Brussell, 28.9.2022

COM(2022) 488 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

dwar il-ħidma favur futur ħieles mill-asbestos: approċċ Ewropew biex jiġu indirizzati r-riskji għas-saħħa mill-asbestos


1.Introduzzjoni

L-asbestos huwa sustanza perikoluża ħafna li tikkawża l-kanċer 1 . L-esponiment ambjentali u fuq ix-xogħol għall-asbestos huwa magħruf li jikkontribwixxi għall-piż għoli tal-kanċer fl-Ewropa, u jikkawża ħafna mwiet li jistgħu jiġu evitati. 78 % tal-kanċers rikonoxxuti bħala kanċer okkupazzjonali fl-UE, u 88 % tal-kanċers okkupazzjonali tal-pulmun huma relatati mal-asbestos 2 . Fl-2019, l-esponiment fuq ix-xogħol għall-asbestos seraq aktar minn 70 000 ħajja fl-EU-27 3 . Għalkemm dan huwa prinċipalment dovut għal esponiment fil-passat relatat max-xogħol, jikkonferma l-konsegwenzi serji ta’ meta persuna tiġi esposta għall-asbestos.

Tul l-aħħar 40 sena, l-UE ħadet azzjoni biex tillimita u sussegwentement biex tipprojbixxi kull użu tal-asbestos. Bejn l-1983 4 u l-1985 5 , irrestrinġiet l-użu ta’ sitt tipi ta’ fibri tal-asbestos. Fl-1991, l-UE pprojbixxiet it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ ħamsa minn dawk it-tipi 6 , u l-użu tal-asbestos tal-krisotil fi prodotti użati b’mod mifrux fis-settur tal-kostruzzjoni, fost l-oħrajn 7 . Fl-1999, hija pprojbixxiet is-sitt tipi kollha ta’ fibri tal-asbestos 8 , u l-projbizzjoni tal-UE fuq l-asbestos daħlet fis-seħħ fl-2005. Il-projbizzjoni tapplika kemm għall-oġġetti prodotti fl-UE kif ukoll għal dawk importati fl-UE 9 .

Il-ġlieda kontra l-kanċer hija prijorità tal-UE. Il-Kummissjoni impenjat ruħha li tnaqqas b’mod effettiv l-esponiment għal sustanzi karċinoġeniċi bħall-asbestos bħala parti mill-pjan tal-Ewropa biex jingħeleb il-kanċer 10 u l-pjan ta’ azzjoni għal tniġġis żero 11 . Billi l-asbestos għadu jinstab f’ħafna bini, inkluż f’djar privati, huwa meħtieġ approċċ komprensiv u integrat fid-diversi oqsma ta’ politika, sabiex din il-problema li ntirtet tiġi indirizzata. It-teħid ta’ azzjonijiet ulterjuri għall-ġestjoni tar-riskji tal-esponiment għall-asbestos jipproteġi lin-nies mill-mard, jippromwovi l-benesseri, u jgħin fit-tisħiħ tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa.

Issa li l-UE qed tħejji l-Patt Ekoloġiku Ewropew, li jinkludi l-ambizzjoni li tiżdied ir-rata ta’ rinnovazzjonijiet tal-bini, hija ta’ importanza partikolari li l-popolazzjoni tkun aktar protetta mill-esponiment għall-asbestos. Il-bini huwa responsabbli għal 36 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra relatati mal-enerġija. Peress li huwa stmat li aktar minn 85 % tal-bini eżistenti se jkun għadu wieqaf fl-2050, ir-rinnovazzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika se jkunu essenzjali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew 12 . F’dan il-kuntest, l-istrateġija tal-mewġa ta’ rinnovazzjoni 13 għandha l-għan li tirdoppja r-rata annwali tar-rinnovazzjonijiet tal-enerġija sal-2030. Xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni speċjalizzati biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija jistgħu jtejbu l-kundizzjonijiet tas-saħħa u tal-għajxien għal dawk li jgħixu fil-bini, itejbu l-kwalità tal-arja, itaffu l-faqar enerġetiku u jrawmu l-inklużjoni soċjali. Jistgħu wkoll jagħtu spinta lill-valur fit-tul tal-proprjetajiet, joħolqu l-impjiegi u jwasslu għal investimenti li ħafna drabi għandhom l-għeruq tagħhom fil-ktajjen tal-provvista lokali. Madankollu, minħabba li ħafna bini bi prestazzjoni enerġetika dgħajfa nbena bl-użu tal-asbestos, l-aċċellerazzjoni tar-rata ta’ rinnovazzjoni tal-bini tista’ wkoll iżżid b’mod sinifikanti n-numru ta’ nies esposti għal riskji għas-saħħa relatati mal-asbestos, billi l-asbestos preżenti fil-bini jista’ jiġi rilaxxat waqt li jkunu qed isiru xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni. In-numru ta’ ħaddiema esposti, li bħalissa huwa ta’ bejn 4,1 u 7,3 miljuni, huwa mistenni li jiżdied b’4 % fis-sena fl-10 snin li ġejjin 14 .

F’Ottubru 2021, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni 15 li fiha appella għal strateġija Ewropea għat-tneħħija tal-asbestos kollu. Fiha, il-Parlament appella għal aktar azzjoni mill-UE sabiex il-ħaddiema u ċ-ċittadini jkunu protetti mir-riskji għas-saħħa relatati mal-esponiment għall-asbestos, speċjalment fil-kuntest tat-tranżizzjoni tal-enerġija. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew appella wkoll għat-tneħħija tal-asbestos kollu 16 , filwaqt li enfasizza li x-xogħlijiet fir-rinnovazzjonijiet tal-enerġija joħolqu sinerġiji mat-tneħħija ta’ sustanzi dannużi 17 . Ir-rakkomandazzjonijiet taċ-ċittadini fil-qafas tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa enfasizzaw ukoll l-importanza ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, b’mod partikolari r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Asbestos fuq il-Post tax-Xogħol, u ta’ approċċ olistiku għas-saħħa 18 .

Sabiex jiġu protetti saħħet il-bniedem u l-ambjent huwa meħtieġ approċċ Ewropew għall-asbestos, b’mod partikolari fl-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer. Biex jintlaħaq dan l-għan, din il-komunikazzjoni tippreżenta approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja sostnut minn objettiv ġenerali tas-saħħa pubblika. Tkopri l-azzjoni meħtieġa sabiex jiġi identifikat l-asbestos preżenti fil-bini u sabiex tiġi rreġistrata tali informazzjoni, sabiex tiġi żgurata t-tneħħija jew sabiex jiġi żgurat it-trattament sikur tiegħu kif rilevanti u t-trattament ta’ skart li fih l-asbestos, filwaqt li tiġi mmassimizzata l-protezzjoni tal-ħaddiema u jiġi żgurat segwitu adegwat ta’ mard relatat mal-asbestos. Din il-komunikazzjoni tqiegħed lill-UE bħala mexxejja internazzjonali fil-ġlieda kontra r-riskji li l-asbestos joħloq. Tenfasizza wkoll il-finanzjament tal-UE disponibbli għat-tneħħija sikura tal-asbestos fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, fuq il-bażi ta’ programmi diġà eżistenti jew ippjanati. L-azzjoni meħuda tikkontribwixxi wkoll biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) 19 .

2.Appoġġ għall-vittmi: titjib tad-dijanjożi u t-trattament ta’ mard relatat mal-asbestos

Politika b’saħħitha u ambizzjuża dwar l-asbestos iġġib benefiċċji sinifikanti għas-saħħa u għall-benesseri tal-bniedem. L-esponiment għall-asbestos jista’ jikkawża mard bħall-mesoteljoma 20 , l-asbestożi u l-kanċer tal-pulmun. Il-kanċers ikkawżati mill-asbestos huma severi u għandhom rati baxxi ta’ sopravivenza. Il-mesoteljoma ma għandha l-ebda kura u l-pazjenti għandhom medja ta’ stennija tal-għomor ta’ 4 sa 18-il xahar 21 . L-esponiment għall-asbestos huwa responsabbli għal 92 % tal-każijiet kollha ta’ mesoteljoma 22 . Il-kanċer tal-pulmun, li huwa t-tieni l-aktar forma ta’ kanċer dijanjostikata b’mod komuni għall-irġiel u t-tielet għan-nisa, għandu rata ta’ sopravivenza relattivament baxxa wara d-dijanjożi meta mqabbel ma’ tipi komuni oħrajn ta’ kanċer 23 .

Il-mard relatat mal-asbestos għandu perjodu twil ta’ latenza. Peress li l-ewwel sinjali ta’ mard jistgħu jieħdu medja ta’ 30 sena mill-mument tal-esponiment sabiex jimmanifestaw ruħhom, l-imwiet u l-mard relatati mal-asbestos minħabba esponiment li seħħ qabel il-projbizzjoni tal-2005 huma mistennijin iseħħu sal-aħħar tas-snin 2020 u 2030.

