Brussell, 30.11.2022

COM(2022) 675 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Strateġija tal-UE għas-Saħħa Globali











Saħħa Aħjar għal Kulħadd f’Dinja li qed Tinbidel


1.Introduzzjoni

L-esperjenza ta’ dawn l-aħħar snin, b’mod partikolari l-pandemija tal-COVID-19, enfasizzat bħal qatt qabel li s-saħħa ma għandha l-ebda fruntiera: din hija ben komuni globali. Il-benesseri u l-ħajja taċ-ċittadini, il-prosperità u l-istabbiltà tas-soċjetajiet u l-ekonomiji, u l-iżvilupp sostenibbli b’mod ġenerali, kollha jiddependu fuq l-indirizzar tas-saħħa minn din il-perspettiva. Is-saħħa globali hija pilastru essenzjali tal-politika esterna tal-UE, settur kritiku mil-lat ġeopolitiku u ċentrali għall-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE.

Mill-aħħar Komunikazzjoni tal-UE tal-2010 dwar ir-rwol tal-UE fis-saħħa globali 1 , l-isfidi tas-saħħa qed jevolvu malajr-f’ambjent ġeopolitiku li qed jinbidel ugwalment malajr. Aktar minn qatt qabel, is-saħħa globali qiegħda tiġi affettwata mill-kriżi planetarja trippla tat-tibdil fil-klima, il-bijodiversità u t-tniġġis, b’piż partikolarment tqil fuq il-pajjiżi u n-nies l-aktar vulnerabbli. Fl-istess ħin, tfaċċaw opportunitajiet ġodda relatati ma’ oqsma bħar-riċerka jew id-diġitalizzazzjoni. Hija meħtieġa Strateġija as-Saħħa Globali robusta (“l-istrateġija”) biex tiġi pprovduta politika ġdida, koerenti, effettiva u ffukata madwar id-dinja. 

Hekk kif il-popolazzjoni dinjija għadha kif qabżet it-8 biljun persuna u l-istennija tal-għomor qed tiżdied globalment, għandna nagħtu prijorità lis-saħħa u l-benesseri għal kulħadd matul il-ħajja kollha.

Din l-istrateġija tirrappreżenta d-dimensjoni esterna tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa, li tipproteġi l-benesseri tal-Ewropej u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa tagħhom, u l-komponent ewlieni tal-Global Gateway 2 , li jibni sħubijiet ta’ pajjiżi ugwali ma’ pajjiżi terzi bbażati fuq responsabbiltà konġunta u sjieda konġunta.

Ir-rwol ewlieni tal-UE fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19 wera li tista’ tagħti kontribut kbir għall-objettivi globali bl-approċċ ta’ Tim Ewropa 3 (ara l-kaxxa A). Il-messaġġ prinċipali ta’ din l-istrateġija huwa li l-UE għandha l-intenzjoni li tasserixxi mill-ġdid ir-responsabbiltà tagħha u li tapprofondixxi t-tmexxija tagħha fl-interess tal-ogħla standards tas-saħħa li jistgħu jintlaħqu, ibbażati fuq valuri fundamentali, bħas-solidarjetà u l-ekwità, u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem.

L-isfidi huma sinifikanti. Hemm aġenda enormi mhux mitmuma fis-saħħa globali, hekk kif il-progress, inter alia, lejn il-miri tas-saħħa universali stabbiliti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet tagħha 4  (SDGs) treġġa’ lura f’ħafna pajjiżi: b’mod kollettiv, il-pajjiżi kisbu biss madwar kwart ta’ dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-miri tas-saħħa tal-SDG sal-2030. Il-mard infettiv ewlieni jirrappreżenta piż kbir fuq ħafna pajjiżi, u l-mortalità għolja tat-trabi, tal-ommijiet u l-malnutrizzjoni għadhom kwistjonijiet ta’ tħassib, fost l-oħrajn. Fl-istess ħin, huwa essenzjali li s-sigurtà globali tas-saħħa tiġi indirizzata malajr u b’mod komprensiv, biex nevitaw b’mod aħjaril-pandemiji, u biex inkunu aktar reżiljenti biex niffaċċjawhom. It-tħejjija għar-riskju ta’ kwalità għolja fis-settur tas-saħħa se turi impatti pożittivi sinifikanti fuq ir-reżiljenza ta’ setturi ewlenin oħrajn.

Kaxxa A: Rispons tal-UE għall-COVID-19: tmexxija permezz tal-approċċ ta’ Tim Ewropa

L-UE kellha rwol deċiżiv fir-rispons globali għall-pandemija tal-COVID-19 fejn ipprovdiet solidarjetà u appoġġ effettiv billi aġixxiet permezz tal-approċċ ta’ Tim Ewropa biex tgħin fl-implimentazzjoni tal-kampanja ta’ tilqim globali u tafferma mill-ġdid l-impenn tal-UE għall-multilateraliżmu.

Tmexxija: L-UE kienet forza mexxejja wara l-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni ta’ Ruma tal-G20 5 — il-prinċipji miftiehma fuq livell internazzjonali għall-azzjoni għall-ġlieda kontra l-pandemiji, it-tħejjija, il-prevenzjoni u r-rispons għalihom. Flimkien ma’ partijiet ikkonċernati globali ewlenin oħrajn, l-UE kellha rwol ewlieni fl-organizzazzjoni tal-ewwel Konferenza b’Appell għal Wegħdiet ta’ Donazzjonijiet b’Rispons Globali għall-COVID-19, u fl-istabbiliment tal-Aċċeleratur tal-Aċċess għall-Għodod kontra l-COVID-19 (ACT-A), għodda ewlenija li tappoġġa l-iżvilupp u d-distribuzzjoni ġusta tat-testijiet, it-trattamenti, u l-vaċċini lil pajjiżi bi dħul aktar baxx. Flimkien mal-Istati Membri tal-UE, l-UE kkontribwiet aktar minn EUR 7 biljun għall-ACT-A, inkluż il-pilastru tal-vaċċin tagħha (COVAX).

Kooperazzjoni: L-UE qiegħda żżid il-kooperazzjoni tagħha, pereżempju billi stabbiliet is-soluzzjoni innovattiva globalment taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE (EU Digital COVID Certificate, EUDCC): sa Ottubru 2022, 49 pajjiż barra mill-UE kienu konnessi mal-Gateway tal-EUDCC, inkluż sebgħa mill-kontinent Afrikan, u b’hekk din saret l-akbar sistema interkonnessa ta’ ċertifikati diġitali tal-COVID fid-dinja. Bis-saħħa tas-solidarjetà tal-UE, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili implimenta diversi timijiet mediċi ta’ emerġenza u pprovda tagħmir u provvisti mediċi 6 lil pajjiżi terzi. L-UE kienet membru fundatur ewlieni tal-COVAX u żiedet l-isforzi tagħha biex tikkollabora dwar it-terapewtika, id-dijanjostika, permezz tal-Aċċeleratur ACT, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-istituzzjonijiet tar-riċerka.

Riżorsi: L-UE kkombinat ir-riżorsi tagħha biex timmassimizza l-impatt tagħhom fuq ir-rispons għall-pandemija tal-COVID-19. Minn meta faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19, l-UE, l-Istati Membri tal-UE u l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej, bħala Tim Ewropa, sa issa impenjaw EUR 53,7 biljun biex jappoġġaw 140 pajjiż, li jkopru rispons ta’ emerġenza għall-ħtiġijiet umanitarji, it-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa, tal-ilma u tas-sanità, u l-mitigazzjoni tal-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi tal-pandemija. Il-mod ta’ ħidma tat-Tim Ewropa wera li kien effettiv u ta’ valur u tnieda fi prijoritajiet globali oħra. L-UE żiedet ir-riċerka, speċjalment l-avvanz fil-vaċċini u fil-mediċina, u ħolqot ambjent abilitanti għall-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ erba’ biljun doża tal-vaċċin kontra l-COVID-19 kemm fl-UE kif ukoll globalment u appoġġat it-tnedija addizzjonali tal-vaċċini 7 . Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri tal-UE malajr stabbilew ukoll riżerva Ewropea ġdida ta’ riżorsi inkluża riżerva ta’ oġġetti mediċi biex jirrispondu għall-emerġenzi tas-saħħa 8 .

Sabiex tikkontribwixxi għall-kisba ta’ saħħa aħjar għal kulħadd f’dinja li qed tinbidel, huwa meħtieġ approċċ differenti, li jibda minn dak li jrid isir. Għal dan il-għan, l-istrateġija tiffoka fuq tliet prijoritajiet ewlenin.

Meta wieħed imur lura għall-prinċipji fundamentali, l-ewwel żewġ prijoritajiet essenzjali huma: l-investiment fil-benesseri tan-nies kollha u l-kisba ta’ kopertura universali tas-saħħa b’sistemi tas-saħħa aktar b’saħħithom. Sabiex jintlaħqu dawn iż-żewġ għanijiet, jeħtieġ li nċaqilqu l-fokus tagħna, peress li x-xenarju huwa differenti ħafna minn kif kien fl-2010:

-Minbarra l-kawżi ewlenin tradizzjonali ta’ nuqqas ta’ saħħa bħall-faqar u l-inugwaljanzi soċjali, fatturi oħra tas-saħħa jridu jiġu indirizzati b’mod integrat, bħat-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni ambjentali, il-kriżijiet umanitarji, jew in-nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel, aggravati minn kriżijiet bħall-gwerra Russa ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għalhekk, huwa essenzjali li jiġu mmobilizzati għadd kbir ta’ politiki biex issir ħidma għal aġenda globali dwar is-saħħa.

-L-isfidi li qed jiżdiedu, bħar-reżistenza għall-antimikrobiċi u s-saħħa mentali, jew l-isfidi li qed jevolvu tas-sistemi tas-saħħa u tal-kura, inklużi l-iżbilanċi tal-forza tax-xogħol u n-nuqqas ta’ riżorsi jridu jiġu prijoritizzati, flimkien mal-massimizzazzjoni ta’ opportunitajiet ġodda għas-saħħa offruti minn faċilitaturi b’saħħithom, bħar-riċerka u d-diġitalizzazzjoni, inkluż l-użu tal-intelliġenza artifiċjali.

It-tielet prijorità ewlenija hija l-ġlieda kontra t-theddid għas-saħħa kurrenti u futur, li jeħtieġ ukoll fokus ġdid. Din titlob ekwità mtejba fl-aċċess għall-vaċċini u kontromiżuri oħrajn; għal approċċ “Saħħa Waħda” 9 , li jindirizza l-interkonnessjoni kumplessa bejn l-umanità, il-klima, l-ambjent u l-annimali; għal sorveljanza aktar effettiva tal-mard madwar id-dinja; u għal regoli internazzjonali u mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni aktar b’saħħithom dwar is-saħħa.

Hekk kif immexxu l-enfasi fuq dak li għandu jsir, trid isseħħ bidla fundamentali ugwali dwar kif dan għandu jsir. Qed toħroġ ordni globali ġdida dwar is-saħħa — u l-UE trid tikkontribwixxi għat-tfassil tagħha permezz ta’ involviment aktar strateġiku u effettiv.

L-UE għandha potenzjal uniku biex tixpruna l-kooperazzjoni internazzjonali. L-espansjoni tas-sħubijiet ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti hija tal-akbar importanza — il-promozzjoni tas-sovranità tas-saħħa għal aktar reżiljenza u awtonomija strateġika miftuħa appoġġata mill-impenn politiku u r-responsabbiltà tas-sħab. Ir-relazzjoni tagħna mas-sħab internazzjonali trid tkun iggwidata minn prijoritajiet komuni f’konformità ma’ din l-istrateġija.

Biex jissaħħaħ ir-rwol tal-UE bħala attur b’saħħtu u effettiv, il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jiżguraw sinerġija bejn l-istrateġiji globali tas-saħħa nazzjonali u tal-UE u se jaħdmu aktar qrib minn qatt qabel f’approċċ ta’ Tim Ewropa, b’mekkaniżmi ġodda biex jikkoordinaw aħjar il-politiki, l-azzjonijiet u l-isforzi finanzjarji biex jiġi massimizzat l-impatt – billi jitkellmu u jaġixxu flimkien.

Il-governanza globali se teħtieġ enfasi ġdida biex tinżamm sistema multilaterali b’saħħitha u reattiva, bl-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) fil-qalba tagħha li tkun iffinanzjata b’mod sostenibbli daqskemm hija responsabbli u effettiva. Il-kunsens għandu jinbena permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa permezz tal-G7, il-G20, u sħab globali, reġjonali u bilaterali oħra. L-UE għandha tixpruna l-proċess essenzjali biex jimtlew il-lakuni eżistenti fil-governanza globali, filwaqt li tevita d-duplikazzjoni u tiżgura l-koerenza tal-azzjoni. Dan se jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib mas-settur privat, mal-organizzazzjonijiet filantropiċi, mas-soċjetà ċivili u ma’ partijiet ikkonċernati oħra biex jiġu appoġġati l-objettivi ta’ din l-istrateġija.

Il-finanzjament effettiv huwa element ewlieni ieħor tal-istrateġija. L-UE u l-Istati Membri tagħha huma kollettivament fost l-akbar finanzjaturi tas-saħħa globali – kemm f’termini ta’ prodotti globali (finanzjament ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u inizjattivi globali tas-saħħa), kif ukoll għajnuna għall-iżvilupp, jew assistenza umanitarja 10 . L-ambizzjonijiet ta’ din l-istrateġija se jeħtieġu impenn politiku għoli globalment, kif ukoll impenn importanti tar-riżorsi. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE se ssegwi approċċ ġdid li jinvolvi finanzjament innovattiv, koinvestiment mis-sħab u l-ġbir flimkien ma’ atturi internazzjonali oħra—u l-influwenza tal-UE fit-tfassil tal-aġenda trid taqbel mal-appoġġ finanzjarju tagħha bħala promotur tas-saħħa globali.

Is-suċċess naturalment se jiddependi fuq il-kontribut tas-sħab tagħna— iżda l-UE se tassumi r-responsabbiltà sħiħa tagħha. Dan jinkludi wkoll it-titjib tat-tħejjija u tar-rispons għas-saħħa lokalment bħala parti mill-Unjoni Ewropea tas-Saħħa, peress li l-iżviluppi tas-saħħa fl-UE jaffettwaw lis-sħab madwar id-dinja u viċi versa. Fl-UE, il-kopertura universali tas-saħħa u qafas b’saħħtu tas-sigurtà tas-saħħa tal-UE se jkomplu jiġu żviluppati billi jitmexxew ’il quddiem inizjattivi ewlenin li għaddejjin jew li qed jitħejjew. Dawn jinkludu l-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer 11 , l-Istrateġija Farmaċewtika 12 , u l-Ispazju Ewropew ippjanat tad-Data dwar is-Saħħa 13 . Il-ġlieda kontra t-theddid għas-saħħa se tkun possibbli b’mod aktar komprensiv bl-implimentazzjoni tar-regolament il-ġdid dwar it-theddid transfruntier għas-saħħa 14 , il-mandati msaħħa taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, il-ħidma tal-Awtorità l-ġdida għat-Tħejjija u r-Rispons f’Emerġenza tas-Saħħa biex ittejjeb it-tħejjija u r-rispons f’kontromiżuri mediċi 15 , u n-network ta’ “Saħħa Waħda” biex jaġixxi kontra t-theddid patoġeniku kollu b’sorveljanza integrata 16 . Twassil aħjar tal-kura tas-saħħa, awtonomija strateġika miftuħa fil-ktajjen tal-valur relatati mas-saħħa, u azzjoni b’saħħitha dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi se jaġixxu wkoll bħala pedamenti b’saħħithom għal pożizzjoni b’saħħitha tal-UE madwar id-dinja. Se nkomplu nappoġġaw lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-riformi tas-saħħa u l-investiment taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. U se nimplimentaw il-Patt Ekoloġiku Ewropew 17 u b’mod partikolari l-Pjan ta’ Azzjoni għal Tniġġis Żero 18 u l-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà biex jiġu miġġielda l-kawżi ewlenin tan-nuqqas ta’ saħħa fl-UE. Din il-ħidma kollha, flimkien mal-istrateġija l-ġdida, se tifforma continuum bla xkiel għall-protezzjoni tas-saħħa fl-UE u madwar id-dinja.

