji diġà koperti mill-awtorizzazzjoni tas-CCP, diment li l-medda tal-maturità ma tiġix estiża b’mod sinifikanti. Barra minn hekk, jenħtieġ li CCP tkun tista’ wkoll titlob lill-awtorità kompetenti tagħha tapplika l-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni meta dik is-CCP tqis li s-servizz jew l-attività addizzjonali proposti ma jżidux ir-riskji tagħha, b’mod partikolari meta s-servizz jew l-attività tal-ikklerjar il-ġodda jkunu simili għas-servizzi li s-CCP tkun diġà awtorizzata tipprovdi. Il-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni jenħtieġ li ma tkunx tirrikjedi opinjoni separata mill-ESMA u mill-kulleġġ, billi tali rekwiżit ikun sproporzjonat. Minflok, jenħtieġ li l-ESMA u l-kulleġġ ikunu jistgħu jipprovdu kontribut lill-awtorità kompetenti tas-CCP permezz tat-tim superviżorju konġunt stabbilit għal dik is-CCP.

(22)Sabiex titrawwem superviżjoni kooperattiva tas-CCPs fuq bażi kontinwa, jenħtieġ li l-kulleġġ joħroġ opinjoni meta awtorità kompetenti tikkunsidra li tirtira awtorizzazzjoni ta’ CCP u meta awtorità kompetenti twettaq ir-rieżami u l-evalwazzjoni annwali ta’ dik is-CCP.

(23)Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament konsistenti tal-kulleġġi kollha u tissaħħaħ aktar il-konverġenza superviżorja, jenħtieġ li l-ESMA timmaniġġja u tippresjedi l-kulleġġ għal kull CCP tal-Unjoni u jenħtieġ li tingħata d-dritt tal-vot f’dak il-kulleġġ.

(24)Jenħtieġ li l-ESMA tkun tista’ tikkontribwixxi b’mod aktar effettiv sabiex tiżgura li s-CCPs tal-Unjoni jkunu sikuri, robusti u kompetittivi fil-forniment tas-servizzi tagħhom fl-Unjoni kollha. Għalhekk, jenħtieġ li l-ESMA, minbarra l-kompetenzi superviżorji attwalment stipulati fir-Regolament (UE) Nru 648/2012, toħroġ ukoll opinjoni lill-awtorità kompetenti tas-CCP dwar ir-rieżami u l-evalwazzjoni annwali tas-CCP, l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tagħha u r-rekwiżiti tal-marġni. Meta toħroġ opinjoni, jenħtieġ li l-ESMA tivvaluta l-konformità ta’ CCP mar-rekwiżiti applikabbli, filwaqt li tiffoka b’mod partikolari fuq irriskji transfruntiera identifikati jew ir-riskji għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni. Huwa wkoll meħtieġ li tissaħħaħ aktar il-konverġenza superviżorja u li jiġi żgurat li l-partijiet ikkonċernati kollha jkunu informati dwar il-valutazzjoni tal-ESMA u tal-kulleġġ tal-attivitajiet ta’ CCP. Għalhekk, jenħtieġ li l-ESMA tiddivulga, filwaqt li tqis il-ħtieġa li tipproteġi l-informazzjoni kunfidenzjali, il-fatt li awtorità kompetenti ma tikkonformax jew ma jkollhiex l-intenzjoni li tikkonforma mal-opinjoni tagħha jew mal-opinjoni tal-kulleġġ u ma’ kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni inkluża fiha. Jenħtieġ li l-ESMA tkun tista’ tiddeċiedi, fuq bażi ta’ każ b’każ, li tippubblika r-raġunijiet ipprovduti mill-awtorità kompetenti għan-nuqqas ta’ konformità mal-opinjoni tal-ESMA jew mal-opinjoni tal-kulleġġ jew ma’ kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tinsab fiha.

(25)Jeħtieġ li jiġi żgurat li s-CCP tikkonforma mar-Regolament (UE) Nru 648/2012 fuq bażi kontinwa, inkluż wara proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni li tapprova l-forniment ta’ servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar addizzjonali, jew wara proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni għall-validazzjoni ta’ bidla fil-mudell, f’liema każijiet l-ESMA u l-kulleġġ ma joħorġux opinjoni separata. Għalhekk, jenħtieġ li r-rieżami mwettaq mill-awtorità kompetenti tas-CCP mill-anqas fuq bażi annwali jikkunsidra b’mod partikolari tali servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar ġodda u kwalunkwe bidla fil-mudell. Sabiex tiġi żgurata l-konverġenza superviżorja u li s-CCPs tal-Unjoni jkunu sikuri, robusti u kompetittivi fil-forniment tas-servizzi tagħhom fl-Unjoni kollha, jenħtieġ li r-rapport tal-awtorità kompetenti jkun soġġett għal opinjoni mill-ESMA u mill-kulleġġ u jenħtieġ li jiġi sottomess kull sena.

(26)Jenħtieġ li l-ESMA jkollha l-mezzi sabiex tidentifika r-riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-ESMA, b’kooperazzjoni mal-EBA, mal-EIOPA u mal-BĊE fil-qafas tal-kompiti li jikkonċernaw is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku mogħti lilha f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 36 , tidentifika l-interkonnessjonijiet u l-interdipendenzi bejn CCPs u persuni ġuridiċi differenti, inklużi membri tal-ikklerjar, klijenti u klijenti indiretti kondiviżi, fornituri ta’ servizzi materjali kondiviżi, fornituri ta’ likwidità materjali kondiviżi, arranġamenti ta’ kollateral inkroċjat, dispożizzjonijiet ta’ kontroinadempjenza u netting bejn is-CCPs, ftehimiet ta’ kontrogaranzija u trasferimenti tar-riskji u arranġamenti ta’ negozjar back-to-back.

(27)Il-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati minn CCPs awtorizzati li jkunu talbu s-sħubija fil-Kumitat Superviżorju tas-CCP huma membri mingħajr dritt tal-vot ta’ dak il-kumitat. Huma jipparteċipaw biss fil-laqgħat tiegħu għas-CCPs tal-Unjoni fil-kuntest ta’ diskussjonijiet dwar il-valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha tar-reżiljenza ta’ dawk is-CCPs għall-iżviluppi avversi tas-suq u l-iżviluppi rilevanti tas-suq. B’hekk, għall-kuntrarju tal-involviment tagħhom fis-superviżjoni ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi, il-banek ċentrali tal-ħruġ ma humiex involuti biżżejjed fi kwistjonijiet superviżorji għas-CCPs tal-Unjoni li huma ta’ rilevanza diretta għat-tmexxija tal-politika monetarja u għall-operat bla xkiel tas-sistemi ta’ pagamenti, li jwassal għal kunsiderazzjoni insuffiċjenti tar-riskji transfruntiera. Għalhekk, huwa xieraq li dawk il-banek ċentrali tal-ħruġ ikunu jistgħu jattendu bħala membri mingħajr dritt tal-vot għal-laqgħat kollha tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP meta dan jitlaqqa’ għas-CCPs tal-Unjoni.

(28)Huwa meħtieġ li jiġu żgurati skambju fil-pront tal-informazzjoni, kondiviżjoni tal-għarfien u kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet involuti fis-superviżjoni tas-CCPs awtorizzati u, b’mod partikolari, meta tkun meħtieġa deċiżjoni rapida mill-awtorità kompetenti ta’ CCP. Għalhekk, huwa xieraq li jitwaqqaf tim superviżorju konġunt għal kull CCP tal-Unjoni sabiex jassisti lil dawk l-awtoritajiet superviżorji, inkluż billi jipprovdi kontribut lill-awtorità kompetenti tas-CCP fil-kuntest tal-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni għall-estensjoni tal-awtorizzazzjoni eżistenti ta’ CCP, jassisti fl-istabbiliment tal-frekwenza u l-profondità tar-rieżami u l-evalwazzjoni ta’ CCP, u jipparteċipa fi spezzjonijiet fuq il-post. Meta jitqies li l-awtorità kompetenti ta’ CCP fl-aħħar mill-aħħar tibqa’ responsabbli għad-deċiżjonijiet superviżorji finali, jenħtieġ li t-timijiet superviżorji konġunti jaħdmu taħt l-awspiċji tal-awtorità kompetenti tas-CCP li għaliha huwa stabbilit it-tim u jenħtieġ li jkunu magħmula minn membri tal-persunal mill-awtorità kompetenti tas-CCP, l-ESMA u ċerti membri tal-kulleġġ. Jenħtieġ ukoll li membri oħrajn tal-kulleġġ ikunu jistgħu jitolbu li jipparteċipaw billi jiġġustifikaw it-talba abbażi tal-valutazzjoni tagħhom tal-impatt li d-diffikultà finanzjarja tas-CCP jista’ jkollha fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru rispettiv tagħhom.

(29)Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-korpi rilevanti tal-Unjoni li jkollhom ħarsa ġenerali komprensiva lejn l-iżviluppi tas-suq rilevanti għall-ikklerjar fl-Unjoni, jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti relatati mal-ikklerjar tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u jiddiskutu b’mod kollettiv ir-riskji potenzjali li jinħolqu mill-interkonnettività ta’ atturi finanzjarji differenti u kwistjonijiet oħrajn relatati mal-istabbiltà finanzjarja, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ monitoraġġ transsettorjali li jgħaqqad flimkien il-korpi rilevanti tal-Unjoni involuti fis-superviżjoni tas-CCPs tal-Unjoni, tal-membri tal-ikklerjar u tal-klijenti. Jenħtieġ li tali Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ jiġi ġestit u ppresjedut mill-ESMA bħala l-awtorità tal-Unjoni involuta fis-superviżjoni tas-CCPs tal-Unjoni u fis-superviżjoni ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi sistemikament importanti. Jenħtieġ li parteċipanti oħrajn ikunu jinkludu rappreżentanti mill-Kummissjoni, mill-EBA, mill-EIOPA, mill-BERS u mill-BĊE fil-qafas tal-kompiti li jikkonċernaw is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku mogħtija lilha f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013.

(30)Sabiex tinforma d-deċiżjonijiet ta’ politika futuri, jenħtieġ li l-ESMA, b’kooperazzjoni mal-korpi l-oħrajn li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ, tissottometti rapport annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-attivitajiet tagħhom. L-ESMA tista’ tibda proċedura ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 37 , meta, abbażi tal-informazzjoni riċevuta bħala parti mill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u wara d-diskussjonijiet li saru hemmhekk, l-ESMA tqis li l-awtoritajiet kompetenti jonqsu milli jiżguraw il-konformità tal-membri tal-ikklerjar u tal-klijenti mar-rekwiżit li jikklerjaw mill-anqas proporzjon ta’ kuntratti identifikati f’kontijiet fis-CCPs tal-Unjoni, jew meta l-ESMA tidentifika riskju għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni minħabba allegat ksur jew nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Qabel ma tibda tali proċedura ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni, l-ESMA tista’ toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament. Meta, abbażi tal-informazzjoni riċevuta bħala parti mill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u wara d-diskussjonijiet li saru hemmhekk, l-ESMA tqis li l-konformità mar-rekwiżit li jiġu kklerjati mill-anqas proporzjon ta’ kuntratti identifikati f’kontijiet fis-CCPs tal-Unjoni ma tiżgurax b’mod effettiv it-tnaqqis tal-iskopertura eċċessiva tal-membri tal-ikklerjar tal-Unjoni u tal-klijenti għas-CCPs tal-Grad 2, jenħtieġ li hija tirrieżamina u tipproponi li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni rilevanti jiġi emendat biex jispeċifika aktar dak ir-rekwiżit, filwaqt li tipproponi li jiġi stabbilit, fejn meħtieġ, perjodu ta’ adattament xieraq.

(31)It-taqlib fis-suq tal-2020 bħala riżultat tal-pandemija tal-Covid-19 u l-prezzijiet għoljin tal-2022 fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa wara l-aggressjoni mhux ipprovokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna wrew li, filwaqt li huwa essenzjali li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni sabiex jindirizzaw ir-riskji li jirriżultaw meta jitfaċċaw avvenimenti b’impatti transfruntiera, l-ESMA għad ma għandhiex l-għodod meħtieġa sabiex tiżgura tali koordinazzjoni u approċċ konverġenti fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-ESMA tkun tista’ ssejjaħ laqgħat tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP, fuq inizjattiva tagħha stess jew inkella fuq talba, potenzjalment b’kompożizzjoni mkabbra, sabiex tikkoordina b’mod effettiv ir-rispons tal-awtoritajiet kompetenti f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Jenħtieġ li l-ESMA tkun tista’ wkoll titlob, b’talba sempliċi, informazzjoni mill-parteċipanti fis-suq li tkun meħtieġa għall-ESMA sabiex twettaq il-funzjoni ta’ koordinazzjoni tagħha f’dawk is-sitwazzjonijiet u sabiex tkun tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtorità kompetenti.

(32)Sabiex jitnaqqas il-piż fuq is-CCPs u l-ESMA, jenħtieġ li jiġi ċċarat li meta l-ESMA twettaq rieżami tar-rikonoxximent ta’ CCP ta’ pajjiż terz skont l-Artikolu 25(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), dik is-CCP ta’ pajjiż terz jenħtieġ li ma tkunx obbligata tissottometti applikazzjoni ġdida għar-rikonoxximent. Madankollu, jenħtieġ li hija tipprovdi lill-ESMA bl-informazzjoni kollha meħtieġa għal tali rieżami. Konsegwentement, ir-rieżami mill-ESMA tar-rikonoxximent ta’ CCP ta’ pajjiż terz ma jenħtieġx li jikkostitwixxi rikonoxximent ġdid ta’ dik is-CCP.

(33)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’, meta tadotta deċiżjoni ta’ ekwivalenza, teżenta lil dak il-pajjiż terz mir-rekwiżit li jkollu sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi. Meta tikkunsidra fejn approċċ bħal dan ikun proporzjonat, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra medda ta’ fatturi differenti, inkluża l-konformità mal-Prinċipji għall-Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju ppubblikati mill-Kumitat dwar il-Pagamenti u l-Infrastrutturi tas-Suq u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, id-daqs tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi stabbiliti f’dik il-ġuriżdizzjoni u, fejn magħrufa, l-attività mistennija f’dawn is-CCPs ta’ pajjiżi terzi minn membri tal-ikklerjar u ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni.

(34)Sabiex jiġi żgurat li l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ pajjiżi terzi jkunu proporzjonati, jenħtieġ li tali arranġamenti jkunu jirriflettu l-karatteristiċi speċifiċi tal-ambitu tas-servizzi pprovduti, jew maħsuba li jiġu pprovduti, fl-Unjoni minn CCPs awtorizzati f’dak il-pajjiż terz u jekk dawk is-servizzi jinvolvux riskji speċifiċi għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni jirriflettu l-grad ta’ riskju li s-CCPs stabbiliti f’pajjiż terz potenzjalment jippreżentaw għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha.

(35)Għalhekk, jenħtieġ li l-ESMA tfassal l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni tagħha għal ġuriżdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi differenti bbażati fuq is-CCPs stabbiliti fil-ġuriżdizzjoni rispettiva. B’mod partikolari, is-CCPs tal-Grad 1 ikopru medda wiesgħa ta’ profili tas-CCP u, b’hekk, jenħtieġ li l-ESMA tiżgura li arranġament ta’ kooperazzjoni jkun proporzjonat għas-CCPs stabbiliti f’kull ġuriżdizzjoni ta’ pajjiż terz. Jenħtieġ li l-ESMA tikkunsidra, fost l-oħrajn, il-likwidità tas-swieq ikkonċernati, il-grad sa fejn l-attivitajiet ta’ kklerjar tas-CCPs huma denominati f’euro jew f’muniti oħrajn tal-Unjoni u l-punt sa fejn l-entitajiet tal-Unjoni jużaw is-servizzi ta’ tali CCPs. Meta jitqies li l-maġġoranza l-kbira tas-CCPs tal-Grad 1 jipprovdu servizzi tal-ikklerjar sa ċertu punt limitat għall-membri tal-ikklerjar u għaċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni, jenħtieġ li l-ambitu tal-ESMA tal-valutazzjoni u tal-informazzjoni li għandha tintalab ikun limitat ukoll f’dawk il-ġuriżdizzjonijiet kollha. Sabiex jiġu limitati t-talbiet għall-informazzjoni għas-CCPs tal-Grad 1, jenħtieġ li fil-prinċipju tintalab medda predefinita ta’ informazzjoni mill-ESMA kull sena. Meta r-riskji minn CCP jew ġuriżdizzjoni tal-Grad 1 ikunu potenzjalment akbar, ikunu ġustifikati aktar talbiet u ambitu usa’ tal-informazzjoni mitluba u dan mhux anqas minn darba kull tliet xhur. Madankollu, kwalunkwe arranġament ta’ kooperazzjoni fis-seħħ meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ jenħtieġ li ma jiġix aġġustat, sakemm l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi ma jitolbux hekk.

(36)Fejn ir-rikonoxximent ikun previst skont l-Artikolu 25(2b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, meta jitqies li dawk is-CCPs huma ta’ importanza sistemika għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, jenħtieġ li l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-ESMA u l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi jkopru l-iskambju ta’ informazzjoni għal medda usa’ ta’ informazzjoni u bi frekwenza akbar. F’dak il-każ, jenħtieġ li l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni jinvolvu wkoll proċeduri sabiex jiġi żgurat li tali CCP tal-Grad 2 tkun taħt superviżjoni skont l-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament. Jenħtieġ li l-ESMA tiżgura li tkun tista’ tikseb l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex taqdi dmirijietha skont dak ir-Regolament, inkluża l-informazzjoni meħtieġa sabiex tiżgura l-konformità mal-Artikolu 25(2b) ta’ dak ir-Regolament u sabiex tiżgura li l-informazzjoni tiġi kondiviża meta CCP tkun ingħatat, parzjalment jew kompletament, konformità komparabbli. Sabiex l-ESMA tkun tista’ twettaq superviżjoni sħiħa u effettiva tas-CCPs tal-Grad 2, jenħtieġ li jiġi ċċarat li dawk is-CCPs jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni lill-ESMA perjodikament.

(37)Sabiex jiġi żgurat li l-ESMA tkun informata wkoll dwar kif CCP tal-Grad 2 titħejja, tista’ ttaffi u tirkupra minn diffikultà finanzjarja, jenħtieġ li l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni jinkludu d-dritt li l-ESMA tiġi informata meta CCP tal-Grad 2 tistabbilixxi pjan ta’ rkupru jew meta awtorità ta’ pajjiż terz tistabbilixxi pjanijiet ta’ riżoluzzjoni. Jenħtieġ li l-ESMA tiġi informata wkoll dwar l-aspetti rilevanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni, jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, u dwar kif membri tal-ikklerjar individwali u, sa fejn ikunu magħrufa, klijenti u klijenti indiretti, jistgħu jiġu affettwati materjalment mill-implimentazzjoni ta’ tali pjan ta’ rkupru jew ta’ riżoluzzjoni. Jenħtieġ li l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni jindikaw ukoll li jenħtieġ li l-ESMA tiġi informata meta CCP tal-Grad 2 ikollha l-ħsieb li tattiva l-pjan ta’ rkupru tagħha jew meta l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi jkunu ddeterminaw li hemm indikazzjonijiet ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi emerġenti li tista’ taffettwa l-operazzjonijiet tas-CCP, il-membri tal-ikklerjar tagħha, il-klijenti u l-klijenti indiretti.

(38)Sabiex jittaffew ir-riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni, jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, jenħtieġ li s-CCPs u l-kmamar tal-ikklerjar ma jitħallewx ikunu membri tal-ikklerjar ta’ CCPs oħrajn, kif ukoll is-CCPs ma jkunux jistgħu jaċċettaw li jkollhom CCPs oħrajn bħala membri tal-ikklerjar jew membri tal-ikklerjar indiretti.