L-iskrinjar u d-dijanjożi bikrija huma fundamentali għall-prevenzjoni tal-kanċer. Bħala parti mill-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tressaq skema ġdida ta’ skrinjar tal-kanċer appoġġata mill-UE 24 sabiex tgħin lill-Istati Membri jtejbu l-aċċess għal dijanjożi bikrija. Element ewlieni ta’ din l-iskema l-ġdida hija l-proposta tal-Kummissjoni 25 sabiex tiġi aġġornata r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2003 dwar l-iskrinjar tal-kanċer, li tinkludi l-estensjoni tal-iskrinjar ibbażat fuq popolazzjoni għall-kanċer tal-pulmun. Barra minn hekk, l-iskema se tkun appoġġata mill-inizjattiva Ewropea dwar l-immaġnijiet tal-kanċer. Filwaqt li tibni fuq “atlas” ta’ immaġnijiet u ta’ data relatati mal-kanċer, kif ukoll fuq għodod ġodda bħall-computing ta’ prestazzjoni għolja u l-intelliġenza artifiċjali, l-inizjattiva se tipprovdi l-ekosistema għall-iżvilupp ta’ metodi u ta’ algoritmi ġodda ta’ skrinjar. L-investimenti fl-iskrinjar u fid-dijanjożi bikrija jistgħu jgħinu b’mod sinifikanti lill-vittmi tal-esponiment għall-asbestos, peress li dijanjożi u trattament rapidi jtaffu l-effetti tal-mard relatat mal-asbestos, inklużi l-kanċers. Barra minn hekk, bosta azzjonijiet ewlenin skont il-Pjan tal-Kanċer jiffokaw fuq l-ottimizzazzjoni tad-dijanjożi, tat-trattament u tal-kura ta’ pazjenti bil-kanċer, inklużi kanċers kumplessi bi pronjożi ħażina bħal dawk ikkawżati mill-espożizzjoni għall-asbestos. Pereżempju, l-istabbiliment ta’ Network tal-UE li jgħaqqad Ċentri Nazzjonali Komprensivi tal-Kanċer rikonoxxuti f’kull Stat Membru se jtejjeb l-aċċess għal dijanjożi u kura ta’ kwalità għolja, l-inizjattiva “Djanjostika tal-Kanċer u Trattament għal Kulħadd” se ttejjeb l-aċċess għal trattament innovattiv tal-kanċer, u l-“Programm ta’ taħriġ Inter-speċjalità” li jiffoka fuq l-onkoloġija, il-kirurġija, ir-radjoloġija, u l-kura tal-infermiera se jtejjeb il-ħiliet tal-forza tax-xogħol tal-kura tal-kanċer.

L-ogħla riskju tal-esponiment għall-asbestos jinsab f’kuntesti okkupazzjonali. Huwa stmat li, fl-2016, 66 808 mewta fl-EU-27 kienu attribwibbli għall-esponiment fuq ix-xogħol għall-asbestos fil-passat 26 . Fl-2019, dawn żdiedu għal 71 750 27 . Sabiex dawn il-ħaddiema jkollhom aċċess għal skemi ta’ kumpens rilevanti, jeħtieġ li tiġi rikonoxxuta l-oriġini okkupazzjonali tal-mard relatat mal-asbestos. Peress li t-Trattat ma jippermettix lill-Kummissjoni tipproponi strument legalment vinkolanti f’dan il-qasam, il-bażi ewlenija għall-promozzjoni tar-rikonoxximent tal-mard okkupazzjonali fil-livell tal-UE hija Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/670/KE 28 . Din ir-Rakkomandazzjoni bħalissa tkopri l-kanċers u mard ieħor ikkawżat mill-esponiment fuq ix-xogħol għall-asbestos. Il-Kummissjoni tikkonsulta lill-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ACSH) dwar il-ħtieġa li tiġi aġġornata fid-dawl tal-aħħar sejbiet xjentifiċi 29 .

Il-Kummissjoni se:

·tniedi l-Inizjattiva Ewropea dwar l-Immaġnijiet tal-Kanċer (2022);

·tikkonsulta lill-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ACSH) dwar il-ħtieġa li tiġi aġġornata r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Iskeda Ewropea tal-Mard Okkupazzjonali billi jiġi inkluż mard addizzjonali relatat mal-asbestos.

3.Protezzjoni tal-ħaddiema kontra l-esponiment għall-asbestos

Ir-riskju tal-esponiment għall-asbestos huwa relatat l-aktar mal-manipulazzjoni tal-asbestos u mad-dispersjoni tal-fibri matul xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, bħal matul ir-rinnovazzjoni u d-demolizzjoni. Huwa stmat li 4,1 sa 7,3 miljun ħaddiem huma esposti għall-asbestos. 97 % ta’ dawn il-ħaddiema jinsabu fis-settur tal-kostruzzjoni, li jinkludi okkupazzjonijiet relatati bħal dawk li jibnu l-bjut, plumbers, mastrudaxxi jew dawk li jwittu l-art, u 2 % huma fl-industrija tal-immaniġġar tal-iskart. Il-kanċer okkupazzjonali huwa l-ewwel kawża ta’ mwiet relatati max-xogħol fl-UE 30 u 78 % tal-kanċers okkupazzjonali rikonoxxuti fl-Istati Membri huma relatati mal-asbestos 31 . Għalhekk, l-indirizzar tal-esponiment relatat max-xogħol għall-asbestos huwa waħda mill-prijoritajiet taħt il-Qafas strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza fuq il-Post tax-Xogħol 2021-2027 32 .

Jitnaqqas il-limitu ta’ esponiment fuq ix-xogħol għall-asbestos

Protezzjoni legali tal-ħaddiema tal-UE mir-riskji speċifiċi tal-esponiment għall-asbestos tmur lura għall-1983 33 . Minn dak iż-żmien, ġiet aġġornata diversi drabi. L-aktar leġiżlazzjoni riċenti hija d-Direttiva 2009/148/KE dwar l-Asbestos fuq il-Post tax-Xogħol, li tistabbilixxi obbligi stretti fuq l-impjegaturi f’termini ta’ protezzjoni, ta’ ppjanar u ta’ taħriġ. Barra minn hekk, peress li l-asbestos huwa aġent karċinoġeniku, id-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol 34 tapplika kull meta tkun aktar favorevoli għas-saħħa u għas-sikurezza tal-ħaddiema.

B’mod ġenerali, id-Direttiva dwar l-Asbestos fuq il-Post tax-Xogħol għadha adegwata għall-użu 35 . Madankollu, l-aktar għarfien xjentifiku riċenti jappoġġa tnaqqis fil-limitu attwali ta’ esponiment fuq ix-xogħol (OEL) 36   37 . Erba’ Stati Membri (id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja u n-Netherlands) implimentaw OELs vinkolanti taħt il-limitu attwali ta’ esponiment fuq ix-xogħol li japplika fl-UE. Minbarra l-OEL vinkolanti, il-Ġermanja għandha valur ta’ limitu li jikkorrispondi għal konċentrazzjoni aċċettabbli. Sabiex l-esponiment jinżamm taħt il-livell ta’ aċċettazzjoni, hemm linji gwida obbligatorji li jeħtieġu li fil-prattika jiġu kkunsidrati miżuri. Il-bqija tal-Istati Membri tal-UE jużaw il-limitu attwali ta’ esponiment fuq ix-xogħol li japplika fl-UE.

Il-Kummissjoni llum qed tadotta proposta leġiżlattiva sabiex jitnaqqas b’mod sinifikanti l-OEL eżistenti għall-asbestos minn 0,1 fibri għal kull ċentimetru kubu (f/cm³) għal 0,01 f/cm³, 10 darbiet anqas mill-valur attwali. Ir-reviżjoni tal-OEL għall-asbestos se twassal għal armonizzazzjoni akbar tal-valuri ta’ limitu fl-UE kollha. Dan huwa mistenni li jwassal għal kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar, inkluż għan-numru sinifikanti ta’ ħaddiema stazzjonati fis-settur tal-kostruzzjoni, u għal distribuzzjoni aktar ġusta tal-kostijiet tal-kura tas-saħħa għall-Istati Membri.

Sabiex il-ħaddiema jiġu protetti mill-esponiment għall-asbestos, huwa importanti li jintużaw l-aktar metodi xjentifikament aġġornati sabiex titkejjel il-konċentrazzjoni ta’ fibri fl-arja. Dan jipproduċi valutazzjoni akkurata tar-riskji u, konsegwentement, protezzjoni aħjar tal-ħaddiema. Għalkemm l-aktar metodu użat bħalissa huwa l-mikroskopija ta’ kuntrast tal-fażi, kif irrakkomandat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997, hemm disponibbli wkoll metodi effettivi oħrajn. L-evidenza xjentifika tissuġġerixxi li metodu bbażat fuq il-mikroskopija tal-elettroni jista’ jagħti għadd aktar preċiż tal-fibri, li potenzjalment jista’ jirriżulta f’miżuri ta’ protezzjoni aħjar 38 . Għalhekk, il-Kummissjoni kopriet l-użu ta’ metodi ta’ kejl fil-proposta sabiex tiġi emendata d-Direttiva dwar l-Asbestos fuq il-Post tax-Xogħol.