L-istrateġija toffri aġenda li twassal sal-2030. Din tistabbilixxi tliet prijoritajiet ta’ politika, tipprevedi 20 prinċipju gwida biex tissawwar is-saħħa globali, tagħmel linji ta’ azzjoni konkreti li joperazzjonalizzaw dawk il-prinċipji, u toħloq qafas ta’ monitoraġġ ġdid biex jiġu vvalutati l-effettività u l-impatt tal-politiki u tal-finanzjament tal-UE. Hija tiddeskrivi dak li se tagħmel il-Kummissjoni u dak li tistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu, kull wieħed strettament fil-kompetenzi u r-rwoli istituzzjonali rispettivi tiegħu kif previst fit-trattati 19 . Sabiex jintwerew l-azzjonijiet li ġejjin, l-Anness 1 jelenka xi wħud mill-proġetti ewlenin li jirfdu din l-istrateġija fil-livelli globali, reġjonali u nazzjonali.

L-istrateġija tibni fuq il-kontribut importanti tal-Parlament Ewropew, fuq Presidenzi suċċessivi tal-Kunsill, fuq l-istrateġija tas-saħħa parallela tal-2020 tas-soċjetà ċivili 20 , u fuq partijiet ikkonċernati ewlenin oħra—inkluż il-kontribut riċevut matul konsultazzjoni pubblika wiesgħa. Din l-istrateġija għandha tinqara flimkien mal-ewwel Rapport dwar it-Tħejjija għall-Istat tas-Saħħa, ippubblikat b’mod parallel magħha 21 .

2.Il-prijoritajiet tas-saħħa globali tal-UE

L-istrateġija tafferma mill-ġdid l-impenn għall-SDGs u l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp 22 , u li tittieħed azzjoni b’mod partikolari fl-oqsma li huma l-pedamenti ta’ saħħa tajba. Biex jiġi żgurat is-suċċess f’dan l-isforz, tissuġġerixxi approċċ ġdid ibbażat fuq prijoritajiet ewlenin.

Għalhekk, il-Kummissjoni se tiffoka l-isforzi tagħha fuq tliet prijoritajiet interrelatati 23 , filwaqt li tistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu l-istess:

(1) It-twettiq ta’ saħħa u benesseri aħjar tan-nies tul il-ħajja kollha;

(2) It-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa u l-avvanz tal-kopertura tas-saħħa universali; u

(3) Il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra t-theddid għas-saħħa, inklużi l-pandemiji, bl-applikazzjoni tal-approċċ “Saħħa Waħda”.

2.1. Twettiq ta’ saħħa u benesseri aħjar tan-nies tul il-ħajja kollha

L-UE se tiffoka s-saħħa kollettiva tagħha u se timpenja ruħha ma’ pajjiżi biex tilħaq l-SDGs ambizzjużi relatati mas-saħħa globalment, b’mod partikolari l-Għan 3 (tiżgura ħajjiet b’saħħithom u tippromwovi l-benesseri għal kulħadd f’kull età), l-Għan 5 (tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri) u l-Għan 10 (titnaqqas l-inugwaljanza bejn il-pajjiżi u fihom stess).

Biex tagħmel dan, il-Kummissjoni se ssegwi prinċipji gwida, filwaqt li tistieden lill-Istati Membri jagħmlu l-istess:

Prinċipju Gwida 1. Tingħata prijorità lill-indirizzar tal-kawżi ewlenin tan-nuqqas ta’ saħħa, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lid-drittijiet tan-nisa u tal-bniet, u lil popolazzjonijiet vulnerabbli u gruppi żvantaġġati.

L-isforzi biex tinkiseb saħħa aħjar tradizzjonalment iffukaw fuq il-ġlieda kontra mard speċifiku—ġlieda li trid tkompli. Madankollu, mingħajr ma jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tan-nuqqas ta’ saħħa li jagħmlu lin-nies suxxettibbli għall-mard fl-ewwel post, il-mard se jkompli jgħakkes sezzjonijiet wiesgħa tal-popolazzjoni, b’mod partikolari dawk l-aktar vulnerabbli. Għalhekk, bħala novità, l-istrateġija se tagħti prijorità lill-indirizzar tal-kawżi ewlenin ekonomiċi, soċjali u ambjentali tas-saħħa u l-mard –inklużi l-faqar u d-diskriminazzjoni, l-età,in-nutrizzjoni u dieti tajbin għas-saħħa, il-protezzjoni soċjali, l-edukazzjoni, il-kura, l-ilma, is-sanità u l-iġjene, is-saħħa okkupazzjonali – u oqsma oħra bħat-tniġġis ta’ ekosistemi b’saħħithom jew il-kuntatt ma’ sustanzi kimiċi u skart u theddid għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Dan se jirrikjedi wkoll approċċ integrat ta’ “saħħa fil-politiki kollha” (ara t-taqsima 3).

Approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem li ma jħalli lil ħadd l-art se jinżamm matul l-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija. Dan jinkludi wkoll enfasi partikolari fuq is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati (sexual and reproductive health and rights, SRHR).

Prinċipju Gwida 2. Jittejjeb l-aċċess ekwu għal firxa sħiħa ta’ servizzi tas-saħħa essenzjali mill-promozzjoni tas-saħħa għall-prevenzjoni tal-mard u t-trattament ta’ kwalità għall-but ta’ kulħadd, ir-riabilitazzjoni u l-kura palljativa għall-ġlieda kontra l-mard komunikabbli u dak mhux komunikabbli.

Il-programmi reżiljenti tas-saħħa pubblika huma kritiċi għall-kontroll tal-mard, speċjalment ta’ mard tropikali infettiv u ttraskurat, u fl-indirizzar tar-riskji sottostanti ta’ mard mhux komunikabbli. Fl-istess ħin, huma meħtieġa aktar prevenzjoni, riżorsi estiżi, u riċerka intensifikata biex tiġi indirizzata l-isfida dejjem akbar ta’ mard mhux komunikabbli u ta’ disturbi oħra tas-saħħa.

Biex jiġu żviluppati dawn iż-żewġ prinċipji gwida, se jiġu prijoritizzati l-linji ta’ azzjoni li ġejjin:

ØTingħata prijorità għall-indirizzar tal-kawżi ewlenin ekonomiċi, soċjali u ambjentali tan-nuqqas ta’ saħħa permezz ta’ approċċ ta’ “saħħa fil-politiki kollha”.

ØJiġi segwit approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem matul l-istrateġija kollha, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet u għad-drittijiet tan-nisa, tat-tfal u taż-żgħażagħ, f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ġeneru 24 III u l-Pjan ta’ Azzjoni għaż-Żgħażagħ 25 , persuni b’diżabilitajiet f’konformità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilitajiet 26 , kif ukoll għall-aċċess għas-saħħa minn gruppi vulnerabbli oħra bħall-persuni LGBTIQ 27 , il-persuni anzjani, il-migranti, ir-refuġjati u l-persuni spostati internament, ukoll fil-kuntest ta’ diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem u l-impatti tat-tibdil fil-klima.

ØTissokta t-tmexxija fil-ġlieda kontra firxa ta’ mard komunikabbli, speċjalment l-AIDS, it-tuberkulożi, il-malarja, il-poliomyelitis, il-marda tal-virus tal-Ebola kif ukoll mard tropikali ttraskurat 28 . Dan jinkludi l-investiment ma’ pajjiżi sħab u permezz ta’ alleanzi tar-riċerka u l-iżvilupp u inizjattivi globali tas-saħħa, bħall-Fond Globali għall-Ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkulożi u l-Malarja 29   30 .

ØTingħata għajnuna għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ mard mhux komunikabbli, li huma dejjem aktar importanti f’dinja li qed tixjiħ, fejn persuni li għandhom aktar minn 65 sena u aktar minn 80 sena se jirrappreżentaw proporzjonijiet dejjem akbar tal-popolazzjoni globali. Aħna se nappoġġaw dan permezz tas-Sħubija Universali ta’ Kopertura tas-Saħħa tad-WHO 31 32 u se napplikaw approċċi multisettorjali li jindirizzaw fatturi ta’ riskju ewlenin bħall-abbuż tas-sustanzi, id-dieta, l-inattività fiżika, u t-tniġġis tal-arja. Dan japplika b’mod speċjali għall-kanċer.

ØJiġi appoġġat l-użu estiż tal-vaċċini kontra l-mard tat-tfal u biex tiġi appoġġata dejjem aktar is-saħħa tal-adulti anki billi jissokta l-appoġġ qawwi tagħha lil GAVI 33   34 , l-Alleanza għall-Vaċċini li tgħin biex jiżdied l-użu ekwu u sostenibbli tal-vaċċini.

ØJiġi żgurat li jiġu żviluppati u użati vaċċini, trattamenti u dijanjostiċi innovattivi għal mard infettiv u mhux komunikabbli ġdid, prevalenti, jew ittraskurat, inkluż permezz ta’ finanzjament minn Orizzont Ewropa u s-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi fil-Fażi ta’ Żvilupp tas-Saħħa Globali UE-Afrika(EDCTP3) 35 għar-riċerka, il-bini tal-kapaċitajiet u t-tisħiħ tal-ambjent regolatorju fl-Afrika sub-Saħarjana.

ØJissaħħaħ l-appoġġ għall-aċċess universali għad-Drittijiet tas-Saħħa Sesswali u Riproduttiva 36 b’enfasi fuq in-nisa, il-bniet, iż-żgħażagħ u persuni b’diżabilitajiet, inkluż permezz tat-tfassil ta’ inizjattiva ta’ Tim Ewropa dwar l-SRHR fl-Afrika u l-appoġġ għas-Sħubija tal-Provvisti tal-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Popolazzjoni (United Nations Population Fund, UNFPA) 37 . Dan jinkludi l-indirizzar tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru, il-prattiki dannużi, il-ħtiġijiet mhux issodisfati għall-ippjanar tal-familja, il-mortalità materna evitabbli u l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri. Il-ħidma tibbaża fuq l-iżgurar ta’ aċċess ekwu għal servizzi, prodotti u informazzjoni ta’ kwalità, inkluż permezz tat-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa lejn il-kopertura tas-saħħa universali u servizzi favur iż-żgħażagħ.

ØJiġu appoġġati s-saħħa, in-nutrizzjoni, is-saħħa mentali, u l-appoġġ psikosoċjali għall-komunitajiet matul u wara sitwazzjonijiet ta’ kriżi (naturali jew ikkawżati mill-bniedem), imwassla b’modi li jillimitaw il-mortalità, il-morbidità, id-diżabilità, u l-mard assoċjat ma’ kriżijiet umanitarji 38 .

2.2 Tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa u l-avvanz tal-kopertura tas-saħħa universali 

Il-kisba ta’ sistemi tas-saħħa li huma effettivi, reżiljenti u aċċessibbli fl-aspetti fundamentali kollha tagħhom (l-għoti ta’ servizzi, forza tax-xogħol fis-saħħa, sistemi ta’ informazzjoni dwar is-saħħa, aċċess għal mediċini essenzjali, finanzjament, u tmexxija/governanza) hija prijorità ewlenija tal-istrateġija. L-avvanz tal-kopertura tas-saħħa universali b’mod ekwu se jiżgura l-protezzjoni tar-riskju finanzjarju, l-aċċess għal servizzi essenzjali tal-kura tas-saħħa ta’ kwalità u mediċini u vaċċini essenzjali sikuri, effettivi, ta’ kwalità u affordabbli.

Biex tagħmel dan, il-Kummissjoni se ssegwi prinċipji gwida, filwaqt li tistieden lill-Istati Membri jagħmlu l-istess:

Prinċipju Gwida 3. Tittejjeb il-kura tas-saħħa primarja b’kapaċità integrata ta’ żieda f’daqqa, 39 u jissaħħu l-kapaċitajiet ewlenin tas-saħħa pubblika biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa 40 .

Il-pandemija wriet l-importanza li jkun hemm kapaċità medika disponibbli xierqa biex jiġu evalwati u biex tingħata kura lil volum sinifikanti- akbar ta’ pazjenti—waħda li tisfida jew li teċċedi l-operat normali tas-sistemi tas-saħħa. Il-prijoritizzazzjoni ta’ dan il-qasam fil-ħidma tagħna hija approċċ ġdid u se jkollha valur miżjud importanti: hija l-ewwel ostaklu kontra t-tixrid ta’ pandemiji u theddid ieħor għas-saħħa. L-appoġġ għall-kura tas-saħħa primarja se jgħin ukoll biex jiġu żgurati l-ġestjoni ta’ mard mhux komunikabbli.

Biex jiġi żviluppat dan il-prinċipju gwida, se jiġu prijoritizzati l-linji ta’ azzjoni li ġejjin:

ØInvolviment ma’ pajjiżi sħab biex jitwessa’ l-aċċess għal pakkett bażiku tas-servizzi tas-saħħa li jkopri l-prevenzjoni u l-kura b’enfasi partikolari fuq popolazzjonijiet foqra u marġinalizzati permezz ta’ programmi bilaterali u reġjonali 41 . Is-Sħubija għall-Kopertura tas-Saħħa Universali taħt id-WHO tippermetti appoġġ tekniku mmirat f’119-il pajjiż, filwaqt li tieħu t-tmexxija fl-armonizzazzjoni tal-isforzi nazzjonali biex jintlaħqu l-miri nazzjonali tal-SDG3.

ØJitħeġġu l-investimenti fis-sistemi tas-saħħa billi jiġu implimentati inċentivi mmirati u billi tiżdied ir-responsabbiltà 42 L-UE għandha tikkunsidra t-titjib tas-sistemi tas-saħħa u tas-saħħa pubblika bħala aspett ewlieni għall-kooperazzjoni internazzjonali mas-sħab, inkluż l-appoġġ finanzjarju.

ØJissaħħu s-sistemi ta’ protezzjoni soċjali permezz ta’ programmi bilaterali tal-pajjiżi, b’mod partikolari bl-appoġġ tal-ħolqien ta’ regoli minimi ta’ protezzjoni soċjali li jinkludu aċċess ekwu għall-kura tas-saħħa essenzjali.

ØJitrawwmu standards internazzjonali fl-apparati u fit-teknoloġiji mediċi farmaċewtiċi permezz tal-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni f’organizzazzjonijiet u f’korpi internazzjonali, u l-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ standards ta’ kwalità, effettività u sikurezza, u taħriġ fi kwistjonijiet regolatorji, bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u f’kollaborazzjoni mad-WHO. 

Prinċipju Gwida 4. Trawwim tad-diġitalizzazzjoni bħala faċilitatur fundamentali.

Biex jiġi żviluppat dan il-prinċipju gwida, azzjoni diġitali għas-saħħa globali se turi t-tmexxija tal-UE u se ssawwar it-trasformazzjoni diġitali li għaddejja b’mod ekwu 43 :

ØIndirizzar tan-nuqqas ta’ investiment fis-saħħa u fil-kura diġitali f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju, b’inizjattiva tat-Tim Ewropa dwar is-saħħa diġitali, filwaqt li jibnu fuq il-prinċipji li jirfdu l-Ispazju Ewropew ippjanat tad-Data dwar is-Saħħa. Dan jiffoka fuq il-kisba ta’ impatt trasformattiv għall-avvanz tal-kopertura tas-saħħa universali, il-kura tas-saħħa primarja, it-tħejjija u r-rispons għall-pandemiji, id-dijanjożi mtejba u l-mediċina personalizzata u l-continuum tal-kura. Eżempju speċifiku huwa kif il-forniment ta’ servizzi diġitali tas-saħħa u tal-kura jista’ jiffaċilita l-aċċess għall-għarfien espert anke f’postijiet ġeografikament remoti, eż. permezz tas-saħħa mobbli u t-telemediċina. Se jiġi appoġġat l-iżvilupp u/jew l-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali u reġjonali bħall-istrateġiji tas-saħħa diġitali tal-Unjoni Afrikana/tas-CDC tal-Afrika li ġejjin.

