Brussell, 30.6.2021

SWD(2021) 167 final

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI - RAPPORT FIL-QOSOR

Li jakkumpanja d-dokument

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni

Viżjoni fit-tul għaż-Żoni Rurali tal-UE - Lejn żoni rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi sal-2040

{COM(2021) 345 final} - {SWD(2021) 166 final}


1. INTRODUZZJONI: OBJETTIVI U PARTIJIET IKKONĊERNATI 

Dan ir-rapport jippreżenta l-eżitu tal-linji differenti ta’ konsultazzjoni mwettqa bħala sostenn għall-Komunikazzjoni “Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE - Lejn żoni rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi”. Il-ħtieġa li titfassal viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali ġiet sottolinjata fil-linji gwida politiċi tal-President von der Leyen u fl-ittri ta’ missjoni lill-Viċi President Šuica (id-Demokrazija u d-Demografija), lill-Kummissarju Wojciechowski (l-Agrikoltura) u lill-Kummissarju Ferreira (il-Koeżjoni u r-Riformi).

Bħala parti integrali mill-prijorità “Spinta Ġdida għad-Demokrazija Ewropea” tal-Kummissjoni von der Leyen, il-konsultazzjoni pubblika kienet immirata biex tintlaħaq parteċipazzjoni qawwija miċ-ċittadini u mill-partijiet ikkonċernati ħalli jitkejlu l-prijoritajiet (i) għaż-żoni rurali llum u (ii) għaż-żoni rurali tal-futur.

1 L-istrateġija ta’ konsultazzjoni tfasslet biex tagħti attenzjoni partikolari lill-persuni li jgħixu fiż-żoni rurali kif ukoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif deskritt fl-ittra ta’ missjoni lill-Viċi President għad-Demokrazija u d-Demografija, Dubravka Šuica. Il-proċess tal-konsultazzjoni laħaq il-qofol tiegħu fil-, organizzata online bejn it-22 u s-26 ta’ Marzu 2021.

Il-proċess kien jinkludi l-elementi ta’ konsultazzjoni li ġejjin:

Illustrazzjoni 1. Linji ta’ konsultazzjoni għall-Viżjoni fit-tul għaż-Żoni Rurali tal-UE

Dawn il-passi ta’ konsultazzjoni kienu ppjanati sabiex jintlaħqu l-partijiet ikkonċernati identifikati permezz tal-immappjar imwettaq fl-istrateġija ta’ konsultazzjoni, li kien identifika l-gruppi li ġejjin:

·Il-bdiewa u l-organizzazzjonijiet tagħhom (fil-livell tal-UE, nazzjonali u lokali)

·Il-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tagħhom (fil-livell tal-UE, nazzjonali u lokali)

·Is-Settur Privat – upstream-downstream (id-distribuzzjoni fil-katina alimentari eċċ.), in-negozji rurali (fil-livell tal-UE, nazzjonali u lokali)

·L-Awtoritajiet tal-Istati Membri (il-Gvernijiet, il-Parlamenti, l-Awtoritajiet Pubbliċi)

·L-awtoritajiet reġjonali/lokali

·L-NGOs ambjentali (fil-livell tal-UE, nazzjonali u lokali)

·Assoċjazzjonijiet, NGOs u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili oħra (fil-livell tal-UE, nazzjonali u lokali)

·In-networks rurali (fil-livell tal-UE, nazzjonali u reġjonali)

·L-akkademiċi, l-esperti

·Gruppi u individwi interessati oħra

2 Il-konsultazzjoni saret fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19. Il-biċċa l-kbira tal-iskambji u l-konsultazzjonijiet twettqu virtwalment, minbarra għadd limitat ta’ avvenimenti lokali organizzati min-networks rurali. Il-gruppi ta’ partijiet ikkonċernati identifikati kollha ntlaħqu permezz tal-attivitajiet ta’ konsultazzjoni differenti.

2. METODOLOĠIJA U ODOD 

Il-Kummissjoni ġabret feedback kemm dwar il-pjan direzzjonali tagħha kif ukoll dwar il-konsultazzjoni pubblika online (OPC - online public consultation) permezz ta’ kwestjonarji online. Il-feedback dwar il-pjan direzzjonali ġie analizzat b’mod kwantitattiv u kwalitattiv biex jiġu identifikati l-isfidi, l-opportunitajiet u l-prijoritajiet għall-azzjoni. Il-konsultazzjoni pubblika online għaqqdet taħlita ta’ mistoqsijiet magħluqa (fejn ir-rispondenti wieġbu minn għażla ta’ tweġibiet magħżula minn qabel) u mistoqsijiet miftuħa (fejn kienu liberi li jiktbu kwalunkwe tweġiba li riedu sa massimu ta’ 1 000 karattru għal kull tweġiba). Il-kwestjonarju tal-OPC iffoka fuq tliet aspetti ewlenin: (i) iż-żoni rurali llum, (ii) iż-żoni rurali tal-futur u (iii) il-governanza taż-żoni rurali.