Linji gwida li jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Asbestos fuq il-Post tax-Xogħol

L-għadd konsiderevoli ta’ rinnovazzjonijiet u ta’ demolizzjonijiet mistennijin matul is-snin li ġejjin ifisser li sabiex il-ħaddiema jkunu protetti bis-sħiħ, id-Direttiva dwar l-Asbestos fuq il-Post tax-Xogħol trid tiġi implimentata b’mod adegwat. L-Istati Membri, l-impjegaturi (speċjalment l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), li jifformaw 99 % tal-kumpaniji kollha li jaħdmu bl-asbestos) u l-ħaddiema jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ addizzjonali sabiex tiġi żgurata l-konformità. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni se tiżviluppa linji gwida sabiex tgħin fl-implimentazzjoni tad-Direttiva riveduta dwar l-Asbestos fuq il-Post tax-Xogħol, ladarba din tiġi adottata. Il-linji gwida se jipprovdu informazzjoni fil-fond dwar id-dispożizzjonijiet fid-Direttiva attwalment fis-seħħ (bħat-taħriġ u l-użu ta’ tagħmir ta’ sikurezza personali), iżda li jistħoqqilhom kjarifika u pariri. Huwa kruċjali li jiġi promoss taħriġ adegwat għall-ħaddiema li jimmanipulaw l-asbestos bħala parti mix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, ta’ rinnovazzjoni u ta’ demolizzjoni. Il-linji gwida jistgħu jgħinu lill-Istati Membri u lill-impjegaturi, speċjalment lill-SMEs, sabiex jiżguraw li l-ħaddiema jkunu konxji tal-prekawzjonijiet meħtieġa, sabiex jinkiseb l-ogħla livell ta’ protezzjoni. Il-linji gwida jistgħu jkopru wkoll xi dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-Istati Membri (bħaċ-ċertifikazzjoni tad-ditti tat-tneħħija tal-asbestos), fejn jistgħu jkunu utli spjegazzjonijiet addizzjonali. Dan ikun jippermetti lill-partijiet kollha involuti jwettqu n-numru mistenni ta’ rinnovazzjonijiet, filwaqt li jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ protezzjoni tal-ħaddiema mill-esponiment għall-asbestos.

Sensibilizzazzjoni

Bħala parti mill-Pjan Ewropew biex Jingħeleb il-Kanċer, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) qed tħejji stħarriġ dwar l-esponiment tal-ħaddiema dwar il-fatturi tar-riskju tal-kanċer fl-Ewropa 39 . Se jeżamina l-aktar sitwazzjonijiet ta’ esponiment prevalenti u n-numru u l-karatteristiċi 40 tal-ħaddiema esposti għal firxa ta’ fatturi tar-riskju tal-kanċer, inkluż l-asbestos. Dan se jippermetti kampanji mmirati aħjar ta’ sensibilizzazzjoni u miżuri preventivi, u se jikkontribwixxi għat-tfassil ta’ politika bbażata fuq l-evidenza.  Se jkun partikolarment importanti minħabba n-numru akbar ta’ kumpaniji, ta’ ħaddiema, u ta’ sidien privati u pubbliċi tal-bini li se jiġu affettwati mit-tneħħija tal-asbestos. Għall-istess raġunijiet, il-Kummissjoni se taħdem mal-Kumitat ta’ Spetturi Anzjani fuq ix-Xogħol (SLIC) sabiex tniedi kampanja aġġornata ta’ sensibilizzazzjoni.

Il-Kummissjoni:

·tipproponi li tiġi riveduta d-Direttiva dwar l-Asbestos fuq il-Post tax-Xogħol sabiex jitnaqqas il-valur ta’ limitu attwali ta’ esponiment fuq ix-xogħol u jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet relatati (li jakkumpanjaw din il-komunikazzjoni) u tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jadottawha rapidament;

·se tiżviluppa linji gwida aġġornati sabiex tappoġġa lill-Istati Membri, lill-impjegaturi u lill-ħaddiema fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Asbestos fuq il-Post tax-Xogħol, wara r-reviżjoni tagħha;

·se taħdem mal-Kumitat ta’ Spetturi Anzjani fuq ix-Xogħol (SLIC) sabiex tniedi kampanja aġġornata ta’ sensibilizzazzjoni dwar it-tneħħija sikura tal-asbestos immirata lejn il-kumpaniji, il-ħaddiema, is-sidien u l-amministrazzjonijiet pubbliċi.

4.Tiġi indirizzata l-preżenza tal-asbestos fil-bini

Qabel il-projbizzjoni tal-UE, l-asbestos kien jintuża b’mod mifrux, l-aktar fis-settur tal-kostruzzjoni. Bejn 70 u 80 % tal-asbestos kien jintuża għall-prodotti tas-siment, bil-bqija prinċipalment għal prodotti oħra tal-kostruzzjoni, bħall-kisi tal-art, it-tessuti, il-kartun, jew il-pannelli iżolanti. Fl-1970, aktar minn 920 000 tunnellata ta’ asbestos mhux maħdum ġew ikkonsmati fil-pajjiżi li issa jifformaw l-UE, u fl-1980 intlaħaq massimu ta’ 1 200 000 tunnellata, qabel tnaqqis għal anqas minn 40 000 tunnellata fl-2000 41 . Minħabba li aktar minn 220 miljun unità ta’ bini (85 % tal-unitajiet kollha) inbnew qabel l-2001 42 , x’aktarx li parti sinifikanti mill-istokk tal-bini tal-lum fiha l-asbestos 43 .

Il-perjodu tal-ogħla konsum tal-asbestos ivarja bejn l-Istati Membri (ara l-Illustrazzjoni 1 44 ). L-Istati Membri kollha rreġistraw livelli għoljin tal-konsum tal-asbestos bejn l-1970 u l-1990. Madankollu, f’Ċipru, fil-Belġju, fid-Danimarka, fil-Lussemburgu, fin-Netherlands u fl-Iżvezja, il-biċċa l-kbira tal-asbestos ġiet ikkonsmata qabel is-snin sebgħin, filwaqt li l-Kroazja, l-Irlanda, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja rreġistraw livelli għoljin tal-konsum tal-asbestos fis-snin disgħin jew fil-bidu tas-snin 2000.

Illustrazzjoni 1 Il-perċentwal stmat tal-konsum tal-asbestos matul il-perjodi ewlenin tal-kostruzzjoni tal-bini fl-EU27

Sors: Ċifri tal-JRC 45

Il-kobor tal-isfida tal-asbestos li ntiret ivarja bejn ir-reġjuni. Fuq il-bażi tal-età medja tal-bini residenzjali u l-kwantità medja stmata ta’ asbestos (kg/abitazzjoni), il-mappa ta’ hawn taħt turi l-vulnerabbiltà għall-asbestos tar-reġjuni tal-UE, li tvarja miż-żewġ livelli baxxi tal-asbestos inkorporat (kwantità baxxa ta’ asbestos, bini aktar ġdid) saż-żewġ livelli għoljin (kwantità għolja ta’ asbestos, bini aktar antik). Jidher li r-reġjuni ċentrali tal-UE għandhom l-aktar bini antik u kwantitajiet għoljin ta’ asbestos, filwaqt li ġeneralment fir-reġjuni tal-Lvant u tal-Grigal tal-UE, ammonti kbar ta’ asbestos jinsabu f’bini aktar riċenti. Ir-riżultati jistgħu jindikaw l-Istati Membri u r-reġjuni fejn l-iskrinjar tal-asbestos qabel ir-rinnovazzjonijiet għandu jkun prijorità.

Illustrazzjoni 2. Mappa bivarjata li turi l-età medja tal-bini residenzjali (snin) u l-kwantità medja ta’ asbestos (kg/abitazzjoni)

Sors: Ċifri tal-JRC 46

Aktar informazzjoni u trasparenza dwar l-asbestos fil-bini

It-theddida ewlenija li l-asbestos jirrappreżenta għas-saħħa tal-bniedem isseħħ meta jiġu mċaqilqa materjali li fihom l-asbestos, għaliex il-fibri jistgħu jiġu rrilaxxati fl-arja u sussegwentement jinġibdu man-nifs. Id-deterjorament ta’ xi prodotti tal-asbestos hekk kif jiqdiemu jista’ wkoll eventwalment iwassal biex il-fibri jiġu rrilaxxati fl-arja. Peress li l-asbestos jinstab l-aktar fil-materjali tal-kostruzzjoni, u dawn il-materjali huma soġġetti għal bidla sostanzjali matul ix-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni, il-kostruzzjoni jistħoqqilha attenzjoni speċjali meta jiġu żviluppati l-miżuri ta’ protezzjoni. Il-probabbiltà li jiġu rrilaxxati l-fibri tvarja skont it-tip ta’ asbestos u fejn jinstab. Pereżempju, l-asbestos li jitfarrak huwa partikolarment perikoluż, minħabba li l-fibri tiegħu jiġu rrilaxxati b’mod aktar faċli mill-asbestos li ma jitfarrakx. B’kuntrast għal dan, l-asbestos inkorporat f’materjali solidi jiġi mċaqlaq anqas faċilment, u jippreżenta riskji konsiderevolment aktar baxxi meta jitħalla mhux mimsus.