ØBini fuq il-fatt li l-UE hija pijuniera fir-regolamentazzjoni tad-data dwar is-saħħa, iċ-ċertifikati diġitali, bl-użu tal-cloud għall-kondiviżjoni tad-data, il-protezzjoni tad-data u l-privatezza. L-UE se tisfrutta l-potenzjal tad-data dwar is-saħħa madwar id-dinja f’konformità mal-prinċipji tal-Ispazju Ewropew ippjanat tad-Data dwar is-Saħħa u se trawwem l-użu ta’ teknoloġiji ġodda inkluża l-intelliġenza artifiċjali biex tingħata spinta lill-potenzjal tagħhom biex itejbu d-dijanjożi u t-trattamenti madwar id-dinja.

ØJingħata kontribut għat-tiswir tal-ekosistema tas-saħħa diġitali globalment (regoli, normi, standards, interoperabbiltà), bl-użu ta’ eżempji Ewropej u l-aħjar prattika bħaċ-Ċertifikat Covid Diġitali tal-UE u l-appoġġ ta’ regoli internazzjonali li huma kompatibbli mal-qafas tal-UE filwaqt li jiġu ffaċilitati l-governanza u l-protezzjoni tad-data dwar is-saħħa ċċentrata fuq il-persuna. 

Prinċipju Gwida 5. Tingħata spinta lir-riċerka globali dwar is-saħħa biex jiġu żviluppati t-teknoloġiji u l-kontromiżuri li huma meħtieġa biex titjieb is-saħħa.

Ir-riċerka hija wkoll faċilitatur ewlieni għal saħħa aħjar. L-ingranaġġ tal-isforzi tar-riċerka madwar id-dinja jista’ jagħmel bidla gradwali fl-avvanzi fuq id-dijanjostika u t-trattamenti. Abbażi tas-suċċess tal-vaċċini tal-COVID19, azzjoni ta’ riċerka għas-saħħa globali se tixpruna l-bidla biex jiġi żgurat li n-nies madwar id-dinja jibbenefikaw mir-riċerka u mill-innovazzjoni.

Biex jiġi żviluppat dan il-prinċipju gwida, se jiġu prijoritizzati l-linji ta’ azzjoni li ġejjin:

ØTiġi estiża l-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni, id-data tar-riċerka tkun magħmula miftuħa, standardizzata u interoperabbli kemm jista’ jkun, u t-tixrid u l-isfruttament tar-riżultati jiġi promoss bħala ġid komuni. Dan huwa konformi mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-Approċċ Globali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni” u mal-konklużjonijiet rispettivi tal-Kunsill.

ØTiġi appoġġata r-riċerka minn tarf sa tarf billi jinħoloq ambjent ta’ riċerka konduttiv, li jsaħħaħ il-katina tal-valur kollha minn riċerka fundamentali sa dik preklinika u klinika, sabiex jitnaqqas id-distakk bejn il-ħolqien u l-implimentazzjoni tal-għarfien u l-evidenza.

ØJiġi appoġġat it-tfassil tar-regolamentazzjoni, tal-produzzjoni, tal-akkwist, u tal-konsenja, sabiex ir-riċerka mwettqa f’ekonomiji bi dħul baxx u medju tkun rilevanti għall-produzzjoni lokali farmaċewtika u tat-teknoloġija tas-saħħa.

ØIsir kontribut għall-bini tal-kapaċità reċiproka permezz ta’ Impriżi Konġunti, bħas-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw, biex titrawwem kollaborazzjoni dejjem aktar mill-qrib ma’ pajjiżi bi dħul baxx u medju 44 .

ØTiġi sfruttata d-dimensjoni industrijali biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-produzzjoni lokali, filwaqt li tiġi żgurata kooperazzjoni effettiva bejn l-atturi pubbliċi u privati.

ØTingħata spinta lill-appoġġ tal-proċessi internazzjonali li jsaħħu l-bażi xjentifika għall-azzjoni politika, inkluż il-ħolqien ta’ Bord tal-Politika tax-Xjenza dwar is-Sustanzi Kimiċi, l-Iskart u t-Tniġġis.

Prinċipju Gwida 6. Jiġu indirizzati l-iżbilanċi fil-forza tax-xogħol u jitrawmu l-ħiliet.

Permezz ta’ azzjoni tal-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa, din l-istrateġija se tindirizza kemm l-iżvilupp meħtieġ tal-ħiliet ix-xierqa kif ukoll l-isfida tan-nuqqas ta’ membri tal-persunal. Din teħtieġ approċċ fit-tul u integrat bl-involviment tas-sħab soċjali, kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi, u rikonoxximent li l-problemi huma aktar akuti għas-segmenti tal-infermerija u tal-kura – u jaffettwaw b’mod sproporzjonat lin-nisa:

ØTissaħħaħ l-kooperazzjoni internazzjonali u l-aderenza ma’ impenji internazzjonali dwar ir-reklutaġġ, jiġi żviluppat monitoraġġ affidabbli u ġbir tad-data dwar il-forza tax-xogħol u l-flussi tagħha.

ØJitrawwmu arranġamenti ta’ mobbiltà ta’ benefiċċju reċiproku mas-sħab f’kuntest ta’ nuqqas ta’ ħaddiema tas-saħħa 45 , tiġi promossa l-mobbiltà ċirkolari u jiġi miġġieled l-eżodu ta’ mħuħ, anki billi jintuża l-pakkett dwar il-Ħiliet u t-Talenti, b’mod partikolari s-sħubijiet ta’ talent li ġejjin ma’ pajjiżi sħab.

ØAppoġġ lill-pajjiżi sħab fit-taħriġ, fir-reklutaġġ u fit-tħaddim tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u fl-iżgurar tal-iżvilupp professjonali tagħhom permezz ta’ programmi ta’ edukazzjoni xierqa kif ukoll ta’ taħriġ vokazzjonali (VET) għall-persunal awżiljarju bi sħubija ma’ donaturi oħrajn, filwaqt li tiġi rrispettata l-ħtieġa li tiġi appoġġata ż-żamma ta’ ħaddiema tas-sengħa fil-kura tas-saħħa. L-inizjattiva tat-Tim Ewropew għat-Taħriġ Vokazzjonali Xprunat mill-Opportunitajiet 46 se tgħin fl-analiżi tal-ħtieġa għal profili tekniċi u se tgħin fit-twettiq tat-taħriġ meħtieġ.

ØAppoġġ lis-sħubijiet li jaħdmu permezz tal-Patt għall-Ħiliet u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-ħiliet settorjali biex jiżdied il-fehim tal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ħiliet fis-saħħa u fil-kura u jiġu żviluppati soluzzjonijiet rilevanti ta’ taħriġ

2.3 Prevenzjoni u ġlieda kontra t-theddid għas-saħħa, inklużi l-pandemiji, bl-applikazzjoni tal-approċċ “Saħħa Waħda”

Il-ġlieda kontra t-theddid għas-saħħa saret prijorità ewlenija. Id-dinja tinsab dieħla f’dik li tista’ tkun l-era tal-pandemiji 47 minħabba l-interkonnettività tas-soċjetajiet tal-lum u l-interazzjoni tagħna mal-klima, mal-ambjent u mal-annimali. It-theddid għas-saħħa jista’ jkun ta’ oriġini differenti, inkluż it-tniġġis ambjentali, u kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku jew nukleari (CBRN), li jitlob approċċ komprensiv għall-perikli kollha. F’Lulju 2022 48 , il-Kummissjoni stabbiliet lista tal-akbar tliet theddidiet transfruntieri għas-saħħa (eż. patoġeni b’potenzjal pandemiku għoli, CBRN u reżistenza għall-antimikrobiċi) li trid tħejji għalihom, li għandhom jiggwidaw l-azzjoni kemm interna kif ukoll esterna.

L-UE ħadet it-tagħlimiet bikrija tal-pandemija, adottat Regolament ġdid dwar theddid transfruntier serju għas-saħħa u tejbet it-tħejjija u r-rispons fil-qasam tal-kontromiżuri mediċi b’mod partikolari bil-ħolqien tal-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa (HERA). Fir-rigward ta’ kontromiżuri bħal dawn, ir-Rapport dwar it-Tħejjija tal-Istat ta’ Saħħa ppreżentat b’mod parallel mal-istrateġija jiddeskrivi l-azzjoni robusta li ttieħdet inkluż fil-livell globali.

L-isforzi jridu jkomplu minħabba li kif enfasizzat mill-Bord Indipendenti għat-Tħejjija u r-Rispons għall-Pandemiji, għad fadal ħafna xogħol xi jsir qabel ma d-dinja tkun lesta b’mod kollettiv għal dan il-kompitu 49 . Għalhekk, l-istrateġija se tkompli tindirizza l-pandemija tal-COVID-19 li għaddejja bħalissa u l-konsegwenzi tagħha u, filwaqt li tibni fuq it-tagħlimiet mill-aħħar 3 snin, se tibni approċċ komprensiv biex tiżgura s-sigurtà tas-saħħa globali.

Biex tmexxi dawn l-isforzi globali, il-Kummissjoni se ssegwi prinċipji gwida, filwaqt li se tistieden lill-Istati Membri jagħmlu l-istess:

Prinċipju Gwida 7. Jissaħħu l-kapaċitajiet għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons, u l-identifikazzjoni bikrija tat-theddid għas-saħħa globalment.

Il-COVID-19 uriet l-importanza ta’ kapaċitajiet robusti ta’ tħejjija u ta’ rispons u finanzjament adegwat biex jiġu salvati l-ħajjiet. Il-pandemija wriet ukoll li l-infiq ta’ biljuni kien jiffranka triljuni. Se jkun essenzjali li d-WHO tiġi pprovduta b’finanzjament sostenibbli u li jitmexxew modi innovattivi biex jiġu indirizzati nuqqasijiet bħall-Fond għall-Pandemiji 50 , li l-Kummissjoni u xi Stati Membri tal-UE stabbilew flimkien bħala kontributuri ewlenin.

L-UE għandha tkompli tiffoka fuq it-titjib tal-miżuri ta’ bijosikurezza u bijosigurtà fl-istituzzjonijiet rilevanti, u fuq iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u fit-taħriġ tal-persunal.

Biex jiġu żviluppati dawn il-prinċipji gwida, se jiġu prijoritizzati l-linji ta’ azzjoni li ġejjin:

ØTiġi pprijoritizzata s-sigurtà tas-saħħa fuq l-aġenda tas-saħħa globali, inkluż billi titfassal u tiġi implimenta l-inizjattiva tat-Tim Ewropa mal-Afrika 51 dwar is-sigurtà tas-saħħa bl-użu tal-approċċ ta’ “Saħħa Waħda” biex jissaħħu s-sistemi u l-kapaċitajiet għal prevenzjoni sostenibbli u infurmata dwar ir-riskju ta’ theddid infettiv u mhux infettiv, it-tħejjija u r-rispons għalih-, inkluż dak li jirriżulta mit-tniġġis ambjentali u r-reżistenza għall-antimikrobiċi (ara hawn taħt ukoll taħt il-prinċipju 11). 

ØJiġu appoġġati l-isforzi reġjonali u tal-pajjiżi biex jissaħħu s-sistemi tal-farmaċewtiċi u l-kapaċità tal-manifattura għall-vaċċini u prodotti u teknoloġiji mediċi oħra biex jiżdiedu l-kwalità, is-sikurezza, l-aċċess ekwu u s-sovranità tas-saħħa. Għal dan il-għan, tingħata spinta lill-inizjattiva tat-Tim Ewropa li għaddejja bħalissa dwar il-Manifattura u l-Aċċess għall-Vaċċini, il-Mediċini u t-Teknoloġiji tas-Saħħa fl-Afrika 52 u lis-sħubija bejn l-UE u l-Amerka Latina u l-Karibew dwar il-manifattura u s-saħħa 53 . L-UE se tinvesti fit-tisħiħ tas-swieq tal-komoditajiet tas-saħħa u fl-appoġġ tal-akkwist minn tarf sa tarf u fil-ġestjoni tal-katina tal-provvista, inkluż it-trasparenza u l-monitoraġġ, bl-użu, fost l-oħrajn, ta’ networks ta’ appoġġ għan-negozju biex jiġi ffavorit il-pariġġar, jiġu ffaċilitati l-iskambji fis-suq u d-djalogu tal-atturi industrijali.

ØTiġi ddiversifikata u tinbena l-kapaċità tal-UE tal-ktajjen tal-provvista għal tagħmir u kontromiżuri kritiċi, dijanjostiċi u terapewtiċi b’azzjoni mmirata biex jiġu evitati nuqqasijiet fil-provvista u jiġu żgurati fornituri madwar id-dinja. Dan se jtejjeb ir-reżiljenza strateġika tal-UE u, b’mod kruċjali, se jżid il-provvista globali ta’ kontromiżuri, u b’hekk se jtejjeb l-aċċess mis-sħab għal dawn l-oġġetti u se jiftaħ mogħdijiet ta’ kooperazzjoni.

ØJiġu żviluppati kapaċitajiet għall-identifikazzjoni bikrija, għall-ġestjoni tajba u sostenibbli tal-iskart u tal-materjali perikolużi 54 , filwaqt li l-ħidma taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili tintuża bħala l-bażi u jissaħħaħ il-qafas leġiżlattiv relatat mal-miżuri ta’ bijosikurezza u bijosigurtà fl-istituzzjonijiet rilevanti kollha. Is-sensibilizzazzjoni u t-taħriġ tal-persunal għandhom jiġu megħjuna miċ-Ċentri ta’ Eċċellenza tal-UE dwar il-Mitigazzjoni tar-Riskji CBRN 55 u l-attivitajiet tagħhom fi 63 pajjiż sieħeb.

ØJiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ sistema komprensiva ta’ rispons umanitarju għat-tifqigħ tal-mard li tinkludi wkoll kopertura għal żoni barra mill-UE, filwaqt li jibni fuq il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (Union Civil Protection Mechanism, UCPM) u l-Kapaċità ta’ Rispons Umanitarju Ewropew (European Humanitarian Response Capacity, EHRC).

ØTibqa’ tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 2286 tal-Kunsill tas-Sigurtà 56 dwar il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili f’konflitti armati, billi jiġi promoss ir-rispett għad-dritt umanitarju internazzjonali u billi tiġi appoġġata r-responsabbiltà għall-attakki kontra l-ħaddiema mediċi u l-infrastruttura medika, u l-kontinwità tal-kura tas-saħħa u l-aċċess f’konflitti armati.

ØIssir espansjoni u jissaħħu s-sħubijiet Ewropej u globali tar-riċerka inklużi n-networks ta’ provi kliniċi li jistgħu jiġu adattati biex jindirizzaw patoġeni ġodda u emerġenti biex tiġi żgurata d-disponibbiltà f’waqtha ta’ kontromiżuri mediċi effettivi.

Prinċipju Gwida 8. Ħidma lejn mekkaniżmu globali permanenti li jrawwem l-iżvilupp ta’ vaċċini u l-aċċess ekwu għalihom u kontromiżuri għall-pajjiżi bi dħul baxx u medju.

Waħda mit-tagħlimiet ewlenin tal-pandemija tal-COVID-19 hija li l-aċċess ekwu għall-kontromiżuri mediċi huwa fil-qalba tat-tħejjija u tar-rispons għall-pandemiji. Dan jitlob soluzzjoni permanenti, li tibni fuq l-Aċċeleratur tal-Aċċess għall-Għodod kontra l-COVID-19 (ACT-A), il-Qafas ta’ Tħejjija għall-Pandemija tal-Influwenza 57 u esperjenzi rilevanti oħra.

Sabiex kontromiżuri mediċi effettivi jsiru disponibbli malajr, jeħtieġ li jkun hemm sorveljanza effettiva biex il-patoġeni jiġu identifikati kmieni, u l-pjattaformi ta’ riċerka effettivi jeħtieġ li jkunu lesti li jipproduċu l-evidenza meħtieġa għal żvilupp rapidu u għal tnedija rapida, appoġġati minn ambjent ta’ riċerka konduttiv bi pjattaformi ta’ provi kliniċi li jistgħu jiġu adattati malajr għal mard ġdid u ambjent regolatorju effettiv għat-twettiq ta’ provi kliniċi.