3 4 Diversi mistoqsijiet tal-Ewrobarometru Speċjali 504 għamlu referenza għas-sitwazzjoni taż-żoni rurali, għal kif l-affarijiet inbidlu mill-2009 sal-2020, u għall-objettivi tal-iżvilupp rurali, it-tieni pilastru tal-Politika Agrikola Komuni (PAK). Dan l-istħarriġ twettaq fl-EU27 bejn it-3 ta’ Awwissu u l-15 ta’ Settembru 2020. B’kollox, ġew intervistati 27 237 ċittadin tal-UE minn kategoriji soċjali u demografiċi differenti, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet wiċċ imb wiċċ fil-lingwa nattiva tagħhom. Minħabba l-impatt tal-COVID-19 u l-miżuri sussegwenti tas-saħħa u s-sikurezza, ma kienx possibbli ssir intervista wiċċ imb wiċċ jew kienet possibbli biss sa ċertu punt f’xi pajjiżi u ġiet sostitwita minn intervisti online. Twettaq ukoll l-Ewrobarometru Flash 491 apposta fl-EU27 bejn id-9 u t-18 ta’ April 2021 li vvaluta l-prijoritajiet li fuqhom jenħtieġ li tiffoka l-Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali. Total ta’ 25 841 ċittadin tal-UE ġew intervistati fuq it-telefown. L-istħarriġ kopra s-suġġetti li ġejjin: (1) l-investiment tal-UE fiż-żoni rurali, (2) it-trasport u l-konnessjonijiet lejn iż-żoni rurali, (3) il-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19, (4) il-problemi ambjentali fiż-żoni rurali, (5) il-parteċipazzjoni tar-residenti rurali.

L-inizjattiva tal-Viżjoni fit-tul ġiet ippreżentata wkoll f’għadd ta’ avvenimenti madwar l-UE biex jinkisbu l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rurali u l-awtoritajiet reġjonali u lokali. Għal kull avveniment, ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni identifikaw il-kwistjonijiet ewlenin enfasizzati. Saru wkoll konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati mmirati mal-awtoritajiet nazzjonali li jittrattaw l-iżvilupp rurali permezz tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Iżvilupp Rurali u l-partijiet ikkonċernati tal-iżvilupp rurali permezz tal-Grupp ta’ Djalogu Ċivili dwar l-Iżvilupp Rurali, u f’laqgħat ta’ governanza tan-Networks Rurali tal-UE. L-eżerċizzju parteċipattiv ta’ prospettiva għall-iżvilupp tal-Viżjoni, immexxi miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, twettaq f’sensiela ta’ laqgħat ta’ Grupp Tematiku dwar il-Viżjoni Rurali fit-Tul, li ġie stabbilit taħt in-Network Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (ENRD).

5 6 Barra minn hekk, bl-appoġġ tal-ENRD, il-Kummissjoni ħejjiet pakkett ta’ ħidma “Merħba fir-Rural Tagħna”, ipprovdut fi 22 lingwa tal-UE u disponibbli online, li minnu n-networks rurali nazzjonali (NRN) u partijiet ikkonċernati rurali oħrajn jistgħu jniżżlu materjal li jippermettilhom jorganizzaw avvenimenti parteċipattivi lokali li jiffokaw fuq iż-żona lokali tagħhom stess u l-iżviluppi probabbli u mixtieqa tagħha minn issa sal-2040. Ir-riżultati ġew irrapportati lura lill-Kummissjoni fi “skedi tal-ħsad” li jissintesizzaw ir-riżultati tad-diskussjonijiet tas-sessjonijiet ta’ ħidma. L-NRN adattaw il-materjal għall-kundizzjonijiet lokali tagħhom u ż-żmien u r-riżorsi li kellhom disponibbli. Xi gruppi żammew qrib ħafna mal-mudelli; xi wħud użawhom b’mod anqas strett; u oħrajn żviluppaw mezzi addizzjonali u immaġinattivi biex jirreġistraw l-ilħna rurali rigward il-viżjoni tagħhom tal-futur tal-Ewropa rurali fl-2040. Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, is-sessjonijiet ta’ ħidma saru kważi kollha virtwalment aktar milli wiċċ imb wiċċ. Aktar dettalji dwar l-eżiti jistgħu jinsabu fir-rapport tal-ENRD bit-titolu “Rural Voices: A qualitative analysis of the findings from stakeholder workshops contributing to the Long-term Vision for Rural Areas.  

7 Fl-aħħar nett fil-Ġimgħa tal-Viżjoni Rurali: Nimmaġinaw il-futur taż-żoni rurali tal-Ewropa”, ġiet organizzata konferenza parteċipattiva fuq skala kbira online mill-ENRD f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni bejn it-22 u s-26 ta’ Marzu 2021, ir-riżultati tal-linji ta’ konsultazzjoni differenti ġew ippreżentati, diskussi mal-partijiet ikkonċernati u żviluppati aktar. Ġew organizzati wkoll sessjonijiet ta’ ħidma ddedikati dwar suġġetti ewlenin (dawn kienu jinkludu 8 sessjonijiet ta’ ħidma parteċipattivi, sessjonijiet plenarji ta’ ħidma, 11-il avveniment marġinali, iċ-ċerimonja tal-Premji tal-ENRD għall-Ispirazzjoni Rurali, u suq fejn il-partijiet ikkonċernati u n-networks differenti ppreżentaw l-attivitajiet u l-inizjattivi tagħhom marbuta mal-Viżjoni). L-għan kien li jiġu pprovduti opportunitajiet massimi għall-iskambji bejn il-parteċipanti, filwaqt li jinsiltu fehmiet kollettivi dwar l-aspirazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati għall-Viżjoni rurali. Il-preżentazzjonijiet u l-informazzjoni kollha mill-avveniment huma disponibbli fuq l-ENRD.