Waħda mill-isfidi ewlenin li jridu jiġu indirizzati b’rabta mat-tneħħija tal-asbestos mill-istokk tal-bini hija n-nuqqas ta’ għarfien dwar jekk il-bini jkunx fih l-asbestos. Ir-rinnovazzjonijiet ippjanati għas-snin li ġejjin u l-għan fit-tul tar-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini tal-Ewropa sabiex tintlaħaq in-newtralità klimatika jappoġġaw bis-sħiħ il-każ għal valutazzjoni komprensiva tal-bini li potenzjalment jista’ jkun fih l-asbestos, u meta r-rinnovazzjoni tkun tista’ toħloq theddida għas-saħħa. L-identifikazzjoni tard ta’ materjali li fihom l-asbestos tista’ ddewwem ir-rinnovazzjonijiet, u s-sejba mhux mistennija tagħhom matul ix-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni tista’ twassal għar-rilaxx aċċidentali ta’ fibri tal-asbestos, riskju potenzjalment serju għall-ħaddiema, għall-abitanti u għall-ġirien. Diġà huwa obbligatorju li jiġi vvalutat ir-riskju ta’ esponiment għall-asbestos qabel ma jibdew ix-xogħlijiet, skont id-Direttiva 2009/148/KE dwar l-Asbestos fuq il-Post tax-Xogħol 47 . Madankollu, peress li l-istrateġiji tal-iskrinjar, tar-reġistrazzjoni u tat-tneħħija tal-asbestos ivarjaw ħafna bejn l-Istati Membri 48 , ikun utli li jkun hemm qafas komuni tal-UE sabiex jiġi identifikat aktar faċilment u mbagħad jitneħħa l-asbestos li jinsab fl-istokk tal-bini tal-UE.

Il-Kummissjoni se tressaq proposta leġiżlattiva dwar l-iskrinjar u r-reġistrazzjoni obbligatorji tal-asbestos fil-bini, filwaqt li tirrispetta l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità u l-kompetenzi tal-Istati Membri. Filwaqt li żżid mal-obbligi eżistenti sabiex tiġi vvalutata l-preżenza tal-asbestos qabel ma jibdew ix-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni, il-proposta leġiżlattiva tista’ tikkunsidra l-obbligu li tiġi skrinjata u rreġistrata l-preżenza tal-asbestos fil-bini meta jsiru tranżazzjonijiet ekonomiċi (eż., qabel il-bejgħ jew il-kiri) u/jew f’mumenti kruċjali oħrajn fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ bini. L-Istati Membri jintalbu wkoll jistabbilixxu strateġiji nazzjonali għat-tneħħija tal-asbestos, li jirriflettu l-kodiċijiet tal-bini tagħhom, u jqisu ċ-ċirkostanzi nazzjonali, kif ukoll informazzjoni storika dwar l-użu tal-asbestos.

Fit-tħejjija tal-proposta leġiżlattiva, il-Kummissjoni se tikkunsidra wkoll l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti minimi dwar il-ġbir u t-tixrid tad-data b’rabta mal-preżenza tal-asbestos fil-bini. Huwa kritiku li jkun hemm informazzjoni trasparenti dwar il-preżenza tal-asbestos fiċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-bini sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ esponiment u tiġi ffaċilitata t-tneħħija tal-asbestos. Ir-reġistrazzjoni f’format diġitali tagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli aktar faċilment, kif deskritt fit-taqsima li jmiss.  

Il-proposta se tiġi żviluppata permezz ta’ konsultazzjoni wiesgħa mal-esperti u mal-partijiet ikkonċernati. Se tibbaża wkoll fuq studju ta’ valutazzjoni tal-impatt sabiex tidentifika l-aħjar għażliet ta’ politika disponibbli bbażati fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, u filwaqt li tirrispetta l-bażi legali prevista fit-Trattat. 

Il-proposta se tibni wkoll fuq l-evalwazzjoni u fuq l-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki fil-ġestjoni tar-riskji mill-asbestos fl-Istati Membri, inkluż fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-mewġa ta’ rinnovazzjoni.

·Pereżempju, Franza lleġiżlat sabiex tagħmel l-identifikazzjoni tal-asbestos obbligatorja qabel ma ċerti operazzjonijiet ikunu jistgħu jitwettqu fil-bini (digrieti ta’ Mejju 2017 49 u ta’ Lulju 2019 50 ). F’xogħlijiet ta’ bini li jistgħu jirriżultaw f’riskju ta’ esponiment, il-persuna jew il-korp li jordna x-xogħlijiet (pereżempju, sid il-bini jew l-awtorità kontraenti) irid iwettaq identifikazzjoni preliminari tal-asbestos qabel ma jkunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet. Dan ifisser it-tiftix, l-identifikazzjoni u l-lokalizzazzjoni ta’ materjali u ta’ prodotti li fihom l-asbestos li x’aktarx jiġu affettwati mix-xogħlijiet.

·Il-Polonja wkoll għandha programm nazzjonali għat-tneħħija sikura tal-asbestos (2009-2032), u ilha topera bażi tad-data dwar l-asbestos mill-2013. Il-programm nazzjonali jinkludi miżuri leġiżlattivi għat-tneħħija tal-asbestos, għall-informazzjoni u għat-taħriġ, kif ukoll il-monitoraġġ permezz ta’ Sistemi ta’ Informazzjoni Ġeografika.

·Fil-Belġju, il-Gvern Fjamming għandu l-għan li jagħmel il-bini u l-infrastruttura ħielsa mill-asbestos sa mhux aktar tard mill-2040. Sabiex jilħaq dan l-għan, ħa miżuri bħal li jagħmel it-tneħħija tal-asbestos prekundizzjoni għall-installazzjoni ta’ pannelli solari u ppjana li fl-2022 idaħħal ċertifikat tal-asbestos għall-bini għall-bejgħ 51 .

Il-mewġa ta’ rinnovazzjoni u l-effiċjenza enerġetika

L-istrateġija tal-mewġa ta’ rinnovazzjoni tenfasizza l-importanza li jinżammu standards għal bini li jkun sostenibbli u sikur. Għalhekk, huwa importanti li tittieħed azzjoni sabiex jitneħħew u tingħata protezzjoni kontra sustanzi ta’ ħsara, b’mod partikolari l-asbestos. Il-pjan ta’ azzjoni ta’ implimentazzjoni 52 għall-mewġa ta’ rinnovazzjoni jinkludi miżuri regolatorji li jsaħħu l-qafas leġiżlattiv tal-UE, b’mod partikolari d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija. F’Diċembru 2021, il-Kummissjoni pproponiet 53 reviżjoni ta’ din id-Direttiva, li tenfasizza l-importanza ta’ ambjent intern b’saħħtu. Il-proposta fiha dispożizzjonijiet għall-Istati Membri sabiex jindirizzaw it-tneħħija ta’ sustanzi perikolużi, inkluż l-asbestos, f’bini li jkunu qed isirulu rinnovazzjonijiet kbar. 

L-iżgurar ta’ kwalità tajba tal-arja ta’ ġewwa se jsir saħansitra aktar importanti, b’mod partikolari fil-kuntest tat-tnaqqis tat-telf tal-enerġija billi jittejjeb l-iżolament tal-bini. Għalkemm il-politiki tal-UE indirizzaw diversi fatturi li jikkontribwixxu għal kwalità tajba tal-arja (mill-arja ambjentali sas-sistemi tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-ventilazzjoni, il-materjali tal-kostruzzjoni u l-prodotti tal-konsumatur, kif ukoll it-tipjip u mġiba simili tal-okkupanti), l-istrumenti regolatorji ewlenin sabiex jiġu indirizzati dawn l-elementi – il-kodiċijiet tal-bini – huma kompetenza tal-Istati Membri u tar-reġjuni tagħhom. Għalhekk, l-UE ma għandhiex approċċ komprensiv u integrat għall-kwalità tal-arja ta’ ġewwa. Madankollu, kif imħabbar fil-pjan ta’ azzjoni għal tniġġis żero, sal-2023, il-Kummissjoni se tivvaluta l-mogħdijiet u l-għażliet ta’ politika sabiex ittejjeb il-kwalità tal-arja ta’ ġewwa, filwaqt li tiffoka fuq il-fatturi ewlenin tal-kwalità tal-arja u fuq is-sorsi ewlenin tat-tniġġis, inkluż l-asbestos. Il-Kummissjoni se tesplora modi kif tqajjem kuxjenza pubblika akbar u tnaqqas ir-riskji.