Prinċipju Gwida 9. Jiġi nnegozjat ftehim effettiv legalment vinkolanti dwar il-pandemiji b’approċċ “Saħħa Waħda” u Regolamenti Internazzjonali msaħħa dwar is-Saħħa.

Dan jindirizza nuqqasijiet fil-ġabra ta’ regoli internazzjonali għat-tħejjija u r-rispons għall-pandemiji, u jirrikjedi li l-pajjiżi jirrapportaw u jinvestigaw it-theddid għall-pandemiji malajr u jagħti s-setgħa lid-WHO tagħmel l-istess 58 . Il-ftehim dwar il-pandemiji għandu jinkludi dispożizzjonijiet konkreti dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi 59 .

Prinċipju Gwida 10. Jinbena network globali robust ta’ sorveljanza kollaborattiva biex il-patoġeni jiġu identifikati aħjar u tittieħed azzjoni aħjar dwarhom 

L-istrateġija tappoġġa l-ħolqien ta’ network affidabbli ġdid li jistħarreġ u jidentifika patoġeni f’hotspots ewlenin, u mhux biss jidentifika t-theddid iżda wkoll jagħti pariri dwar liema azzjoni għandha tittieħed. Din il-ħidma tkun appoġġata mid-Delegazzjonijiet tal-UE fuq il-post u tikkomplementa l-inizjattiva tal-G7 li tgħaqqad in-networks eżistenti 60 . Din se tinkludi d-diġitalizzazzjoni u l-integrazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza fl-ispettru uman, tal-annimali u tal-ambjent, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-laboratorju u l-kapaċitajiet ta’ sekwenzjar ġenomiku, kif ukoll it-taħriġ tal-forza tax-xogħol.

Prinċipju Gwida 11. Jiġi applikat approċċ komprensiv “Saħħa Waħda” u tiġi intensifikata l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi.

F’dawn l-aħħar snin, żewġ sfidi kritiċi saru aktar urġenti. L-ewwel waħda tikkonċerna l-kumplessità u l-konsegwenzi tal-interazzjonijiet mal-annimali, mal-ambjent u mal-bnedmin li jitolbu approċċ “Saħħa Waħda” multisettorjali, integrat u transdixxiplinarju. Dan jinkludi r-riskju akbar ta’ tifqigħat ta’ pandemiji ewlenin minħabba, b’mod partikolari, bidliet fl-użu tal-art, degradazzjoni ambjentali, sistemi kumplessi ta’ produzzjoni tal-ikel u kummerċ u vjaġġar intensifikati, iżda wkoll il-piż f’ekonomiji bi dħul baxx u medju ta’ mard relatat mat-tniġġis jew endemiku ttraskurat, li l-biċċa l-kbira tiegħu jista’ jkun żoonotiku, li jinġarr mill-arja, mill-ilma jew minn vettur.

It-tieni waħda hija l-pandemija silenzjuża tar-reżistenza għall-antimikrobiċi (antimicrobial resistance, AMR), li d-WHO identifikat bħala waħda mill-akbar 10 theddidiet kurrenti għas-saħħa globali 61 . L-AMR hija wkoll fattur aggravanti matul il-pandemiji. Barra minn hekk, l-antimikrobiċi jniġġsu l-ambjent u jaffettwaw il-bijodiversità 62 . Il-pajjiżi, l-istituzzjonijiet u l-partijiet ikkonċernati globali jridu jindirizzaw dawn l-isfidi b’mod kollettiv u komprensiv bħala prijorità.

Biex jiġi żviluppat dan il-prinċipju gwida, se jiġu prijoritizzati l-linji ta’ azzjoni li ġejjin:

ØTiġi intensifikata l-ħidma mal-Kwadripartitiku, inkluż id-WHO, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (Food and Agriculture Organization of the United Nations, FAO), l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (World Organisation for Animal Healt, WOAH), u l-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (United Nations Environment Programme, UNEP) biex timplimenta l-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt tagħha ta’ “Saħħa Waħda”.

ØTiftix għal “prevenzjoni profonda” 63  – l-identifikazzjoni u l-indirizzar tat-theddid qabel ma l-patoġeni jaqsmu mill-annimali għall-bnedmin, mhux wara li jkunu seħħew it-tifqigħat fost il-bnedmin u tissaħħaħ il-kapaċità għall-prevenzjoni tat-tniġġis relatat mat-theddid tas-saħħa.

ØIl-Kummissjoni se tesplora konvenzjonijiet internazzjonali eżistenti li jaffettwaw il-kors “upstream” ta’ pandemiji potenzjali, biex teżamina jekk id-dispożizzjonijiet jew il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni tagħhom jistgħux jissaħħu biex jappoġġaw l-approċċ “Saħħa Waħda” 64 .

ØĦidma lejn l-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet konkreti dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi fil-ftehim dwar il-pandemiji.

ØAppoġġ għall-iżvilupp ta’ kontromiżuri mediċi innovattivi u għall-aċċess għalihom biex tiġi indirizzata l-AMR, inklużi l-antimikrobiċi, il-vaċċini, u d-dijanjostika 65 .

3.Governanza interna ġdida biex jiġu indirizzati l-isfidi globali tas-saħħa

L-ilħuq tal-għanijiet ta’ din l-istrateġija jeħtieġ mod aktar konġunt ta’ ħidma fil-Kummissjoni u mal-Istati Membri u s-sħab. Dan minħabba li s-saħħa globali hija dejjem aktar imsawra minn politiki multipli (bħall-klima, l-ambjent, l-enerġija, in-nutrizzjoni, is-sigurtà tal-ikel, il-protezzjoni soċjali, id-demografija, l-edukazzjoni, ir-riċerka, l-assistenza umanitarja, il-finanzi, il-kummerċ, il-politika industrijali jew il-politika barranija u ta’ sigurtà) li jew jaffettwaw is-saħħa jew jippermettu s-soluzzjoni għall-isfidi tas-saħħa, b’diversi aġenziji u korpi fil-livelli tal-UE u f’dak nazzjonali kif ukoll b’istituzzjonijiet finanzjarji differenti involuti b’mod attiv. Dan jitlob koordinazzjoni msaħħa biex tgħin fl-ilħuq tal-prijoritajiet ta’ din l-istrateġija u fl-implimentazzjoni ta’ governanza vera tas-“saħħa fil-politiki kollha”—novità ta’ din l-istrateġija.

Prinċipju Gwida 12. Irbit b’mod effettiv tal-politiki u tal-miżuri kollha li għandhom impatt fuq is-saħħa globali fil-Kummissjoni, l-aġenziji tal-UE u l-istituzzjonijiet ta’ finanzjament tal-UE.

Il-Kummissjoni se tintegra bis-sħiħ il-kunsiderazzjonijiet tas-saħħa globali fl-oqsma kollha tal-politika tal-UE li għandhom impatt fuq is-saħħa globali billi ssaħħaħ ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-immappjar tal-koordinazzjoni interna, il-politiki u l-għodod, u kif dawn se jgħinu biex jintlaħqu l-prijoritajiet ta’ din l-istrateġija.

Dan jinvolvi linji ta’ azzjoni fl-oqsma ta’ politika ewlenin li ġejjin:

ØJiġi mfittex l-ilħuq tan-newtralità klimatika globali sal-2050, billi tiżdied il-kapaċità ta’ adattament, tissaħħaħ ir-reżiljenza li tnaqqas il-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi. 

ØTiġi promossa azzjoni globali ambizzjuża biex jiġi indirizzat it-telf tal-bijodiversità, it-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi, it-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija, l-esponiment għal sustanzi tossiċi. It-trawwim tal-approċċ “Saħħa Waħda” fil-Qafas Globali futur tal-Bijodiversità li għandu jiġi miftiehem fil-Konferenza tan-NU dwar il-Bijodiversità (COP15), u f’azzjoni globali biex jiġi indirizzat it-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi biex jitnaqqas ir-riskju ta’ żoonożi. Jiġu appoġġati l-bijodiversità tal-ħamrija, l-insegwiment internazzjonali tat-tnaqqis u l-mitigazzjoni tat-tniġġis tal-arja tal-emissjonijiet globali, il-promozzjoni ta’ strumenti internazzjonali ewlenin u mekkaniżmu globali għall-ġestjoni tas-sustanzi kimiċi u tal-iskart lil hinn mill-2020, in-negozjar ta’ strument ġdid u legalment vinkolanti biex jintemm it-tniġġis tal-plastik, u eżiti ambizzjużi dwar l-ilma u s-saħħa fil-Konferenza li jmiss tan-NU dwar l-Ilmafl-2023.

ØJiġu promossi standards effettivi tas-saħħa u tas-sikurezza madwar id-dinja, billi jibqa’ jkun hemm involviment mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) fl-appoġġ tal-integrazzjoni tad-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u tajbin għas-saħħa fil-qafas tal-ILO tal-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol.

ØJiżdiedu l-assistenza umanitarja u l-appoġġ għar-reġjuni u għall-popolazzjonijiet l-aktar affettwati min-nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel u l-okkorrenza għolja ta’ malnutrizzjoni, jiġu segwiti l-prezzijiet tal-ikel u stokkijiet jiġu magħmulin disponibbli għall-pajjiżi fil-bżonn, kif inhu rifless fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Marzu 2022 dwar is-salvagwardja tas-sigurtà tal-ikel u t-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tal-ikel 66 u l-Komunikazzjoni dwar il-fertilizzanti. Jiġi adottat approċċ sistemiku billi tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni lejn sistema alimentari sostenibbli li tista’ ġġib benefiċċji għas-saħħa, ambjentali u soċjali.

ØJiġi sfruttat l-investiment fl-edukazzjoni biex tiġi appoġġata s-saħħa fuq perjodu ta’ żmien qasir u twil, skont l-impenji meħuda fis-Summit dwar l-Edukazzjoni Trasformattiva, filwaqt li jiġu prijoritizzati l-iżvilupp bikri tat-tfal, l-edukazzjoni dwar is-saħħa, l-SRHR, u l-ikliet fl-iskejjel permezz tal-programmi tagħha ma’ pajjiżi sħab.

ØJiġu msaħħa l-operazzjonijiet ta’ assistenza umanitarja u protezzjoni ċivili relatati mas-saħħa globali f’ambjenti ta’ emerġenza u ta’ kriżi permezz ta’ żieda fil-kapaċitajiet operazzjonali, analitiċi, ta’ monitoraġġ u ta’ komunikazzjoni taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza u l-Kapaċità ta’ Rispons Umanitarju Ewropew –u t-tqegħid fl-azzjoni ta’ aktar esperti tas-saħħa pubblika f’żoni ta’ kriżi. Jiġi appoġġat il-bini tal-kapaċitajiet tal-ġestjoni tad-diżastri b’organizzazzjonijiet bħaċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tal-ASEAN għall-Assistenza Umanitarja. Tissaħħaħ d-disponibbiltà ta’ kapaċitajiet ta’ rispons relatati mas-saħħa skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili; jiġu żviluppati kapaċitajiet ġodda mediċi u relatati mas-CBRN taħt ir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili u RescEU; u tissaħħaħ il-kooperazzjoni mad-WHO dwar ir-rispons ta’ emerġenza u jissokta l-appoġġ għall-ħidma tagħhom dwar l-iżvilupp tal-istandards u l-proċessi ta’ klassifikazzjoni għat-timijiet mediċi ta’ emerġenza li jistgħu jiġu skjerati globalment.

ØLi l-imġiba tal-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati tkun magħmula taħdem għas-saħħa globali f’firxa ta’ miżuri relatati mal-finanzi billi (i) tiġi promossa l-imġiba favur is-saħħa minn kumpaniji domestiċi u barranin billi jiġu inklużi l-impatti fuq is-saħħa fid-Direttiva tal-UE dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju 67 ; (ii) issir ħidma ma’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u ma’ aġenziji ta’ klassifikazzjoni sabiex dawn jinkorporaw l-istess kriterji tas-saħħa fid-deċiżjonijiet tagħhom; u (iii) jkun hemm involviment mal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) sabiex jinkludi l-investiment fis-saħħa fil-valutazzjoni regolari tiegħu tal-istabbiltà makroekonomika tal-pajjiżi – li jħeġġeġ l-investiment fis-saħħa pubblika.

ØJiġi żgurat li l-politika kummerċjali internazzjonali taħdem għas-saħħa globali, sabiex il-ktajjen tal-provvista farmaċewtiċi internazzjonali ma jinkisrux, li s-sħab jibbenefikaw minn mediċini, apparat u servizzi mediċi – tiġi msaħħa r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa permezz tal-Inizjattiva għall-Kummerċ u s-Saħħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) 68 u jiġu kondiviżi l-esperjenzi mas-sħab tad-WTO dwar il-faċilitazzjoni tal-kummerċ. Dan jinkludi rendikont annwali mas-sħab tad-WTO tat-tagħlimiet meħuda mill-pandemija, u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Ministerjali dwar il-Ftehim tad-WTO dwar Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS) 69 li tagħmilha possibbli li jiġu awtorizzati l-manifattura u l-esportazzjoni tal-vaċċini kontra l-COVID-19 b’mod rapidu u ssimplifikat mingħajr il-kunsens tas-sid tal-privattiva. Aħna se niddiskutu b’mod kostruttiv jekk dan il-mekkaniżmu għandux jiġi estiż biex ikopri t-terapewtika u d-dijanjostika tal-COVID-19, u se nappoġġaw iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-vaċċini u ta’ prodotti oħra fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. 

ØB’appoġġ għar-Rappreżentant Għoli, tiġi msawwra l-politika barranija u ta’ sigurtà komuni u tiġi promossa l-implimentazzjoni sħiħa ta’ dik il-politika billi tiġi inkluża s-saħħa fid-djalogi politiċi mas-sħab biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni internazzjonali. L-azzjoni esterna tista’ sservi bħala vettur għall-promozzjoni tas-saħħa globali permezz ta’ mezzi bħall-immappjar tat-theddid għas-sigurtà esterna. Is-saħħa globali għandha tikkonsolida ma’ fatturi oħra li jaffettwaw is-saħħa, bħall-ambjent, il-migrazzjoni, id-demografija jew is-sigurtà tal-ikel. Il-linji ta’ azzjoni futuri għandhom jinkludu: (i) l-appoġġ għall-ħolqien ta’ mekkaniżmi ta’ sorveljanza tal-pandemiji f’pajjiżi mhux tal-UE; (ii) iċ-ċirkolazzjoni ta’ informazzjoni reċiproka dwar il-pjanijiet tas-sħab biex javvanzaw il-politika barranija u l-għanijiet kummerċjali permezz tas-saħħa; (iii) l-iżgurar ta’ kooperazzjoni ma’ sħab tal-istess fehma f’Ġinevra, fi New York u madwar id-dinja; u (iv) il-prevenzjoni tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza minn barranin (foreign information manipulation and interference, FIMI) u r-rispons għalihom, li jistgħu jarmaw is-saħħa globali. Komunikazzjoni effettiva dwar l-azzjoni tas-saħħa tal-UE wriet li hija għodda utli ħafna f’dan ir-rigward.

ØJiġi żgurat rwol attiv tad-Delegazzjonijiet tal-UE fl-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija. Matul il-pandemija tal-COVID-19, id-Delegazzjonijiet tal-UE wrew li huma sors effettiv, u ġabru intelliġenza relatata mas-saħħa madwar id-dinja u kkomunikaw u għamlu sensibilizzazzjoni dwar il-prijoritajiet tal-UE, filwaqt li qajmu kuxjenza politika. Ir-rwol tad-Delegazzjonijiet tal-UE se jkollu bżonn jissaħħaħ, filwaqt li jiġi żgurat għarfien espert speċifiku f’oqsma relatati mas-saħħa ta’ importanza ġeostrateġika. Se jiġi esplorat it-tisħiħ tal-għarfien espert speċifiku dwar is-saħħa fid-Delegazzjonijiet, anki permezz tas-sekondar ta’ esperti.