3. ATTIVITAJIET TA’ KONSULTAZZJONI

a. Konsultazzjoni dwar il-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni

Il-konsultazzjoni dwar il-pjan direzzjonali għall-Viżjoni kienet miftuħa għall-feedback mit-22 ta’ Lulju sad-9 ta’ Settembru 2020. Din ġiet imwieġba minn total ta’ 198 parti ikkonċernata li kienu jinkludu rappreżentazzjonijiet ta’ interessi reġjonali, networks tematiċi, organizzazzjonijiet internazzjonali, awtoritajiet pubbliċi (nazzjonali, reġjonali u lokali), organizzazzjonijiet taċ-ċittadini, akkademiċi u ċittadini individwali.

8 Il-maġġoranza vasta tad-dokumenti ta’ pożizzjoni pprovduti kienu relatati mal-kontenut tal-inizjattiva aktar milli mal-pjan direzzjonali nnifsu (li kien jiffoka fuq il-proċess). Fi kwalunkwe każ, il-kontribuzzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati għal dan l-eżerċizzju ġew meqjusa wkoll matul l-analiżi tal-eżiti tal-konsultazzjoni pubblika online (OPC).

b. Konsultazzjoni pubblika online (OPC)

Il-konsultazzjoni pubblika, li kienet miftuħa mis-7 ta’ Settembru sat-30 ta’ Novembru 2020, ġabret total ta’ 2 326 tweġiba mis-27 Stat Membru kollha u 87 dokument ta’ pożizzjoni minn partijiet ikkonċernati differenti.

Illustrazzjoni 2 L-għadd ta’ rispondenti għall-konsultazzjoni pubblika skont il-pajjiż ta’ oriġini

Fir-rigward tal-kategoriji ta’ partijiet ikkonċernati li wieġbu, 62 % kienu ċittadini (52 % minnhom identifikaw ruħhom bħala li jgħixu f’żona rurali u 9 % f’żona rurali remota), 9 % negozji u assoċjazzjonijiet, 5 % istituzzjonijiet akkademiċi u ta’ riċerka, 9 % awtoritajiet pubbliċi, 7 % NGOs, 5 % networks tal-iżvilupp rurali u 2 % rispondenti oħra.

F’April 2021 sar Ewrobarometru flash biex jikkomplementa r-riżultati tal-OPC b’kampjun rappreżentattiv tal-popolazzjoni tal-UE.

9 Ir-riżultati tal-OPC jistgħu jiġu kkonsultati fis-“Sommarju tal-Fatti dwar il-konsultazzjoni pubblika dwar il-viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali u fis-“Sintesi tal-konsultazzjoni pubblika online dwar il-Viżjoni fit-Tul għaż-Żoni Rurali”.

c. Ewrobarometri

Kważi r-rispondenti kollha tal-Ewrobarometru Speċjali 504 (95 %, +3 punti perċentwali mill-2017) jaħsbu li l-agrikoltura u ż-żoni rurali huma importanti għall-futur. Meta wieħed iħares lejn ix-xejra aktar fit-tul, il-proporzjon żdied b’ħames punti perċentwali mill-2009 ’l hawn.

Ir-rispondenti ġew mistoqsija jekk l-affarijiet fiż-żoni rurali f’pajjiżhom tjibux, sarux agħar jew baqgħux qisu l-istess meta mqabbla ma’ għaxar snin ilu. Sehem akbar ta’ rispondenti jaħsbu li l-affarijiet tjiebu fir-rigward tal-aċċess għal konnessjonijiet tal-internet b’veloċità għolja u l-infrastruttura tat-trasport li tgħaqqad mal-bliet. Min-naħa l-oħra, maġġoranza relattiva wieġbu li l-affarijiet saru agħar fir-rigward tal-opportunitajiet tax-xogħol u s-servizzi tas-saħħa (illustrazzjoni 3).

Illustrazzjoni 3 QA19 tal-Ewrobarometru Speċjali 504 dwar il-bidliet fiż-żoni rurali fl-aħħar għaxar snin