(39)L-avvenimenti reċenti fis-swieq tal-komoditajiet bħala riżultat tal-aggressjoni mhux ipprovokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna juru l-fatt li l-kontropartijiet mhux finanzjarji ma għandhomx l-istess aċċess għal-likwidità bħall-kontropartijiet finanzjarji. Għalhekk, jenħtieġ li l-kontropartijiet mhux finanzjarji ma jitħallewx joffru servizzi ta’ kklerjar tal-klijenti u jenħtieġ li jitħallew biss iżommu kontijiet fis-CCP għall-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont proprju tagħhom. Meta CCP ikollha jew tkun beħsiebha taċċetta kontropartijiet mhux finanzjarji bħala membri tal-ikklerjar, jenħtieġ li dik is-CCP tiżgura li l-kontropartijiet mhux finanzjarji jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-marġni u l-kontribuzzjonijiet tal-fondi ta’ inadempjenza, inkluż f’kundizzjonijiet ta’ stress. Meta jitqies li l-kontropartijiet mhux finanzjarji ma humiex soġġetti għall-istess rekwiżiti prudenzjali u salvagwardji tal-likwidità bħall-kontropartijiet finanzjarji, jenħtieġ li l-aċċess dirett tagħhom għas-CCPs jiġi mmonitorjat mill-awtoritajiet kompetenti tas-CCPs li jaċċettawhom bħala membri tal-ikklerjar. . Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti għas-CCP tirrapporta lill-ESMA u lill-kulleġġ fuq bażi regolari dwar l-adegwatezza tal-aċċettazzjoni ta’ kontropartijiet mhux finanzjarji bħala membri tal-ikklerjar. L-ESMA tista’ toħroġ opinjoni dwar l-adegwatezza ta’ tali arranġamenti wara rieżami bejn il-pari ad hoc.

(40)Sabiex jiġi żgurat li l-klijenti u l-klijenti indiretti jkollhom viżibbiltà u prevedibbiltà aħjar tal-appelli għall-marġni, u b’hekk jiżviluppaw aktar l-istrateġiji ta’ ġestjoni tal-likwidità tagħhom, jenħtieġ li l-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi ta’ kklerjar jiżguraw trasparenza għall-klijenti tagħhom. Minħabba r-relazzjoni aktar mill-qrib tagħhom mas-CCPs u l-esperjenza professjonali tagħhom fl-ikklerjar ċentrali u l-ġestjoni tal-likwidità, il-membri tal-ikklerjar huma fl-aħjar pożizzjoni sabiex jikkomunikaw b’mod ċar u trasparenti lill-klijenti kif jaħdmu l-mudelli tas-CCP, inkluż f’avvenimenti ta’ stress, u l-implikazzjonijiet li tali avvenimenti jista’ jkollhom fuq il-marġnijiet li l-klijenti jintalbu jpoġġu, inkluż kwalunkwe marġni addizzjonali li l-membri tal-ikklerjar infushom jistgħu jitolbu. Fehim aħjar tal-mudelli tal-marġni tas-CCP jista’ jtejjeb il-kapaċità tal-klijenti li jbassru b’mod raġonevoli l-appelli għall-marġni u jħejju ruħhom għat-talbiet għal kollateral, b’mod partikolari f’avvenimenti ta’ stress.

(41)Sabiex jiġi żgurat li l-mudelli tal-marġni jkunu jirriflettu l-kundizzjonijiet attwali tas-suq, jenħtieġ li s-CCPs jirrevedu kontinwament u mhux biss regolarment il-livell tal-marġnijiet tagħhom, filwaqt li jqisu kwalunkwe effett potenzjalment proċikliku ta’ tali reviżjonijiet. Meta jsejħu l-marġnijiet u jiġbruhom fuq bażi tal-istess ġurnata, jenħtieġ li s-CCPs jikkunsidraw ulterjorment l-impatt potenzjali tal-ġbir tal-marġni u tal-pagamenti fl-istess ġurnata fuq il-pożizzjoni tal-likwidità tal-parteċipanti tagħhom.

(42)Sabiex jiġi żgurat li r-riskju tal-likwidità jiġi definit b’mod akkurat, l-entitajiet li l-inadempjenza tagħhom jenħtieġ li titqies minn CCP sabiex tiddetermina tali riskju jenħtieġ li jiġu estiżi sabiex ikopru mhux biss l-inadempjenza tal-membri tal-ikklerjar, iżda wkoll tal-fornituri ta’ servizzi ta’ likwidità, tal-fornituri ta’ servizzi ta’ saldu jew ta’ kwalunkwe fornitur ieħor ta’ servizzi.

(43)Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-ikklerjar għal dawk l-entitajiet li ma għandhomx ammonti suffiċjenti ta’ assi likwidi ħafna u, b’mod partikolari, il-kumpaniji tal-enerġija, taħt kundizzjonijiet li għandhom jiġu speċifikati mill-ESMA u sabiex jiġi żgurat li CCP tqis dawk il-kundizzjonijiet meta tikkalkula l-iskopertura kumplessiva tagħha għal bank li huwa wkoll membru tal-ikklerjar, jenħtieġ li l-garanziji tal-banek kummerċjali u tal-banek pubbliċi jitqiesu bħala kollateral eliġibbli. Barra minn hekk, minħabba l-profil tar-riskju ta’ kreditu baxx tagħhom, jenħtieġ li jiġi speċifikat b’mod espliċitu li l-garanziji pubbliċi huma eliġibbli wkoll bħala kollateral. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li CCP, meta tirrevedi l-livell tat-telf impost li hija tapplika għall-assi li taċċetta bħala kollateral, tqis kwalunkwe effett proċikliku potenzjali ta’ tali reviżjonijiet.

(44)Sabiex tiġi ffaċilitata l-kapaċità tas-CCPs li jirrispondu minnufih għall-iżviluppi tas-suq li jistgħu jeħtieġu emendi għall-mudelli tar-riskju tagħhom, jenħtieġ li l-proċess tal-validazzjoni tal-bidliet f’tali mudelli jiġi ssimplifikat. Meta bidla ma tkunx sinifikanti, jenħtieġ li tapplika proċedura ta’ validazzjoni ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-konverġenza superviżorja, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 648/2012 jispeċifika l-bidliet li jenħtieġ li jitqiesu bħala sinifikanti. Jenħtieġ li dan ikun il-każ fejn jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet li jirreferu għal aspetti differenti tal-pożizzjoni finanzjarja tas-CCP u l-livell tar-riskju ġenerali.

(45)Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 648/2012 jiġi rieżaminat mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan jippermetti ż-żmien sabiex jiġu applikati l-bidliet introdotti minn dan ir-Regolament. Filwaqt li jenħtieġ li jitwettaq rieżami tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 fl-intier tiegħu, jenħtieġ li dak ir-rieżami jiffoka fuq l-effettività u l-effiċjenza ta’ dak ir-Regolament fl-ilħuq tal-għanijiet tiegħu, fit-titjib tal-effiċjenza u tas-sikurezza tas-swieq tal-ikklerjar tal-Unjoni u fil-preservazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni. Jenħtieġ li r-rieżami jikkunsidra wkoll l-attraenza tas-CCPs tal-Unjoni, l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq l-inkoraġġiment tal-ikklerjar fl-Unjoni, u l-punt sa fejn il-valutazzjoni u l-ġestjoni mtejba tar-riskji transfruntiera kienu ta’ benefiċċju għall-Unjoni.

(46)Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tar-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 38 mar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u sabiex jiġu ppreservati l-integrità u l-istabbiltà tas-suq intern, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit fir-Regolament (UE) 2017/1131 sett uniformi ta’ regoli sabiex jiġi indirizzat ir-riskju tal-kontroparti fi tranżazzjonijiet ta’ derivattivi finanzjarji mwettqa minn fondi tas-suq monetarju (MMF), meta t-tranżazzjonijiet ikunu ġew ikklerjati minn CCP li tkun awtorizzata jew rikonoxxuta skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Billi l-arranġamenti tal-ikklerjar ċentrali jtaffu r-riskju tal-kontroparti li huwa inerenti f’kuntratti ta’ derivattivi finanzjarji, huwa meħtieġ li jitqies jekk derivattiv ikunx ġie kklerjat ċentralment minn CCP li tkun awtorizzata jew rikonoxxuta skont dak ir-Regolament, meta jiġu ddeterminati l-limiti applikabbli tar-riskju tal-kontroparti. Huwa meħtieġ ukoll, għal finijiet regolatorji u ta’ armonizzazzjoni, li jitneħħew il-limiti tar-riskju tal-kontroparti biss meta l-kontropartijiet jużaw CCPs li huma awtorizzati jew rikonoxxuti f’konformità ma’ dak ir-Regolament, sabiex jipprovdu servizzi tal-ikklerjar lill-membri tal-ikklerjar u lill-klijenti tagħhom.

(47)Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti tar-regoli u tal-prattika superviżorja dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni, għal estensjoni tal-awtorizzazzjoni u għal validazzjonijiet tal-mudell, għar-rekwiżit tal-kont attiv u għar-rekwiżiti tal-parteċipazzjoni tas-CCP, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ESMA fir-rigward ta’ dawn li ġejjin: id-dokumenti li s-CCPs huma meħtieġa jissottomettu meta japplikaw għal awtorizzazzjoni, estensjoni tal-awtorizzazzjoni u validazzjoni tal-bidliet fil-mudell; il-proporzjon ta’ attività fil-kuntratti tad-derivattivi rilevanti li jenħtieġ li jinżammu f’kontijiet attivi f'CCPs tal-Unjoni u l-metodoloġija tal-kalkolu li tintuża sabiex jiġi kkalkolat dak il-proporzjon; l-ambitu u d-dettalji tar-rapportar mill-membri tal-ikklerjar tal-Unjoni u mill-klijenti lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar l-attività tal-ikklerjar tagħhom f’CCPs ta’ pajjiżi terzi u filwaqt li jipprovdu l-mekkaniżmi li jagħtu bidu għal rieżami tal-valuri tal-limiti tal-ikklerjar wara fluttwazzjonijiet sinifikanti tal-prezzijiet fil-klassi sottostanti ta’ derivattivi OTC sabiex jirrieżaminaw ukoll l-ambitu tal-eżenzjoni mill-iħħeġġjar u l-limiti sabiex japplika l-obbligu tal-ikklerjar; u l-elementi li jridu jiġu kkunsidrati meta jiġu stabbiliti l-kriterji ta’ ammissjoni għal CCP. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(48)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata wkoll is-setgħa li tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni żviluppati mill-ESMA fir-rigward tal-format tad-dokumenti meħtieġa għall-applikazzjonijiet u l-format tar-rapportar mill-membri tal-ikklerjar tal-Unjoni u mill-klijenti lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar l-attività tal-ikklerjar tagħhom f’CCPs ta’ pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE u f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(49)Sabiex jiġi żgurat li l-lista ta’ pajjiżi terzi, li l-entitajiet tagħhom ma jistgħux jibbenefikaw minn dawk l-eżenzjonijiet minkejja li ma jkunux ġew identifikati f’dawk il-listi, tkun rilevanti għall-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti tal-obbligu li jiġu kklerjati ċerti tranżazzjonijiet f’kont ma’ CCP awtorizzata meta l-ESMA twettaq valutazzjoni skont l-Artikolu 25(2c) u sabiex jiġi żgurat li l-lista ta’ bidliet mhux materjali għall-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni li tapplika tibqa’ rilevanti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE sabiex taġġusta t-tranżazzjonijiet fl-ambitu tal-obbligu u sabiex tbiddel il-lista ta’ bidliet mhux materjali. B’mod partikolari huwa importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 39 . B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati

(50)Billi l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiżdiedu s-sikurezza u l-effiċjenza tas-CCPs tal-Unjoni billi tittejjeb l-attraenza tagħhom, jiġi mħeġġeġ l-ikklerjar fl-Unjoni u tissaħħaħ il-kunsiderazzjoni transfruntiera tar-riskji, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(51) Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2017/1131 jiġu emendati kif xieraq.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Tranżazzjonijiet intragrupp

1.Fir-rigward ta’ kontroparti mhux finanzjarja, tranżazzjoni intragrupp għandha tkun kuntratt tad-derivati OTC konkluż ma’ kontroparti oħra li hija parti mill-istess grupp, sakemm iż-żewġ kontropartijiet ikunu inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa u jkunu soġġetti għal proċeduri ċentralizzati xierqa ta’ evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskji u dik il-kontroparti tkun stabbilita fl-Unjoni jew, jekk tkun stabbilita f’pajjiż terz, dak il-pajjiż terz ma jkunx elenkat skont il-paragrafi 4 u 5.

2.B’rabta ma’ kontroparti finanzjarja, tranżazzjoni intragrupp għandha tkun kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)kuntratt tad-derivati OTC konkluż ma’ kontroparti oħra li hija parti mill-istess grupp, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)il-kontroparti finanzjarja tkun stabbilita fl-Unjoni jew, jekk tkun stabbilita f’pajjiż terz, dak il-pajjiż terz ma jkunx elenkat skont il-paragrafi 4 u 5;

(b)il-kontroparti l-oħra tkun kontraparti finanzjarja, kumpanija azzjonarja finanzjarja, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali xierqa;

(c)iż-żewġ kontropartijiet ikunu inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa;

(d)iż-żewġ kontropartijiet ikunu soġġetti għal proċeduri ċentralizzati xierqa ta’ evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskji;

(b)kuntratt tad-derivati OTC konkluż ma’ kontroparti oħra fejn iż-żewġ kontropartijiet ikunu parti mill-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali, imsemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dment li tiġi ssodisfata l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (a)(ii) ta’ dan il-paragrafu;

(c)kuntratt tad-derivati OTC konkluż bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati mal-istess korp ċentrali jew bejn tali istituzzjoni ta’ kreditu u l-korp ċentrali, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d)kuntratt tad-derivati OTC konkluż ma’ kontroparti mhux finanzjarja li hija parti mill-istess grupp, sakemm jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)iż-żewġ kontropartijiet għall-kuntratt tad-derivati jkunu inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa u jkunu soġġetti għal proċeduri ċentralizzati xierqa ta’ evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskji;

(b) il-kontroparti mhux finanzjarja tkun stabbilita fl-Unjoni jew, jekk tkun stabbilita f’pajjiż terz, dak il-pajjiż terz ma jkunx elenkat taħt il-paragrafi 4 u 5.

3.Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-kontropartijiet għandhom jitqiesu li huma inklużi fl-istess konsolidazzjoni meta t-tnejn ikunu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)    inklużi f’konsolidazzjoni f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE jew mal-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju (IFRS) adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew, b’rabta ma’ grupp li l-impriża prinċipali tiegħu jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz, f’konformità mal-prinċipji ta’ kontabilità ġeneralment aċċettati ta’ pajjiż terz iddeterminati bħala ekwivalenti għall-IFRS f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1569/2007, jew mal-istandards tal-kontabilità ta’ pajjiż terz li l-użu tagħhom ikun permess f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament;

(b)    koperti mill-istess superviżjoni konsolidata f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE jew, b’rabta ma’ grupp li l-impriża prinċipali tiegħu jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz, l-istess superviżjoni konsolidata mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz ivverifikata bħala ekwivalenti għal dik regolata mill-prinċipji stipulati fl-Artikolu 127 tad-Direttiva 2013/36/UE.

4.Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, it-tranżazzjonijiet ma’ kontropartijiet stabbiliti fi kwalunkwe pajjiż terz li ġejjin ma għandhomx jibbenefikaw minn xi waħda mill-eżenzjonijiet għal tranżazzjonijiet intragrupp:

(a)    meta l-pajjiż terz ikun elenkat bħala pajjiż terz b’riskju għoli li jkollu nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim tiegħu tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*1;

(b)    meta l-pajjiż terz ikun elenkat fl-Anness I għall-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa*2 u l-aġġornamenti sussegwenti tagħhom li jiġu approvati speċifikament darbtejn fis-sena, normalment fi Frar u f’Ottubru, u ppubblikati fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.    Fejn xieraq fid-dawl tal-arranġamenti legali, superviżorji u ta’ infurzar ta’ pajjiż terz fir-rigward tar-riskji, inklużi r-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti u r-riskju legali, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 82 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament sabiex tidentifika l-pajjiżi terzi li l-entitajiet tagħhom ma jistgħu jibbenefikaw mill-ebda eżenzjoni għal tranżazzjonijiet intragrupp minkejja li ma jkunux elenkati skont il-paragrafu 4.

___________________________________________________

*1    Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).”

*2    Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa u l-Annessi tagħha (ĠU C 413 I, 12.10.2021, p. 1).;

(2) fl-Artikolu 4(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-obbligu li jiġu kklerjati l-kuntratti tad-derivati OTC kollha ma japplikax għal kuntratti konklużi f’sitwazzjonijiet kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(iv), bejn, fuq naħa waħda, kontroparti finanzjarja li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1), jew kontroparti mhux finanzjarja li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) u, min-naħa l-oħra, arranġament ta’ skema tal-pensjoni stabbilit f’pajjiż terz u li jopera fuq bażi nazzjonali, dment li tali entità jew arranġament ikunu awtorizzati, taħt superviżjoni u rikonoxxuti skont il-liġi nazzjonali u fejn l-iskop primarju tagħhom ikun li jipprovdu benefiċċji tal-irtirar u jkunu eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar skont il-liġi nazzjonali tagħhom.”;

(3)fl-Artikolu 4a(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Meta tikkalkula l-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-kontroparti finanzjarja għandha tinkludi l-kuntratti tad-derivati OTC kollha li ma jiġux ikklerjati f’kontroparti ċentrali awtorizzata skont l-Artikolu 14 jew rikonoxxuta skont l-Artikolu 25, konklużi minn dik il-kontroparti finanzjarja jew konklużi minn entitajiet oħrajn fi ħdan il-grupp li għalih tappartjeni dik il-kontroparti finanzjarja.”;

(4)jiddaħħlu l-Artikoli 7a u 7b li ġejjin:

“Artikolu 7a

Kont Attiv

1.    Il-kontropartijiet finanzjarji jew il-kontropartijiet mhux finanzjarji li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar f’konformità mal-Artikoli 4a u 10 u li jikklerjaw kwalunkwe waħda mill-kategoriji tal-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jikklerjaw mill-anqas proporzjon ta’ tali kuntratti f’kontijiet f'kontropartijiet ċentrali awtorizzati skont l-Artikolu 14.

2.    Il-kategoriji ta’ kuntratti ta’ derivati soġġetti għall-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)    derivattivi tar-rati tal-imgħax denominati f’euro u fi zloty Pollakka;

(b)    Swaps ta’ Inadempjenza ta’ Kreditu (CDS) denominati f’euro;

(c)    Derivati tar-Rati tal-Imgħax ta’ Terminu Qasir (STIR) denominati f’euro.

3.    Kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja li tkun soġġetta għall-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għandha tikkalkula l-attivitajiet tagħha fil-kategoriji ta’ kuntratti tad-derivattivi msemmija fil-paragrafu 1 fil-kontropartijiet ċentrali awtorizzati skont l-Artikolu 14.

4.    Kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja li tkun soġġetta għall-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali jew tal-kontropartijiet ċentrali li hija tuża l-eżitu tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 2 fuq bażi annwali, filwaqt li tikkonferma l-konformità tagħhom mal-obbligu stabbilit f’dak il-paragrafu. L-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali għandha tibgħat minnufih dik l-informazzjoni lill-AETS u lill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 23c.