Prinċipju Gwida 13. Irbit u koordinazzjoni aħjar tal-politiki u tal-miżuri tal-UE u tal-Istati Membri tagħha biex jitkellmu b’vuċi waħda u jwasslu azzjoni effettiva madwar id-dinja.

It-tmexxija tal-UE kellha rwol ewlieni fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19 globalment permezz tal-approċċ ta’ Tim Ewropa, bl-UE u bl-Istati Membri jaġixxu fil-kompetenzi rispettivi tagħhom. It-tisħiħ ta’ din it-tmexxija huwa essenzjali biex tingħata spinta lill-impatt tal-kontribuzzjoni tal-UE għas-saħħa globali u biex titfassal ordni globali ġdida dwar is-saħħa bbażata fuq il-valuri fundamentali tagħna. Hemm kunsens wiesa’ fost l-Istati Membri tal-UE u l-partijiet ikkonċernati li dan jitlob koordinazzjoni aktar mill-qrib b’modi prattiċi, u dan mhux biss ikun jirrispetta l-kompetenzi speċifiċi, iżda jiffaċilita t-teħid ta’ deċiżjonijiet li jsir permezz tal-kanali statutorji stabbiliti.

Filwaqt li tibni fuq ideat mill-Istati Membri tal-UE, din l-istrateġija tissuġġerixxi d-definizzjoni ta’ modi prattiċi biex tittejjeb il-koordinazzjoni fl-2023 70 , bil-linji ta’ azzjoni li ġejjin:

ØTiġi żgurata sinerġija bejn l-istrateġiji tas-saħħa globali nazzjonali u tal-UE.

ØTiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u tal-intelligence fost l-UE u l-Istati Membri fil-ħafna punti fokali li jittrattaw is-saħħa globali (Brussell, il-bliet kapitali tal-Istati Membri, Ġinevra u New York), b’aktar kapaċitajiet tas-saħħa u/jew għarfien espert f’dawn l-aħħar tnejn. Dan se jibni fuq inizjattiva kontinwa tal-Presidenza Ċeka tal-Kunsill biex tiġi indirizzata din il-ħtieġa.

ØJinġabru fehmiet mill-Istati Membri, anki billi jitwettaq stħarriġ perjodiku dwar suġġetti speċifiċi, biex jiġi ffaċilitat it-tfassil tal-pożizzjonijiet.

ØIsir immappjar permanenti tal-miżuri ewlenin u tal-isforzi ta’ finanzjament tal-UE u tal-Istati Membri tagħha biex jiġi mifhum aħjar liema azzjonijiet qed iseħħu u biex ikun permess l-irbit ta’ mezzi mal-prijoritajiet tal-istrateġija, filwaqt li tiġi kkunsidrata, fejn meħtieġ, l-għajnuna ta’ laqgħat ministerjali konġunti fl-oqsma tas-saħħa, tal-finanzi, tal-affarijiet barranin u tal-iżvilupp.

ØTissaħħaħ il-koordinazzjoni upstream mal-Istati Membri, b’mod partikolari f’fora li fihom mhux l-Istati Membri kollha jipparteċipaw direttament (eż. il-G7, il-G20 u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (Organisation for Economic Co-operation and Development , OECD)).

ØTiżdied il-koordinazzjoni tal-UE u l-bini ta’ alleati biex tiġi żgurata l-preżenza dovuta u r-rwol dovut fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-organizzazzjonijiet internazzjonali.

ØTissaħħaħ l-komunikazzjoni esterna maħsuba għall-istrateġija, sabiex l-isforzi mill-UE u mill-Istati Membri tagħha jirċievu rikonoxximent adegwat, bl-“approċċ Tim Ewropa” bħala trademark għal azzjoni effettiva tal-UE fis-saħħa, f’konformità mal-istrateġija tal-Gateway Globali.

4.Governanza multilaterali ġdida għall-ordni globali emerġenti dwar is-saħħa 

Mill-Komunikazzjoni tal-2010 ’il hawn, qed tinħoloq ordni globali ġdida dwar is-saħħa: sistema li dejjem tevolvi b’għadd kbir ta’ partijiet ikkonċernati u inizjattivi ġodda li jsawru mill-ġdid ir-relazzjonijiet globali tas-saħħa fi sfond ġeopolitiku kumpless. Il-pandemija tal-COVID-19 kienet test ta’ prova ta’ dak li huwa essenzjali, dak li jrid jinbidel u dak li huwa nieqes biex tinkiseb governanza globali effettiva tas-saħħa. Il-Kummissjoni se ssegwi prinċipji gwida, filwaqt li tistieden lill-Istati Membri jagħmlu l-istess:

Prinċipju Gwida 14. Tiġi appoġġata WHO aktar b’saħħitha, effettiva u responsabbli.

L-Istati Membri kollha tal-EU27 huma membri tad-WHO, u minkejja li formalment l-UE ma hijiex membru tad-WHO, id-WHO dejjem irċeviet appoġġ sod mill-UE, anki fi żminijiet meta r-rwol tagħha kien f’riskju. Il-pandemija tal-COVID-19 uriet li d-WHO hija l-pedament indispensabbli tas-sistema tas-saħħa multilaterali – u fl-istess ħin żvelat ukoll oqsma fejn jinsabu ċerti nuqqasijiet. Din l-istrateġija għandu jkollha l-għan li tiżgura tisħiħ ulterjuri tat-tmexxija, l-effettività, l-effiċjenza u r-responsabbiltà tad-WHO u tallinja l-prijoritajiet tal-UE ma’ dawk tad-WHO.

Il-linji ta’ azzjoni li ġejjin se jiġu prijoritizzati: 

ØIt-tiftix ta’ status ta’ osservatur tal-UE formali bi drittijiet sħaħ ta’ parteċipazzjoni bħala l-ewwel pass lejn sħubija sħiħa mad-WHO.

ØKontribut biex il-finanzjament tad-WHO jsir aktar sostenibbli f’konformità mad-deċiżjonijiet tal-75 Assemblea Dinjija tas-Saħħa 71 sal-2030-2031.

ØTiġi avvanzata r-riforma tad-WHO biex jissaħħu l-governanza, l-effiċjenza, ir-responsabbiltà u l-infurzar tagħha tar-regoli, f’konformità man-natura xprunata mill-membri tagħha.

ØTissaħħaħ l-enfasi tad-WHO fuq ir-rwol normattiv tagħha f’oqsma ta’ rilevanza globali, b’bidu b’Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa msaħħa u ftehim futur dwar il-pandemiji sal-2024, u billi jiġu esplorati oqsma oħra bħall-governanza tad-data dwar is-saħħa u l-forza tax-xogħol.

ØTissaħħaħ l-kooperazzjoni mad-WHO, fil-livell Ewropew ċentrali u reġjonali, bl-użu tal-mekkaniżmi ta’ mmappjar imsemmija hawn fuq biex jiġi żgurat allinjament akbar tal-prijoritajiet tal-UE u tad-WHO. Dawn l-għanijiet komuni se jiggwidaw il-kontribut volontarju mdaqqas tal-UE lid-WHO. Fl-2020 u l-2021, il-kontribuzzjonijiet volontarji tal-Kummissjoni kienu r-raba’ l-akbar kumplessivament, u l-UE u l-Istati Membri tagħha kienu jirrappreżentaw aktar minn 20 % tal-baġit tad-WHO, biex b’hekk kienu l-akbar kontributur 72 .

Prinċipju Gwida 15. Il-governanza globali l-ġdida tas-saħħa titmexxa billi jiġu indirizzati n-nuqqasijiet u billi tiġi żgurata l-koerenza tal-azzjoni

Kif deher mill-ġdid matul il-pandemija tal-COVID-19, il-governanza globali tas-saħħa (is-sett ta’ istituzzjonijiet, atturi, regoli, u fergħat ta’ finanzjament f’dan il-qasam) jeħtieġ li tissaħħaħ biex tiżgura li (i) il-mekkaniżmi meħtieġa jkunu disponibbli biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-saħħa; u (ii) il-pluralità tal-korpi attivi fis-saħħa globali jkunu allinjati biżżejjed—filwaqt li jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-frammentazzjoni li jagħmlu rispons effettiv u effiċjenti għall-isfidi tas-saħħa aktar diffiċli.

Fuq medda qasira ta’ żmien, is-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, il-G7, il-G20 u l-OECD ipprovdew impetu importanti għall-azzjoni globali. Il-Patt tal-G7 għat-Tħejjija għall-Pandemiji 73 huwa eżempju tajjeb – fin-nuqqas ta’ network globali ta’ sorveljanza tal-patoġeni, huwa jfittex li jgħaqqad in-networks parzjali eżistenti. Eżempju tajjeb ieħor huwa l-Fond għall-Pandemiji li nħoloq mill-G20 74 li jindirizza n-nuqqasijiet immedjati fil-finanzjament fil-livell globali, reġjonali u nazzjonali.

Aktar fit-tul, governanza globali tas-saħħa robusta jeħtieġ li tindirizza n-nuqqasijiet eżistenti u tiżgura l-koerenza. Minbarra li jitfittex li jintlaħaq ftehim dwar il-pandemiji (ara t-taqsima 2.3), se jiġu prijoritizzati linji ta’ azzjoni li ġejjin:

ØĦidma lejn kooperazzjoni u sinerġiji permanenti bejn il-binarji tas-saħħa u tal-finanzi, b’arranġament permanenti bejn il-politiki tas-saħħa u tal-finanzi biex jiġu indirizzati b’mod effettiv it-theddid għas-saħħa globali u l-ekonomija globali, li tibni fuq il-ħidma tat-Task Force Konġunta tal-G20 dwar is-Saħħa u l-Finanzjament. Dan l-arranġament jivvaluta l-impatti ekonomiċi tat-theddid u l-vulnerabbiltajiet tas-saħħa globali, filwaqt li jidentifika xi jridu jagħmlu l-gvernijiet biex ikunu ppreparati aħjar għal kriżi potenzjali. Jimmobilizza wkoll ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa wara li d-WHO tiddikjara emerġenza pandemika, sabiex il-pajjiżi jkunu jistgħu jimmaniġġaw aħjar l-effetti ekonomiċi u soċjali li jirriżultaw.

ØJissaħħaħ l-allinjament u l-koordinazzjoni bejn l-inizjattivi tas-saħħa globali biex tiġi żgurata l-effiċjenza massima u jiġu esplorati soluzzjonijiet permanenti 75 li jistgħu jikkombinaw jew jespandu l-operazzjonijiet ta’ diversi fondi tas-saħħa eżistenti u jibqa’ jiġi pprovdut finanzjament importanti għall-ħidma ewlenija tagħhom 76 .

ØJiġi żgurat li l-isfidi tas-saħħa globali jibqgħu fil-quċċata tal-aġenda globali u li l-ogħla tmexxija hija strutturalment involuta biex tipprovdi impetu għall-ħidma globali dwar is-saħħa, bid-WHO fil-qalba tagħha, u biex tieħu responsabbiltà individwali u kollettiva. Tiġi appoġġata struttura li tinvolvi, fejn meħtieġ, il-kapijiet ta’ stat u ta’ gvern, biex tagħmel dan, fil-kuntest ta’ diskussjonijiet multilaterali li għaddejjin.

Prinċipju Gwida 16. Jiġi żgurat rwol aktar b’saħħtu tal-UE f’organizzazzjonijiet u f’korpi internazzjonali.

L-UE u l-Istati Membri tagħha jagħmlu kontribuzzjonijiet finanzjarji mdaqqsa fl-approċċ ta’ Tim Ewropa għall-istituzzjonijiet internazzjonali ewlenin kollha u għall-inizjattivi globali tas-saħħa. Għalhekk, huwa kruċjali li jiġi żgurat li dawn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji jissarrfu f’setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet proporzjonati biex jintlaħqu l-objettivi ta’ din l-istrateġija.

Il-linji ta’ azzjoni li ġejjin se jiġu prijoritizzati:

ØJiġi żgurat livell ta’ parteċipazzjoni u rwol fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-istituzzjonijiet u fil-korpi kollha li jkun proporzjonat mal-kontribuzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri biex jiżdied l-impatt tagħna.

ØJiġu mmonitorjati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-UE lill-organizzazzjonijiet u lill-aġenziji internazzjonali u lill-inizjattivi u kif dawn jappoġġaw il-prijoritajiet tal-UE.

ØJiġi żviluppat pjan biex tiżdied ulterjorment l-influwenza tal-UE f’perjodu ta’ żmien raġonevoli kull meta l-impatt tal-UE fl-istituzzjonijiet u fil-korpi ma jkunx proporzjonat mal-kontribuzzjonijiet tal-UE, bl-għan li jiġi żgurat allinjament.

5.L-espansjoni tas-sħubijiet strateġiċi tal-Unjoni dwar is-saħħa u t-tfassil mill-ġdid tal-involviment tagħha ma’ partijiet ikkonċernati differenti

L-isfidi wesgħin fis-saħħa globali madwar id-dinja jeħtieġu espansjoni tas-sħubijiet tagħna, filwaqt li jisfruttaw il-potenzjal uniku tal-UE li tixpruna l-kooperazzjoni internazzjonali.

Il-Kummissjoni se ssegwi prinċipji gwida, filwaqt li tistieden lill-Istati Membri jagħmlu l-istess:

Prinċipju Gwida 17. Jiġu estiżi s-sħubijiet ibbażati fuq bażi ugwali, sjieda konġunta, interess reċiproku u prijoritajiet strateġiċi.

L-għan tal-istrateġija Global Gateway huwa li jiġu approfonditi sħubijiet sinifikanti u ta’ benefiċċju reċiproku ma’ firxa wiesgħa ta’ sħab u partijiet ikkonċernati tradizzjonali u mhux tradizzjonali. Is-saħħa hija pilastru ewlieni ta’ dan. L-UE se tkompli tiżviluppa sħubijiet biex tappoġġa t-titjib tas-saħħa madwar id-dinja, b’attenzjoni partikolari għall-pajjiżi b’sistemi tas-saħħa aktar dgħajfa.

Ir-relazzjonijiet tal-UE mas-sħab iridu jkunu bbażati fuq is-sjieda – bl-UE u s-sħab tagħna jieħdu r-responsabbiltà li hija kruċjali biex tinkiseb is-sovranità tas-saħħa.

Is-sħubijiet bilaterali tal-UE se jibnu fuq il-kollaborazzjoni kontinwa ma’ firxa wiesgħa ta’ sħab u kontropartijiet inklużi l-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa, l-istituzzjonijiet tas-saħħa pubblika, u korpi rilevanti oħra. Fl-ispirtu ta’ sħubija sinifikanti, l-UE se tħeġġeġ lill-pajjiżi sħab biex jagħmlu u jissodisfaw impenji ambizzjużi biex jimpedixxu theddid għas-saħħa, itejbu s-saħħa u jinvestu fis-servizzi tas-saħħa għall-popolazzjoni kollha tagħhom, filwaqt li jżidu l-impenn tar-riżorsi domestiċi għas-saħħa fit-tul. Dan jinkludi pereżempju l-avvanz fl-Afrika lejn il-mira stabbilita fid-Dikjarazzjoni ta’ Abuja tal-Unjoni Afrikana tal-2001 77 li jiġu allokati “mill-inqas 15 % tal-baġit annwali għat-titjib tas-settur tas-saħħa filwaqt li jitqies l-ispazju fiskali meħtieġ”.

L-UE qiegħda tespandi s-sħubijiet fis-saħħa fil-livell reġjonali. Ir-reġjonaliżmu huwa importanti fis-saħħa globali, u l-partijiet ikkonċernati reġjonali għandhom rwol dejjem aktar importanti. L-approfondiment tas-sħubijiet tas-saħħa fil-livell reġjonali, inkluż fl-Afrika, fl-Amerka Latina u fil-Karibew, fir-reġjun tal-Asja-Paċifiku, kif ukoll l-appoġġ għall-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar se jkunu essenzjali.