10 Is-sejbiet ewlenin tal-Ewrobarometru Flash 491 jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej; il-maġġoranza (79 %) taċ-ċittadini tal-UE jappoġġaw l-idea li l-UE tagħti attenzjoni liż-żoni rurali fid-deċiżjonijiet dwar l-infiq pubbliku. Barra minn hekk, 65 % taċ-ċittadini tal-UE jaħsbu li ż-żona jew il-provinċja lokali jenħtieġ li tkun tista' tiddeċiedi kif jintnefaq l-investiment tal-UE fiż-żoni rurali. L-aktar ħtieġa ewlenija taż-żoni rurali li ssemmiet (44 %) kienet l-infrastruttura u l-konnessjonijiet tat-trasport. Fir-rigward tal-konnessjonijiet tat-trasport, ir-rispondenti taż-żoni rurali remoti jqisu li hija diffiċli jew impossibbli li jilħqu servizzi differenti bit-trasport pubbliku fiż-żona tagħhom (bejn 52 % u 59 % skont is-servizz). Ir-rispondenti miż-żoni rurali jixtiequ li jkollhom aċċess għal aktar servizzi tax-xarabank lokali. Iċ-ċittadini li jgħixu fi rħula u fi bliet kbar (61 %) huma aktar probabbli li jżuru żoni rurali meta mqabbla ma’ qabel il-pandemija tal-COVID-19. Fir-rigward tal-ambjent, il-maġġoranza tar-rispondenti wieġbu li l-problemi ambjentali huma problema immedjata għaż-żoni rurali (bejn 52 % u 65 % skont il-problema ambjentali). Filwaqt li ċ-ċittadini tal-UE huma maqsuma meta jiġu mistoqsija jekk jistgħux jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet li jaffettwaw iż-żona lokali tagħhom, ir-rispondenti kollha jixtiequ jkunu aktar involuti billi jieħdu sehem f’konsultazzjonijiet maċ-ċittadini (63 %), jattendu laqgħat jew avvenimenti organizzati fiż-żona lokali tagħhom jew jinvolvu ruħhom fi proġetti mmexxija mill-komunità (56 %) u jkunu aktar involuti permezz ta’ feeds tal-media soċjali (42 %).

d. Konsultazzjonijiet immirati permezz ta’ laqgħat, konferenzi u avvenimenti

Il-Kummissjoni użat dan l-istadju biex tesplora l-kwistjonijiet b’mod aktar profond u f’aktar dettall. Minkejja n-natura kwalitattiva tal-konsultazzjonijiet immirati mal-partijiet ikkonċernati, kien hemm livelli sorprendenti ta’ konsistenza fost il-gruppi fil-fehmiet tagħhom. Il-kwistjonijiet ewlenin enfasizzati jinkludu l-importanza tad-depopolazzjoni u l-isfida tat-tiġdid ġenerazzjonali, il-ħtieġa li jiġi żgurat l-aċċess għall-infrastruttura u għas-servizzi, b’mod partikolari, il-mobbiltà u l-konnettività, u l-ħtieġa ta’ opportunitajiet tax-xogħol.

L-anness 1 jinkludi lista dettaljata ta’ laqgħat, konferenzi u avvenimenti u kwistjonijiet ewlenin enfasizzati.

e. Pakkett ta’ Ħidma

Kif indikat fit-Taqsima 2, il-Kummissjoni Ewropea, bl-appoġġ tal-ENRD, ipprovdiet pakkett ta’ materjali biex tappoġġa l-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ ħidma parteċipattivi mal-partijiet ikkonċernati rurali. In-Networks Rurali Nazzjonali (NRN), il-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali (GAL), iċ-Ċentri ta’ Europe Direct, l-awtoritajiet lokali, iċ-ċittadini u l-gruppi komunitarji kkontribwew għall-iżvilupp mill-Kummissjoni Ewropea ta’ Viżjoni fit-Tul għaż-Żoni Rurali (LTVRA) permezz ta’ din il-linja ta’ konsultazzjoni.

Il-pakkett kien disponibbli minn Novembru 2020, u sabiex tiġi osservata l-iskeda leġiżlattiva, is-sessjonijiet ta’ ħidma kellhom ikunu tlestew sal-ewwel ġimgħa ta’ Frar 2021. Minkejja dan il-perjodu ta’ żmien qasir ħafna, kien hemm rispons impressjonanti mill-partijiet ikkonċernati lokali, b’sessjonijiet ta’ ħidma organizzati f’19-il Stat Membru u b’170 kontribuzzjoni riċevuta , bl-involviment ta’ aktar minn 3 000 ċittadin rurali bħala parteċipanti attivi.

Ħarsa ġenerali pprovduta mill-ENRD tal-messaġġi ewlenin li ħarġu mis-sessjonijiet ta’ ħidma tal-partijiet ikkonċernati dwar il-Viżjoni Rurali hija inkluża fl-anness 2.

f. Il-Ġimgħa tal-Viżjoni Rurali

Il-konferenza parteċipattiva ta’ ġimgħa (organizzata mill-ENRD f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea): “Il-Ġimgħa tal-Viżjoni Rurali: Nimmaġinaw il-futur taż-żoni rurali tal-Ewropa” ġiet organizzata bħala avveniment online mit-22 sas-26 ta’ Marzu 2021.

Id-diskussjonijiet parteċipattivi matul l-avveniment kienu ffukati fuq żewġ mistoqsijiet ewlenin:

a.Liema huma l-ideat ewlenin li jridu jagħmlu parti mill-viżjoni; u

b.X’inhuma l-bidliet/il-kundizzjonijiet ewlenin li għandna bżonn biex nilħqu l-viżjoni minn fejn ninsabu llum.

Il-Ġimgħa tal-Viżjoni Rurali attirat livell għoli ta’ interess b’total ta’ 1 365 reġistrazzjoni riċevuta u 600 parteċipant “b’mod dirett” differenti. Attendew parteċipanti mis-27 Stat Membru u minn 8 pajjiżi mhux tal-UE. L-avveniment kien jinvolvi aktar minn 60 kelliem, aktar minn 3 000 żjara fis-suq, u aktar minn 6 000 view tal-paġna web tal-avveniment. L-avveniment kellu wkoll livell għoli ta’ rapportar fuq il-media soċjali bl-interazzjoni ta’ aktar minn 13 000 persuna permezz ta’ Facebook. It-tixrid tal-avveniment jista’ jintwera wkoll mill-Premji għall-Innovazzjoni Rurali, li rrikonoxxew proġetti appoġġati mill-FAEŻR f’għadd ta’ oqsma tematiċi madwar “Il-Futur Rurali Tagħna”, marbuta mal-Viżjoni, li kellhom aktar minn 10 000 vot fil-kategorija tal-Vot Popolari.