5.    L-AETS għandha, b’kooperazzjoni mal-ABE, mal-AEAPX u mal-BERS u wara li tikkonsulta mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a)    il-proporzjon ta’ attività f’kull kategorija tal-kuntratti tad-derivati msemmija fil-paragrafu 2; dak il-proporzjon għandu jiġi stabbilit f’livell li jirriżulta fi tnaqqis fl-ikklerjar f’dawk il-kuntratti tad-derivati f’dawk il-kontropartijiet ċentrali tal-Grad 2 li joffru servizzi ta’ importanza sistemika sostanzjali għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha skont l-Artikolu 25(2c) u li jiżgura li l-ikklerjar f’tali kuntratti tad-derivati ma jibqax ta’ importanza sistemika sostanzjali;

(b)    il-metodoloġija għall-kalkolu skont il-paragrafu 3.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [PO: jekk jogħġbok daħħal id-data = 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6.    Meta l-AETS twettaq valutazzjoni skont l-Artikolu 25(2c) u tikkonkludi li ċerti servizzi jew attivitajiet ipprovduti mill-kontropartijiet ċentrali tal-Grad 2 huma ta’ importanza sistemika sostanzjali għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha jew li s-servizzi jew l-attivitajiet li qabel kienu identifikati mill-AETS bħala li huma ta’ importanza sistemika sostanzjali għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha ma għadhomx ta' importanza sistemika sostanzjali, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat sabiex temenda l-paragrafu 2 kif xieraq, f’konformità mal-Artikolu 82.

Artikolu 7b

Informazzjoni dwar is-servizzi tal-ikklerjar

1.    Il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar kemm f’kontroparti ċentrali awtorizzata skont l-Artikolu 14 kif ukoll f’kontroparti ċentrali rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 għandhom, meta wieħed mill-klijenti tagħhom jissottometti kuntratt għall-ikklerjar, jinformaw lil dak il-klijent dwar il-possibbiltà li tali kuntratt jiġi kklerjat fl-kontroparti ċentrali awtorizzata skont l-Artikolu 14.

2.    Il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li huma stabbiliti fl-Unjoni jew li huma parti minn grupp soġġett għal superviżjoni konsolidata fl-Unjoni u li jikklerjaw f’kontroparti ċentrali rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti tagħhom l-ambitu tal-attività ta’ kklerjar tagħhom f’tali kontroparti ċentrali fuq bażi annwali, filwaqt li jispeċifikaw dawn kollha li ġejjin:

(a)    it-tip ta’ strumenti finanzjarji jew ta’ kuntratti mhux finanzjarji kklerjati;

(b)    il-valuri medji kklerjati fuq perjodu ta’ sena għal kull munita tal-Unjoni u għal kull klassi ta’ assi;

(c)    l-ammont ta’ marġnijiet miġbura;

(d)    il-kontribuzzjonijiet għal fond ta’ inadempjenza

(e)    l-akbar obbligazzjoni ta’ pagament.

Dik l-awtorità kompetenti għandha tibgħat minnufih dik l-informazzjoni lill-AETS u lill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 23c.

3.    L-AETS għandha, b’kooperazzjoni mal-ABE, mal-AEAPX u mal-BERS u wara li tikkonsulta mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar il-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-paragrafu 2, filwaqt li tqis liema informazzjoni hija diġà disponibbli għall-AETS taħt il-qafas ta’ rapportar eżistenti.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [PO: jekk jogħġbok daħħal id-data = 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.    L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 2.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa ... [PO: jekk jogħġbok daħħal id-data = 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;

(5)l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)    fil-paragrafu 1, jitħassru t-tielet u r-raba’ subparagrafi;

(b)    fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 1a,

- il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a) dik l-entità ta’ pajjiż terz tkun kwalifikata bħala kontroparti finanzjarja kieku kienet stabbilita fl-Unjoni; u”

- jitħassar il-punt (b).

(6)fl-Artikolu 10, il-paragrafi 2a sa 5 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“2a.    L-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-kontroparti mhux finanzjarja u tal-entitajiet l-oħrajn fi ħdan il-grupp għandhom jistabbilixxu proċeduri ta’ kooperazzjoni sabiex jiżguraw il-kalkolu effettiv tal-pożizzjonijiet u jevalwaw u jivvalutaw il-livell ta’ skopertura fil-kuntratti tad-derivati OTC fil-livell tal-grupp.

3.    Meta tikkalkula l-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tinkludi l-kuntratti tad-derivati OTC kollha li ma jiġux ikklerjati f’kontroparti ċentrali awtorizzata skont l-Artikolu 14 jew rikonoxxuta skont l-Artikolu 25 konklużi mill-kontroparti mhux finanzjarja li ma jkunux jistgħu jitkejlu b’mod oġġettiv bħala li jnaqqsu r-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew mal-attività ta’ finanzjament tat-teżor tal-kontroparti mhux finanzjarja.

4.    L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, wara li tkun ikkonsultat mal-BERS u ma’ awtoritajiet rilevanti oħrajn, filwaqt li tispeċifika dawn kollha li ġejjin:

(a)    il-kriterji sabiex jiġi stabbilit liema kuntratti tad-derivati OTC jistgħu jitkejlu b’mod oġġettiv bħala li jnaqqsu r-riskji direttament relatati mal-attività kummerċjali jew mal-attività ta’ finanzjament tat-teżor imsemmija fil-paragrafu 3;

(b)    il-valuri tal-limiti tal-ikklerjar, li jiġu ddeterminati filwaqt li titqies ir-rilevenza sistemika tal-pożizzjonijiet miftuħa u tal-iskoperturi netti futuri għal kull kontroparti u għal kull klassi ta’ derivati OTC;

(c)    il-mekkaniżmi li jagħtu bidu għal rieżami tal-valuri tal-limiti tal-ikklerjar wara fluttwazzjonijiet sinifikanti tal-prezzijiet fil-klassi sottostanti tad-derivati OTC.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [PO: jekk jogħġbok daħħal id-data = 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

L-AETS għandha tirrieżamina, b’konsultazzjoni mal-BERS, il-limiti tal-ikklerjar imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), filwaqt li tqis, b’mod partikolari, l-interkonnettività tal-kontropartijiet finanzjarji. Dak ir-rieżami għandu jitwettaq mill-anqas kull sentejn, u aktar kmieni fejn ikun neċessarju jew fejn meħtieġ skont il-mekkaniżmu stabbilit taħt l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), u jista’ jipproponi bidliet fil-limiti kif speċifikati fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), mill-istandards tekniċi regolatorji adottati skont dan l-Artikolu. Meta tirrieżamina l-limiti tal-ikklerjar, l-AETS għandha tikkunsidra jekk il-klassijiet ta’ derivati OTC, li għalihom ġie stabbilit limitu tal-ikklerjar, għadhomx il-klassijiet rilevanti ta’ derivati OTC jew jekk jenħtieġx li jiġu introdotti klassijiet ġodda.

Dak ir-rieżami perjodiku għandu jkun akkumpanjat minn rapport mill-AETS dwar is-suġġett.

5.    Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità responsabbli sabiex tiżgura li l-obbligi tal-kontropartijiet mhux finanzjarji skont dan ir-Regolament jiġu ssodisfati. Dik l-awtorità għandha tirrapporta lill-AETS mill-anqas darba fis-sena, u aktar ta’ spiss meta tiġi identifikata sitwazzjoni ta’ emerġenza skont l-Artikolu 24, dwar l-attività fid-derivati OTC tal-kontropartijiet mhux finanzjarji li hija responsabbli għalihom, kif ukoll dik tal-grupp li jappartjenu għalih.

Mill-anqas kull sentejn, l-AETS għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-kontropartijiet mhux finanzjarji tal-Unjoni fid-derivati OTC, li jidentifika l-oqsma fejn hemm nuqqas ta’ konverġenza u koerenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni.”;

(7)l-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)    fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Kontroparti mhux finanzjarja li ssir soġġetta għall-ewwel darba għall-obbligi stipulati fl-ewwel subparagrafu għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa sabiex tikkonforma ma’ dawk l-obbligi fi żmien erba' xhur wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a). Kontroparti mhux finanzjarja għandha tiġi eżentata minn dawk l-obbligi għal kuntratti konklużi matul l-erba' xhur wara dik in-notifika.”;

(b)    fil-paragrafu 3, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Kontroparti mhux finanzjarja li ssir soġġetta għall-ewwel darba għall-obbligi stipulati fl-ewwel subparagrafu għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa sabiex tikkonforma ma’ dawk l-obbligi fi żmien erba' xhur wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a). Kontroparti mhux finanzjarja għandha tiġi eżentata minn dawk l-obbligi għal kuntratti konklużi matul l-erba' xhur wara dik in-notifika.

L-ABE tista’ toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet bil-għan li tiżgura applikazzjoni uniformi tal-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskji msemmija fl-ewwel subparagrafu, f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ dawk il-linji gwida jew ir-rakkomandazzjonijiet b’kooperazzjoni mal-ASE.”;

(c)    fil-paragrafu 15, l-ewwel subparagrafu, jitħassar il-punt (aa).

(8) Jitħassar l-Artikolu 13;

(9)l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.    L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata għall-attivitajiet marbuta mal-ikklerjar u għandha tispeċifika s-servizzi jew l-attivitajiet li l-kontroparti ċerntrali tkun awtorizzata li tipprovdi jew twettaq, inklużi l-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji koperti minn tali awtorizzazzjoni.

Entità li tapplika għal awtorizzazzjoni bħala kontroparti ċentrali sabiex tikklerja l-istrumenti finanzjarji għandha tinkludi fl-applikazzjoni tagħha, minbarra l-klassijiet ta’ strumenti finanzjarji li hija tapplika sabiex tikklerja, il-klassijiet ta’ strumenti mhux finanzjarji adattati għall-ikklerjar li tali kontroparti ċentrali tkun beħsiebha tikklerja.

Meta kontroparti ċentrali awtorizzata skont dan l-Artikolu jkollha l-ħsieb tikklerja l-klassijiet ta’ strumenti mhux finanzjarji adattati għall-ikklerjar, hija għandha tapplika għal estensjoni tal-awtorizzazzjoni tagħha skont l-Artikolu 15.”;

(b)    jiżdiedu l-paragrafi 6 u 7 li ġejjin:

“6.    Sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-lista ta’ dokumenti meħtieġa li għandhom jakkumpanjaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 u li jispeċifikaw l-informazzjoni li tali dokumenti għandu jkun fihom bil-għan li jintwera li l-kontroparti ċentrali tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ dan ir-Regolament.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [PO: jekk jogħġbok daħħal id-data = 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.    L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format elettroniku tal-applikazzjoni li għandha tiġi sottomessa lill-bażi tad-data ċentrali għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

L-AETS tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa ... [PO: jekk jogħġbok daħħal id-data = 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;

(10)l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Kontroparti ċentrali li tkun tixtieq testendi n-negozju tagħha għal servizzi jew attivitajiet addizzjonali mhux koperti mill-awtorizzazzjoni eżistenti għandha tissottometti talba għal estensjoni lill-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali. L-offerta ta’ servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar li għalihom il-kontroparti ċentrali ma tkunx diġà ġiet awtorizzata għandha titqies bħala estensjoni ta’ dik l-awtorizzazzjoni.

L-estensjoni tal-awtorizzazzjoni għandha ssir f’konformità ma’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a)il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17;

(b)il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17a meta l-kontroparti ċentrali applikanti titlob hekk skont l-Artikolu 17a(3).”;

(b)    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.    L-AETS għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-lista ta’ dokumenti meħtieġa li għandhom jakkumpanjaw applikazzjoni għal estensjoni tal-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 u li jispeċifikaw l-informazzjoni li tali dokumenti għandu jkun fihom bil-għan li jintwera li l-kontroparti ċentrali tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ dan ir-Regolament.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [PO: jekk jogħġbok daħħal id-data = 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;

(c)    jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.    L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format elettroniku tal-applikazzjoni li għandha tiġi sottomessa lill-bażi tad-data ċentrali għal estensjoni tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa ... [PO: jekk jogħġbok daħħal id-data = 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;

(11) l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)    it-titolu tal-Artikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Proċedura għall-għoti u għar-rifjut ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew għal estensjoni tal-awtorizzazzjoni”

(b)    il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“1.    Il-kontroparti ċentrali applikanti għandha tissottometti applikazzjoni għal awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14(1) jew applikazzjoni għal estensjoni tal-awtorizzazzjoni tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 15(1) f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali msemmija fil-paragrafu 7. L-applikazzjoni għandha tiġi kondiviża minnufih mal-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali, mal-AETS u mal-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18(1).

L-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali għandha, fi żmien jumejn tax-xogħol wara li tkun waslet tali applikazzjoni, tirrikonoxxi li tkun irċeviet l-applikazzjoni, filwaqt li tiddikjara lill-kontroparti ċentrali jekk din fihiex id-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(6) u (7) jew, meta l-kontroparti ċentrali tkun applikat għal estensjoni tal-awtorizzazzjoni tagħha, skont l-Artikolu 15(3) u (4).

Meta l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali tiddetermina li ma jkunux ġew sottomessi d-dokumenti kollha meħtieġa skont l-Artikolu 14(6) u (7) jew l-Artikolu 15(3) u (4), hija għandha tirrifjuta l-applikazzjoni tal-kontroparti ċentrali.

2.    Il-kontroparti ċentrali applikanti għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex turi li hija tkun stabbiliet, fil-ħin tal-awtorizzazzjoni, l-arranġamenti kollha meħtieġa, sabiex tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

3.    Fi żmien 40 jum tax-xogħol mit-tmiem tal-perjodu stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 (“il-perjodu ta’ valutazzjoni tar-riskju”), l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali, l-AETS u l-kulleġġ għandhom iwettqu valutazzjonijiet tar-riskju tal-konformità tal-kontroparti ċentrali mar-rekwiżiti rilevanti stipulati f’dan ir-Regolament. Sa tmiem il-perjodu tal-valutazzjoni tar-riskju:

(a)l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali għandha tibgħat l-abbozz tad-deċiżjoni tagħha u tirrapporta lill-AETS u lill-kulleġġ;

(b)L-AETS għandha tadotta opinjoni f’konformità mal-Artikolu 24a(7) u tibgħatha lill-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali u lill-kulleġġ;

(c)il-kulleġġ għandu jadotta opinjoni skont l-Artikolu 19 u jibgħatha lill-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali u lill-AETS.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-AETS tista’ tinkludi fl-opinjoni tagħha kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tqis meħtieġa sabiex jittaffa kwalunkwe nuqqas fil-ġestjoni tar-riskji tal-kontroparti ċentrali, b’mod partikolari b’rabta mar-riskji transfruntiera identifikati jew mar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni.

Għall-finijiet tal-punt (c), il-kulleġġ jista’ jinkludi fl-opinjoni tiegħu kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li jqis meħtieġa sabiex jittaffa kwalunkwe nuqqas fil-ġestjoni tar-riskji tal-kontroparti ċentrali.”;

(d)    jiddaħħlu l-paragrafi 3a u 3b li ġejjin:

“3a.    Matul il-perjodu ta’ valutazzjoni tar-riskju msemmi fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali, l-ESMA jew kwalunkwe membru tal-kulleġġ jistgħu jissottomettu mistoqsijiet direttament lill-kontroparti ċentrali. Meta l-kontroparti ċentrali ma tweġibx għal dawn il-mistoqsijiet fil-perjodu ta’ żmien stabbilit mill-awtorità rikjedenti, l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali, l-AETS jew il-kulleġġ jistgħu jieħdu deċiżjoni fin-nuqqas tar-rispons tal-kontroparti ċentrali jew jistgħu jiddeċiedu li jestendu l-perjodu ta’ valutazzjoni b’massimu ta’ 10 ijiem tax-xogħol, jekk, fil-fehma tagħhom, il-kwistjoni tkun materjali għall-valutazzjoni.

3b.    Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi kemm l-opinjoni tal-AETS kif ukoll l-opinjoni tal-kulleġġ, l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha u tibgħatha lill-AETS u lill-kulleġġ.

Meta l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali ma taqbilx ma’ opinjoni tal-AETS jew tal-kulleġġ, inkluża kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tinsab fiha, id-deċiżjoni tagħha għandu jkun fiha raġunijiet sħaħ u spjegazzjoni ta’ kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minn dik l-opinjoni jew mill-kundizzjonijiet jew mir-rakkomandazzjonijiet.

L-AETS għandha tippubblika l-fatt li awtorità kompetenti ma tikkonformax jew ma għandhiex il-ħsieb li tikkonforma mal-opinjoni tagħha jew mal-opinjoni tal-kulleġġ jew ma’ kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni inkluża fiha. L-AETS tista’ tiddeċiedi wkoll, fuq bażi ta’ każ b’każ, li tippubblika r-raġunijiet ipprovduti mill-awtorità kompetenti għan-nuqqas ta’ konformità mal-opinjoni tal-AETS jew mal-opinjoni tal-kulleġġ jew ma’ kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tinsab fiha.”;

(e)    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.    L-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali għandha, wara li tikkunsidra kif xieraq l-opinjonijiet tal-AETS u tal-kulleġġ imsemmija fil-paragrafu 3, inkluża kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni fihom, tagħti awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14 u l-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), biss meta tkun kompletament sodisfatta li l-kontroparti ċentrali applikanti:

(a)tikkonforma mar-rekwiżiti kollha stipulati f’dan ir-Regolament inkluż, fejn applikabbli, għall-forniment ta’ servizzi jew attivitajiet tal-ikklerjar għal strumenti mhux finanzjarji; u

(b)tiġi nnotifikata bħala sistema skont id-Direttiva 98/26/KE.

Il-kontroparti ċentrali ma għandhiex tiġi awtorizzata meta l-membri kollha tal-kulleġġ, minbarra l-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kontroparti ċentrali, jaslu għal opinjoni konġunta bi ftehim reċiproku, skont l-Artikolu 19(1), li l-kontroparti ċentrali ma tkunx awtorizzata. Dik l-opinjoni għandha tiddikjara bil-miktub ir-raġunijiet sħaħ u dettaljati għaliex il-kulleġġ iqis li r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament jew fi dritt ieħor tal-Unjoni ma ġewx issodisfati.

Meta ma tkunx intlaħqet opinjoni konġunta bi ftehim reċiproku kif imsemmi fit-tieni subparagrafu u maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-kulleġġ ikunu esprimew opinjoni negattiva, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, abbażi ta’ dik il-maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-kulleġġ, tista’, fi żmien 30 jum kalendarju mill-adozzjoni ta’ dik l-opinjoni negattiva, tirreferi l-kwistjoni lill-AETS f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Id-deċiżjoni ta’ riferiment għandha tiddikjara bil-miktub ir-raġunijiet sħaħ u dettaljati għaliex il-membri rilevanti tal-kulleġġ iqisu li r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament jew f’partijiet oħrajn tad-dritt tal-Unjoni ma ġewx issodisfati. F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha dwar l-awtorizzazzjoni u tistenna kwalunkwe deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni li l-AETS tista’ tieħu f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-awtorità kompetenti għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha f’konformità mad-deċiżjoni tal-AETS. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-AETS wara t-tmiem tal-perjodu ta’ 30 jum imsemmi fit-tielet subparagrafu.

Meta l-membri kollha tal-kulleġġ, minbarra l-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kontroparti ċentrali, jaslu għal opinjoni konġunta bi ftehim reċiproku, skont l-Artikolu 19(1), li l-kontroparti ċentrali ma għandhiex tkun awtorizzata, l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-AETS f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kontroparti ċentrali għandha tibgħat id-deċiżjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħrajn.”;

(f)    il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.    L-AETS għandha żżomm bażi tad-data ċentrali li tipprovdi aċċess lill-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali, lill-AETS u lill-membri tal-kulleġġ għal dik il-kontroparti ċentrali (“riċevituri rreġistrati”) għad-dokumenti kollha rreġistrati fil-bażi tad-data għal dik il-kontroparti ċentrali. Il-kontroparti ċentrali għandha tissottometti l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14, l-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), u l-Artikolu 49 permezz ta’ dik il-bażi tad-data.