Is-Summit bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana ta’ Frar 2022 saħħaħ is-sħubija dwar is-saħħa bejn l-UE u l-Afrika, li hija l-bażi ta’ ħames inizjattivi ta’ Tim Ewropa mas-sħab Afrikani 78 . L-UE hija impenjata wkoll mal-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3 bejn l-UE u l-Afrika li tibni fuq is-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi fil-Fażi tal-Iżvilupp li tlaqqa’ flimkien 15-il membru mill-UE b’21 membru mill-Afrika u atturi pubbliċi u privati oħrajn, mill-industrija, mill-filantropija, jew minn pajjiżi mhux tal-UE u mhux Afrikani.

Qiegħda tiġi żviluppata inizjattiva reġjonali ta’ Tim Ewropa 79 fl-Amerka Latina u fil-Karibew li tiffoka fuq 1) l-involviment tas-settur privat, 2) ktajjen tal-provvista reġjonali, integrazzjoni kummerċjali u ambjent tan-negozju, mtejba 3) tisħiħ regolatorju, 4) il-konsolidazzjoni tad-domanda u l-akkwist kollettiv, 5) il-kooperazzjoni xjentifika, 6) it-tħejjija għall-pandemiji u s-sigurtà tas-saħħa, u 7) oqsma oħra relatati mas-saħħa (data dwar is-saħħa, teknoloġiji diġitali u emerġenti, mard mhux komunikabbli, sistemi tas-saħħa, eċċ.). Is-sħubija se tappoġġa l-isforzi reġjonali li għaddejjin, b’mod partikolari l-Pjan għall-awtosuffiċjenza fi kwistjonijiet tas-saħħa, approvat mill-Komunità ta’ Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew (CELAC) f’Settembru 2021, li jistabbilixxi azzjoni biex jissaħħu l-kapaċitajiet għall-produzzjoni ta’ vaċċini u mediċini fir-reġjun. Sieħeb ewlieni se jkun l-Organizzazzjoni Pan-Amerikana tas-Saħħa (PAHO/WHO).

F’konformità mal-Istrateġija tagħha għall-Kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku, l-UE se tkompli taħdem mas-sħab tal-Indo-Paċifiku biex issaħħaħ il-kapaċitajiet, is-sovranità tas-saħħa u t-tħejjija għall-pandemiji tagħhom, b’mod partikolari għall-pajjiżi l-inqas żviluppati fir-reġjun. L-UE se ttejjeb ir-riċerka kollaborattiva dwar il-mard komunikabbli fil-kuntest tal-programm ta’ riċerka Orizzont Ewropa. F’konformità mal-Istrateġija Farmaċewtika tagħha, l-UE se ssaħħaħ il-kooperazzjoni multilaterali biex tiżgura ktajjen tal-provvista industrijali sikuri u diversi relatati mal-farmaċewtika u mas-saħħa, biex tiffaċilita l-aċċess għal mediċini u prodotti tas-saħħa ta’ kwalità. L-UE se tesplora aktar kooperazzjoni bejn l-UE u l-ASEAN stabbilita f’approċċ “Saħħa Waħda”, filwaqt li tippromwovi konnessjonijiet aktar stretti bejn il-kapaċitajiet tas-saħħa reġjonali, bħaċ-Ċentru l-ġdid tal-ASEAN għall-Emerġenzi tas-Saħħa Pubblika u Mard Emerġenti (ACPHEED).

L-UE se tkompli tagħti prijorità lir-reżiljenza tas-saħħa fil-viċinat tagħha. L-UE qed tassisti b’mod attiv lis-sħab tagħha fil-Balkani tal-Punent u fil-viċinat biex iżidu l-istandards tal-kura tas-saħħa tagħhom u jnaqqsu l-probabbiltà ta’ għeluq futur tal-fruntieri minħabba emerġenzi tas-saħħa. L-UE tappoġġa lill-pajjiżi kandidati u lill-kandidati potenzjali, inklużi l-Ukrajna, il-Moldova u l-Georgia, biex jallinjaw il-leġiżlazzjoni tagħhom dwar is-saħħa mad-dritt tal-UE dwar is-saħħa u biex ikunu jistgħu jimplimentawha. Dan jinkludi l-mobilizzazzjoni tal-Aġenziji tal-UE (ECDC u EMA) biex jappoġġaw dan, notevolment permezz tal-implimentazzjoni tal-acquis tal-UE dwar it-theddid transfruntier għas-saħħa f’konformità mal-istandards tal-UE, il-programm ta’ taħriġ fl-epidemjoloġija fuq il-post għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet nazzjonali tal-forza tax-xogħol fis-saħħa fil-viċinat u fil-Balkani tal-Punent, l-avvanz fuq l-approċċi “Saħħa Waħda” dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi, it-tisħiħ tas-sistemi ta’ sorveljanza u tal-kapaċitajiet tal-mikrobijoloġija tas-saħħa pubblika, u l-kooperazzjoni reġjonali fil-qasam tal-intelliġenza epidemika, il-valutazzjoni tar-riskju, it-tħejjija, ir-rispons, u l-emerġenza tas-saħħa pubblika.

Is-sħab tal-Balkani tal-Punent u l-Ukrajna ġew mistiedna jissieħbu fil-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa bħala osservaturi, u l-Balkani tal-Punent huma kollha firmatarji tal-Ftehim ta’ Akkwist Konġunt tal-UE għal kontromiżuri mediċi.

L-Istati Uniti (US) huma sħab ewlenin fis-saħħa globali kif jidher mill-“U.S.-EU Agenda for Beating the Global Pandemic: Vaccinating the World, Saving Lives Now, and Building Back Better Health Security”, 80 l-arranġament amministrattiv mad-Dipartiment tas-Servizzi tas-Saħħa u tal-Bniedem tal-Istati Uniti dwar it-theddid għas-saħħa pubblika 81 , it-Taskforce Trans-Atlantika dwar ir-Reżistenza Antimikrobika 82 , it-task force konġunta bejn l-UE u l-Istati Uniti li tindirizza l-isfidi tal-COVID-19 għall-Manifattura u għall-Katina tal-Provvista 83 u l-koordinazzjoni mal-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali. Is-sħubija bejn l-UE u l-Istati Uniti għandha tiġi estiża biex tkopri sett aktar komprensiv ta’ kwistjonijiet tas-saħħa, b’taskforce bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-kooperazzjoni fis-saħħa, li tinkludi s-sigurtà tas-saħħa, il-politika dwar il-kanċer, u l-governanza globali.

Il-kollaborazzjoni mill-qrib ma’ sħab u donaturi li jaħsbuha bl-istess mod bħall-Kanada, il-Ġappun u r-Renju Unit, fost oħrajn dwar kwistjonijiet bħat-tisħiħ tas-sistema tas-saħħa, l-ekwità u l-kopertura tas-saħħa universali, se tkompli tkun strumentali fil-bini ta’ approċċi multilaterali biex jiġu solvuti l-isfidi globali. Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard jikkollabora ma’ ċentri oħra għall-kontroll tal-mard f’pajjiżi mhux tal-UE, inklużi ċ-Ċentri tal-Istati Uniti għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard.

Biex jiġi żviluppat dan il-prinċipju gwida, se jiġu prijoritizzati l-linji ta’ azzjoni li ġejjin:

ØIffukar, fir-reġjuni kollha, fuq is-sħab li huma l-aktar fil-bżonn u fejn jistgħu jinkisbu riżultati fil-prattika, filwaqt li jitqiesu sfidi speċifiċi bħal ambjenti ta’ kunflitt, filwaqt li tiġi promossa l-kooperazzjoni fejn il-gvernijiet jieħdu r-responsabbiltà u tiġi ffaċilitata l-effettività tal-appoġġ.

ØIs-saħħa tkompli tiġi prijoritizza fil-viċinat tagħha u b’appoġġ għall-pajjiżi kandidati u għall-kandidati potenzjali; u jingħata sostenn lill-Ukrajna u lill-Moldova, li s-sistemi tas-saħħa tagħhom jinsabu taħt pressjoni enormi minħabba l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u jingħata appoġġ komprensiv lill-isforzi ta’ rikostruzzjoni ta’ wara l-gwerra, għall-immodernizzar u għall-bini mill-ġdid tas-sistemi tas-saħħa tagħhom.

ØIs-saħħiet tal-UE jintużaw ma’ korpi reġjonali uniċi (bħaċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (European Medicines Agency, EMA)) li jistgħu jikkollaboraw ma’ inizjattivi reġjonali oħrajn madwar id-dinja, jikkondividu d-data, ix-xjenza u l-għarfien tal-UE, u jibbenefikaw minn għarfien espert mhux tal-UE. Dan isaħħaħ il-kollaborazzjoni ma’ korpi bħaċ-Ċentri tal-Afrika għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard, l-Aġenzija Afrikana għall-Mediċini, u entitajiet simili fil-viċinat u programmi fl-Amerka Latina, u l-Indo-Paċifiku (bħall-programm ta’ Tħejjija u Rispons għall-Pandemiji tal-Asja tax-Xlokk, li jappoġġa lill-pajjiżi tal-ASEAN fit-tisħiħ tal-kapaċità nazzjonali għall-kontroll tal-COVID-19).

Prinċipju Gwida 18. Tisħiħ tal-involviment mal-partijiet ikkonċernati ewlenin tas-saħħa globali

Xi organizzazzjonijiet globali tas-soċjetà ċivili, organizzazzjonijiet filantropiċi, inizjattivi globali tas-saħħa (bħall-Fond Globali, GAVI, CEPI, u oħrajn), korpi oħra tan-NU (inklużi l-UNFPA, il-UNICEF, il-UNAIDS), banek multilaterali tal-iżvilupp u partijiet ikkonċernati privati għandhom volumi ta’ finanzjament akbar minn kemm ħafna pajjiżi donaturi jipprovdu waħedhom. L-involviment ma’ dawn il-partijiet ikkonċernati huwa kruċjali biex jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-komplementarjetà tal-isforzi. Il-kooperazzjoni mat-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (inklużi l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ), l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, is-sħab soċjali, il-parlamenti u l-komunitajiet b’mod usa’, hija fundamentali biex l-UE tkun tista’ tesprimi l-appoġġ tagħha għas-solidarjetà u d-demokrazija, u l-enfasi tagħha fuq il-governanza miftuħa u trasparenti u fuq id-drittijiet tal-bniedem. Daqstant importanti huwa l-involviment mal-komunitajiet u l-lokalizzazzjoni, li jistgħu jappoġġaw l-effettività tal-azzjoni. Fl-aħħar nett, ir-rwol tas-settur privat huwa kruċjali b’mod partikolari fl-industriji farmaċewtiċi, tal-bijoteknoloġija jew tat-teknoloġija tal-mediċina u għas-soluzzjonijiet diġitali, biex jgħin fit-titjib tal-awtosuffiċjenza.

Biex jiġi żviluppat dan il-prinċipju gwida, se jiġu prijoritizzati l-linji ta’ azzjoni li ġejjin:

ØIkomplu jinbnew sħubijiet b’saħħithom mal-partijiet ikkonċernati globali tas-saħħa billi (i) jiġu avvanzati prijoritajiet komuni; (ii) tingħata għajnuna biex jintlaħqu l-objettivi tas-settur pubbliku; (iii) tiġi żgurata r-responsabbiltà; u (iv) tiġi evitata l-frammentazzjoni li tista’ ddgħajjef l-effettività tal-azzjoni globali dwar is-saħħa. L-UE se tappoġġa l-isforzi minn dawn l-organizzazzjonijiet biex jikkoordinaw aħjar l-azzjoni tagħhom, jevitaw id-duplikazzjoni u jimmassimizzaw l-effett tagħhom fil-prattika. L-UE se tkompli tippromwovi kollaborazzjoni b’saħħitha u tistabbilixxi għanijiet kondiviżi, pereżempju taħt il-Pjan ta’ Azzjoni Globali għal Ħajjiet f’Saħħithom u Benesseri għal Kulħadd 84 .

ØIkompli jiġi appoġġat it-tisħiħ tas-soċjetà ċivili bħala sħab tal-istrateġija u r-rwol u l-vuċi tan-nies fl-iżgurar tas-saħħa tagħhom stess anki billi l-gvernijiet u l-fornituri tas-saħħa jinżammu responsabbli. L-UE se testendi dan l-appoġġ biex tkopri l-parteċipazzjoni u l-involviment tal-komunità fil-proċessi tas-saħħa kollha. Il-Komunitajiet huma kruċjali u l-lokalizzazzjoni tista’ tappoġġa l-effettività tal-azzjoni.

ØJiġi żgurat li s-settur privat u l-industriji tas-saħħa jiġu kkunsidrati u involuti kif xieraq fid-diversi forom tagħhom, inkluża l-produzzjoni ta’ komoditajiet, it-twassil tas-servizzi u l-appoġġ.

6.Finanzi

Il-pandemija tal-COVID-19 għamlet ir-riskji li huma relatati ma’ sistemi tas-saħħa nieqsa mill-fondi aktar espliċiti minn qatt qabel. Dan wassal għal mobilizzazzjoni bla preċedent tal-finanzjament għas-saħħa globali u żied l-għarfien dwar l-importanza ta’ azzjonijiet preventivi fil-ġlieda kontra t-tniġġis u fil-protezzjoni tan-natura. Dawn l-isforzi ta’ finanzjament jeħtieġ li jiġu sostnuti u jeħtieġ li jiżguraw li jikkontribwixxu kif xieraq għal saħħa u benesseri aħjar tan-nies, għal sistemi tas-saħħa aktar b’saħħithom, u għall-ġlieda kontra t-theddid għas-saħħa globalment.

Il-Kummissjoni se ssegwi prinċipji gwida, filwaqt li tistieden lill-Istati Membri jagħmlu l-istess:

Prinċipju Gwida 19. Jiġi msaħħaħ il-finanzjament tal-UE għas-saħħa globali b’impatt massimu

L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jinvestu fis-saħħa globali b’mod prevedibbli u sostenibbli b’mod proporzjonat mal-ħtiġijiet u mal-ambizzjonijiet. Importanti, li r-riżultati se jiddependu mhux biss fuq kemm, iżda dejjem aktar fuq kif niffinanzjaw u għalhekk hemm bżonn ta’ monitoraġġ aktar mill-qrib tal-impatt tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE b’mod ġenerali. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu sfruttati sorsi oħra ta’ finanzjament inklużi l-kontribuzzjonijiet proprji tas-sħab u wkoll bl-użu ta’ strumenti ta’ finanzjament ġodda biex tintlaħaq l-ambizzjoni għolja stabbilita mill-istrateġija.

Biex jiġi żviluppat dan il-prinċipju gwida, se jiġu prijoritizzati l-linji ta’ azzjoni li ġejjin:

ØTiġi prijoritizzata s-saħħa globali fil-programmi rilevanti kollha ta’ finanzjament tal-baġit tal-UE, inkluż il-programm l-UE għas-Saħħa, Orizzont Ewropa, l-NDICI-Global Europe, l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni u l-istrument għall-Assistenza Teknika u l-Iskambju ta’ Informazzjoni. L-appoġġ baġitarju se jibqa’ metodu ewlieni, fejn xieraq, biex jidderieġi l-politiki u r-riformi nazzjonali u jiżgura djalogu politiku b’saħħtu mal-pajjiżi sħab.

ØJiġi ssodisfat l-impenn tagħha dwar il-finanzjament għas-saħħa globali fil-qafas tal-qafas finanzjarju pluriennali. L-UE impenjat ruħha li talloka mill-inqas 20 % talgħajnuna uffiċjali għall-iżvilupp tagħha, għall-iżvilupp tal-bniedem u għall-inklużjoni soċjali 85 taħt l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (NDICI-Ewropa Globali). Skont l-NDICI-GE, fil-perjodu 2021-2027, l-UE sa issa pprogrammat aktar minn EUR 4,4 biljun 86 f’għotjiet għas-saħħa globali fil-livelli nazzjonali, reġjonali u globali, li għandhom jingħataw kif xieraq f’konformità ma’ din l-istrateġija.