11 Il-preżentazzjonijiet, ir-reġistrazzjonijiet tas-sessjonijiet plenarji u l-messaġġi ewlenin mill-Ġimgħa tal-Viżjoni Rurali huma disponibbli online fuq is-sit web tal-ENRD.

g. L-interazzjoni mal-Parlament Ewropew

12 Fid-29 ta’ Jannar 2021, Norbert Lins, membru tal-Parlament Ewropew (MEP) u l-President tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, ippreżenta mistoqsija orali f’isem il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali lill-Kummissjoni rigward il-Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali. Il-kwistjonijiet ewlenin imqajma fil-mistoqsija orali jirreferu għall-koordinazzjoni bejn il-politiki differenti tal-UE involuti; l-involviment tal-awtoritajiet rurali reġjonali u lokali; l-armonizzazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u l-adattamenti għall-istrumenti tal-PAK bil-Viżjoni; u l-finanzjament għaż-żoni rurali taħt il-PAK u l-politika ta’ koeżjoni. Il-Kummissarju Wojciechowski wieġeb f’isem il-Kummissjoni.

Fl-4 ta’ Frar 2021 saret “Laqgħa konġunta tal-Kummissjoni għar-Riżorsi Naturali tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-Kumitat għall-Agrikoltura tal-Parlament Ewropew dwar viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali”. Il-membri taż-żewġ istituzzjonijiet ddiskutew modi kif jagħtu spinta lill-irkupru fiż-żoni rurali tal-Ewropa u jippermettu lir-reġjuni jkomplu jaqdu r-rwol tagħhom fit-tħejjija u l-ġestjoni tal-PAK futura. L-MEP u l-mexxejja lokali qablu li l-politika futura tal-UE dwar l-iżvilupp rurali trid tkun aktar ambizzjuża u għandu jkun fiha qafas ta’ politika konkret li jiġi mmonitorjat u evalwat.

h. Interazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) u mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE)

Il-KESE adotta opinjoni “Approċċ integrat għaż-żoni rurali tal-UE, b’enfasi speċjali fuq ir-reġjuni vulnerabbli” f’Settembru 2020. Il-KtR ukoll adotta opinjoni dwar l-azzjoni li hija meħtieġa li titwettaq għaż-żoni rurali f’Diċembru 2020, “Strateġija tal-UE għall-Irkupru Rurali”. Il-Kummissjoni Ewropea rreferiet għall-Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali bħala mod kif jiġu implimentati għadd ta’ talbiet tagħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea f’diversi okkażjonijiet interaġiet maż-żewġ kumitati dwar il-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni rurali u t-tweġiba politika meħtieġa.

i. Laqgħat tal-Viċi President Šuica u tal-Kummissarju Wojciechowski ma’ partijiet ikkonċernati ewlenin

Minn Settembru 2020 ’l hawn, il-Viċi President Šuica u l-Kummissarju Wojciechowski bdew jiltaqgħu ma’ partijiet ikkonċernati ewlenin involuti fil-viżjoni fit-tul. Il-pożizzjonijiet ta’ dawn il-partijiet ikkonċernati rriflettew dawk espressi hawn fuq.

4. INTERDIPENDENZI U KONSISTENZI FIL-KONTRIBUZZJONIJIET MILL-PARTIJIET IKKONĊERNATI

Hemm grad għoli ta’ konsistenza bejn il-kontribuzzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati fi gruppi differenti u s-sejbiet li ħarġu minn kull waħda mil-linji ta’ konsultazzjoni. It-tħassib primarju tal-gruppi tal-partijiet ikkonċernati huwa elenkat hawn taħt.

(I)Il-ħtiġijiet u l-isfidi urġenti għaż-żoni rurali:

-L-infrastruttura; l-infrastruttura tat-trasport u l-infrastruttura tal-konnettività.

-In-nuqqas ta’ servizzi bażiċi u kumditajiet; servizzi pubbliċi ta’ kwalità baxxa (skejjel, kura tas-saħħa u soċjali, trasport pubbliku), opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità, konnettività ta’ kwalità, banek, uffiċċji postali u problemi relatati mal-ġestjoni tal-ilma.

-Nuqqas ta’ impjiegi ta’ kwalità u opportunitajiet ta’ impjiegi ta’ kwalità.

-Livelli ta’ introjtu baxx.

-Tiġdid ġenerazzjonali limitat fl-agrikoltura.

-It-tixjiħ tal-popolazzjoni u b’mod speċjali t-tnaqqis drammatiku fil-popolazzjoni f’xi żoni rurali.

-Akkomodazzjoni insuffiċjenti u mhux xierqa għal ċerti Stati Membri.

-Theddid għall-ambjent.