Ir-riċevituri rreġistrati għandhom itellgħu minnufih id-dokumenti kollha li jirċievu mill-kontroparti ċentrali b’rabta ma’ applikazzjoni skont il-paragrafu 1 u l-bażi tad-data ċentrali għandha tinforma awtomatikament lir-riċevituri rreġistrati meta jkunu saru bidliet fil-kontenut tagħha. Il-bażi tad-data ċentrali għandu jkun fiha d-dokumenti kollha pprovduti minn kontroparti ċentrali applikanti skont il-paragrafu 1 u d-dokumenti l-oħrajn kollha rilevanti għall-valutazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali, mill-AETS u mill-kulleġġ.

Il-membri tal-Kumitat Superviżorju tal-kontroparti ċentrali għandu jkollhom ukoll aċċess għall-bażi tad-data ċentrali għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont l-Artikolu 24a(7). Il-President tal-Kumitat Superviżorju tal-kontroparti ċentrali jista’ jillimita l-aċċess għal xi wħud mid-dokumenti għall-membri tal-Kumitat Superviżorju tal-kontroparti ċentrali msemmija fl-Artikolu 24a, il-punti (c) u (d)(ii), fejn ġustifikat abbażi ta’ tħassib dwar il-kunfidenzjalità.”;

(12)jiddaħħlu l-Artikoli 17a u 17b li ġejjin:

Artikolu 17a

Proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni għall-għoti ta’ talba għall-estensjoni ta’ attivitajiet jew servizzi

1.    Il-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni għandha tapplika għal bidliet mhux materjali fl-awtorizzazzjoni eżistenti ta’ kontroparti ċentrali fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin meta s-servizz jew l-attività ta’ kklerjar addizzjonali proposti:

(a)    jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)    il-kontroparti ċentrali jkollha l-ħsieb li tikklerja strument finanzjarju wieħed jew aktar li jappartjenu għall-istess klassijiet ta’ strumenti finanzjarji li għalihom tkun ġiet awtorizzata li tikklerja skont l-Artikoli 14 jew 15;

(ii)    l-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt (i) jiġu nnegozjati f’post ta' negozju li għalih il-kontroparti ċentrali diġà tipprovdi servizzi tal-ikklerjar jew twettaq attivitajiet; u

(iii)    is-servizz jew l-attività ta’ kklerjar addizzjonali proposti ma jinvolvux pagament f’munita ġdida;

(b)    iżżid munita ġdida tal-Unjoni fi klassi ta’ strumenti finanzjarji diġà koperti mill-awtorizzazzjoni tal-kontroparti ċentrali; jew

(c)    iżżid terminu addizzjonali wieħed jew aktar ma’ klassi ta’ strumenti finanzjarji diġà koperta mill-awtorizzazzjoni tal-kontroparti ċentrali, diment li l-medda tal-maturità ma tiġix estiża b’mod sinifikanti.

2.    L-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali tista’, wara li tikkunsidra l-kontribut tat-tim superviżorju konġunt stabbilit għal dik il-kontroparti ċentrali skont l-Artikolu 23b, tiddeċiedi wkoll li tapplika l-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni ta’ dan l-Artikolu meta l-kontroparti ċentrali titlob hekk u meta s-servizz jew l-attività ta’ kklerjar addizzjonali proposti ma jissodisfaw l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)dan jirriżulta fil-ħtieġa li l-kontroparti ċentrali tadatta b’mod sinifikanti l-istruttura operattiva tagħha, fi kwalunkwe punt fiċ-ċiklu tal-kuntratt:

(b)dan jinkludi li jiġu offruti kuntratti li ma jistgħux jiġu likwidati bl-istess mod, bħal permezz ta’ offerta diretta jew irkant, jew flimkien ma’ kuntratti diġà kklerjati mill-kontroparti ċentrali;

(c)dan jirriżulta fil-ħtieġa li l-kontroparti ċentrali tqis speċifikazzjonijiet materjali ġodda tal-kuntratt, bħal estensjonijiet sinifikanti tal-meded ta’ maturitajiet jew stili ġodda ta’ eżerċizzju ta’ opzjoni fi ħdan kategorija ta’ kuntratti;

(d)dan jirriżulta fl-introduzzjoni ta’ riskji materjali ġodda, marbuta mal-karatteristiċi differenti tal-assi referenzjati;

(e)dan jinkludi l-offerta ta’ mekkaniżmu jew servizz ġdid ta’ saldu jew ta’ konsenja li jinvolvi l-istabbiliment ta’ rabtiet ma’ sistema differenti ta’ saldu tat-titoli, CSD jew sistema ta’ pagament li l-kontroparti ċentrali ma kinitx tuża qabel.

3.    Il-kontroparti ċentrali li tissottometti talba għal estensjoni li titlob li tiġi applikata l-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni għandha turi għaliex l-estensjoni proposta tan-negozju tagħha għal servizzi jew attivitajiet ta’ kklerjar addizzjonali tikkwalifika skont il-paragrafi 1 jew 2 li għandha tiġi vvalutata skont il-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni. Il-kontroparti ċentrali għandha tissottometti l-applikazzjoni tagħha f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali msemmija fl-Artikolu 17(7) u għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex turi li tkun stabbiliet, fi żmien l-awtorizzazzjoni, l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti stipulati f’dan ir-Regolament.

Kontroparti ċentrali li tapplika għal estensjoni tal-awtorizzazzjoni tagħha li titlob li tiġi applikata l-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni u li s-servizzi jew l-attivitajiet ta’ kklerjar addizzjonali proposti jaqgħu fl-ambitu tal-paragrafu 1 tista’ tibda tikklerja tali strumenti finanzjarji jew strumenti mhux finanzjarji addizzjonali adattati għall-ikklerjar qabel id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali skont il-paragrafu 4.

4.    Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-wasla ta’ applikazzjoni skont il-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali għandha, wara li tikkunsidra l-kontribut tat-tim superviżorju konġunt stabbilit għal dik il-kontroparti ċentrali skont l-Artikolu 23b, tiddeċiedi jekk l-applikazzjoni għandhiex tkun soġġetta għall-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni stabbilita f’dan l-Artikolu jew, jekk l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali tkun identifikat riskji materjali bħala riżultat tal-estensjoni proposta tan-negozju tal-kontroparti ċentrali għal servizzi jew attivitajiet ta’ kklerjar addizzjonali, li għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17. L-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali għandha tinnotifika lill-kontroparti ċentrali applikanti bid-deċiżjoni tagħha. Meta l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali tkun iddeċidiet li għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, il-kontroparti ċentrali għandha, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li tirċievi tali notifika, tieqaf tipprovdi tali servizz jew attività ta’ kklerjar.

5.    Meta awtorità kompetenti ta’ kontroparti ċentrali, wara li tikkunsidra l-kontribut tat-tim superviżorju konġunt stabbilit għal dik il-kontroparti ċentrali skont l-Artikolu 23b, ma tkunx esprimiet l-oġġezzjoni tagħha għas-servizzi jew l-attivitajiet addizzjonali proposti tal-kontroparti ċentrali fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi l-applikazzjoni meta japplika l-paragrafu 1 jew minn meta tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 4, fejn japplika dak il-paragrafu, filwaqt li tikkonferma li tapplika l-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni stabbilita f’dan l-Artikolu, l-awtorizzazzjoni għandha titqies bħala mogħtija.

6.    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 82 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika kwalunkwe bidla fil-lista ta’ bidliet mhux materjali elenkati taħt il-paragrafu 1, fejn tali bidla ma ġġibx riskju akbar għall-kontroparti ċentrali.

Artikolu 17b

Proċedura sabiex tintalab l-opinjoni mill-AETS u mill-kulleġġ

1.    L-awtorità kompetenti ta’ kontroparti ċentrali għandha tissottometti f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali msemmija fl-Artikolu 17(7) talba għal opinjoni:

(a)mill-AETS skont l-Artikolu 23a(2), meta l-awtorità kompetenti jkollha l-ħsieb li tadotta deċiżjoni b’rabta mal-Artikoli 7, 8, 20, 21, 29, 30, 31, 32, 33, 35, 36, 41 u 54;

(b)mill-kulleġġ skont l-Artikolu 18, meta l-awtorità kompetenti jkollha l-ħsieb li tadotta deċiżjoni b’rabta mal-Artikoli 20, 21, 30, 31, 32, 35, 41, 49, 51 u 54.

Dik it-talba għal opinjoni għandha tiġi kondiviża minnufih mar-riċevituri rreġistrati.

2.    Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor skont l-Artikolu rilevanti, l-AETS u l-kulleġġ għandhom, fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta jirċievu t-talba msemmija fil-paragrafu 1 (“il-perjodu ta’ valutazzjoni”), jivvalutaw il-konformità tal-kontroparti ċentrali mar-rekwiżiti rispettivi. Sa tmiem il-perjodu ta’ valutazzjoni:

(a)    l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali għandha tibgħat l-abbozz tad-deċiżjoni tagħha u tirrapporta lill-AETS u lill-kulleġġ;

(b)    l-AETS għandha tadotta opinjoni f’konformità mal-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), u tibgħatha lill-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali u lill-kulleġġ. Fl-opinjoni tagħha, l-AETS tista’ tinkludi kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tqis meħtieġa sabiex ittaffi kwalunkwe nuqqas fil-ġestjoni tar-riskji tal-kontroparti ċentrali, b’mod partikolari b’rabta mar-riskji transfruntiera identifikati jew mar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni;

(c) il-kulleġġ għandu jadotta opinjoni skont l-Artikolu 19 u jibgħatha lill-AETS u lill-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali. L-opinjoni tal-kulleġġ tista’ tinkludi l-kundizzjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet li tqis meħtieġa sabiex jittaffa kwalunkwe nuqqas fil-ġestjoni tar-riskji tal-kontroparti ċentrali.

3.    Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi l-opinjoni tal-AETS u, fejn meħtieġ, l-opinjoni tal-kulleġġ, l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali għandha, wara li tqis kif xieraq l-opinjonijiet tal-AETS u tal-kulleġġ, inklużi kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li hemm fihom, tadotta d-deċiżjoni tagħha u tibgħatha lill-AETS u lill-kulleġġ.

Meta l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali ma taqbilx ma’ opinjoni tal-AETS jew tal-kulleġġ, inkluża kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tinsab fiha, id-deċiżjoni tagħha għandu jkun fiha raġunijiet sħaħ u spjegazzjoni ta’ kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minn dik l-opinjoni jew mill-kundizzjonijiet jew mir-rakkomandazzjonijiet.

L-AETS għandha tippubblika l-fatt li awtorità kompetenti ma tikkonformax jew ma għandhiex il-ħsieb li tikkonforma mal-opinjoni tagħha jew mal-opinjoni tal-kulleġġ jew ma’ kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni inkluża fiha. L-AETS tista’ tiddeċiedi wkoll, fuq bażi ta’ każ b’każ, li tippubblika r-raġunijiet ipprovduti mill-awtorità kompetenti għan-nuqqas ta’ konformità mal-opinjoni tal-AETS jew mal-opinjoni tal-kulleġġ jew ma’ kwalunkwe kundizzjoni jew rakkomandazzjoni li tinsab fiha.”;

(13)l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Fi żmien 30 jum kalendarju mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni sħiħa f’konformità mal-Artikolu 17, l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali għandha tistabbilixxi kulleġġ li jiffaċilita t-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 15, 17, 20, 21, 30, 31, 32, 35, 41, 49, 51 u 54.”;

(b)    fil-paragrafu 2, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)    il-President jew kwalunkwe wieħed mill-membri indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tal-kontroparti ċentrali msemmi fl-Artikolu 24a(2), il-punti (a) u (b), li għandhom jimmaniġġjaw u jippresjedu l-kulleġġ;”;

(14)l-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a)    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Meta l-kulleġġ ikun meħtieġ jagħti opinjoni skont dan ir-Regolament, huwa għandu jasal għal opinjoni konġunta li tiddetermina jekk il-kontroparti ċentrali tikkonformax mar-rekwiżiti kollha stipulati f’dan ir-Regolament.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17(4), it-tielet subparagrafu, u jekk ma jaqbilx dwar opinjoni konġunta f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-kulleġġ għandu jadotta opinjoni ta’ maġġoranza fl-istess perjodu.”;

(b)    fil-paragrafu 3, ir-raba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-membri tal-kulleġġ imsemmija fl-Artikolu 18(2), il-punti (ca) u (i), ma għandu jkollhom l-ebda dritt tal-vot dwar l-opinjonijiet tal-kulleġġ.”;

(c)    jitħassar il-paragrafu 4;

(15)fl-Artikolu 20, il-paragrafi 3 sa 7 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“3.    L-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali għandha tikkonsulta mal-AETS u mal-membri tal-kulleġġ, f’konformità mal-paragrafu 6, dwar il-ħtieġa li tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni tal-kontroparti ċentrali, ħlief fejn tkun meħtieġa deċiżjoni b’mod urġenti.

4.    L-AETS jew kwalunkwe membru tal-kulleġġ jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jitolbu li l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali teżamina jekk il-kontroparti ċentrali tkunx għadha konformi mal-kundizzjonijiet li taħthom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni.

5.    L-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali tista’ tillimita l-irtirar għal servizz, attività, jew klassi partikolari ta’ strumenti finanzjarji jew strumenti mhux finanzjarji.

6.    Qabel ma l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali tieħu deċiżjoni li tirtira servizz, attività jew klassi partikolari ta’ strumenti finanzjarji jew strumenti mhux finanzjarji, hija għandha titlob l-opinjonijiet tal-AETS u tal-kulleġġ f’konformità mal-Artikolu 17b.

7.    Meta l-awtorità kompetenti ta’ kontroparti ċentrali tieħu deċiżjoni dwar l-irtirar tal-awtorizzazzjoni bis-sħiħ jew b’rabta ma’ servizz, attività jew klassi partikolari ta’ strumenti finanzjarji jew strumenti mhux finanzjarji, dik id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-Unjoni kollha.”;

(16)l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 22 għandhom jagħmlu dan kollu li ġej:

(a)    jirrieżaminaw l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-kontropartijiet ċentrali sabiex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament;

(b)    jirrieżaminaw is-servizzi jew l-attivitajiet li l-kontroparti ċentrali tkun bdiet tipprovdi skont il-proċeduri ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 17a jew skont l-Artikolu 49;

(c)    jevalwaw ir-riskji, inklużi r-riskji finanzjarji u operazzjonali, li għalihom il-kontropartijiet ċentrali huma, jew jistgħu jkunu, esposti.”;

(b)    il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“3.    L-awtoritajiet kompetenti għandhom, wara li jkunu kkunsidraw il-kontribut tat-tim superviżorju konġunt stabbilit għal dik il-kontroparti ċentrali skont l-Artikolu 23b, jistabbilixxu l-frekwenza u l-profondità tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li jqisu b’mod partikolari d-daqs, l-importanza sistemika, in-natura, l-iskala, il-kumplessità tal-attivitajiet u l-interkonnettività ma’ infrastrutturi oħrajn tas-suq finanzjarju tal-kontropartijiet ċentrali kkonċernati u l-prijoritajiet superviżorji stabbiliti mill-AETS f’konformità mal-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (ba). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġġornaw ir-rieżami u l-evalwazzjoni mill-anqas fuq bażi annwali.

Il-kontropartijiet ċentrali għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet fuq il-post. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistiednu lill-membri tat-tim superviżorju konġunt stabbilit għal dik il-kontroparti ċentrali skont l-Artikolu 23b, sabiex jipparteċipaw fi spezzjonijiet fuq il-post.

L-awtorità kompetenti għandha tibgħat lill-membri tat-tim superviżorju konġunt stabbilit għal dik il-kontroparti ċentrali skont l-Artikolu 23b kwalunkwe informazzjoni li tasal mingħand il-kontropartijiet ċentrali matul jew b’rabta mal-ispezzjonijiet fuq il-post.

4     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu regolarment, u mill-anqas kull sena, rapport lill-kulleġġ dwar ir-riżultati tar-rieżami u tal-evalwazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, inkluż jekk l-awtorità kompetenti tkunx ħadet xi azzjoni ta’ rimedju jew tkunx imponiet penali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw ir-rapport li jkopri sena kalendarja lill-AETS sat-30 ta’ Marzu tas-sena kalendarja ta’ wara. Dak ir-rapport għandu jkun soġġett għal opinjoni tal-kulleġġ skont l-Artikolu 19 u opinjoni mill-AETS skont l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), maħruġa f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17b.”;

(17)l-Artikolu 23a huwa emendat kif ġej:

(a)    il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“1.    L-AETS għandha twettaq rwol ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u bejn il-kulleġġi sabiex:

(a)    tibni kultura superviżorja komuni u prattiki superviżorji konsistenti;

(b)    tiżgura proċeduri uniformi u approċċi konsistenti;

(c)    issaħħaħ il-konsistenza fl-eżiti superviżorji, b’mod partikolari fir-rigward ta’ oqsma superviżorji li għandhom dimensjoni transfruntiera jew impatt transfruntier possibbli;

(d)    issaħħaħ il-koordinazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza f’konformità mal-Artikolu 24;

(e)    tivvaluta r-riskji meta tipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2 dwar il-konformità tal-kontroparti ċentrali mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari b’rabta mar-riskji transfruntiera identifikati jew mar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni, u meta tipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar kif kontroparti ċentrali għandha ttaffi dawk ir-riskji.

2.    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet tagħhom lill-AETS għall-opinjoni tagħha qabel ma jadottaw kwalunkwe att jew miżura skont l-Artikoli 7, 8 u 14, l-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) u l-Artikoli 20 u 21, l-Artikoli 29 sa 33 u l-Artikoli 35, 36, 41 u 54.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jissottomettu wkoll abbozzi ta’ deċiżjonijiet lill-AETS għall-opinjoni tagħha qabel ma jadottaw kwalunkwe att ieħor jew miżura oħra f’konformità mad-dmirijiet tagħhom taħt l-Artikolu 22(1).”;

(b)    jitħassru l-paragrafi 3 u 4;

(18)jiddaħħlu l-Artikoli 23b u 23c li ġejjin:

Artikolu 23b

Timijiet Superviżorji Konġunti

1.    Għandu jiġi stabbilit tim superviżorju konġunt għas-superviżjoni ta’ kull kontroparti ċentrali awtorizzata skont l-Artikolu 14. Kull tim superviżorju konġunt għandu jkun magħmul minn membri tal-persunal mill-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali, l-AETS u l-membri tal-kulleġġ imsemmija fl-Artikolu 18, il-punti (c), (g) u (h). Membri oħrajn tal-kulleġġ jistgħu jitolbu wkoll li jipparteċipaw fit-tim superviżorju konġunt. It-timijiet superviżorji konġunti għandhom jaħdmu taħt il-koordinazzjoni ta’ membru tal-persunal tal-awtorità kompetenti maħtura.