Ġurnal diġitali dwar il-bini

It-teknoloġiji diġitali jistgħu jiffaċilitaw ir-reġistrazzjoni u l-kondiviżjoni ta’ data relatata mal-asbestos miġbura matul l-iskrinjar. Il-ġurnali diġitali dwar il-bini għandhom id-data kollha relatata mal-bini u jistgħu jippermettu l-kondiviżjoni u l-użu tat-tipi kollha ta’ informazzjoni ġġenerata matul il-ħajja tal-bini, mid-disinn u mill-kostruzzjoni sar-rinnovazzjoni u d-demolizzjoni.

Il-Kummissjoni se tipproponi approċċ regolatorju għal mudell għal ġurnal diġitali tal-UE dwar il-bini. Se jibni fuq inizjattivi obbligatorji u volontarji eżistenti fi Stati Membri differenti, u fuq l-għodod u fuq iċ-ċertifikati diġitali għall-bini li qegħdin jiġu żviluppati fil-livell tal-UE (eż., ċertifikati tar-rendiment tal-enerġija). Il-ġurnali jistgħu jaħżnu wkoll kwalunkwe informazzjoni disponibbli marbuta mal-indikaturi ewlenin tal-“Livell(i)” 54 li jsegwu s-sostenibbiltà u r-rendiment tal-bini. Din il-proposta għal mudell se tinkludi approċċ standardizzat għall-ġbir tad-data, għall-ġestjoni tad-data u għall-interoperabbiltà. Din se tinkludi l-qafas ta’ implimentazzjoni tiegħu, anki għad-data li tirriżulta mill-obbligu ta’ skrinjar. L-informazzjoni dwar il-preżenza tal-asbestos fil-bini għandha ssir disponibbli permezz ta’ ġurnali u għandha tkun marbuta ma’ settijiet ta’ data oħrajn fil-ġurnali (eż., pjan iddettaljat tal-binja).

Il-Kummissjoni se:

·tressaq proposta leġiżlattiva dwar l-iskrinjar u r-reġistrazzjoni tal-asbestos fil-bini u se titlob lill-Istati Membri jistabbilixxu strateġiji nazzjonali għat-tneħħija tal-asbestos (2023);

·tipproponi approċċ regolatorju għal mudell tal-UE għall-ġurnali diġitali dwar il-bini (2023);

·tappoġġa lill-Istati Membri li jixtiequ jintroduċu ġurnali diġitali dwar il-bini jew jespandu l-iskemi eżistenti tagħhom u jallinjawhom mal-mudell tal-UE;

·tivvaluta mogħdijiet u għażliet ta’ politika sabiex tittejjeb il-kwalità tal-arja ta’ ġewwa, b’enfasi fuq il-fatturi ewlenin tal-kwalità tal-arja u fuq is-sorsi ewlenin tat-tniġġis, inkluż l-asbestos, u tesplora modi kif titqajjem kuxjenza pubblika akbar u jitnaqqsu r-riskji (2023).

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri:

·jaċċelleraw id-diġitalizzazzjoni tal-informazzjoni relatata mal-bini u tar-reġistri eżistenti, filwaqt li jtejbu l-ġbir, il-ħżin, il-komparabbiltà u l-iskambjabbiltà tad-data dwar il-karatteristiċi tal-bini;

·jintroduċu ġurnali diġitali dwar il-bini, jew itejbu inizjattivi eżistenti, skont il-linji gwida tal-UE.

5.Rimi sikur tal-iskart tal-asbestos - tniġġis żero

Għalkemm l-użu tal-asbestos ilu pprojbit fl-UE, għadu neċessarju li tittieħed azzjoni għall-ġestjoni u għar-rimi ta’ prodotti li jirriżultaw mid-demolizzjoni u mit-tneħħija tal-asbestos. L-iskart mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni jirrappreżenta aktar minn terz tal-iskart kollu ġġenerat fl-UE 55 . Il-volum ta’ materjali li fihom l-asbestos, l-aktar bħala parti mill-bini, jilħaq għexieren ta’ miljuni ta’ tunnellati u x’aktarx jaqbeż il-100 miljun tunnellata. L-istrateġija tal-mewġa ta’ rinnovazzjoni għandha l-għan li tal-anqas tirdoppja r-rata annwali ta’ rinnovazzjonijiet tal-bini sal-2030. Dan jenfasizza l-importanza li jiġi indirizzat iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-asbestos.

Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart tirregola b’mod komprensiv l-immaniġġar ambjentalment korrett tal-iskart tal-asbestos ladarba jiġi ġġenerat 56 . Peress li l-iskart tal-asbestos huwa kklassifikat bħala skart perikoluż 57 , diġà japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi u stretti skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart għall-ġenerazzjoni, għat-trasport u għall-immaniġġar ta’ skart bħal dan. Dan jinkludi obbligi ta’ rapportar u ta’ traċċabbiltà sabiex jiġi żgurat li l-iskart jiġi mmaniġġat b’mod li jipproteġi l-ambjent. Il-Kummissjoni ħarġet żewġ dokumenti ta’ gwida sabiex tgħin lill-partijiet ikkonċernati jsegwu dawn l-obbligi: l-“EU Construction and Demolition Waste Management Protocol (2016) 58 u l-Guidelines for the waste audits before demolition and renovation works of buildings (2018) 59 ”.

Sabiex jinkiseb immaniġġar ambjentalment korrett tal-volumi għoljin ta’ skart li fih l-asbestos, ir-rimi f’landfills għadu l-approċċ ewlieni għar-rimi sikur ta’ dan l-iskart. Metodi oħrajn ta’ trattament huma limitati minħabba l-volumi għoljin ta’ skart involut, in-nuqqas ta’ installazzjonijiet li joffru trattamenti alternattivi, u l-kostijiet għoljin u l-intensità enerġetika tagħhom. 60  Filwaqt li r-rimi f’landfills ma jeqridx il-fibri tal-asbestos, jistabbilizzahom u huwa mimli bihom, u għalhekk jipprovdi mod sikur kif jiġi ttrattat l-iskart tal-asbestos sakemm għażliet alternattivi ta’ trattament isiru disponibbli b’mod mifrux kif ukoll affordabbli. Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart tistabbilixxi rekwiżiti stretti għar-rimi sikur tal-asbestos f’landfills 61 .

Jiġu riċerkati modi alternattivi għat-trattament tal-iskart tal-asbestos b’mod li jkun ambjentalment korrett hija prijorità. Il-ġerarkija tal-iskart 62 tipprijoritizza l-irkupru tal-iskart fuq ir-rimi. Sa tmiem l-2022, il-Kummissjoni se tniedi studju sabiex tidentifika t-teknoloġiji u l-prattiki tat-trattament tal-iskart tal-asbestos u se twettaq analiżi komparattiva tagħhom u tal-impatti ambjentali tagħhom. Dan jinkludi analiżi tal-lakuni fl-immaniġġar tal-iskart tal-asbestos u perspettivi futuri. Ir-riżultati tal-istudju se jintużaw sabiex jiġi evalwat jekk kwalunkwe bidla fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart hijiex iġġustifikata sabiex jittejjeb l-immaniġġar ambjentalment korrett tal-iskart li fih l-asbestos, b’mod partikolari, l-iskart mid-demolizzjoni.

Il-Kummissjoni se:

·tniedi reviżjoni tal-EU Construction and Demolition Waste Management Protocol, u tal-Guidelines for the waste audits before demolition and renovation works of buildings, b’enfasi partikolari fuq ix-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni u fuq l-asbestos (2023);

·tniedi studju sabiex jiġu identifikati l-prattiki ta’ mmaniġġar tal-iskart tal-asbestos u teknoloġiji ġodda ta’ trattament, li r-riżultati tagħhom se jintużaw sabiex jiġi evalwat jekk il-bidliet fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart humiex ġustifikati (sa tmiem l-2022).