-Bini tal-kapaċità: il-ħtieġa li tiġi żviluppata t-tmexxija komunitarja, appoġġ għall-attivitajiet komunitarji u n-networking.

-Nuqqas ta’ parteċipazzjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet: il-promozzjoni tal-inklużjoni u l-involviment, qafas ta’ governanza ċċarat li jinkorpora rabtiet vertikali u orizzontali.

(II)L-opportunitajiet għaż-żoni rurali:

Opportunitajiet ekonomiċi:

-L-implimentazzjoni u t-tħaddin tal-innovazzjoni (innovazzjoni ekonomika u innovazzjoni soċjali, inkluż in-networking biex tiżdied l-iskala).

-It-tranżizzjoni ekoloġika u l-ekonomija ekoloġika (inkluż l-agrikoltura sostenibbli, l-enerġija rinnovabbli, il-valur tas-servizzi tal-ekosistema).

Attraenza:

-Kwalità tal-ħajja ogħla (prossimità għan-natura).

-Is-sens ta’ appartenenza. 

-L-inklużjoni u l-involviment.

5. MESSAĠĠI EWLENIN MILL-PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI

Wara li ġew analizzati r-riżultati tal-proċess ta’ konsultazzjoni elenkati hawn fuq, huwa possibbli li l-kontribut jiġi kkategorizzat f’(i) Il-ħtiġijiet u l-isfidi urġenti għaż-żoni rurali, (ii) L-opportunitajiet għaż-żoni rurali, (iii) Elementi ewlenin għall-iżvilupp tal-istrateġija u (iv) Azzjonijiet speċifiċi proposti.

(I)Il-ħtiġijiet u l-isfidi urġenti għaż-żoni rurali:

Il-partijiet ikkonċernati wrew livell għoli ta’ unanimità meta tkellmu dwar l-infrastruttura fiż-żoni rurali. Hemm perċezzjoni ġeneralizzata ta’ nuqqas ta’ infrastruttura ta’ kwalità tajba għal diversi żoni rurali; l-infrastruttura tat-trasport u l-infrastruttura tal-konnettività.

Fir-rigward tal-konnettività, ġie enfasizzat l-aċċess inadegwat u xi drabi batut ħafna għall-infrastruttura diġitali f’għadd ta’ żoni rurali. Barra minn hekk, il-partijiet ikkonċernati indikaw il-ħiliet diġitali baxxi tal-popolazzjoni rurali u l-livell baxx ta’ innovazzjoni diġitali fl-SMEs rurali. Dawn it-tliet elementi jaffettwaw b’mod negattiv il-kapaċità taż-żoni rurali li jaderixxu mat-trasformazzjoni diġitali.

In-nuqqas ta’ servizzi bażiċi u kumditajiet. F’diversi reġjuni rurali, hemm nuqqas ta’ servizzi pubbliċi ewlenin, servizzi bħat-trasport pubbliku, opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità, banek, uffiċċji postali u problemi relatati mal-ġestjoni tal-ilma. Il-biċċa l-kbira tal-linji ta’ konsultazzjoni enfasizzaw il-problema ta’ servizzi pubbliċi, skejjel u kura tas-saħħa u soċjali ta’ kwalità baxxa, problemi li jintensifikaw aktar ma tkun remota ż-żona rurali.

F’ċerti Stati Membri, il-partijiet ikkonċernati semmew ukoll is-sitwazzjoni ta’ akkomodazzjoni insuffiċjenti u mhux xierqa fiż-żoni rurali biex jissodisfaw il-ħtiġijiet attwali. Pereżempju, in-nuqqas ta’ kiri ta’ djar affordabbli jew id-diffikultà biex jinstabu proprjetajiet għall-bejgħ.

Iċ-ċittadini tal-UE jqisu t-theddid għall-ambjent fost il-ħtiġijiet li għandhom jiġu indirizzati fiż-żoni rurali. L-aktar kwistjoni msemmija hija l-impatt antropoġeniku fuq il-bijodiversità, il-kwalità tal-ilma u t-tibdil fil-klima.

Il-partijiet ikkonċernati esprimew b’mod konsistenti l-ħtieġa ta’ bini tal-kapaċità biex jiġu żviluppati t-tmexxija komunitarja u biex jiġu appoġġati l-organizzazzjonijiet u l-attivitajiet komunitarji. Hemm ħafna kapaċità eżistenti għal appoġġ soċjali reċiproku, iżda teħtieġ appoġġ biex tiġi żviluppata, speċjalment f’żoni fejn il-popolazzjoni qed tonqos.

Hemm ħtieġa ta’ aktar parteċipazzjoni tal-komunitajiet rurali fit-teħid ta’ deċiżjonijiet li jaffettwawhom. Din teħtieġ miżuri attivi biex jintlaħqu u jiġu involuti l-membri kollha tal-komunità, inkluż iż-żgħażagħ u dawk li waslu reċentement, u qafas ta’ governanza xieraq.