2.    Il-kompiti ta’ tim superviżorju konġunt għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal, dawn kollha li ġejjin:

(a)    jipprovdi kontribut lill-awtoritajiet kompetenti, lill-AETS u lill-kulleġġi skont l-Artikolu 17a(2), (4) u (5) u l-Artikolu 21(3);

(b)    jipparteċipa fi spezzjonijiet fuq il-post skont l-Artikolu 21(3);

(c)    jikkollabora mal-awtoritajiet kompetenti u mal-membri tal-kulleġġ, fejn rilevanti;

(d)    meta l-awtorità kompetenti ta’ kontroparti ċentrali titlob hekk, jipprovdi assistenza lil dik l-awtorità kompetenti fil-valutazzjoni tal-konformità tal-kontroparti ċentrali mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

3.    L-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali għandha tkun inkarigata mit-twaqqif ta’ timijiet superviżorji konġunti.

4.    L-AETS u l-awtoritajiet li jipparteċipaw fit-timijiet superviżorji konġunti għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin u jaqblu fuq l-użu tar-riżorsi fir-rigward tat-timijiet superviżorji konġunti.

Artikolu 23c

Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ

1.    L-AETS għandha tistabbilixxi Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ għall-eżerċitar tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 2.

Il-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ għandu jkun magħmul minn:

(a)    rappreżentanti tal-AETS;

(b)    rappreżentanti tal-ABE u tal-AEAPX;

(c)    rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-BERS u tal-BĊE fil-qafas tal-kompiti li jikkonċernaw is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku mogħti lilu f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013.

L-AETS għandha timmaniġġja u tippresjedi l-laqgħat tal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ. Il-President tal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ, fuq talba tal-membri l-oħrajn tal-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ jew fuq inizjattiva tiegħu stess, jista’ jistieden lil awtoritajiet oħrajn sabiex jipparteċipaw fil-laqgħat meta jkun rilevanti għas-suġġetti li jkunu se jiġu diskussi.

2.    Il-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ għandu:

(a)    jimmonitorja l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7a u 7b, inklużi dawn kollha li ġejjin:

(i)    l-iskoperturi ġenerali u t-tnaqqis tal-iskoperturi għal servizzi tal-ikklerjar sostanzjalment u sistematikament importanti identifikati skont l-Artikolu 25(2c);

(ii)    l-iżviluppi relatati mal-ikklerjar fil-kontropartijiet ċentrali awtorizzati skont l-Artikolu 14 u l-aċċess għall-ikklerjar mill-klijenti għal tali kontropartijiet ċentrali, inklużi t-tariffi imposti minn tali kontropartijiet ċentrali għall-istabbiliment ta’ kontijiet skont l-Artikolu 7a u kwalunkwe tariffa imposta mill-membri tal-ikklerjar lill-klijenti tagħhom għall-istabbiliment ta’ kontijiet u għat-twettiq tal-ikklerjar skont l-Artikolu 7a;

(iii)    żviluppi sinifikanti oħrajn fil-prattiki tal-ikklerjar li għandhom impatt fuq il-livell tal-ikklerjar fil-kontropartijiet ċentrali awtorizzati skont l-Artikolu 14;

(b)    jimmonitorja r-relazzjonijiet tal-ikklerjar tal-klijenti, inklużi l-portabbiltà u l-interdipendenzi u l-interazzjonijiet tal-membri tal-ikklerjar u tal-klijenti ma’ infrastrutturi oħrajn tas-suq finanzjarju;

(c)    jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha tar-reżiljenza tal-kontropartijiet ċentrali li jiffokaw fuq ir-riskji tal-likwidità li jikkonċernaw lill-kontropartijiet ċentrali, il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti;

(d)    jidentifika r-riskji ta’ konċentrazzjoni, b’mod partikolari fl-ikklerjar tal-klijenti, minħabba l-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni, inkluż fejn diversi kontropartijiet ċentrali, membri tal-ikklerjar jew klijenti jużaw l-istess fornituri ta’ servizzi;

(e)    jimmonitorja l-effettività tal-miżuri mmirati lejn it-titjib tal-attraenza tal-kontropartijiet ċentrali tal-Unjoni, filwaqt li jinkoraġġixxi l-ikklerjar fil-kontropartijiet ċentrali tal-Unjoni u jtejjeb il-monitoraġġ tar-riskji transfruntiera.

Il-korpi li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkooperaw u jikkondividu l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettqu l-attivitajiet ta’ monitoraġġ imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

Meta l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli, inkluża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7a(4), l-AETS tista’, b’talba sempliċi, titlob li l-kontropartijiet ċentrali awtorizzati, il-membri tal-ikklerjar tagħhom u l-klijenti tagħhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa li tippermetti lill-AETS u lill-korpi l-oħrajn li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ iwettqu l-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

3.    L-AETS għandha, b’kooperazzjoni mal-korpi l-oħrajn li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ, tissottometti rapport annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-attivitajiet tagħha skont il-paragrafu 2.

4.    L-AETS għandha taġixxi f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 meta, abbażi tal-informazzjoni riċevuta bħala parti mill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u wara d-diskussjonijiet li saru fih:

(a)    hija tqis li l-awtoritajiet kompetenti qed jonqsu milli jiżguraw il-konformità tal-membri tal-ikklerjar u tal-klijenti mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 7a;

(b)    hija tidentifika riskju għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni minħabba allegat ksur jew nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.

Qabel ma taġixxi f’konformità mal-ewwel subparagrafu, l-AETS tista’ toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.    Meta l-AETS, abbażi tal-informazzjoni riċevuta bħala parti mill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ u wara d-diskussjonijiet li saru fih, tqis li l-konformità mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 7a ma tiżgurax b’mod effettiv it-tnaqqis tal-iskopertura eċċessiva tal-membri tal-ikklerjar tal-Unjoni u tal-klijenti għall-kontropartijiet ċentrali tal-Grad 2, hija għandha tirrieżamina l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 7a(5), filwaqt li tistabbilixxi, fejn meħtieġ, perjodu ta’ adattament xieraq li ma għandux jaqbeż it-12-il xahar.”;

(19)l-Artikolu 24 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 24

Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza

1.    L-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali jew kwalunkwe awtorità rilevanti oħra għandha tinforma lill-AETS, lill-kulleġġ, lill-membri rilevanti tas-SEBĊ, lill-Kummissjoni u lil awtoritajiet rilevanti oħrajn mingħajr dewmien żejjed dwar kwalunkwe sitwazzjoni ta’ emerġenza relatata ma’ kontroparti ċentrali, inklużi dawn kollha li ġejjin:

(a)    sitwazzjonijiet jew avvenimenti li jkollhom impatt, jew li x’aktarx ikollhom impatt, fuq is-solidità prudenzjali jew finanzjarja jew ir-reżiljenza tal-kontropartijiet ċentrali awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 14, tal-membri tal-ikklerjar jew tal-klijenti tagħhom;

(b) meta kontroparti ċentrali tkun beħsiebha tattiva l-pjan ta’ rkupru tagħha skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 2021/23, awtorità kompetenti tkun ħadet miżura ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 18 ta’ dak ir-Regolament jew awtorità kompetenti tkun talbet tneħħija totali jew parzjali tal-maniġment superjuri jew tal-bord tal-kontroparti ċentrali skont l-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament;

(c) meta jkun hemm żviluppi fis-swieq finanzjarji, li jista’ jkollhom effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq, it-trażmissjoni tal-politika monetarja, it-tħaddim bla xkiel tas-sistemi ta’ pagament jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri fejn tkun stabbilita l-kontroparti ċentrali jew wieħed mill-membri tal-ikklerjar tagħha.

2.    L-AETS għandha tikkoordina l-awtoritajiet kompetenti, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/23 u l-kulleġġi sabiex jibnu rispons komuni għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza relatati ma’ kontroparti ċentrali.

3.    F’każ ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, ħlief meta awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun ħadet azzjoni ta’ riżoluzzjoni b’rabta ma’ kontroparti ċentrali skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 2021/23, u sabiex tikkoordina r-reazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti, laqgħa tal-Kumitat Superviżorju tal-kontroparti ċentrali:

(a)    tista’ tissejjaħ mill-President tal-Kumitat Superviżorju tal-kontroparti ċentrali;

(b)    għandha tissejjaħ mill-President tal-Kumitat Superviżorju tal-kontroparti ċentrali, fuq it-talba ta’ żewġ membri tal-Kumitat Superviżorju tal-kontroparti ċentrali.

4.    Kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet li ġejjin tista’ tiġi mistiedna wkoll għal-laqgħa msemmija fil-paragrafu 3, fejn rilevanti, meta jitqiesu l-kwistjonijiet li għandhom jiġu diskussi fil-laqgħa:

(a)    il-banek ċentrali rilevanti tal-ħruġ;

(b)    l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għas-superviżjoni tal-membri tal-ikklerjar, inkluż, fejn rilevanti, il-BĊE fil-qafas tal-kompiti li jikkonċernaw is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku mogħti lilu f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013;

(c)    l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għas-superviżjoni tal-postijiet ta' negozju;

(d)    l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għas-superviżjoni tal-klijenti, meta jkunu magħrufa;

(e)    l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni rilevanti maħtura skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/23.

Meta ssir laqgħa tal-Kumitat Superviżorju tal-kontroparti ċentrali skont l-ewwel subparagrafu, il-President għandu jinforma lill-ABE, lill-AEAPX, lill-BERS u lill-Kummissjoni b’dan, ugħandhom ukoll jiġu mistiedna jipparteċipaw f’dik il-laqgħa fuq talba tagħhom.

5.    L-AETS tista’, b’talba sempliċi, titlob li l-kontropartijiet ċentrali awtorizzati, il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tagħhom, l-infrastrutturi tas-suq finanzjarju konnessi u l-partijiet terzi relatati li lilhom dawk il-kontropartijiet ċentrali jkunu esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex l-AETS tkun tista’ twettaq il-funzjoni ta’ koordinazzjoni tagħha skont dan l-Artikolu.

6.    L-AETS tista’, fuq il-proposta tal-Kumitat Superviżorju tal-kontroparti ċentrali, toħroġ rakkomandazzjonijiet ta’ emerġenza skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 indirizzati lil awtorità kompetenti waħda jew aktar li jirrakkomandawlhom jadottaw deċiżjonijiet superviżorji temporanji jew permanenti f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 u fit-Titoli IV u V sabiex jiġu evitati jew jittaffew l-effetti negattivi sinifikanti fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni. L-AETS tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet ta’ emerġenza biss meta jkun hemm impatt fuq aktar minn kontroparti ċentrali awtorizzata waħda jew meta l-avvenimenti madwar l-Unjoni kollha jkunu qegħdin jiddestabbilizzaw is-swieq transfruntiera kklerjati.”;

(20)l-Artikolu 24a huwa emendat kif ġej:

(a)    fil-paragrafu 2, il-punt (d)(ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)    meta l-Kumitat Superviżorju tal-kontroparti ċentrali jiltaqa’ b’rabta mal-kontropartijiet ċentrali awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 14, fil-kuntest ta’ diskussjonijiet li jappartjenu għall-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, il-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati minn kontropartijiet ċentrali awtorizzati li jkunu talbu sabiex jissieħbu fil-Kumitat Superviżorju tal-kontroparti ċentrali, li ma għandux ikollhom id-dritt tal-vot.”;

(b)    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej;

“3.    Il-President jista’ jistieden bħala osservaturi għal-laqgħat tal-Kumitat Superviżorju tal-kontroparti ċentrali, fejn xieraq u meħtieġ, membri tal-kulleġġi msemmija fl-Artikolu 18, rappreżentanti mill-awtoritajiet rilevanti tal-klijenti meta jkunu magħrufa u mill-istituzzjonijiet u l-korpi rilevanti tal-Unjoni.”;

(c)    il-paragrafu 7 huwa emendat kif ġej:

(i)    il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“B’rabta mal-kontropartijiet ċentrali awtorizzati jew li japplikaw għal awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 14, il-Kumitat Superviżorju tal-kontroparti ċentrali għandu, għall-fini tal-Artikolu 23a(2), iħejji deċiżjonijiet u jwettaq il-kompiti fdati lill-AETS fil-punti li ġejjin:”;

(ii)    jiddaħħlu l-punti (ba), (bb) u (bc) li ġejjin:

“(ba)    mill-anqas kull sena, tiddiskuti u tidentifika l-prijoritajiet superviżorji għall-kontropartijiet ċentrali awtorizzati skont l-Artikolu 14 sabiex tikkontribwixxi għat-tħejjija tal-prijoritajiet superviżorji strateġiċi tal-Unjoni mill-AETS f’konformità mal-Artikolu 29a tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;

(bb)    tikkunsidra, b’kooperazzjoni mal-ABE, mal-AEAPX u mal-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tagħha fi ħdan mekkaniżmu superviżorju uniku skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, kwalunkwe riskju transfruntier li jinħoloq mill-attivitajiet tal-kontropartijiet ċentrali inkluż minħabba l-interkonnettività, l-interkonnessjonijiet u r-riskji ta’ konċentrazzjoni tal-kontropartijiet ċentrali minħabba tali konnessjonijiet transfruntiera;

(bc)    tħejji abbozzi ta’ opinjonijiet għall-adozzjoni mill-Bord tas-Superviżuri f’konformità mal-Artikoli 17 u 17b u abbozzi ta’ deċiżjonijiet ta’ validazzjoni f’konformità mal-Artikolu 49;”;

(iii)    jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-AETS għandha, fuq bażi annwali, tirrapporta lill-Kummissjoni dwar ir-riskji transfruntiera li jinħolqu mill-attivitajiet tal-kontropartijiet imsemmija fil-punt (bb) fl-ewwel subparagrafu.”;

(21)l-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

(a)    fil-paragrafu 4, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej;

“Id-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent għandha tkun ibbażata fuq il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 għal kontropartijiet ċentrali tal-Grad 1 u fil-paragrafu 2, il-punti (a) sa (d), u fil-paragrafu 2b għal kontropartijiet ċentrali tal-Grad 2. Fi żmien 180 jum tax-xogħol mid-determinazzjoni li applikazzjoni hija kompluta f’konformità mat-tieni subparagrafu, l-AETS għandha tinforma lill-kontroparti ċentrali applikanti bil-miktub, bi spjegazzjoni motivata bis-sħiħ, jekk ir-rikonoxximent ikunx ingħata jew ġie rrifjutat.”;

(b)    fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Meta r-rieżami jsir f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, dan għandu jitwettaq f’konformità mal-paragrafi 2 sa 4. Meta r-rieżami jsir f’konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, dan għandu jitwettaq ukoll f’konformità mal-paragrafi 2 sa 4, madankollu, il-kontroparti ċentrali msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun meħtieġa tissottometti applikazzjoni ġdida, iżda għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni kollha meħtieġa għar-rieżami tar-rikonoxximent tagħha.”;

(c)    fil-paragrafu 6, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fejn ikun fl-interessi tal-Unjoni u meta jitqiesu r-riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni minħabba l-parteċipazzjoni mistennija tal-membri tal-ikklerjar u taċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni għal kontropartijiet ċentrali stabbiliti f’pajjiż terz, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, irrispettivament minn jekk il-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu jkunx ġie ssodisfat.”;

(d)    il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.    L-AETS għandha tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni effettivi mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ pajjiżi terzi li l-oqfsa legali u superviżorji tagħhom ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dan ir-Regolament f’konformità mal-paragrafu 6.”;

(e)    jiżdiedu l-paragrafi 7a, 7b u 7c li ġejjin:

“7a.    Meta l-AETS tkun għadha ma ddeterminatx il-gradazzjoni ta’ kontroparti ċentrali jew meta l-AETS tkun iddeterminat li l-kontropartijiet ċentrali kollha jew uħud minnhom f’pajjiż terz rilevanti jkunu kontropartijiet ċentrali tal-Grad 1, l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 għandhom iqisu r-riskju li jinvolvi l-forniment ta’ servizzi tal-ikklerjar minn dawk il-kontropartijiet ċentrali u għandhom jispeċifikaw:

(a)    il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni fuq bażi annwali bejn l-AETS, il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (f), u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, sabiex l-AETS tkun tista’:

(i)    tiżgura li l-kontroparti ċentrali tikkonforma mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent skont il-paragrafu 2;

(ii)    tidentifika kwalunkwe impatt materjali potenzjali fuq il-likwidità tas-suq jew l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha; u

(iii)    timmonitorja l-attivitajiet tal-ikklerjar f’wieħed jew aktar mill-kontropartijiet ċentrali stabbiliti f’tali pajjiż terz minn membri tal-ikklerjar stabbiliti fl-Unjoni, jew parti minn grupp soġġett għal superviżjoni konsolidata fl-Unjoni.

(b)    b’mod eċċezzjonali, il-mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni fuq bażi trimestrali li jitlob informazzjoni dettaljata li tkopri l-aspetti msemmija fil-paragrafu 2a u b’mod partikolari informazzjoni dwar bidliet sinifikanti fil-mudelli u l-parametri tar-riskju, dwar l-estensjoni tal-attivitajiet u s-servizzi tal-kontroparti ċentrali u dwar il-bidliet fl-istruttura tal-kont tal-klijent, bil-għan li jiġi identifikat jekk kontroparti ċentrali hijiex potenzjalment qrib li ssir jew potenzjalment x’aktarx li ssir sistemikament importanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha.

(c)    il-mekkaniżmu għal notifika fil-pront lill-AETS meta awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tqis li kontroparti ċentrali li tkun taħt is-superviżjoni tagħha tkun qiegħda tikser il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tagħha jew ta’ liġi oħra li għaliha tkun soġġetta;

(d)    il-proċeduri neċessarji għall-monitoraġġ effettiv tal-iżviluppi regolatorji u superviżorji f’pajjiż terz;

(e)    il-proċeduri għal awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi sabiex jinformaw lill-AETS, lill-kulleġġ tas-kontropartijiet ċentrali ta’ pajjiżi terzi msemmi fl-Artikolu 25c u lill-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (f), mingħajr dewmien bla bżonn bi kwalunkwe sitwazzjoni ta’ emerġenza relatata makontroparti ċentrali rikonoxxuta, inklużi żviluppi fis-swieq finanzjarji, li jista’ jkollhom effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni jew f’wieħed mill-Istati Membri tagħha u l-proċeduri u l-pjanijiet ta’ kontinġenza għall-indirizzar ta’ tali sitwazzjonijiet;

(f)    il-proċeduri għal awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi sabiex jiżguraw l-infurzar effettiv tad-deċiżjonijiet adottati mill-AETS f’konformità mal-Artikoli 25f, 25k(1), il-punt (b), 25l, 25m u 25p;

(g)    il-kunsens tal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi għall-kondiviżjoni suċċessiva ta’ kwalunkwe informazzjoni li jkunu pprovdew lill-AETS skont l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3 u mal-membri tal-kulleġġ tal-kontropartijiet ċentrali ta’ pajjiżi terzi, soġġett għar-rekwiżiti ta’ segretezza professjonali stabbiliti fl-Artikolu 83.

7b.    Meta l-AETS tkun iddeterminat li mill-anqas kontropati ċentrali waħda f’pajjiż terz rilevanti tkun kontropati ċentrali tal-Grad 2, l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 għandhom jispeċifikaw b’rabta ma’ dawk il-kontropatijiet ċentrali tal-Grad 2 mill-anqas dawn li ġejjin:

(a)    l-elementi msemmija fil-paragrafu 7a, il-punti (a), (c), (d), (e) u (g), meta l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma jkunux diġà stabbiliti mal-pajjiż terz rilevanti skont it-tieni subparagrafu;

(b)    il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni fuq bażi ta’ kull xahar bejn l-AETS, il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (f), u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni kollha mitluba mill-AETS sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-kontroparti ċentrali mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2b;

(c)    il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji, inkluż il-qbil tal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi sabiex jippermettu investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f’konformità mal-Artikoli 25g u 25h, rispettivament;

(d)    il-proċeduri għall-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi sabiex jiżguraw l-infurzar effettiv tad-deċiżjonijiet adottati mill-AETS f’konformità mal-Artikoli 25b, 25f sa 25m, 25p u 25q;

(e)    il-proċeduri għall-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi sabiex jinformaw minnufih lill-AETS dwar dawn li ġejjin, b’enfasi fuq aspetti rilevanti għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha:

(i)    l-istabbiliment ta’ pjanijiet ta’ rkupru u pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u kwalunkwe bidla materjali sussegwenti f’tali pjanijiet;

(ii)    jekk kontroparti ċentrali tal-Grad 2 ikollha l-ħsieb li tattiva l-pjan ta’ rkupru tagħha jew meta l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi jkunu ddeterminaw li hemm indikazzjonijiet ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi emerġenti li tista’ taffettwa l-operazzjonijiet ta’ dik il-kontroparti ċentrali, b’mod partikolari, il-kapaċità tagħha li tipprovdi servizzi tal-ikklerjar jew meta l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi jipprevedu li jieħdu azzjoni ta’ riżoluzzjoni fil-futur qrib.