ØJiġu mfittxija modi ġodda ta’ finanzjament b’approċċ effettiv ta’ Tim Ewropa fejn ir-riżorsi tal-UE u tal-Istati Membri jistgħu jingħaqdu flimkien biex jinkiseb impatt massimu. L-UE se tisħaq favur il-fatt li l-Istati Membri tal-UE jżidu l-finanzjament għas-saħħa globali f’konformità mal-prijoritajiet fl-istrateġija.

ØJiġi mħeġġeġ l-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi u jibni fuq il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (European Fund for Sustainable Development Plus, EFSD+) li jiffaċilita l-aċċess għal finanzjament imħallat u għal garanziji baġitarji. Tieqa speċifika dwar l-iżvilupp tal-bniedem taħt l-arkitettura miftuħa tal-EFSD+ tipprovdi opportunitajiet biex jiġi ingranat aktar investiment fis-saħħa. Flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment u mal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Kummissjoni beħsiebha tiżviluppa qafas għall-finanzjament globali tas-saħħa, allinjat mal-prijoritajiet tagħna u ma’ dawk tal-pajjiżi sħab tagħna u mal-mandati rispettivi taż-żewġ banek. Titħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ investituri privati fejn rilevanti u f’konformità mal-prijoritajiet tal-UE.

ØTingħata prijorità għal inizjattivi ta’ koinvestiment ma’ sħab lokali, u finanzjament kollettiv ma’ partijiet ikkonċernati internazzjonali oħra. L-UE trid issawwar il-futur tad-diversi fondi u inizjattivi billi tkun fil-qalba tal-governanza tagħhom u billi tinfluwenza l-prijoritajiet, il-flussi finanzjarji u l-azzjoni tagħhom. L-UE se tħeġġeġ u se tgħin il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi fil-pajjiżi sħab u fl-effiċjenza bħala l-aktar sors sostenibbli ta’ finanzjament pubbliku. 

ØSe taħdem favur aktar finanzjament aċċessibbli għall-pajjiżi permezz ta’ self mill-banek ta’ żvilupp multilaterali u aktar finanzjament sostenibbli, pereżempju permezz ta’ drittijiet speċjali ta’ prelevament fuq self biex isir kontribut għall-Fond Fiduċjarju għat-Tnaqqis tal-Faqar u t-Tkabbir tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u l-Fond Fiduċjarju għar-Reżiljenza u s-Sostenibbiltà tal-FMI.

ØFlimkien mal-Istati Membri, l-UE se tippromwovi metodi ġodda ta’ finanzjament, inklużi swaps ta’ dejn jew riakkwist ta’ self biex id-dejn jiġi kkonvertit f’investiment fir-riformi tas-sistema tas-saħħa u fi programmi ġodda ta’ salvataġġ tal-ħajja. Dawn it-tranżazzjonijiet jistgħu jiġu ffaċilitati minn self u garanziji aġevolanti fi sħubija ma’ istituzzjonijiet ta’ finanzjament għall-iżvilupp biex jgħinu jagħmlu l-flus tal-gvern disponibbli u jinċentivaw ir-riformi tas-sistema tas-saħħa. Iż-żieda fl-ammont ta’ dħul iġġenerat permezz tat-tassazzjoni ambjentali għandha l-potenzjal li tnaqqas il-finanzjament tad-dejn, u li timmobilizza r-riżorsi għas-servizzi tas-saħħa pubblika. Il-pajjiżi għandhom jiġu mħeġġa jiżguraw meta jkun possibbli, li min iniġġes għandu jġarrab il-kostijiet tat-tniġġis tiegħu.

ØJiġi ddiversifikat il-finanzjament tas-saħħa domestika, jiġi appoġġat il-finanzjament tas-saħħa u jiġu appoġġati r-riformi sistemiċi fl-inizjattivi tas-saħħa kemm dawk fil-pajjiżi kif ukoll dawk li huma fuq livell globali, u tiġi msaħħa l-ġestjoni tan-nefqa pubblika.

ØJiġi mmonitorjat l-infiq fuq is-saħħa li jkun ta’ benefiċċju għall-pajjiżi b’introjtu baxx u medju (LMICs), b’mod partikolari l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (Official Development Assistance, ODA), ix-xejriet fil-finanzjament domestiku u finanzjament ieħor tad-donaturi.

7.    It-triq ’il quddiem: responsabbiltà permezz ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni

Il-kisba tal-prijoritajiet ta’ din l-istrateġija se teħtieġ proċess inklużiv u komprensiv. Tibbaża fuq azzjoni sostnuta mwettqa fl-approċċ ta’ Tim Ewropa u fuq interazzjoni b’saħħitha mas-sħab madwar id-dinja. L-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija se tissaħħaħ b’mod sinifikanti permezz ta’ sħubijiet effettivi mal-Istati Membri, mal-pajjiżi sħab, mas-soċjetà ċivili inklużi l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, mal-partijiet ikkonċernati globali u reġjonali, mal-istituzzjonijiet ta’ finanzjament internazzjonali, mal-akkademiċi, u mas-settur privat.

Prinċipju Gwida 20. Jiġi vvalutat il-progress u tiġi żgurata r-responsabbiltà tal-azzjoni globali tal-UE dwar is-saħħa permezz ta’ monitoraġġ u valutazzjoni permanenti.

Biex jiġi żviluppat dan il-prinċipju gwida, se jiġu prijoritizzati l-linji ta’ azzjoni li ġejjin:

ØL-implimentazzjoni tal-istrateġija se tiġi mmonitorjata bl-użu ta’ metriċi u ta’ indikaturi ewlenin li se jiġu żviluppati fl-2023 bl-għajnuna ta’ proġett tal-programm l-UE għas-Saħħa, li jibda jimmonitorja l-azzjonijiet imwettqa mill-2020. Il-metriċi u l-indikaturi se jkunu relatati direttament ma’ azzjonijiet u ma’ eżiti tas-saħħa li jwieġbu għall-prijoritajiet tal-UE, u se jkunu magħmulin disponibbli għall-pubbliku 87 . L-għan huwa li jiġi vvalutat l-impatt tal-azzjonijiet u tal-finanzjament tagħna u li jkun jista’ jiġi aġġustat kif meħtieġ biex tinkiseb l-ambizzjoni stabbilita mill-istrateġija u biex jintlaħqu l-prijoritajiet tal-UE b’mod usa’.

ØIl-Kummissjoni se twettaq rieżami ta’ nofs it-terminu kif ukoll evalwazzjoni finali tal-implimentazzjoni tal-istrateġija fl-2030.

ØIl-Kummissjoni se żżomm lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lis-soċjetà ċivili infurmati mill-qrib dwar il-progress fil-finanzjament u fl-implimentazzjoni billi torganizza skambji regolari ta’ livell għoli u l-pubblikazzjoni ta’ rapport fil-prinċipju kull sentejn. B’mod partikolari, l-UE se tospita djalogu strutturat mal-partijiet ikkonċernati bħala parti mill-proċess annwali tal-Forum Globali dwar il-Politika tas-Saħħa, biex tiddiskuti l-implimentazzjoni u tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa.

8.    Konklużjoni

L-istrateġija globali ambizzjuża dwar is-saħħa hija kruċjali f’dinja fejn il-mard ma għandux fruntieri – u fejn is-saħħa hija essenzjali biex tipproteġi l-benesseri tan-nies, tiggarantixxi l-istabbiltà tas-soċjetajiet, u twassal għal żvilupp sostenibbli f’xenarju ġeopolitiku kumpless.

B’għeruq fl-ekwità, fis-solidarjetà u fid-drittijiet tal-bniedem, xprunata mill-ispirtu ta’ sħubija u mid-determinazzjoni biex tissaħħaħ il-governanza globali, din l-istrateġija tistabbilixxi tliet prijoritajiet ta’ politika, tipprovdi 20 prinċipju gwida u tiddefinixxi linji ta’ azzjoni konkreti biex tikkontribwixxi għal saħħa aħjar għal kulħadd f’dinja li qed tinbidel.

B’ħarsa ’l quddiem lejn l-2030, din l-Istrateġija se tistinka biex treġġa’ lura din ix-xejra u terġa’ tikseb dak li ntilef fir-rigward tal-miri tas-saħħa universali fl-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli għall-2030 billi tiffoka l-kapaċità tagħna fuq il-kwistjonijiet fundamentali (it-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa, il-kopertura tas-saħħa universali, il-kura tas-saħħa primarja, is-saħħa pubblika, id-determinanti tas-saħħa), l-indirizzar tal-iżbilanċi fil-forza tax-xogħol u l-għoti ta’ attenzjoni partikolari lin-nisa, lill-bniet u lill-persuni vulnerabbli.

Id-diġitalizzazzjoni u r-riċerka se jkunu faċilitaturi ewlenin u se jsawru l-potenzjal tat-trasformazzjoni u tal-innovazzjoni diġitali li għaddejjin bħalissa b’mod ekwu.

Se tinkiseb qabża kbira fis-sigurtà tas-saħħa b’mekkaniżmu permanenti li jsaħħaħ l-ekwità fl-iżvilupp ta’ għodod bħall-vaċċini u l-aċċess għalihom, network ta’ sorveljanza globali li jinkorpora bis-sħiħ prinċipji ta’ Saħħa Waħda, u regoli internazzjonali robusti, inklużi miżuri msaħħa biex tiġi indirizzata r-reżistenza għall-antimikrobiċi.

L-UE se tkompli turi tmexxija fis-saħħa globali u se tfittex li ssawwar l-ordni tas-saħħa globali l-ġdida emerġenti b’WHO li tkun aktar effettiva u responsabbli fil-qalba tagħha fejn l-UE għandha status ta’ osservatur formali. L-indirizzar ta’ nuqqasijiet eżistenti fil-governanza globali b’rabta permanenti bejn l-isforzi globali tas-saħħa u tal-finanzi, attenzjoni sostnuta mill-ogħla tmexxija politika, u finanzjament effettiv se jkunu modi ġodda ’l quddiem. L-isfruttar tal-impetu ta’ partijiet ikkonċernati fis-saħħa globali u ta’ inizjattivi privati biex jitmexxew ’il quddiem objettivi komuni — il-ġlieda kontra d-duplikazzjoni u l-iżgurar tal-koerenza tal-azzjoni fis-sistema tas-saħħa multilaterali, se jippermetti bidla gradwali biex tiġi żgurata sigurtà tas-saħħa aħjar globalment.

Is-sħubijiet internazzjonali tagħna se jiġu estiżi bil-fokus tal-Global Gateway il-ġdid li huwa bbażat fuq is-sjieda konġunta u fuq ir-responsabbiltà konġunta mis-sħab tagħna biex tiġi promossa s-sovranità tas-saħħa, aktar reżiljenza u awtonomija, li jippermettu li jiġu mmirati dawk l-aktar fil-bżonn fejn l-involviment tagħna jista’ jikseb l-akbar impatt, u li nwettqu l-prijoritajiet tas-saħħa tagħna, li jaqblu mal-interessi usa’ tal-UE.

Aħna se nisfruttaw l-approċċ ta’ Tim Ewropa b’vuċi ġenwinament unika u b’saħħitha, filwaqt li niżguraw sinerġija bejn l-istrateġiji tas-saħħa globali nazzjonali u tal-UE, nimmobilizzaw il-politiki kollha (interni u esterni) biex naħdmu għas-saħħa globali, u niżguraw koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri sabiex l-azzjoni politika u l-mezzi finanzjarji jkunu marbuta mal-prijoritajiet il-ġodda.

Aħna se nagħmlu mezz li l-kontribuzzjoni finanzjarja importanti tagħna għas-saħħa globali jkollha impatt akbar, permezz ta’ finanzjament innovattiv, il-ġbir flimkien tal-finanzjament internazzjonali, u l-koinvestiment minn pajjiżi sħab.

L-istabbiliment ta’ sistema ta’ monitoraġġ robusta u trasparenti li timmappja l-isforzi tal-UE u tidentifika l-impatti bl-għajnuna tal-partijiet ikkonċernati, se jiżgura r-responsabbiltà tal-azzjoni tagħna fil-qasam kruċjali tas-saħħa globali u se jimmassimizza l-appoġġ u l-kapaċità ta’ influwenza tal-UE.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lil korpi Ewropej oħra, lill-partijiet ikkonċernati u lis-sħab madwar id-dinja biex jingħaqdu mal-isforzi tagħna u jibdlu din l-istrateġija ambizzjuża f’realtà, u b’hekk iwasslu saħħa aħjar għal kulħadd f’dinja li qed tinbidel.



ANNESS 1: Proġetti ewlenin

Il-lista mhux eżawrjenti ta’ proġetti ppreżentati f’dan l-anness tappoġġa l-linji ta’ azzjoni msemmija f’din l-istrateġija.

Proġetti

Qafas ta’ żmien indikattiv

Proġetti globali

1.L-istabbiliment ta’ sistema ta’ koordinazzjoni mal-Istati Membri tal-UE biex jiġu żgurati vuċi u tmexxija b’saħħithom tal-UE fis-saħħa globali f’approċċ ta’ Tim Ewropa. Appoġġ previst mill-programm l-UE għas-Saħħa.

It-tieni nofs tal-2023

2.L-espansjoni tan-Network Ewropew ta’ Sorveljanza tar-Reżistenza għall-Antimikrobiċi eżistenti f’mekkaniżmu ta’ sorveljanza integrat li jkopri l-patoġeni kollha. Appoġġat mill-programm l-UE għas-Saħħa.

2023-2024

3.L-ingranaġġ tal-potenzjal tad-data dwar is-saħħa madwar id-dinja. Appoġġat mill-programm l-UE għas-Saħħa.

2023-2024

4.It-trawwim ta’ arranġamenti ta’ mobbiltà ta’ benefiċċju reċiproku mas-sħab, anki bl-appoġġ lill-pajjiżi sħab fit-taħriġ, fir-reklutaġġ, fl-implimentazzjoni u fiż-żamma tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u fl-iżgurar tal-iżvilupp professjonali tagħhom permezz tal-edukazzjoni kif ukoll permezz ta’ programmi ta’ taħriġ vokazzjonali għall-persunal awżiljarju. Appoġġat mill-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (NDICI-Ewropa Globali) u l-UE għas-Saħħa.

2023-2025

5.Is-segwitu, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-istrateġija globali tal-UE dwar is-saħħa, bil-pubblikazzjoni ta’ rapport fil-prinċipju kull sentejn, l-appoġġ ta’ djalogu kontinwu u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati ewlenin. Appoġġ previst mill-programm l-UE għas-Saħħa.

2023

6.Appoġġ lis-Sħubija tal-Provvisti tal-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Popolazzjoni dwar il-komoditajiet tas-saħħa riproduttiva, li jgħin biex jintemmu l-ħtiġijiet mhux milħuqa għall-ippjanar tal-familja u l-mortalità materna evitabbli. Appoġġat mill-NDICI-Ewropa Globali (EUR 45 miljun imwiegħda).

2023-2027

7.L-appoġġ lill-Fond Globali kontra l-AIDS, it-tuberkulożi u l-malarja, u t-tisħiħ tas-sistema tas-saħħa. Appoġġat mill-NDICI-Ewropa Globali (EUR 715-il miljun imwiegħda).

2023-2025

8.Appoġġ lis-Sħubija dwar il-Kopertura tas-Saħħa Universali amministrata mid-WHO biex tavvanza l-kopertura tas-saħħa universali u ssaħħaħ is-sistemi tas-saħħa fil-pajjiżi sħab. Appoġġat mill-NDICI-Ewropa Globali u mill-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza (EUR 125 miljun ipprogrammati).

2023-2027

9.Appoġġ lill-GAVI, l-Alleanza għall-Vaċċini biex tiġi żgurata l-adozzjoni estiża ta’ vaċċini kontra l-mard tat-tfal u biex tiġi appoġġata dejjem aktar is-saħħa tal-adulti (pereżempju bl-għoti tal-vaċċin kontra l-papillomavirus uman). Appoġġat mill-NDICI-Ewropa Globali (EUR 300-il miljun imwiegħda).

2021-2025

10.Appoġġ lill-Fond għall-Pandemiji. Appoġġat mill-NDICI-Ewropa Globali (EUR 427-il miljun imwiegħda).