Il-ħtiġijiet ekonomiċi u l-opportunitajiet ekonomiċi huma essenzjali biex tiġi appoġġata l-popolazzjoni fiż-żoni rurali. In-nies li jgħixu f’żoni rurali għandhom nuqqas ta’ impjiegi ta’ kwalità u opportunitajiet tax-xogħol ta’ kwalità. Ċerti partijiet ikkonċernati enfasizzaw li fiż-żoni rurali, l-isfruttament tal-valur miżjud reġjonali huwa limitat, inkluż permezz tat-turiżmu. F’ċerti żoni rurali, in-nuqqas ta’ diversifikazzjoni ekonomika u ta’ attività ekonomika joħloq inqas opportunitajiet ta’ xogħol u b’hekk jikkontribwixxi għaċ-ċirku vizzjuż. Livelli ta’ introjtu aktar baxx, bħal fis-settur agrikolu, ma jiffavorixxux ir-residenza ta’ persuni f’żoni rurali, u minbarra dan, għandhom rwol negattiv fin-nuqqas ta’ kapaċità ta’ investiment ta’ intraprendituri potenzjali. Huma meħtieġa sforzi biex jinżammu t-teħid tad-deċiżjonijiet kummerċjali u l-valur miżjud fiż-żoni rurali, minflok jiġu esportati kemm il-poter kif ukoll il-qligħ.

L-agrikoltura għadha titqies bħala settur li jiżgura s-sostenibbiltà taż-żoni rurali, kif ukoll is-settur agroalimentari usa’. Madankollu, l-agrikoltura ssofri minn tiġdid ġenerazzjonali limitat u hija pperikolata mill-vijabbiltà ta’ azjendi agrikoli żgħar. Hemm ħtieġa rikonoxxuta li l-agrikoltura ssir aktar sostenibbli.

Iż-żoni rurali jsofru minn tibdil demografiku bħat-tixjiħ tal-popolazzjoni u b’mod speċjali tnaqqis drammatiku fil-popolazzjoni f’xi żoni rurali. Jeħtieġ li r-reġjuni f’riskju jiġu identifikati u li jiġu adottati miżuri li jfittxu riekwilibriju territorjali. Xi partijiet ikkonċernati jappoġġaw miżuri ta’ diskriminazzjoni pożittiva għal reġjuni li qed jesperjenzaw depopolazzjoni. Huma meħtieġa approċċi innovattivi għall-forniment tas-servizzi, b’mod partikolari f’dawn iż-żoni.

Għandu jiġi enfasizzat li aktar minn 40 % tar-rispondenti tal-OPC li jgħixu f’żoni rurali jħossuhom li ntesew mis-soċjetà; is-sehem huwa ogħla fost iċ-ċittadini li jgħixu f’żoni rurali remoti. Ir-raġunijiet għal din il-perċezzjoni miċ-ċittadini rurali jirreferu għal: infrastruttura u servizzi deterjorati; nuqqas ta’ opportunitajiet ekonomiċi; l-ebda kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet speċifiċi fit-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi.

(II)Opportunitajiet għaż-żoni rurali:

Opportunitajiet ekonomiċi:

·L-agrikoltura titqies li tiżgura s-sostenibbiltà permezz tal-ħolqien tal-impjiegi, l-aċċess għal ikel ta’ kwalità għolja u affordabbli, u ż-żamma tal-pajsaġġi rurali. Filwaqt li ż-żoni rurali mhumiex biss l-agrikoltura, l-agrikoltura għad għandha rwol ewlieni fin-nisġa rurali. L-agrikoltura sostenibbli għandha rwol importanti fit-tranżizzjoni lejn l-ekonomija ekoloġika, u fl-iżgurar tar-reżiljenza fiż-żoni rurali. Fil-futur, l-agrikoltura jenħtieġ li tkun aktar sostenibbli, ikollha konnessjonijiet lokali aktar b’saħħithom (ktajjen tal-provvista qosra) u ktajjen tal-valur diversi. Barra minn hekk, jeħtieġ li jibqa’ jsir investiment fit-taħriġ tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ bdiewa u esperti fl-“indikazzjonijiet ġeografiċi” (IĠ) li jistgħu jieħdu f’idejhom l-attivitajiet, peress li t-tiġdid ġenerazzjonali jinsab f’riskju.

·L-implimentazzjoni u t-tħaddin tal-innovazzjoni fl-aspetti kollha huma essenzjali għall-futur taż-żoni rurali – diġitali, tal-produzzjoni, soċjali, immexxija mill-komunità. L-innovazzjonijiet soċjali – immexxija mill-komunità u bbażati fuq il-komunità – huma partikolarment rilevanti għaż-żoni rurali, u jeħtieġ li jiġu msaħħa u mrawma għall-futur. L-aċċess għall-opportunitajiet ekonomiċi huma meqjusa bħala wieħed mill-fatturi ewlenin għal żoni attraenti fuq medda ta’ żmien twila.

It-tranżizzjoni ekoloġika:

·It-tranżizzjoni ekoloġika jenħtieġ li titqies bħala benefiċċju, mhux piż. Iż-żoni rurali jinsabu f’pożizzjoni tajba biex jibnu fuq l-assi naturali tagħhom b’enfasi akbar fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih. Dan jeħtieġ rikonoxximent aħjar tas-servizzi tal-ekosistema, u approċċ inklużiv li jappoġġa tranżizzjoni ġusta.

Is-servizzi u l-konnettività:

·L-attraenza taż-żoni rurali hija kkundizzjonata minn diversi fatturi, speċjalment mill-forniment ta’ servizzi (elettroniċi)(saħħa u edukazzjoni), konnettività aħjar tal-internet u aktar persuni li jgħixu f’żoni rurali. L-aċċess għall-faċilitajiet tal-kura huwa meqjus bħala wieħed mill-fatturi ewlenin għal żoni attraenti fuq medda ta’ żmien twila.