7c.    Meta l-AETS tqis li awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tonqos milli tapplika kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet stipulati f’arranġament ta’ kooperazzjoni stabbilit f’konformità mal-paragrafi 7, 7a u 7b, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni b’dan b’mod kunfidenzjali u mingħajr dewmien. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tirrieżamina l-att ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal-paragrafu 6.”;

(22)fl-Artikolu 25b(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-AETS għandha titlob minn kull kontroparti ċentrali tal-Grad 2 dawn kollha li ġejjin:

(i)konferma, mill-anqas fuq bażi annwali, li r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 25(2b) il-punti (a), (c) u (d), għadhom qegħdin jiġu ssodisfati;

(ii)informazzjoni u data fuq bażi regolari sabiex jiġi żgurat li l-AETS tkun tista’ twettaq superviżjoni tal-konformità ta’ dawk il-kontropartijiet ċentrali mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 25(2b), il-punt (a).”;

(23)fl-Artikolu 25p(1), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej;

“(c)    il-kontroparti ċentrali kkonċernata tkun kisret b’mod serju u sistematiku kwalunkwe rekwiżit applikabbli stipulat f’dan ir-Regolament jew ma tkunx għadha konformi ma’ kwalunkwe kundizzjoni għar-rikonoxximent stipulata fl-Artikolu 25 u ma tkunx ħadet l-azzjoni ta’ rimedju mitluba mill-AETS f’perjodu ta’ żmien stabbilit b’mod xieraq sa massimu ta’ sena.”;

(24)jiddaħħal l-Artikolu 25r li ġej:

Artikolu 25r

Avviż pubbliku

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 25p u 25q, l-AETS tista’ toħroġ avviż pubbliku fejn ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)kontroparti ċentrali ta’ pajjiż terz ma tkunx ħallset it-tariffi dovuti skont l-Artikolu 25d jew ma tkunx ħallset il-multi dovuti skont l-Artikolu 25j jew il-pagamenti ta’ penali perjodiċi dovuti skont l-Artikolu 25k;

(b)il-kontroparti ċentrali ma tkun ħadet l-ebda azzjoni ta’ rimedju mitluba mill-AETS fi kwalunkwe sitwazzjoni stipulata fl-Artikolu 25p(1), il-punt (c) f’perjodu ta’ żmien stabbilit b’mod xieraq sa sittxhur.”;

(25)fl-Artikolu 26(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    kontroparti ċentrali għandu jkollha arranġamenti ta’ governanza robusti, li jinkludu struttura organizzazzjonali ċara b’linji ta’ responsabbiltà definiti sewwa, trasparenti u konsistenti, proċessi effettivi sabiex tidentifika, tiġġestixxi, timmonitorja u tirrapporta r-riskji li għalihom hija esposta jew li għalihom tista’ tkun esposta, u mekkaniżmi ta’ kontroll intern adegwati, inklużi proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi. Kontroparti ċentrali ma għandhiex tkun jew issir membru tal-ikklerjar, klijent, jew tistabbilixxi arranġamenti tal-ikklerjar indiretti ma’ membru tal-ikklerjar bil-għan li twettaq attivitajiet ta’ kklerjar f’kontroparti ċentrali.”;

(26)l-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

(a)    fil-paragrafu 2, it-tielet u r-raba’ subparagrafi huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“L-awtorità kompetenti għandha, minnufih u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta tirċievi n-notifika msemmija f’dan il-paragrafu u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, tirrikonoxxi mal-akkwirent jew mal-bejjiegħ propost, bil-miktub li tkun irċeviethom u tikkondividi l-informazzjoni mal-AETS u mal-kulleġġ.

Fi żmien 60 jum tax-xogħol mid-data tal-konferma bil-miktub tar-riċevuta tan-notifika u tad-dokumenti kollha meħtieġa li jiġu mehmuża man-notifika abbażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 32(4) u sakemm ma jkunux estiżi f’konformità ma’ dan l-Artikolu (“il-perjodu ta’ valutazzjoni”), l-awtorità kompetenti għandha twettaq il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 32(1) (“il-valutazzjoni”). Il-kulleġġ għandu joħroġ opinjoni skont l-Artikolu 19 u l-AETS għandha toħroġ opinjoni skont l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, l-punt (bc) u f’konformità mal-proċedura skont l-Artikolu 17b matul il-perjodu ta’ valutazzjoni.”;

(b)    fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-awtorità kompetenti, l-AETS u l-kulleġġ jistgħu, matul il-perjodu ta’ valutazzjoni, fejn ikun meħtieġ, iżda mhux aktar tard mill-50 jum tax-xogħol tal-perjodu ta’ valutazzjoni, jitolbu kwalunkwe informazzjoni ulterjuri li tkun meħtieġa sabiex titlesta l-valutazzjoni. Tali talba għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.”;

(27) fl-Artikolu 32(1), ir-raba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti dwar in-notifika prevista fl-Artikolu 31(2) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 31(3) għandha tkun soġġetta għal opinjoni tal-kulleġġ skont l-Artikolu 19 u opinjoni mill-AETS skont l-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), maħruġa f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17b.”;

(28)l-Artikolu 35 huwa emendat kif ġej:

(a)    fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Kontroparti ċentrali ma għandhiex testernalizza attivitajiet maġġuri marbuta mal-ġestjoni tar-riskju, sakemm tali esternalizzazzjoni ma tkunx approvata mill-awtorità kompetenti. Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti għandha tkun soġġetta għal opinjoni tal-kulleġġ skont l-Artikolu 19 u għal opinjoni mill-AETS skont l-Artikolu 24a(7)(bc) maħruġa f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17b.”;

(b)    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.    Kontroparti ċentrali għandha tagħmel l-informazzjoni kollha meħtieġa disponibbli, fuq talba, sabiex l-awtorità kompetenti, l-AETS u l-kulleġġ ikunu jistgħu jivvalutaw il-konformità tat-twettiq tal-attivitajiet esternalizzati ma’ dan ir-Regolament.”;

(29)l-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:

(a)    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Kontroparti ċentrali għandha tistabbilixxi, fejn rilevanti għal kull tip ta’ prodott ikklerjat, il-kategoriji ta’ membri tal-ikklerjar ammissibbli u l-kriterji ta’ ammissjoni, fuq il-parir tal-kumitat tar-riskju skont l-Artikolu 28(3). Tali kriterji għandhom ikunu mhux diskriminatorji, trasparenti u oġġettivi sabiex jiġi żgurat aċċess ġust u miftuħ għal-kontroparti ċentrali u għandhom jiżguraw li l-membri tal-ikklerjar ikollhom biżżejjed riżorsi finanzjarji u kapaċità operazzjonali sabiex jissodisfaw l-obbligi li jinħolqu mill-parteċipazzjoni f’kontroparti ċentrali. Il-kriterji li jirrestrinġu l-aċċess għandhom ikunu permessi biss sal-punt li l-għan tagħhom ikun li jikkontrollaw ir-riskju għall-kontroparti ċentrali. Il-kriterji għandhom jiżguraw li l-kontropartijiet ċentrali jew il-kmamar tal-ikklerjar ma jistgħux ikunu membri tal-ikklerjar, direttament jew indirettament, tal-kontroparti ċentrali.”;

(b)    jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.    Kontroparti ċentrali għandha taċċetta kontropartijiet mhux finanzjarji bħala membri tal-ikklerjar biss jekk ikunu jistgħu juru li huma kapaċi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-marġni u l-kontribuzzjonijiet għal fond ta’ inadempjenza, inkluż f’kundizzjonijiet tas-suq taħt stress.

L-awtorità kompetenti ta’ kontroparti ċentrali li taċċetta kontropartijiet mhux finanzjarji għandha tirrieżamina regolarment tali arranġamenti u tirrapporta lill-AETS u lill-kulleġġ dwar l-adegwatezza tagħhom.

Kontroparti mhux finanzjarja li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar ma għandhiex titħalla toffri servizzi tal-ikklerjar tal-klijenti u għandha żżomm biss kontijiet fil-kontroparti ċentrali għall-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont proprju tagħha.

L-AETS tista’ toħroġ opinjoni jew rakkomandazzjoni dwar l-adegwatezza ta’ tali arranġamenti wara rieżami bejn il-pari ad hoc.”;

(c)    jiżdied il-paragrafu 7 li ġej:

“7.    L-AETS għandha, wara li tkun ikkonsultat mal-ABE, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar l-elementi li għandhom jitqiesu meta jiġu stabbiliti l-kriterji ta’ ammissjoni msemmija fil-paragrafu 1.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [PO jekk jogħġbok daħħal data 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010”.

(30) L-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:

(a)    fil-paragrafu 7, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-membri tal-ikklerjar li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar għandhom jinformaw lill-klijenti tagħhom b’mod ċar u trasparenti dwar il-mod kif jaħdmu l-mudelli tal-marġni tal-kontroparti ċentrali, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ stress, u jipprovdulhom simulazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġni li jistgħu jkunu soġġetti għalihom f’xenarji differenti. Dan għandu jinkludi kemm il-marġnijiet meħtieġa mill-kontroparti ċentrali kif ukoll kwalunkwe marġni addizzjonali meħtieġ mill-membri tal-ikklerjar u mill-klijenti li jipprovdu s-servizzi tal-ikklerjar infushom.”;

(b)    il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.    Il-membri tal-ikklerjar tal-kontroparti ċentrali u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar għandhom jinformaw b’mod ċar lill-klijenti eżistenti u potenzjali tagħhom dwar it-telf potenzjali jew kostijiet oħrajn li jistgħu jġarrbu bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ ġestjoni ta’ inadempjenza u l-arranġamenti ta’ allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjoni skont ir-regoli operattivi tal-kontroparti ċentrali, inkluż it-tip ta’ kumpens li jistgħu jirċievu, filwaqt li jqisu l-Artikolu 48(7). Il-klijenti għandhom jiġu pprovduti b’informazzjoni dettaljata biżżejjed sabiex jiġi żgurat li huma jkunu jistgħu jifhmu t-telf tal-agħar xenarju possibbli jew kostijiet oħrajn li jistgħu jiffaċċjaw jekk ill-kontroparti ċentrali tieħu miżuri ta’ rkupru.”;

(31)l-Artikolu 41 huwa emendat kif ġej:

(a)    il-paragrafi 1, 2 u huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“1.    Kontroparti ċentrali għandha timponi, tappella u tiġbor marġnijiet sabiex tillimita l-iskopertura tal-kreditu tagħha mill-membri tal-ikklerjar tagħha u, fejn rilevanti, minn kontropartijiet ċentrali li magħhom ikollha arranġamenti ta’ interoperabbiltà. Tali marġnijiet għandhom ikunu biżżejjed sabiex ikopru l-iskoperturi potenzjali li l-kontroparti ċentrali tistma li se jseħħu sal-likwidazzjoni tal-pożizzjonijiet rilevanti. Għandhom ikunu wkoll biżżejjed sabiex ikopru t-telf li jirriżulta minn mill-anqas 99 % tal-movimenti fl-iskoperturi fuq perjodu ta’ żmien xieraq u għandhom jiżguraw li l-kontroparti ċentrali tikkollateralizza bis-sħiħ l-iskoperturi tagħha mal-membri tal-ikklerjar kollha tagħha u, fejn rilevanti, mal-kontropartijiet ċentrali li magħhom ikollha arranġamenti ta’ interoperabbiltà, mill-anqas fuq bażi ta’ kuljum. Kontroparti ċentrali għandha timmonitorja u tirrevedi kontinwament il-livell tal-marġni tagħha sabiex ikun jirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq, filwaqt li tqis kwalunkwe effett potenzjalment proċikliku ta’ tali reviżjonijiet.

2.    Kontroparti ċentrali għandha tadotta mudelli u parametri meta tiġi sabiex tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-marġni tagħha li jaqbdu l-karatteristiċi tar-riskju tal-prodotti kklerjati u tqis l-intervall bejn il-ġbir tal-marġni, il-likwidità tas-suq u l-possibbiltà ta’ bidliet matul id-durata tat-tranżazzjoni. Il-mudelli għandhom jiġu vvalidati mill-awtorità kompetenti u jkunu soġġetti għal opinjoni f’konformità mal-Artikolu 19 u opinjoni mill-AETS f’konformità mal-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), maħruġa f’konformità mal-proċedura skont l-Artikolu 17b.

3.    Kontroparti ċentrali għandha ssejjaħ il-marġnijiet u tiġborhom fuq bażi tal-istess ġurnata, mill-anqas meta jinqabżu l-limiti predefiniti. Meta tagħmel dan, kontroparti ċentrali għandha tikkunsidra l-impatt potenzjali tal-ġbir tal-marġni u tal-pagamenti fl-istess ġurnata fuq il-pożizzjoni ta’ likwidità tal-parteċipanti tagħha. Kontroparti ċentrali għandha tagħmel ħilitha kollha sabiex ma tagħmilx sejħiet tal-marġni ta’ varjazzjoni tal-istess ġurnata wara li jkunu waslu l-pagamenti kollha dovuti.”;

(32)fl-Artikolu 44(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Kontroparti ċentrali għandha tkejjel, fuq bażi ta’ kuljum, il-ħtiġijiet ta’ likwidità potenzjali tagħha. Hija għandha tqis ir-riskju ta’ likwidità ġġenerat mill-inadempjenza ta’ mill-anqas iż-żewġ entitajiet, inklużi l-membri tal-ikklerjar jew il-fornituri tal-likwidità, li għalihom għandha l-akbar skoperturi.”;

(33) l-Artikolu 46 huwa emendat kif ġej:

(a)    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Kontroparti ċentrali għandha taċċetta kollateral likwidu ħafna b’riskju minimu ta’ kreditu u tas-suq sabiex tkopri l-iskopertura inizjali u kontinwa tagħha għall-membri tal-ikklerjar tagħha. Kontroparti ċentrali tista’ taċċetta garanziji pubbliċi jew garanziji bankarji pubbliċi jew garanziji bankarji kummerċjali, sakemm dawn ikunu disponibbli mingħajr kundizzjonijiet fuq talba fil-perjodu ta’ likwidazzjoni msemmi fl-Artikolu 41. Meta jiġu pprovduti garanziji bankarji lil kontroparti ċentrali, dik il-kontroparti ċentrali għandha tqishom meta tikkalkula l-iskopertura tagħha għall-bank li jkun ukoll membru tal-ikklerjar. Il-kontroparti ċentrali għandha tapplika t-tnaqqis impost adegwat fuq il-valuri tal-assi u l-garanziji sabiex dawn ikunu jirriflettu l-potenzjal li l-valur tagħhom jonqos matul l-intervall bejn l-aħħar rivalwazzjoni tagħhom u ż-żmien sa meta jistgħu raġonevolment jiġu preżunti li jiġu likwidati. Għandha tqis ir-riskju ta’ likwidità wara l-inadempjenza ta’ parteċipant fis-suq u r-riskju ta’ konċentrazzjoni fuq ċerti assi li jistgħu jirriżultaw fl-istabbiliment tal-kollateral aċċettabbli u tat-tnaqqis impost rilevanti. Meta tirrevedi l-livell tat-tnaqqis impost li tapplika għall-assi li taċċetta bħala kollateral, il-kontroparti għandha tqis kwalunkwe effett proċikliku potenzjali ta’ tali reviżjonijiet.”;

(b)    fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)    it-tnaqqis impost imsemmi fil-paragrafu 1, filwaqt li jitqies l-objettiv li tiġi limitata l-proċiklikalità tagħhom; u”;

(34)l-Artikolu 49 huwa emendat kif ġej:

(a)    il-paragrafi 1 sa 1e huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“1. Kontroparti ċentrali għandha tirrieżamina regolarment il-mudelli u l-parametri adottati sabiex tikkalkula r-rekwiżiti tal-marġni tagħha, il-kontribuzzjonijiet għal fond ta’ inadempjenza, ir-rekwiżiti tal-kollateral u mekkaniżmi oħrajn ta’ kontroll tar-riskju. Hija għandha tissoġġetta l-mudelli għal testijiet tal-istress rigorużi u frekwenti sabiex tivvaluta r-reżiljenza tagħhom f’kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawżibbli u għandha twettaq testijiet retrospettivi sabiex tivvaluta l-affidabbiltà tal-metodoloġija adottata. Il-kontroparti ċentraligħandha tikseb validazzjoni indipendenti, għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tagħha u lill-AETS bir-riżultati tat-testijiet imwettqa u għandha tikseb il-validazzjoni tagħhom f’konformità mal-paragrafi 1a sa 1e qabel ma tadotta kwalunkwe bidla sinifikanti fil-mudelli.

Il-mudelli adottati, inkluża kwalunkwe bidla sinifikanti fihom, għandhom ikunu soġġetti għal opinjoni tal-kulleġġ f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

L-AETS għandha tiżgura li l-informazzjoni dwar ir-riżultati tat-testijiet tal-istress tiġi mgħoddija lill-ASE, lis-SEBĊ u lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw l-iskopertura tal-impriżi finanzjarji għall-inadempjenza tal-kontropartijiet ċentrali.

1a.    Meta kontroparti ċentrali jkollha l-ħsieb li tadotta kwalunkwe bidla sinifikanti fil-mudelli msemmija fil-paragrafu 1, hija għandha tissottometti applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tali bidla f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali msemmija fl-Artikolu 17(7) fejn għandha tiġi kondiviża minnufih mal-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali, mal-AETS u mal-kulleġġ. Il-kontroparti ċentrali għandha tinkludi validazzjoni indipendenti tal-bidla maħsuba fl-applikazzjoni tagħha.

Meta kontroparti ċentrali tqis li l-bidla fil-mudelli msemmija fil-paragrafu 1 li jkollha l-ħsieb li tadotta ma tkunx sinifikanti kif imsemmi fil-paragrafu 1g, il-kontroparti ċentrali għandha titlob li l-applikazzjoni tkun soġġetta għal proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni skont il-paragrafu 1b. F’dak il-każ, il-kontroparti ċentrali tista’ tibda tapplika tali bidla qabel id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali u tal-AETS skont il-paragrafu 1b.

L-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali għandha, b’kooperazzjoni mal-AETS, fi żmien jumejn tax-xogħol wara li tkun waslet tali applikazzjoni, tirrikonoxxi li tkun irċeviet l-applikazzjoni, filwaqt li tikkonferma mal-kontroparti ċentrali li din fiha d-dokumenti meħtieġa. Meta xi ħadd minnhom jikkonkludi li l-applikazzjoni ma fihiex id-dokumenti meħtieġa, l-applikazzjoni għandha tiġi rrifjutata.