6.Finanzjament

L-UE tipprovdi finanzjament sinifikanti permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), li tista’ tintuża sabiex tappoġġa miżuri nazzjonali għat-tneħħija tal-asbestos fil-kuntest tar-rinnovazzjonijiet. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tagħmel disponibbli EUR 723,8 biljun (fi prezzijiet attwali) f’self (EUR 385,8 biljun) u f’għotjiet (EUR 338 biljun) bħala appoġġ għall-investimenti u r-riformi fl-Istati Membri sabiex l-ekonomiji u s-soċjetajiet Ewropej isiru aktar sostenibbli, reżiljenti u ppreparati aħjar għall-isfidi u għall-opportunitajiet tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Waħda mis-seba’ inizjattivi ewlenin tal-RRF hija l-inizjattiva emblematika tar-Rinnovazzjoni, li se tkopri miljuni ta’ metri kwadri ta’ bini residenzjali u pubbliku li se jsirulu rinnovazzjonijiet kemm medji kif ukoll intensivi. L-Istati Membri jistgħu jużaw l-RRF sabiex jiffinanzjaw it-tneħħija ta’ materjali li fihom l-asbestos mill-bini bħala parti mill-ħidma ta’ rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika ppjanata fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza. L-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll fondi tal-RRF, b’mod partikolari fil-qafas tal-pilastru 6 (politiki għall-ġenerazzjoni li jmiss) u l-inizjattiva emblematika 7 (taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet) sabiex jippromwovu l-akkwist tal-ħiliet għall-ħaddiema li jimmanipulaw l-asbestos (pereżempju fis-settur tal-kostruzzjoni jew tal-immaniġġar tal-iskart) u sabiex jaġġornaw il-ħiliet tal-ħaddiema bl-għan li jissodisfaw ħtiġijiet ġodda.

Barra minn hekk, il-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej jistgħu jappoġġaw firxa ta’ miżuri relatati mar-rinnovazzjonijiet. Wieħed mill-objettivi ewlenin tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) 63 huwa li jgħin lill-Istati Membri jiffinanzjaw politiki u riformi strutturali sabiex jippromwovu t-titjib tal-ħiliet, it-taħriġ mill-ġdid u l-apprendiment tul il-ħajja għal kulħadd, u l-adattament tal-ħaddiema, tal-intrapriżi u tal-imprendituri għall-bidla. Dan jista’ jinkludi bidliet ikkawżati mill-azzjoni meħuda fil-kuntest tat-tranżizzjoni ekoloġika, bħal xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni. Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, proġetti fuq skala kbira ta’ tneħħija tal-asbestos ġew ikkofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) 64 fil-Polonja, fl-Italja u f’pajjiżi oħra. Bosta Stati Membri wrew interess li jinkludu proġetti simili fil-programmi tagħhom għall-perjodu 2021-2027. Il-Kummissjoni tista’ toffri wkoll appoġġ għall-bini tal-kapaċità amministrattiva u għall-iskambju ta’ għarfien espert u ta’ għarfien bejn l-awtoritajiet nazzjonali li jimmaniġġaw il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni permezz tal-inizjattiva REGIO Peer2Peer+, li hija disponibbli wara talba mill-Istati Membri.

Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament tal-UE disponibbli sabiex jappoġġaw ir-rinnovazzjonijiet tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika, l-Istati Membri jeħtieġ li jkunu jistgħu jidentifikaw kif jagħmlu l-aħjar użu minn dawn il-fondi sabiex ikopru wkoll l-identifikazzjoni u t-tneħħija tal-asbestos.

Il-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza jistgħu jġibu wkoll titjib sostanzjali fir-riformi u fl-investimenti fil-kura tas-saħħa , b’enfasi fuq il-prevenzjoni u fuq iż-żieda fil-kwalità tad-dijanjożi u tat-trattament, inkluż tal-pazjenti bil-kanċer. B’mod partikolari, l-investimenti fl-apparati mediċi għad-dijanjożi u għat-trattament, il-programmi onkololoġiċi nazzjonali, l-iżvilupp ta’ kura onkololoġika speċjalizzata, u l-ħolqien ta’ infrastruttura għall-prevenzjoni tal-kanċer jistgħu jsaħħu r-reżiljenza ġenerali tas-sistema tal-prevenzjoni u tal-kura tal-kanċer. Fl-aħħar nett, se jiġi implimentat u appoġġat il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer bl-użu tal-firxa kollha ta’ strumenti ta’ finanzjament tal-Kummissjoni b’total ta’ €4 biljun jiġu allokati għal azzjonijiet li jindirizzaw il-kanċer, inkluż mill-Programm EU4Health, Orizzont Ewropa u l-Programm Ewropa Diġitali.

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri:

·jagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitajiet speċifiċi kollha taħt il-programmi u l-fondi tal-UE sabiex ikopru inizjattivi li jiffokaw fuq l-iskrinjar u fuq it-tneħħija tal-asbestos;

·jintegraw l-istrateġiji tagħhom dwar it-tneħħija tal-asbestos fil-programmi u fil-politiki kollha tagħhom, b’mod partikolari fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza;

·ixerrdu informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE fil-livell reġjonali u lokali.

7. L-UE bħala mexxejja globali fil-ġlieda kontra l-asbestos

Jeħtieġ li l-UE jibqa’ jkollha rwol ewlieni globalment sabiex ittemm l-użu tat-tipi kollha ta’ asbestos. Diversi pajjiżi mhux tal-UE għadhom jipproduċu u jużaw prodotti li fihom l-asbestos, bil-produzzjoni globali li laħqet madwar 1,2 miljun tunnellata fl-2021 65 . Permezz ta’ assistenza teknika skont il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam 66 , l-UE tgħin lill-pajjiżi jissostitwixxu l-materjali tal-asbestos b’sostituti aktar sikuri, u ttejjeb id-dijanjożi bikrija, it-trattament u s-servizzi ta’ riabilitazzjoni għall-kundizzjonijiet relatati mal-asbestos.

L-UE tmexxi bl-eżempju fl-azzjoni globali biex tipproteġi lill-ħaddiema mill-asbestos, bħala parti mill-ambizzjoni tagħha li tikseb awtonomija strateġika miftuħa 67 . Bħalissa, barra mill-UE, l-Iżvizzera (0,01 f/cm3) u l-Ġappun (0,03 f/cm3) biss għandhom limitu ta’ esponiment fuq ix-xogħol aktar strett mil-limitu attwali tal-UE 68 . Bil-proposta għar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Asbestos fuq il-Post tax-Xogħol l-OEL tal-UE se jsir il-limitu l-aktar strett fid-dinja, pari mal-Iżvizzera. Fl-2017, fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), l-UE ressqet għall-ewwel darba il-ħtieġa tar-rikonoxximent formali tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali (OSH) bħala prinċipju fundamentali u dritt fuq il-post tax-xogħol. Wara ħames snin ta’ azzjoni kontinwa mill-UE, il-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol tal-2022 qablet li ambjent tax-xogħol sikur u tajjeb għas-saħħa jiġi inkluż fil-qafas tal-ILO tal-prinċipji u tad-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol. L-UE se tkompli l-ħidma tagħha mal-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol, sabiex tippromwovi ambjenti sikuri u tajbin għas-saħħa u għad-dinjità fuq il-post tax-xogħol għal kulħadd. Il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi wkoll appoġġ lill-pajjiżi kandidati u lill-kandidati potenzjali sabiex jallinjaw l-oqfsa legali tagħhom li jirregolaw is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali mad-dritt tal-Unjoni.

L-UE hija impenjata li tiżgura l-protezzjoni tal-ħaddiema fil-Ktajjen tal-Provvista Globali (GSCs). Il-Kummissjoni Ewropea dan l-aħħar adottat proposta għal Direttiva dwar id-diliġenza dovuta għas-sostenibbiltà korporattiva 69 , sabiex tiżgura li l-kumpaniji jieħdu miżuri sabiex jimminimizzaw l-impatti avversi fuq id-drittijiet tal-bniedem u fuq l-ambjent permezz tal-operazzjonijiet tagħhom fl-UE u lil hinn minnha. Dan jinkludi operazzjonijiet tas-sussidjarji tagħhom u tul il-katina tal-valur. L-UE qed tikkontribwixxi wkoll appoġġ finanzjarju għal numru ta’ proġetti internazzjonali għat-titjib tas-Sikurezza u tas-Saħħa Okkupazzjonali li huma rilevanti wkoll sabiex jiġu indirizzati r-riskji mill-asbestos 70 . L-impenn globali tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali fil-ktajjen tal-provvista globali huwa kkomplementat ulterjorment mill-involviment tagħha f’inizjattivi qafas bħall-Fond għall-Viżjoni Żero tal-G7, il-Ftehim dwar Postijiet tax-Xogħol Aktar Sikuri tal-G20, u n-Network ta’ Esperti tal-OSH.

8. Konklużjoni 

Għalkemm l-asbestos ilu pprojbit fl-UE mill-2005, għadu jikkostitwixxi theddida konsiderevoli għas-saħħa pubblika. Sabiex il-popolazzjoni tiġi protetta mill-esponiment għall-asbestos u sabiex jiġi evitat milli r-riskji jingħaddew għall-ġenerazzjonijiet iżgħar, huwa importanti li tiżdied l-azzjoni fil-livell tal-UE u dak nazzjonali sabiex jiġi identifikat u eliminat l-asbestos.