2023-2027

11.Appoġġ għall-introduzzjoni tal-vaċċini kontra l-COVID-19 f’pajjiżi magħżula, li fihom l-aktar li ma jkunux tlaqqmu nies. Appoġġat mill-NDICI-Ewropa Globali u mill-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza (EUR 375 miljun imwiegħda).

2023

12.Appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ vaċċini kontra mard infettiv emerġenti, inkluż permezz tal-Koalizzjoni għall-Innovazzjonijiet fit-Tħejjija għall-Epidemiji (Coalition for Epidemics Preparedness Innovations, CEPI). Appoġġat minn Orizzont Ewropa.

2021-2024

Proġetti reġjonali

13.Inizjattiva tat-Tim Ewropa dwar il-Manifattura u l-Aċċess għall-Vaċċini, il-Mediċini u t-Teknoloġiji tas-Saħħa fl-Afrika biex jissaħħu s-sistemi farmaċewtiċi u, flimkien mal-industriji tas-saħħa, il-kapaċità tal-manifattura reġjonali. Il-kontribuzzjoni tal-UE appoġġata mill-NDICI-GE u minn strumenti oħra.

2021-2027

14.Inizjattiva tat-Tim Ewropa biex jittejbu s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fl-Afrika sub-Saħarjana, b’mod partikolari fost bniet adolexxenti u nisa żgħażagħ. Kontribuzzjoni tal-UE appoġġata mill-NDICI-GE.

2022-2027

15.Inizjattiva tat-Tim Ewropa dwar is-sigurtà tas-saħħa sostenibbli bl-użu ta’ approċċ “Saħħa Waħda” fl-Afrika biex jissaħħu s-sistemi u l-kapaċitajiet għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-rispons sostenibbli u infurmati bir-riskju għal theddid infettiv u reżistenza għall-antimikrobiċi. Kontribuzzjoni tal-UE appoġġata mill-NDICI-GE.

2022

16.Inizjattiva tat-Tim Ewropa għall-kapaċità tas-saħħa pubblika bbażata fl-Afrika permezz ta’ appoġġ għall-istituti tas-saħħa pubblika fl-Afrika, fil-livelli nazzjonali u reġjonali u permezz ta’ sħubijiet bejn l-Unjoni Afrikana u l-istituti tas-saħħa pubblika tal-UE. Kontribuzzjoni tal-UE appoġġata mill-NDICI-GE.

2023

17.Inizjattiva tat-Tim Ewropa dwar is-saħħa diġitali għat-tisħiħ tas-sistema tas-saħħa u l-kopertura tas-saħħa universali biex jiġu appoġġati sistemi tas-saħħa b’saħħithom u ffaċilitati b’mod diġitali fl-Afrika. Kontribuzzjoni tal-UE appoġġata mill-NDICI-GE.

2023

18.L-appoġġ lill-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3 permezz ta’ approċċ ta’ Tim Ewropa u Tim Afrika biex jitmexxew ’il quddiem soluzzjonijiet ġodda biex jitnaqqas il-piż tal-mard infettiv fl-Afrika sub-Saħarjana, filwaqt li tiġi indirizzata wkoll it-theddida dejjem akbar tar-reżistenza għall-antimikrobiċi u l-isfidi tal-mard infettiv relatat mal-kriżi klimatika. Appoġġat minn Orizzont Ewropa (EUR 800 miljun ipprogrammati).

2021-2027

19.Sħubija bejn l-UE u l-Amerka Latina u l-Karibew dwar il-manifattura ta’ vaċċini, mediċini u teknoloġiji tas-saħħa u t-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa. Kontribuzzjoni tal-UE appoġġata mill-NDICI-GE.

2022

Proġetti bilaterali

20.Appoġġ għas-sistema tas-saħħa u t-tisħiħ tas-sistema tas-saħħa fil-pajjiżi sħab biex jittejjeb l-aċċess ekwu għall-kura essenzjali. Lista ta’ pajjiżi fejn is-saħħa hija prijoritizzata fil-programmi indikattivi pluriennali tal-NDICI-GE: l-Eġittu, it-Tuneżija, il-Libja, il-Marokk, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, il-Burundi, il-Kenja, is-Sudan t’Isfel, is-Sudan, l-Uganda, Madagascar, l-Etjopja, iż-Żambja, iż-Żimbabwe, in-Niġerja, il-Mauritania, il-Guinea, il-Guinea-Bissau, il-Mali, it-Taġikistan, il-Laos, l-Afganistan, l-Iran, Kuba, il-Palestina, il-Libanu.

(1)

COM(2010)128 final - 31.3.2010

(2)

  https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/stronger-europe-world/global-gateway_mt

(3)

“Approċċ ta’ Tim Ewropa” jirreferi għal azzjoni mill-istituzzjonijiet tal-UE u minn xi wħud mill-Istati Membri jew l-Istati Membri kollha tagħha, f’konformità mal-kompetenzi rispettivi.

(4)

  https://www.un.org/sustainabledevelopment/development-agenda/

(5)

  https://global-health-summit.europa.eu/rome-declaration_en

(6)

Ara l-fatti u ċ-ċifri ewlenin taħt https://civil-protection-humanitarian-aid.ec.europa.eu/what/civil-protection/eu-civil-protection-mechanism_en#facts--figures .

(7)

Ara l-proġett 11 fl-Anness 1.

(8)

  L-UE tiżviluppa riżervi strateġiċi għal emerġenzi kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (europa.eu)

(9)

Definizzjoni sħiħa ta’ Saħħa Waħda hija pprovduta minn OHHLEP taħt https://www.who.int/news/item/01-12-2021-tripartite-and-unep-support-ohhlep-s-definition-of-one-health  

Fil-kuntest tal-konsultazzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa, iċ-ċittadini pproponew Approċċ “ Saħħa Waħda”: “Jiġi adottat approċċ olistiku għas-saħħa, li jindirizza, lil hinn mill-mard u l-kuri, il-litteriżmu fis-saħħa u l-prevenzjoni, u t-trawwim ta’ fehim kondiviż tal-isfidi ffaċċati minn dawk li huma morda jew b’diżabbiltà, f’konformità mal-Approċċ “Saħħa Waħda”, li għandu jiġi enfasizzat bħala prinċipju orizzontali u fundamentali li jinkludi l-politiki kollha tal-UE”.

(10)

Skont id-data mill-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD: https://www.oecd.org/dac/development-assistance-committee/  

(11)

  Pjan tal-Ewropa kontra l-kanċer | Il-Kummissjoni Ewropea (europa.eu) . Dan huwa appoġġat mill-Missjoni tal-UE dwar il-Kanċer ( Il-Missjoni tal-UE: il-Kanċer | Il-Kummissjoni Ewropea (europa.eu) ).

(12)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52020DC0761&from=MT

(13)

  L-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa (europa.eu)

(14)

  https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2022/06/23/provisional-agreement-on-new-eu-law-on-serious-cross-border-threats-to-health/

(15)

L-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa.

(16)

Ara l-proġett finanzjarju 2 fl-Anness 1.

(17)

  Il-Patt Ekoloġiku Ewropew | Il-Kummissjoni Ewropea (europa.eu)

(18)

  Pjan ta’ azzjoni għal tniġġis żero (europa.eu)

(19)

Ir-referenzi rilevanti għall-UE f’dan id-dokument kollu għandhom jinftiehmu b’dan il-mod. L-istess japplika għall-użu tat-termini “aħna” u “tagħna”.

(20)

  https://www.ghadvocates.eu/wp-content/uploads/Global-Health-Strategy.pdf

(21)

  https://health.ec.europa.eu/health-emergency-preparedness-and-response-hera/key-documents_en  

(22)

  european-consensus-on-development-final-20170626_en.pdf

(23)

Dawn il-prijoritajiet jikkorrispondu fil-biċċa l-kbira mal-aġenda fil-mira ta’ tliet biljuni tad-WHO: https://www.who.int/about/what-we-do/thirteenth-general-program-of-work-2019---2023  

(24)

Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru (GAP) III: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52020JC0017  

(25)

Il-Pjan ta’ Azzjoni taż-Żgħażagħ: https://international-partnerships.ec.europa.eu/document/fe1bcd30-58da-4a37-ab2a-61848789da60_en

(26)
(27)

  Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025 | Il-Kummissjoni Ewropea (europa.eu)

(28)

Il-mard tropikali ttraskurat huwa grupp varjat ta’ 20 kundizzjoni li huma prevalenti l-aktar fiż-żoni tropikali, fejn dawn jaffettwaw l-aktar lil aktar minn biljun persuna li jgħixu fl-aktar f’komunitajiet foqra. Huwa “ttraskurat” minħabba li huwa kważi assenti mill-aġenda globali dwar is-saħħa.

(29)

Ara l-proġett 7 fl-Anness 1.

(30)

  https://www.theglobalfund.org/en/  

(31)

  https://extranet.who.int/uhcpartnership/  

(32)

Ara l-proġett 8 fl-Anness 1.

(33)

Ara l-proġett 9 fl-Anness 1.

(34)

https://www.gavi.org/

(35)

Ara l-proġett 18 fl-Anness 1.

(36)

Meta jitqies il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp (2017) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex%3A42017Y0630%2801%29

(37)

Ara l-proġett 6 fl-Anness 1.

(38)

  Id-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropea, Saħħa: Linji Gwida Ġenerali, 2014 .

(39)

Dan jirreferi għall-kapaċità tas-sistema tas-saħħa li tħejji għal “żidiet f’daqqa” (żidiet f’daqqa fuq skala kbira) fil-ħtiġijiet għat-trattament, u biex tlaħħaq magħhom.

(40)

Dawn huma l-karatteristiċi aċċettati fuq livell internazzjonali li s-sistemi tas-saħħa jridu jissodisfaw biex “jipprevjenu, jipproteġu kontra, jikkontrollaw u jipprovdu rispons tas-saħħa pubblika għat-tixrid internazzjonali tal-mard”. Ara International Health Regulations (2005) Third Edition (who.int)

(41)

Ara l-proġett 20 fl-Anness 1

(42)

Ara Kickbusch, Ilona, et al., https://urldefense.com/v3/__https://globalchallenges.org/wp-content/uploads/2021/12/A-new-understanding-of-global-heath-security-UPDATED.pdf__;!!DOxrgLBm!FfwKtCBNDEEFdv0Lhhm84mxHTFJ8hsQ0BQMCPJAfrez0deRI_jLni1swaTgq5XZ7EBHjoJF3f4CdHtU7soD0FII0igpx4g7IYurdHQ$ . Il-fondi donaturi u l-assistenza teknika dejjem se jkollhom rwol, iżda l-istrutturi (għajnuna, finanzjarja, politika u ġeopolitika) iridu jinċentivaw responsabbiltà nazzjonali mifhuma b’mod ċar.

(43)

Ara l-proġett 3 fl-Anness 1.

(44)

Ara l-proġetti 12 u 19 fl-Anness 1.

(45)

Appoġġat mill-proġett 4 fl-Anness 1.

(46)

Ara taħt https://europa.eu/capacity4dev/tei-jp-tracker/ .

(47)

Il-Professur Peter Piot, ikkwotat fi https://ec.europa.eu/research-and-innovation/en/horizon-magazine/how-we-prepare-age-pandemics .

(48)

https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_22_4474

(49)

Il-Bord Indipendenti għat-Tħejjija u r-Rispons għall-Pandemiji ġie stabbilit mid-Direttur Ġenerali tad-WHO b’reazzjoni għar-riżoluzzjoni tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa WHA73.1: https://theindependentpanel.org/

(50)

https://www.worldbank.org/en/programs/financial-intermediary-fund-for-pandemic-prevention-preparedness-and-response-ppr-fif

(51)

Ara l-proġett 15 fl-Anness 1.

(52)

  https://europa.eu/capacity4dev/tei-jp-tracker/tei/manufacturing-and-access-vaccines-medicines-and-health-technology-products-africa  

(53)

  https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_22_3890  

(54)

Inklużi dawk taħt vjeġġi ta’ skart (europa.eu)

(55)

  https://cbrn-risk-mitigation.network.europa.eu/index_en  

(56)

http://unscr.com/en/resolutions/2286

(57)

https://www.who.int/initiatives/pandemic-influenza-preparedness-framework

(58)

  https://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2022/03/03/council-gives-green-light-to-start-negotiations-on-international-pandemic-treaty/

(59)

Ara hawn taħt ukoll taħt il-prinċipju 11.

(60)

G7 Pact for Pandemic Readiness: https://www.g7germany.de/resource/blob/974430/2042052/2d5b55bcdfc0f1aa46b979566288e9a5/2022-05-20-pact-for-pandemic-readniness-data.pdf?download=1  

(61)

  https://www.who.int/news-room/fact-sheets/detail/antimicrobial-resistance  

(62)

Ara l-Istrateġija għall-Bijodiversità (COM(2020) 380), l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt (COM(2020) 381) u l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero (COM(2021) 400).

(63)

  https://www.thelancet.com/journals/lancet/article/PIIS0140-6736(21)00948-X/fulltext  

(64)

Inkluż il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima; il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Protokoll ta’ Nagoya tagħha dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Kondiviżjoni Ġusta u Ekwa tal-Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom; il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni f’Pajjiżi Milqutin Serjament minn Nixfa u/jew minn Deżertifikazzjoni, b’mod partikolari fl-Afrika; il-Protokoll dwar l-Ilma u s-Saħħa għall-Konvenzjoni fuq il-Protezzjoni u l-Użu ta’ Passaġġi tal-Ilma Transkonfinali u Għadajjar Internazzjonali; u l-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu.

(65)

 Ara wkoll taħt il-prinċipji 7 u 9.

(66)

https://eur-lex.europa.eu/resource.html?uri=cellar:5391557a-aaa2-11ec-83e1-01aa75ed71a1.0002.02/DOC_1&format=PDF

(67)

Id-DIRETTIVA 2014/95/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta’ Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar ( https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32014L0095&from=MT ).

(68)

  WTO | Ministerial conferences - Twelfth WTO Ministerial Conference - Geneva Switzerland

(69)

  https://www.wto.org/english/tratop_e/trips_e/trips_e.htm  

(70)

Bl-appoġġ tal-proġett 1 tal-programm l-UE għas-Saħħa fl-Anness 1.

(71)

WHA75(8): https://apps.who.int/gb/ebwha/pdf_files/WHA75/A75(8)-en.pdf  

(72)

Sors: WHO | Programme Budget Web Portal . Ikkonsultat fit-3 ta’ Novembru 2022.

(73)

https://www.g7germany.de/resource/blob/974430/2042058/5651daa321517b089cdccfaffd1e37a1/2022-05-20-g7-health-ministers-communique-data.pdf

(74)

Ara l-proġett 10 fl-Anness 1.

(75)

Kif issuġġerit mill-Kummissjoni Lancet, ara https://www.thelancet.com/journals/lancet/article/PIIS0140-6736(22)01585-9/fulltext

(76)

Għal tliet twieqi ta’ finanzjament: komoditajiet għall-kontroll tal-mard, għat-tħejjija u għar-rispons għall-pandemiji, u għat-tisħiħ tas-sistema tas-saħħa primarja f’ekonomiji bi dħul baxx u medju.

(77)

  https://au.int/sites/default/files/pages/32894-file-2001-abuja-declaration.pdf

(78)

Ara l-proġetti 13, 14, 15, 16 u 17 fl-Anness 1.

(79)

Ara l-proġett 19 fl-Anness 1, https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_22_3890

(80)

  https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/statement_21_4846  

(81)

https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/STATEMENT_21_4846

(82)

Din sussegwentement inbidlet f’inizjattiva plurilaterali li tinkludi sħab oħra (il-Kanada, in-Norveġja u r-Renju Unit).

(83)

  CIPR - USA-EU Joint Statement on Covid-19 Manufacturing and Supply Chain Taskforce (europa.eu)

(84)

  https://www.who.int/initiatives/sdg3-global-action-plan  

(85)

  european-consensus-on-development-final-20170626_en (5).pdf

(86)

Soġġett għad-disponibbiltà ta’ fondi fil-proċeduri tal-baġit annwali.

(87)

Ara l-proġett 5 fl-Anness 1.