1b.    Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1a, l-awtorità kompetenti u l-AETS għandhom jivvalutaw jekk il-bidla proposta tikkwalifikax bħala bidla sinifikanti skont il-paragrafu 1g. Meta xi ħadd minnhom jikkonkludi li l-bidla tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1g, l-applikazzjoni għandha tiġi vvalutata skont il-paragrafi 1c, 1d u 1e u l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali, b’kooperazzjoni mal-AETS, għandha tinforma bil-miktub lill-kontroparti ċentrali applikanti b’dan.

Meta fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1a, il-kontroparti ċentrali applikanti ma tkunx ġiet informata bil-miktub li t-talba tagħha għall-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni li għandha tapplika tkun ġiet miċħuda, dik il-bidla għandha titqies bħala vvalidata.

Meta talba għall-proċedura ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni tkun ġiet miċħuda, il-kontroparti ċentrali għandha, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol min-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, ma tibqax tuża dik il-bidla fil-mudell. Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn dik in-notifika, il-kontroparti ċentrali għandha jew tirtira l-applikazzjoni jew inkella tikkomplementa l-applikazzjoni bil-validazzjoni indipendenti tal-bidla.

1c.    Fi żmien 30 jum tax-xogħol mid-data msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1a:

(a)l-awtorità kompetenti għandha twettaq valutazzjoni tar-riskju tal-bidla sinifikanti u tissottometti r-rapport tagħha lill-AETS u lill-kulleġġ;

(b)L-AETS għandha twettaq valutazzjoni tar-riskju tal-bidla sinifikanti u tissottometti r-rapport tagħha lill-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali u lill-kulleġġ.

1d.    Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-wasla tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 1c, l-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali u l-AETS għandhom jadottaw deċiżjoni, filwaqt li jqisu tali rapporti u jinformaw lil xulxin bid-deċiżjoni meħuda. Meta waħda minnhom ma tkunx ivvalidat il-bidla, il-validazzjoni għandha tiġi rrifjutata.

1e.    Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta jiġu adottati d-deċiżjonijiet skont il-paragrafu 1d, l-awtorità kompetenti u l-AETS għandhom jinformaw lill-kontroparti ċentrali bil-miktub, inkluża spjegazzjoni motivata bis-sħiħ, jekk il-validazzjoni tkunx ingħatat jew ġietx irrifjutata.

(b)jiddaħħlu l-paragrafi 1f u 1g li ġejjin:

1f.    Il-kontroparti ċentrali ma tista’ tadotta l-ebda bidla sinifikanti fil-mudelli msemmija fil-paragrafu 1 qabel ma tikseb il-validazzjonijiet mill-awtorità kompetenti tagħha u mill-AETS. L-awtorità kompetenti, bi qbil mal-AETS, tista’ tippermetti adozzjoni provviżorja ta’ bidla sinifikanti ta’ dawk il-mudelli qabel il-validazzjonijiet tagħhom, fejn ikun debitament ġustifikat minħabba sitwazzjoni ta’ emerġenza skont l-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament. Tali bidla temporanja fil-mudelli għandha tkun permessa biss għal ċertu perjodu ta’ żmien speċifikat b’mod konġunt mill-awtorità kompetenti tal-kontroparti ċentrali u mill-AETS. Wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu, il-kontroparti ċentrali ma għandhiex titħalla tuża tali bidla fil-mudell, sakemm ma tkunx ġiet approvata skont il-paragrafi 1a, 1c, 1d u 1e.

1g.    Bidla għandha titqies bħala sinifikanti meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)    il-bidla twassal għal tnaqqis jew żieda tar-riżorsi finanzjarji totali ffinanzjati minn qabel, inklużi r-rekwiżiti tal-marġni, il-fond ta’ inadempjenza u r-riżorsi proprji ddedikati ta’ aktar minn 15 %;

(b)    l-istruttura, l-elementi strutturali jew il-parametri tal-marġni tal-mudell tal-marġni jinbidlu jew jiġi introdott, jitneħħa, jew jiġi emendat modulu tal-marġni b’mod li jwassal għal tnaqqis jew żieda ta’ dan il-modulu tal-marġni ta’ aktar minn 15 % fil-livell tal-kontroparti ċentrali;

(c)    il-metodoloġija użata sabiex jiġu kkalkolati l-kumpensi tal-portafoll tinbidel b'mod li twassal għal tnaqqis jew żieda tar-rekwiżiti tal-marġni totali għal dawn l-istrumenti finanzjarji ta’ aktar minn 10 %;

(d)    il-metodoloġija għad-definizzjoni u l-kalibrazzjoni tax-xenarji tat-testijiet tal-istress għall-fini tad-determinazzjoni tal-iskoperturi tal-fond ta’ inadempjenza tinbidel b'mod li twassal għal tnaqqis jew żieda ta’ aktar minn 20 % ta’ fond ta’ inadempjenza, jew aktar minn 50 % ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni ta’ fond ta’ inadempjenza individwali;

(e)    il-metodoloġija applikata għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ likwidità u għall-monitoraġġ tar-riskju ta’ konċentrazzjoni tinbidel b'mod li twassal għal tnaqqis jew żieda tal-ħtiġijiet ta’ likwidità stmati fi kwalunkwe munita ta’ aktar minn 20 % jew tal-ħtiġijiet ta’ likwidità totali ta’ aktar minn 10 %;

(f)    il-metodoloġija applikata sabiex jingħata valur lill-kollateral, jiġi kkalibrat it-tnaqqis impost tal-kollateral jew jiġu stabbiliti l-limiti ta’ konċentrazzjoni tinbidel, b’tali mod li l-valur totali ta’ kollateral mhux fi flus jonqos jew jiżdied b’aktar minn 10 %; dment li l-bidla proposta tal-kontroparti ċentrali ma tissodisfa l-ebda kriterju għall-estensjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kontroparti ċentrali speċifikata fl-Artikolu 2(1);

(g)    kwalunkwe bidla oħra fil-mudelli li jista’ jkollha effett materjali fuq ir-riskju ġenerali tal-kontroparti ċentrali.”

(c)    il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.    L-AETS għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-lista ta’ dokumenti meħtieġa li għandhom jakkumpanjaw applikazzjoni għall-validazzjoni skont il-paragrafu 1a u għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni li tali dokumenti għandu jkun fihom sabiex juru li l-kontroparti ċentrali tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ dan ir-Regolament.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [PO: jekk jogħġbok daħħal id-data = 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;

(d)    jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

“6.    L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format elettroniku tal-applikazzjoni għall-validazzjoni msemmija fil-paragrafu 1a li għandha tiġi sottomessa lill-bażi tad-data ċentrali.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa ... [PO: jekk jogħġbok daħħal id-data = 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;

(1) fl-Artikolu 54, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Arranġament tal-interoperabbiltà għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti tal-kontropartijiet ċentrali involuti. L-awtoritajiet kompetenti tal-kontropartijiet ċentrali għandhom jitolbu l-opinjoni tal-AETS f’konformità mal-Artikolu 24a(7), l-ewwel subparagrafu, il-punt (bc), u tal-kulleġġ f’konformità mal-Artikolu 19, u maħruġa f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17b.”;

(2)fl-Artikolu 82, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 1(6), fl-Artikolu 3(5), fl-Artikolu 4(3a), fl-Artikolu 7a(6), fl-Artikolu 17a(6), fl-Artikolu 25(2a), fl-Artikolu 25(6a), fl-Artikolu 25a(3), fl-Artikolu 25d(3), fl-Artikolu 25i(7), fl-Artikolu 25o, fl-Artikolu 64(7), fl-Artikolu 70, fl-Artikolu 72(3) u fl-Artikolu 85(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(6), fl-Artikolu 3(5), fl-Artikolu 4(3a), fl-Artikolu 7a(6), fl-Artikolu 17a(6), fl-Artikolu 25(2a), fl-Artikolu 25(6a), fl-Artikolu 25a(3), fl-Artikolu 25d(3), fl-Artikolu 25i(7), fl-Artikolu 25o, fl-Artikolu 64(7), fl-Artikolu 70, fl-Artikolu 72(3) u fl-Artikolu 85(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

(3)L-Artikolu 85 huwa emendat kif ġej;

(a)    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Sa [PO: jekk jogħġbok daħħal id-data = ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tħejji rapport ġenerali. Il-Kummissjoni għandha tissottometti dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa.”;

(b)    jiddaħħal il-paragrafu 1b li ġej:

“1b.    Sa [PO: jekk jogħġbok daħħal id-data = sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-AETS għandha tissottometti rapport lill-Kummissjoni dwar il-possibbiltà u l-fattibbiltà li tkun meħtieġa s-segregazzjoni tal-kontijiet fil-katina tal-ikklerjar ta’ kontropartijiet mhux finanzjarji u finanzjarji. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji.”;

(c)    jitħassar il-paragrafu 7;

(4) l-Artikolu 90 huwa emendat kif ġej:

“Sa [PO jekk jogħġbok daħħal id-data = jekk jogħġbok daħħal tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-AETS għandha tivvaluta l-ħtiġijiet għal persunal u riżorsi li jinħolqu mis-setgħat u mid-dmirijiet li tingħata f’konformità ma’ dan ir-Regolament u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.”

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 

L-Artikolu 382 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)    fil-paragrafu 4, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b) it-tranżazzjonijiet intragrupp konklużi ma’ kontropartijiet finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt 8, tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, istituzzjonijiet finanzjarji jew impriżi ta’ servizzi anċillari li huma stabbiliti fl-Unjoni jew li huma stabbiliti f’pajjiż terz li japplika rekwiżiti prudenzjali u superviżorji għal dawk il-kontropartijiet finanzjarji, l-istituzzjonijiet finanzjarji jew l-impriżi ta’ servizzi anċillari li huma mill-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni, sakemm l-Istati Membri ma jadottawx liġi nazzjonali li tirrikjedi s-separazzjoni strutturali fi ħdan grupp bankarju, f’liema każ l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li dawk it-tranżazzjonijiet intragrupp bejn l-entitajiet strutturalment separati jiġu inklużi fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji;”

(2)    jiddaħħal il-paragrafu [4c] li ġej:

“[4c].    Għall-finijiet tal-paragrafu 4, il-punt (b), il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġett għall-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax rekwiżiti superviżorji u regolatorji prudenzjali mill-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.

Fin-nuqqas ta’ tali deċiżjoni, l-istituzzjonijiet jistgħu sal-31 ta’ Diċembru 2027 ikomplu jeskludu t-tranżazzjonijiet intragrupp ikkonċernati mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA, dment li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jkunu approvaw il-pajjiż terz bħala eliġibbli għal dak it-trattament qabel il-31 ta’ Diċembru 2026. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE b’tali każijiet sal-31 ta’ Marzu 2027.”

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament (UE) 2017/1131

Ir-Regolament (UE) 2017/1131 huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt (24) li ġej

“(24)    ‘CCP’ tfisser persuna ġuridika msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.”;

(2)l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.    L-iskopertura għar-riskju aggregata għall-istess kontroparti ta’ MMF li ġejja minn tranżazzjonijiet ta’ derivattivi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13 u li ma humiex ikklerjati ċentralment permezz ta’ CCP awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f’konformità mal-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament, ma għandhiex taqbeż il-5 % tal-assi tal-MMF.”;

(b)    fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)    l-istrumenti ta’ derivattivi finanzjarji, li ma jkunux ikklerjati ċentralment permezz ta’ CCP awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f’konformità mal-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament, li jagħtu skopertura għar-riskju tal-kontroparti lil dak il-korp.”.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kummissjoni

   Il-President
   Ursula VON DER LEYEN

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.    QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

   1.1.    Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

   1.2.    Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

   1.3.    Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

   1.4.    Objettiv(i)

   1.4.1.    Objettiv(i) ġenerali

   1.4.2.    Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

   1.4.3.    Riżultat(i) u impatt mistennija

   1.4.4.    Indikaturi tal-prestazzjoni

   1.5.    Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

   1.5.1.    Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

   1.5.2.    Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

   1.5.3.    Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

   1.5.4.    Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

   1.5.5.    Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

   1.6.    Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

   1.7.    Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

   2.    MIŻURI TA’ ĠESTJONI

   2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

   2.2.    Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

   2.2.1.    Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

   2.2.2.    Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

   2.2.3.    Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija ta’ riskju ta’ żball (mal-ħlas u mal-għeluq)

   2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.    IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA    

   3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

   3.2.    Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

   3.2.1.    Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   3.2.2.    Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

   3.2.3.    Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

   3.2.4.    Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   3.2.5.    Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

   3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2017/1131 Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Suq Intern – Servizzi Finanzjarji.

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

azzjoni ġdida

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 40  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

Il-promozzjoni tal-istabbiltà finanzjarja u t-tisħiħ tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU).

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Din il-proposta għandha l-objettivi speċifiċi li ġejjin sabiex jintlaħqu l-objettivi ġenerali għas-suq intern tal-UE għas-servizzi tal-ikklerjar ċentrali:

-    L-inkoraġġiment tal-ikklerjar fis-CCPs tal-UE u t-tnaqqis tad-dipendenza eċċessiva fuq CCP sistemika mhux tal-UE billi jinbena suq tal-ikklerjar tal-UE aktar attraenti u robust.

-    L-iżgurar li l-qafas superviżorju għas-CCPs tal-UE jkun biżżejjed sabiex jiġu ġestiti r-riskji assoċjati mal-interkonnettività tas-sistema finanzjarja tal-UE u ż-żieda fil-volumi tal-ikklerjar, b’mod partikolari fir-rigward tar-riskji transfruntiera, minħabba li dawn ir-riskji jistgħu jiġu amplifikati aktar hekk kif is-swieq tal-ikklerjar tal-UE jikbru.

Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ is-suq tal-ikklerjar tal-UE billi ttejjeb l-attraenza tas-CCPs tal-UE, tinkoraġġixxi l-ikklerjar fis-CCPs tal-UE u ttejjeb il-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji transfruntiera.

1.4.3.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Għal kull objettiv speċifiku ġew stabbiliti l-indikaturi tal-prestazzjoni li ġejjin.

It-titjib tal-attraenza tas-CCPs tal-UE:

Imkejla b’% tal-kuntratti kklerjati mill-parteċipanti tal-ikklerjar tal-UE f’CCPs tal-UE u ta’ pajjiżi terzi.

In-numru ta’ prodotti ġodda ta’ CCP tal-UE approvati.

Iż-żmien meħud bħala medja (in-numru ta’ jiem) sabiex jiġu approvati prodotti ġodda tas-CCP u sabiex jiġu vvalidati l-bidliet fil-mudell.

In-numru ta’ proċeduri ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni li tlestew.

L-inkoraġġiment tal-ikklerjar fis-CCPs tal-UE:

Ammonti medji fuq kontijiet attivi fis-CCPs tal-UE.

Tranżazzjonijiet ikklerjati fis-CCPs tal-UE f’muniti differenti (valur assolut u meta mqabbla mas-swieq globali).

In-numru ta’ membri tal-ikklerjar u klijenti fis-CCPs tal-UE.

Il-volum ta’ kuntratti kklerjati barra mis-CCPs tal-UE minn atturi tal-UE jew għal kuntratti denominati f’munita tal-UE.

It-titjib tal-valutazzjoni tar-riskji transfruntiera:

In-numru ta’ opinjonijiet maħruġa mill-ESMA kull sena.

In-numru ta’ każijiet fejn l-NCAs jiddevjaw mill-opinjonijiet tal-ESMA.

In-numru ta’ timijiet superviżorji konġunti stabbiliti u l-kompiti mwettqa.

In-numru ta’ drabi li l-ESMA kkoordinat it-talbiet għal informazzjoni jew talbet informazzjoni.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Ir-rekwiżiti li din il-proposta għandha l-għan li tissodisfa huma li jkun hemm CCPs moderni u kompetittivi fl-UE li jistgħu jattiraw in-negozju, filwaqt li fl-istess ħin ikun hemm CCPs tal-UE sikuri u reżiljenti u li jtejbu l-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE.

Bl-implimentazzjoni ta’ din il-proposta, inkluż l-iżvilupp ulterjuri maħsub tagħha fil-livell 2, ir-rekwiżiti huma mistennija – soġġetti għall-qbil mill-koleġiżlaturi – li jiġu assorbiti kemm mill-komunità superviżorja kif ukoll mis-suq sa mhux aktar tard minn Ġunju 2025.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)

Is-suq tal-ikklerjar tal-UE huwa parti inseparabbli mis-suq finanzjarju tal-UE. Bħala tali, jenħtieġ li l-azzjoni tal-UE tiżgura li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji tal-UE ma jiffaċċjawx riskji għoljin wisq minħabba d-dipendenza eċċessiva fuq CCPs sistemiċi ta’ pajjiżi terzi fejn f’każ ta’ diffikultà, id-deċiżjonijiet jittieħdu minn awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi li jipprevjenu lill-UE mill-għażla li tintervjeni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jkun iġġenerat (ex post)

L-objettivi tal-EMIR, jiġifieri li jirregola t-tranżazzjonijiet tad-derivattivi, jippromwovi l-istabbiltà finanzjarja u jagħmel is-swieq aktar trasparenti, aktar standardizzati u, b’hekk, aktar sikuri, huma element kostitwenti essenzjali għal suq intern finanzjarju tal-UE ta’ suċċess, speċjalment fir-rigward tal-komponent transfruntier. L-Istati Membri u s-superviżuri nazzjonali ma jistgħux isolvu waħedhom jew jindirizzaw ir-riskji transfruntiera relatati mal-ikklerjar ċentrali fl-UE jew il-qafas tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Din il-proposta tqis l-esperjenzi miksuba mill-verżjonijiet preċedenti tal-EMIR.

L-EMIR jirregola t-tranżazzjonijiet tad-derivattivi, inklużi miżuri maħsuba sabiex jillimitaw ir-riskji tagħhom permezz ta’ CCPs. Dan ġie adottat wara l-kriżi finanzjarja tal-2008/2009 sabiex jippromwovi l-istabbiltà finanzjarja u sabiex jagħmel is-swieq aktar trasparenti, aktar standardizzati u, b’hekk, aktar sikuri. Riformi simili ġew implimentati fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-G20. L-EMIR jirrikjedi li t-tranżazzjonijiet tad-derivattivi jiġu rrapportati sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tas-suq għar-regolaturi u s-superviżuri; u li r-riskji tagħhom jittaffew kif xieraq permezz ta’ kklerjar ċentrali f’CCP jew skambju ta’ kollateral, magħruf bħala “marġni”, fi tranżazzjonijiet bilaterali. Is-CCPs u r-riskji li jiġġestixxu żdiedu b’mod konsiderevoli mill-adozzjoni tal-EMIR.