Din il-komunikazzjoni tiġi fi żmien meta l-UE hija determinata li ttejjeb ferm l-effiċjenza enerġetika tal-bini, u li tagħmel l-istokk tal-bini tagħha newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju sal-2050. Bħala parti minn dan l-għan, l-indirizzar tar-riskji għas-saħħa tal-esponiment għall-asbestos huwa essenzjali sabiex tinkiseb it-tranżizzjoni ekoloġika li tpoġġi s-saħħa pubblika u l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol deċenti fil-qalba tagħha.

Il-Kummissjoni tistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE, lill-Istati Membri, lis-sħab soċjali u lil partijiet ikkonċernati oħrajn sabiex jaċċelleraw l-azzjoni bl-għan li tinkiseb UE ħielsa mill-asbestos għall-ġenerazzjonijiet ta’ issa u tal-futur.

(1)

      https://monographs.iarc.who.int/wp-content/uploads/2018/06/mono100C-11.pdf  

(2)

      WHO/ILO Joint Estimates of the Work-related Burden of Disease and Injury

(3)

     Lassen, C. u Christens, F. (COWI); Vencovska, J; Vencovsky, D. u Garrett, S. (RPA), Schnekider, K. u Dilger, M. (FoBiG). 2021. Study on collecting information on substances with the view to analysing the health, socio-economic and environmental impacts in connection with possible amendments of Directive 98/24/EC (Chemical Agents) and Directive 2009/148/EC (Asbestos). Rapport finali għall-asbestos.

Data mill-bażi tad-data tal-2019 tal-Global Burden of Diseases, Injuries, and Risk Factors Study (GBD).

(4)

     Restrizzjonijiet fuq l-użu tal-kroċidolit bid-Direttiva tal-Kunsill 83/478 li tintroduċi restrizzjonijiet fuq l-asbestos fid-Direttiva 76/769/KEE   https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:31987L0217&from=MT u https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:31976L0769&from=mt  

(5)

     Restrizzjonijiet fuq l-użu tal-Krisotil, tal-Amosit, tal-Antofillit, tal-Attinolit u tat-Tremolit f’ġugarelli, fi prodotti maħsuba sabiex jiġu applikati bl-isprej jew f’għamla ta’ trab, f’apparati ta’ iżolament, f’żebgħat u f’verniċijiet, id-Direttiva 85/610 https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:31985L0610&from=MT

(6)

     Kroċidolit, Amosit, Antofillit, Attinolit u Tremolit.

(7)

     Ċerti apparati, żebgħat u verniċi, filtri għal-likwidi, materjal għas-superfiċje tat-triq, fillers u siġillanti, materjali iżolanti jew għall-iżolament akustiku b’densità baxxa, filtri tal-arja u filtri għall-gass, saffi ta’ taħt għall-kisi bil-plastik tal-art u tal-ħajt, tessuti (b’eċċezzjoni temporanja għad-dijaframmi) u kisi bituminuż tas-soqfa.

(8)

     Id-Direttiva 1999/77/KE bl-iskadenza għat-traspożizzjoni tal-1 ta’ Jannar 2005 https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:31999L0077&from=MT  

(9)

     Il-kontrolli fuq prodotti li jidħlu fl-UE fir-rigward tal-konformità tagħhom mar-Regolament REACH huma rregolati bir-Regolament 2019/1020 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32019R1020&from=MT

(10)

     COM(2021) 44 final https://eur-lex.europa.eu/resource.html?uri=cellar:8dec84ce-66df-11eb-aeb5-01aa75ed71a1.0002.02/DOC_1&format=PDF  

(11)

     COM(2021) 400 final https://eur-lex.europa.eu/resource.html?uri=cellar:a1c34a56-b314-11eb-8aca-01aa75ed71a1.0001.02/DOC_1&format=PDF  

(12)

       https://eur-lex.europa.eu/resource.html?uri=cellar:b828d165-1c22-11ea-8c1f-01aa75ed71a1.0002.02/DOC_1&format=PDF  

(13)

      https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/eu_renovation_wave_strategy.pdf

(14)

     Abbażi tan-notifiki attwali, tax-xejra li qed tiżdied tal-ammont ta’ skart li fih l-asbestos, tan-numru ta’ ħaddiema ċċertifikati u tat-tul tal-ħajja tal-materjali tas-siment tal-asbestos (70-80 % tal-asbestos fl-UE). Sors: RPA (2021) studju estern, ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 3

(15)

      https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2021-0427_MT.html

(16)

      https://www.eesc.europa.eu/mt/our-work/opinions-information-reports/opinions/freeing-eu-asbestos#:~:text=The%20EESC%20encourages%20the%20EU%20to%20work%20with,States%20should%20be%20encouraged%20to%20develop%20such%20registers  

(17)

      https://www.eesc.europa.eu/mt/our-work/opinions-information-reports/opinions/working-asbestos-energy-renovation-own-initiative-opinion  

(18)

      https://ec.europa.eu/info/sites/default/files/annex_0.pdf  

(19)

SDGs speċifiċi jinkludu s-saħħa tajba u l-benesseri (SDG 3), ix-xogħol deċenti u t-tkabbir ekonomiku (SDG 8), l-industrija, l-innovazzjoni u l-infrastruttura (SDG 9) u l-produzzjoni u l-konsum responsabbli (SDG 12).

(20)

     Il-mesoteljoma hija tip ta’ kanċer li jiżviluppa mis-saff irqiq ta’ tessut li jiksi ħafna mill-organi interni (magħrufin bħala l-mesotelju).

(21)

     Burgers JA, Damhuis RA. Prognostic factors in malignant mesothelioma. Lung Cancer. 2004 Aug;45 Suppl 1:S49-54. doi: 10.1016/j.lungcan.2004.04.012. PMID: 15261434.

(22)

      European Occupational Diseases Statistics (EODS) - Experimental statistics - Eurostat (europa.eu)

(23)

      Health at a Glance: Europe 2020: State of Health in the EU Cycle  

(24)

     Ara n-nota 10 f’qiegħ il-paġna

(25)

  Proposal for a Council Recommendation (CR) on Strengthening prevention through early detection: A new approach on cancer screening replacing CR 2003/878/EC (europa.eu) tal-20 ta’ Settembru 2022

(26)

      WHO/ILO Joint Estimates of the Work-related Burden of Disease and Injury  

(27)

     Mesoteljoma (7 510 mewtiet), kanċer tal-ovarji (2 032), kanċer tat-trakea, tal-bronku u tal-pulmun (61 035) u kanċer tal-larinġi (1 173). L-istudju estern tal-RPA (2021), ara n-nota 3 f’qiegħ il-paġna, data mill-bażi tad-data tal-Global Burden of Diseases, Injuries, and Risk Factors Study (GBD) 2019.

(28)

     Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/670/KE tad-19 ta’ Settembru 2003 dwar l-iskeda Ewropea tal-mard okkupazzjonali, ĠU L 238, 25.9.2003, p. 28. ĠU L 238, 25.9.2003, p. 28. https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:32003H0670&from=EN  

(29)

     Il-mard okkupazzjonali relatat mal-asbestos li bħalissa huwa inkluż fl-Anness I tar-Rakkomandazzjoni huwa dan li ġej: asbestożi; mesoteljoma wara l-inalazzjoni tat-trab tal-asbestos; kumplikazzjonijiet tal-asbestos fil-forma ta’ kanċer tal-bronki, ta’ mard fibrottiku tal-pleura, b’restrizzjoni respiratorja, ikkawżati mill-asbestos; u kanċer tal-pulmun wara l-inalazzjoni tat-trab tal-asbestos.

(30)

     B’perċentwal ta’ 52 %, il-kanċer okkupazzjonali huwa l-kawża ewlenija ta’ mwiet relatati max-xogħol fl-Unjoni Ewropea, ogħla mill-mard ċirkolatorju (24 %) u mill-korrimenti (2 %) u mill-kawżi l-oħrajn kollha (22 %). Dan huwa skont id-data tal-2017, jiġifieri l-EU27 u r-Renju Unit. https://visualisation.osha.europa.eu/osh-costs#!/  

(31)

      https://ec.europa.eu/eurostat/web/experimental-statistics/european-occupational-diseases-statistics  

(32)

     COM/2021/323 final. https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52021DC0323  

(33)

     It-tieni direttiva individwali skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 80/1107/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għal aġenti kimiċi, fiżiċi u bijoloġiċi fuq ix-xogħol (ĠU L 263, 24.9.1983, p. 25).

(34)

     ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50. https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02004L0037-20140325&from=MT  

(35)

     Ara l-evalwazzjoni ex post tal-2017 tad-Direttivi tal-UE dwar l-OSH https://eur-lex.europa.eu/legal-content/mt/TXT/?uri=CELEX:52017SC0010  

(36)

     Studju ta’ appoġġ għall-evalwazzjoni disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=17060&langId=mt  

(37)

     Jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni fil-livell tal-UE, u meta jitqiesu biss l-okkupazzjonijiet li fihom bħalissa jseħħ l-esponiment għall-asbestos, huwa stmat li matul l-40 sena li ġejjin, fl-EU-27 se jseħħu 884 każ ta’ kanċer okkupazzjonali. Huwa previst ukoll li matul l-istess perjodu 707 ħaddiema se jmutu b’kanċer attribwit għall-esponiment fuq ix-xogħol għall-asbestos. F’termini ta’ kostijiet tas-saħħa, huwa stmat li l-każijiet tal-kanċer se jiswew bejn EUR 228 u EUR 438 miljun.