Fl-2017, il-Kummissjoni ppubblikat żewġ proposti leġiżlattivi li jemendaw l-EMIR, it-tnejn adottati mill-koleġiżlaturi fl-2019. Ir-REFIT tal-EMIR 41 ikkalibra mill-ġdid xi wħud mir-regoli sabiex jiżgura l-proporzjonalità tagħhom, filwaqt li jiżgura l-istabbiltà finanzjarja. Filwaqt li rrikonoxxa l-kwistjonijiet emerġenti relatati mal-konċentrazzjoni dejjem akbar tar-riskji fis-CCPs, b’mod partikolari s-CCPs ta’ pajjiżi terzi, l-EMIR 2.2 42 irreveda l-qafas superviżorju u stabbilixxa proċess għall-valutazzjoni tan-natura sistemika ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi mill-ESMA b’kooperazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) u mal-banek ċentrali tal-ħruġ. L-EMIR ġie kkomplementat mir-Regolament dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tas-CCP 43 , adottat fl-2020, sabiex iħejji għall-eventwalità improbabbli – għalkemm b’impatt kbir ħafna – li CCP tal-UE tiffaċċja diffikultà serja. L-istabbiltà finanzjarja hija fil-qalba ta’ dawn il-biċċiet ta’ leġiżlazzjoni tal-UE. Mill-2017, ġie espress ripetutament tħassib dwar ir-riskji kontinwi għall-istabbiltà finanzjarja tal-UE li jinħolqu mill-konċentrazzjoni eċċessiva tal-ikklerjar f’xi CCPs ta’ pajjiżi terzi, notevolment ir-riskji potenzjali f’xenarju ta’ stress. Barra minn hekk, jistgħu jseħħu avvenimenti ta’ riskju għoli iżda bi probabbiltà baxxa u l-UE trid tkun lesta sabiex tiffaċċjahom. Filwaqt li s-CCPs tal-UE ġeneralment urew li huma reżiljenti matul dawn l-iżviluppi, l-esperjenza wriet li l-ekosistema tal-ikklerjar tal-UE tista’ ssir aktar b’saħħitha, għall-benefiċċju tal-istabbiltà finanzjarja. Madankollu, sabiex tiġi żgurata awtonomija strateġika miftuħa, l-UE jeħtieġ li tissalvagwardja lilha nnifisha kontra r-riskji li jistgħu jinħolqu meta l-parteċipanti fis-suq tal-UE jkunu jiddependu b’mod eċċessiv fuq entitajiet ta’ pajjiżi terzi, minħabba li dan jista’ jkun sors ta’ vulnerabbiltajiet.

L-esperjenzi miksuba mill-EMIR kif deskritti hawn fuq, jitqiesu fit-tfassil tar-rekwiżiti proposti l-ġodda.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Din il-proposta u r-rekwiżiti speċifiċi tagħha huma konformi mal-arranġamenti attwali għas-servizzi finanzjarji fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) u huma allinjati mal-prattiki standard tat-tħaddim tal-baġit tal-UE u f’konformità mal-prattiki attwali tas-servizzi tal-Kummissjoni fl-ippjanar u l-ibbaġitjar għal proposti ġodda.

Barra minn hekk, l-objettivi tal-inizjattiva huma konsistenti ma’ politiki u inizjattivi oħrajn li għaddejjin tal-UE li għandhom l-għan li: (i) jiżviluppaw is-CMU u (ii) itejbu l-effiċjenza u l-effettività tas-superviżjoni fil-livell tal-UE, kemm fl-UE kif ukoll barra minnha.

L-ewwel, hija konsistenti mal-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni sabiex tkompli tiġi żviluppata l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (“CMU”) 44 . Il-kwistjonijiet indirizzati minn din il-proposta jaffettwaw l-istabbiltà finanzjarja tal-UE minħabba li jfixklu t-tnaqqis ta’ skoperturi eċċessivi għal CCPs sistemiċi u jikkostitwixxu impediment sinifikanti għall-iżvilupp ta’ suq tal-ikklerjar tal-UE effiċjenti u attraenti, pedament għal CMU profonda u likwida. L-urġenza għal aktar żvilupp u integrazzjoni tas-swieq kapitali tal-UE ġiet enfasizzata fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU ta’ Settembru 2020.

It-tieni, hija konsistenti mal-esperjenza tas-servizzi tal-Kummissjoni bl-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi fil-leġiżlazzjoni finanzjarja tal-UE u timplimenta l-esperjenza prattika miksuba mis-servizzi tal-Kummissjoni meta dawn il-kompiti jiġu indirizzati fil-prattika.

It-tielet, hija konsistenti mal-objettiv tal-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE 45 .

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

M/A

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 46  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

M/A

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

F’konformità mal-arranġamenti diġà eżistenti, l-ESMA tħejji rapporti regolari dwar l-attività tagħha (inklużi r-rapportar intern lill-Maniġment Superjuri, ir-rapportar tal-Bord ta’ Tmexxija, ir-rapportar tal-attività ta’ kull sitt xhur lill-Bord tas-Superviżuri u l-produzzjoni tar-rapport annwali), u tgħaddi minn awditi mill-Qorti tal-Awdituri u mis-Servizz tal-Awditjar Intern dwar l-użu tar-riżorsi tagħha. Barra minn hekk, il-proposta tipprovdi xi obbligi ulterjuri ta’ monitoraġġ u rapportar dwar l-ESMA b’rabta mal-karatteristiċi l-ġodda tar-Regolament, inkluż il-kont attiv. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport ħames snin wara li r-Regolament jidħol fis-seħħ.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

B’rabta mal-użu ġuridiku, ekonomiku, effiċjenti u effettiv tal-approprjazzjonijiet li jirriżultaw mill-proposta, huwa mistenni li l-proposta ma toħloqx riskji sinifikanti ġodda li ma jkunux koperti minn qafas ta’ kontroll intern eżistenti.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, kif previsti fir-Regolamenti dwar l-ESMA, huma diġà implimentati. L-ESMA taħdem mill-qrib mas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-istandards adegwati jiġu ssodisfati fl-oqsma kollha ta’ kontroll intern. Dawn l-arranġamenti se japplikaw ukoll fir-rigward tar-rwol tal-ESMA f’konformità mal-proposta preżenti. Rapporti annwali tal-awditu intern jintbagħtu lill-Kummissjoni, lill-Parlament u lill-Kunsill.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija ta’ riskju ta’ żball (mal-ħlas u mal-għeluq) 

M/A

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 japplikaw għall-ESMA mingħajr ebda restrizzjoni.

L-ESMA ssieħbet mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u adottat dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal kollu tal-ESMA.

Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament u l-ftehimiet u l-istrumenti ta’ implimentazzjoni li jirriżultaw minnhom jistipulaw espliċitament li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm bżonn, iwettqu kontrolli fuq il-post fuq il-benefiċjarji ta’ flus żborżati mill-ESMA, kif ukoll fuq il-persunal responsabbli mill-allokazzjoni ta’ dawn il-flus.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff 47 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 48

mill-pajjiżi kandidati 49

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

Din l-inizjattiva leġiżlattiva mhux se jkollha impatt fuq l-infiq għall-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) jew fuq korpi oħrajn tal-Unjoni Ewropea.

ESMA: Il-valutazzjoni tal-impatt identifikat biss kostijiet addizzjonali moderati għall-ESMA, filwaqt li fl-istess ħin il-miżuri proposti joħolqu effiċjenzi li se jwasslu għal tnaqqis fil-kostijiet. Barra minn hekk, xi dispożizzjonijiet jiċċaraw u jirrikalibraw ir-rwol tal-ESMA, filwaqt li ma jikkostitwux kompiti ġodda u, għalhekk, għandhom jitqiesu bħala newtrali għall-baġit.

Il-kostijiet identifikati huma relatati mat-twaqqif u l-operat ta’ għodda tal-IT ġdida għas-sottomissjoni ta’ dokumenti superviżorji. Madankollu, minkejja li l-ESMA tista’ ġġarrab kostijiet ogħla relatati mal-iżvilupp jew l-għażla ta’ tali għodda tal-IT ġdida, kif ukoll mat-tħaddim tagħha, din l-għodda tal-IT se toħloq ukoll effiċjenzi u l-ESMA se tibbenefika minnhom. Dawn l-effiċjenzi huma relatati ma’ konsiderevolment anqas ħidma manwali fir-rikonċiljazzjoni u l-kondiviżjoni tad-dokumenti, is-segwitu tal-iskadenzi u l-mistoqsijiet, kif ukoll il-koordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (NCAs), mal-kulleġġ u mal-Kumitat Superviżorju tas-CCP. Dawn il-benefiċċji x’aktarx li jegħlbu l-kostijiet imġarrba.

Barra minn hekk, ix-xogħol (amministrattiv) addizzjonali inizjali relatat mal-modifika tal-għodod u tal-proċeduri, kif ukoll mal-kooperazzjoni msaħħa, jista’ jżid il-kostijiet għall-ewwel, iżda dawn x’aktarx li jitnaqqsu, jew jibqgħu stabbli, maż-żmien. B’mod partikolari, l-ESMA se tkun meħtieġa tabbozza standards tekniċi regolatorji/ta’ implimentazzjoni (RTS/ITS) dwar il-format u l-kontenut tad-dokumenti li s-CCPs huma meħtieġa jissottomettu lill-awtoritajiet superviżorji, l-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżit li l-membri tal-ikklerjar u l-klijenti jkollhom kont attiv f’CCP tal-Unjoni, il-metodoloġija tal-kalkolu li għandha tintuża għall-kalkolu tal-proporzjon, l-ambitu u d-dettalji tar-rapportar mill-membri tal-ikklerjar tal-UE u mill-klijenti lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar l-attività tal-ikklerjar tagħhom f’CCPs ta’ pajjiżi terzi u filwaqt li jipprovdu l-mekkaniżmi li jagħtu bidu għal rieżami tal-valuri tal-limiti tal-ikklerjar wara fluttwazzjonijiet sinifikanti tal-prezzijiet fil-klassi sottostanti tad-derivattivi OTC sabiex jiġi rieżaminat ukoll l-ambitu tal-eżenzjoni mill-iħħeġġjar u l-limiti għall-obbligu tal-ikklerjar li għandu japplika, kif ukoll rapport annwali dwar ir-riżultati tal-attività ta’ monitoraġġ tagħhom. Fit-twettiq ta’ dawk l-attivitajiet, l-ESMA tista’ tibni fuq proċessi u proċeduri interni diġà eżistenti u, fejn rilevanti, tista’ tikkonverti dawk il-proċeduri f’RTSs/ITSs. Fid-definizzjoni tar-rekwiżit tal-kont attiv għal xi strumenti diġà identifikati, u l-monitoraġġ kontinwu tagħhom, l-ESMA tista’ tqis il-ħidma li tkun wettqet skont l-Artikolu 25(2c) tal-EMIR meta tivvaluta liema servizzi ta’ kklerjar tas-CCPs tal-Grad 2 huma ta’ importanza sistemika sostanzjali għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha u, għalhekk, jistgħu jkunu jirrikjedu biss xi riżorsi addizzjonali limitati ħafna.

Kategorija oħra li għandha titqies fl-analiżi tal-kostijiet hija l-modifika tal-proċeduri u tal-għodod għall-qafas il-ġdid ta’ kooperazzjoni superviżorja. Il-kooperazzjoni f’timijiet superviżorji konġunti u t-twaqqif ta’ mekkaniżmu konġunt ta’ monitoraġġ fil-livell tal-UE huma elementi ġodda fil-qafas superviżorju. Madankollu, huma prinċipalment għodod sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u jkopru kompiti li diġà jitwettqu mill-awtoritajiet, fil-partijiet essenzjali kollha, ħlief għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti għall-kontijiet attivi fis-CCPs tal-UE, bħal tariffi għall-aċċess mitluba mis-CCPs lill-klijenti għal kontijiet attivi. Dawn l-istrutturi l-ġodda x’aktarx se jkunu jeħtieġu xi riorganizzazzjoni tal-persunal u potenzjalment joħolqu l-ħtieġa għal laqgħat addizzjonali, iżda mhux se jkollhom implikazzjonijiet baġitarji sostanzjali. Barra minn hekk, il-proċess superviżorju kkalibrat mill-ġdid iġib ukoll xi benefiċċji, b’mod partikolari responsabbiltajiet aktar ċari, l-evitar ta’ xogħol doppju bla bżonn u anqas xogħol minħabba l-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni li jippermettu lill-ESMA u lill-NCAs jiffokaw fuq l-aspetti materjali tas-superviżjoni b’rabta mal-estensjoni tas-servizzi tal-ikklerjar u l-bidliet fil-mudelli tar-riskju tas-CCPs.

L-approċċ propost lejn CCPs ta’ pajjiżi terzi li jirrifjutaw li jħallsu tariffi lill-ESMA jikkonsisti fil-ħruġ ta’ avviż pubbliku wara sitt xhur dovuti u fit-tnedija tal-irtirar tar-rikonoxximent wara sena dovuta. Din il-bidla se tkun pożittiva f’termini ta’ kostijiet. Din tevita li l-ESMA jkollha tinvesti ammont konsiderevoli ta’ xogħol mingħajr ma tiġi rimunerata għalih.

Barra minn hekk, huma introdotti dispożizzjonijiet ulterjuri li jiċċaraw u jikkalibraw mill-ġdid ir-rwol tal-ESMA u li, għalhekk, għandhom jitqiesu bħala newtrali għall-baġit. Pereżempju, l-ESMA diġà għandha l-obbligu li toħroġ opinjonijiet b’rabta ma’ ċerti aspetti tas-superviżjoni, madankollu, il-kontenut ta’ dawk l-opinjonijiet jiġi kkalibrat mill-ġdid sabiex jiġi żgurat livell ogħla ta’ effiċjenza fil-proċess superviżorju u l-ESMA tingħata opportunità formali sabiex toħroġ opinjoni dwar ir-rieżami u l-evalwazzjoni annwali tas-CCPs, kif ukoll dwar l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tagħhom u sabiex tieħu rwol ċar fil-koordinazzjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Dawn huma kompiti li, fl-aspetti materjali kollha, huma relatati mal-ħidma kontinwa diġà eżistenti tagħhom u d-dispożizzjonijiet jiċċaraw u, għalhekk, isaħħu l-pożizzjoni tal-ESMA, filwaqt li jipprovdu responsabbiltajiet ċari.

Korpi oħrajn tal-Unjoni Ewropea: Minkejja li qegħdin jiġu introdotti bidliet iżgħar fir-rwol ta’ korpi oħrajn tal-Unjoni Ewropea, bħall-Kummissjoni Ewropea jew il-Bank Ċentrali Ewropew, dawn mhux se jkollhom implikazzjonijiet baġitarji.

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

DĠ: <…….>

Sena
N 50

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja 51

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

Pagamenti

(2b)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 52  

Linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għad-DĠ <>

Impenji

=1a+1b +3

Pagamenti

=2a+2b

+3

 



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA <….> 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6

Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

Total tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 6
 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

"Nefqa amministrattiva"

Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl-Anness tad- Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

• Riżorsi umani

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL TAD-DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 53

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Total tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7
 
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

Pagamenti

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 54

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 55

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 56

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 7 57  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

Persunal estern (f’unità ta’ Ekwivalenti Full-Time: FTE) 58

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz   59

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Ipprovdi tabella Excel f’każ ta’ riprogrammazzjoni kbira.

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 60

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 61

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)    Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, ĠU L 201, 27.7.2012.
(2)    Ara l-Anness 7 tal-Valutazzjoni tal-Impatt ta’ akkumpanjament għal sfond dettaljat dwar id-derivattivi u kif is-CCPs joperaw fis-swieq finanzjarji.
(3)    Ir-Regolament (UE) 2019/834 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (Test b’rilevanza għaż-ŻEE); ĠU L 141, 28.5.2019, p. 42–63.
(4)    Ir-Regolament (UE) 2019/2099 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni ta’ CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi; ĠU L 322, 12.12.2019, p. 1–44.
(5)    Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali, ĠU L 22, 22.1.2021, p. 1–102.
(6)    Ir-Regolament jibni fuq l-istandards żviluppati mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja wara l-kriżi finanzjarja. Ara “Il-Karatteristiċi Ewlenin ta’ Reġimi ta’ Riżoluzzjoni Effettivi għall-Istituzzjonijiet Finanzjarji”, il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (Novembru 2011) http://www.financialstabilityboard.org/publications/r_111104cc.pdf . Aġġornat f’Ottubru 2014 b’annessi speċifiċi għas-settur http://www.financialstabilityboard.org/wp-content/uploads/r_141015.pd .
(7)    Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali, ĠU L 22, 22.1.2021, p. 1–102.
(8)    […]    
(9)    Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, ĠU L 176, 27.6.2013.
(10)    Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE, ĠU L 314, 5.12.2019.
(11)    Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (riformulazzjoni), ĠU L 302, 17.11.2009.
(12)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Unjoni tas-Swieq Kapitali għall-persuni u n-negozji – Pjan ta’ azzjoni ġdid, COM(2020) 590
(13)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Is-sistema ekonomika u finanzjarja Ewropea: it-trawwim tal-ftuħ, tas-saħħa u tar-reżiljenza; COM/2021/32 final.
(14)    Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”), ĠU L 243, 9.7.2021.
(15)    Pereżempju, l-istandards tekniċi regolatorji (RTS) dwar il-proċeduri għall-approvazzjoni ta’ estensjoni tas-servizzi jew l-approvazzjoni ta’ bidliet fil-mudelli tar-riskju skont l-Artikoli 15 u 49 tal-EMIR, rispettivament, għadhom ma ġewx adottati.
(16)     https://ec.europa.eu/info/business-economy-euro/banking-and-finance/regulatory-process-financial-services/consultations-banking-and-finance/targeted-consultation-review-central-clearing-framework-eu_en  
(17)     https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/13378-Derivatives-clearing-Review-of-the-European-Market-Infrastructure-Regulation_mt  
(18)    Pjuttost l-ebda appoġġ jew appoġġ limitat fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ kapital ogħla fis-CRR għal skoperturi għas-CCPs mhux tal-UE tal-Grad 2, miri ta’ tnaqqis tal-iskopertura għal CCPs mhux tal-UE speċifiċi tal-Grad 2, obbligu ta’ kklerjar fl-UE u għodod makroprudenzjali.
(19)    Ir-Rapport tal-ESMA dwar is-CCPs tar-Renju Unit, 2021.
(20)     https://www.esrb.europa.eu/pub/pdf/other/esrb.letter220120_on_response_to_esma_consultation~3182592790.en.pdf
(21)    Żid link għal opinjoni pożittiva tal-RSB
(22)    Ir-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 Test b’relevanza għaż-ŻEE; ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1–337.
(23)    Ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (Test b’rilevanza għaż-ŻEE); ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8–45.
(24)    […]
(25)    […]
(26)    Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(27)    COM(2017)331.
(28)    Ir-Rapport tal-ESMA “Rapport ta’ valutazzjoni skont l-Artikolu 25(2c) tal-EMIR - Valutazzjoni ta’ LCH Ltd u ICE Clear Europe Ltd”, is-16 ta’ Diċembru 2021, ESMA91-372-1945.
(29)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Jannar 2021 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: “Is-sistema ekonomika u finanzjarja Ewropea: it-trawwim tal-ftuħ, tas-saħħa u tar-reżiljenza” (COM(2021) 32 final).
(30)    Ir-Rapport tal-ESMA “Rapport ta’ valutazzjoni skont l-Artikolu 25(2c) tal-EMIR - Valutazzjoni ta’ LCH Ltd u ICE Clear Europe Ltd”, is-16 ta’ Diċembru 2021, ESMA91-372-1945.
(31)    Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(32)    Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(33)    Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa u l-Annessi tagħha (ĠU C 413 I, 12.10.2021, p. 1).
(34)    Ir-Regolament (UE) 2019/834 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 141, 28.5.2019, p. 42).
(35)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 11).
(36)    […]
(37)    Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(38)    Ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8).
(39)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(40)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(41)    Ir-Regolament (UE) 2019/834 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta’ repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (Test b’rilevanza għaż-ŻEE); ĠU L 141, 28.5.2019, p. 42–63.
(42)    Ir-Regolament (UE) 2019/2099 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni ta’ CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi; ĠU L 322, 12.12.2019, p. 1–44.
(43)    Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali, ĠU L 22, 22.1.2021, p. 1–102.
(44)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Unjoni tas-Swieq Kapitali għall-persuni u n-negozji – Pjan ta’ azzjoni ġdid, COM(2020) 590
(45)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Is-sistema ekonomika u finanzjarja Ewropea: it-trawwim tal-ftuħ, tas-saħħa u tar-reżiljenza COM/2021/32 final.
(46)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(47)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(48)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(49)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(50)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(51)    Skont in-nomenklatura tal-baġit uffiċjali.
(52)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(53)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(54)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(55)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi …”
(56)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(57)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(58)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(59)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(60)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(61)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.