(38)

     Għal aktar informazzjoni dwar il-metodoloġiji tal-kejl ara l-opinjoni tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi https://echa.europa.eu/documents/10162/30184854/OEL_asbestos_Final_Opinion_en.pdf/cc917e63-e0e6-e9cd-86d2-f75c81514277  

(39)

     Ara https://osha.europa.eu/mt/facts-and-figures/workers-exposure-survey-cancer-risk-factors-europe għal aktar informazzjoni. L-istħarriġ inizjalment se jitwettaq f’għażla ġeneralment rappreżentattiva ta’ sitt Stati Membri tal-UE li jkopru 24 fattur tar-riskju tal-kanċer, inklużi riskji kimiċi u fiżiċi. L-ewwel sejbiet mistennijin fl-2023.

(40)

Il-karatteristiċi analizzati jinkludu s-sess, l-età, il-pajjiż tat-twelid, ix-xogħol, is-settur tal-attività, id-daqs tal-kumpanija, id-daqs tal-post tax-xogħol, l-istatus professjonali, it-tip ta’ kuntratt, u s-sigħat tax-xogħol fil-ġimgħa.

(41)

     Maduta, C., Kakoulaki, G., Zangheri, P., Bavetta, M., Towards energy efficient and asbestos-free dwellings through deep energy renovation, JRC129218, https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC129218  

(42)

     Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għall-Ewropa. Ara n-nota 13 f’qiegħ il-paġna.

(43)

41 Eż., madum tas-soqfa ċatti, pannelli kbar u żgħar tal-faċċata, pannelli tas-saqaf u tal-ħitan, protezzjoni mis-sħana u akustika kontra n-nirien u l-kondensazzjoni fuq travi, bibien u kanċelli reżistenti għad-duħħan, fran, bojlers u installazzjonijiet ta’ temperatura għolja, eċċ.

(44)

     L-Illustrazzjoni 1 turi d-diżaggregazzjoni tal-konsum tal-asbestos skont il-perjodi ewlenin tal-kostruzzjoni tal-bini fl-UE. L-istima hija bbażata fuq il-konsum apparenti tal-asbestos bejn l-1920 u l-2003 (Virta, 2006) u l-perċentwal tal-asbestos mhux maħdum użat fil-materjali tal-bini identifikati fil-letteratura; ma ġiet irrapportata l-ebda ċifra għall-konsum tal-asbestos għal Malta. Metodoloġija sħiħa fir-referenza 40.

(45)

     Ara n-nota 41 f’qiegħ il-paġna.

(46)

     Ara n-nota 41 f’qiegħ il-paġna.

(47)

     Id-Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol, ĠU L 330, 16.12.2009, p. 28. https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32009L0148&from=MT  

(48)

     Ara n-nota 41 f’qiegħ il-paġna.

(49)

      https://www.legifrance.gouv.fr/download/pdf?id=LykGmH7vMb-yJKNXCJ9VQ3z9fiEK5Q9jlNDoaaUnwUM=  

(50)

      https://www.legifrance.gouv.fr/download/pdf?id=uE3o2iaLz4ujX46N5eNQWUANnUy9niNepuHoD-nISzQ= emendat fl-2020 https://www.legifrance.gouv.fr/download/pdf?id=TtFjMCu9CIzP1bhSZJIVTvpNRp6cu4pAD6cG41mJnZw=  

(51)

     Ara n-nota 41 f’qiegħ il-paġna.

(52)

      https://eur-lex.europa.eu/resource.html?uri=cellar:0638aa1d-0f02-11eb-bc07-01aa75ed71a1.0003.02/DOC_2&format=PDF  

(53)

      https://eur-lex.europa.eu/resource.html?uri=cellar:c51fe6d1-5da2-11ec-9c6c-01aa75ed71a1.0001.02/DOC_1&format=PDF  

(54)

      https://ec.europa.eu/environment/topics/circular-economy/levels_mt  

(55)

     Ara l-Eurostat, 2018     https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Waste_statistics#Total_waste_generation

(56)

     Skont l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart “bini konness mal-art b’mod permanenti mal-art” huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva peress li ma huwiex meqjus bħala skart.

(57)

     Ara l-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni 2000/532/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart.

(58)

      https://ec.europa.eu/docsroom/documents/20509/  

(59)

      https://ec.europa.eu/growth/news/eu-construction-and-demolition-waste-protocol-2018-09-18_mt  

(60)

     Il-vitrifikazzjoni, pereżempju, li tikkonverti l-asbestos f’materjali minerali inerti, potenzjalment riċiklabbli, għandha disponibbiltà limitata ħafna fuq skala industrijali, u hija intensiva ħafna fl-enerġija. Pereżempju, l-impjant tal-kumpanija INERTAM, fi Franza, juża teknoloġija tat-torċa tal-plażma li tibdel l-iskart tal-asbestos fi ħġieġ, u li tilħaq temperaturi sa 1 600 °C, u dan jiġġenera konsum tal-enerġija u impatt klimatiku relatat kbar ħafna.

(61)

     Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE tistabbilixxi r-rekwiżiti għar-rimi sikur tal-asbestos f’landfills, u d-Direttiva 1999/31/KEE dwar ir-rimi tal-iskart f’landfills tipprovdi proċeduri minimi ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ li għandhom jitwettqu perjodikament fis-sit.

(62)

     Il-ġerarkija tal-iskart, kif stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, hija ordni ta’ prijorità għall-immaniġġar tal-iskart, li tirrifletti approċċ ġenerali skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-immaniġġar tal-iskart. Il-ġerarkija tistabbilixxi ħames modi possibbli ta’ kif jiġi ttrattat l-iskart u tagħti prijorità lil dawn il-miżuri kif ġej: 1) Il-prevenzjoni; 2) Il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid; 3) Ir-riċiklaġġ; 4) Irkupru ieħor, eż. rkupru enerġetiku; u 5) Ir-rimi. L-iskop primarju tagħha huwa li timminimizza l-effetti ambjentali negattivi mill-iskart u li żżid u tottimizza l-effiċjenza tar-riżorsi fl-immaniġġar tal-iskart u fil-politika dwaru. (Estratt mill-Gwida tal-2012 dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart https://ec.europa.eu/environment/pdf/waste/framework/guidance_doc.pdf ).

(63)

      https://ec.europa.eu/european-social-fund-plus/mt  

(64)

      https://ec.europa.eu/regional_policy/mt/funding/erdf/  

(65)

     U.S. Geological Survey, Mineral Commodity Summaries, Jannar 2022.

(66)

      http://www.pic.int/TheConvention/Overview/TextoftheConvention/tabid/1048/language/en-US/Default.aspx  

(67)

Is-sistemi tas-saħħa reżiljenti u l-pożizzjoni globali ta’ min jagħmel l-ewwel pass fl-iffissar tal-istandards, inkluż f’termini ta’ drittijiet fuq ix-xogħol, huma fost l-10 pilastri tal-awtonomija strateġika miftuħa tal-Ewropa - ara COM/2021/750 final.

(68)

Ara n-nota 3 f’qiegħ il-paġna

(69)

     COM(2022) 71 final https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:52022PC0071&from=MT  

(70)

     L-UE tikkontribwixxi għall-Fond għall-Viżjoni Żero (VZF) tal-ILO billi tiffinanzja, b’EUR 1,8 miljun mill-Programm tal-UE għall-Impjiegi u għall-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), proġett għat-titjib tas-Sikurezza u tas-Saħħa Okkupazzjonali fil-katina tal-provvista globali. Tiffinanzja wkoll b’EUR 0,5 miljun il-proġett “Il-mili tal-lakuni fid-data u fl-għarfien dwar l-OSH fil-GSCs sabiex jissaħħaħ il-mudell ta’ responsabbiltà kondiviża”. Il-proġett għandu l-għan li jiżgura li jkun hemm disponibbli għarfien azzjonabbli dwar l-OSH u l-GSCs, sabiex jappoġġa t-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-industrija, tal-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati, u sabiex jinforma l-iżvilupp ta’ strateġiji għall-industrija kollha sabiex jiġu indirizzati b’mod sostenibbli l-aktar sfidi persistenti tal-OSH. Il-proġett jipprovdi data aġġornata, disponibbli u diżaggregata skont is-sessi dwar l-inċidenza ta’ aċċidenti fatali u mhux fatali, ta’ korrimenti u ta’ mard fuq il-post tax-xogħol fil-pajjiżi tal-proġett VZF.