·Approċċi għall-mobbiltà innovattivi u alternattivi jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż u l-impatt fuq il-klima, u jtejbu l-aċċessibbiltà.

Attraenza:

·Kwalità tal-ħajja ogħla, il-prossimità għan-natura u sens ta’ appartenenza huma fost id-diversi raġunijiet biex wieħed jibqa’ jew imur jgħix f’żoni rurali.

·L-importanza tas-sens ta’ appartenenza hija element ewlieni tal-attraenza għaż-żoni rurali. Iż-żoni rurali fl-2040 jenħtieġ li jkunu miftuħin u li jaraw li kulħadd iħossu inkluż irrispettivament mill-grupp etniku, il-ġeneru, l-età, id-diżabilità, u l-oriġini. Dan jeħtieġ li ssir ħidma fuq il-ħtiġijiet kemm ta’ persuni ġodda kif ukoll ta’ residenti attwali.

·L-importanza li jiġi ppreservat il-karattru “rurali” ġiet enfasizzata wkoll (“ir-rurali jenħtieġ li jibqa’ rurali”).

·L-apprezzament taż-żoni rurali wara l-pandemija (inqas folol, inqas kontaminazzjoni; it-telexogħol jippermetti x-xogħol mill-kampanja)

Minbarra l-analiżi tal-opportunitajiet u l-ħtiġijiet enfasizzati, element ewlieni għaż-żoni rurali huwa li tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom, li jfisser li ż-żoni rurali jimxu lejn tranżizzjoni ġusta, ekoloġika u inklużiva. Ir-reżiljenza tinkludi elementi soċjali, ekoloġiċi u ekonomiċi. Il-partijiet ikkonċernati jqisu li l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti tista’ żżid il-valur, madankollu qed issir ħafna enfasi fuq id-diversità. Id-diversifikazzjoni u l-kooperazzjoni huma elementi ewlenin importanti tar-reżiljenza rurali.

(III)Elementi ewlenin għall-istrateġija:

Il-proċessi differenti ta’ konsultazzjoni enfasizzaw il-ħtieġa ta’ strateġija olistika fit-tul, fuq skala xierqa, żviluppata permezz ta’ proċessi minn isfel għal fuq li jinvolvu lill-komunitajiet lokali: b’approċċ olistiku, inklużiv, flessibbli u bbażat fuq il-post. Il-parteċipanti fil-linji ta’ konsultazzjoni indikaw l-elementi li ġejjin li għandhom jiġu indirizzati mill-Viżjoni:

·It-titjib tal-aċċess għall-infrastruttura u s-servizzi. Xi partijiet ikkonċernati appoġġaw l-istabbiliment ta’ minimu bażiku (parametru referenzjarju) għad-disponibbiltà tal-infrastruttura/tas-servizzi fiż-żoni rurali.

·Il-ħolqien tal-impjiegi u l-appoġġ għall-intraprenditorija u l-innovazzjoni rurali. L-importanza li tiġi appoġġata l-innovazzjoni, l-implimentazzjoni u t-tħaddin tal-innovazzjoni fl-aspetti kollha – diġitali, tal-produzzjoni, soċjali, immexxija mill-komunità – hija essenzjali. L-innovazzjonijiet soċjali – immexxija mill-komunità u bbażati fuq il-komunità – huma partikolarment rilevanti għaż-żoni rurali, u jeħtieġ li jiġu msaħħa u mrawma għall-futur.

·It-titjib tal-konnettività u s-soluzzjonijiet diġitali li jappoġġaw lill-irħula intelliġenti biex ifeġġu u jiżviluppaw Il-broadband huwa infrastruttura bażika, fuq l-istess livell bħall-ilma u l-elettriku. Sabiex isir l-aħjar użu mid-diġitalizzazzjoni, hemm bżonn li jiġu żviluppati ħiliet u applikazzjonijiet imfassla apposta għall-ħtiġijiet rurali permezz ta’ ekosistemi diġitali. L-infrastruttura, il-ħiliet u l-applikazzjonijiet jenħtieġ li jkunu disponibbli, affordabbli u aċċessibbli. Taħriġ u appoġġ xierqa biex jiġi żviluppat il-litteriżmu diġitali huma kruċjali.

·L-ilħuq tal-miri dwar il-klima, l-enerġija u l-bijodiversità. Il-bini fuq l-assi naturali taż-żoni rurali biex jikkontribwixxu għall-miri nazzjonali, fi ħdan qafas ta’ politika u regolatorju xieraq li jżomm is-sjieda, il-kontroll u l-valur fil-komunitajiet rurali.

·L-indirizzar tal-isfidi demografiċi inkluż id-depopolazzjoni, it-tiġdid ġenerazzjonali u l-inugwaljanza bejn il-ġeneri.

L-impjiegi u l-innovazzjoni, l-aċċess għall-infrastruttura u s-servizzi, kif ukoll il-konnettività diġitali huma identifikati bħala l-prijoritajiet ewlenin għall-Viżjoni fit-tul u l-Pjan ta’ Azzjoni Rurali tal-UE.

Il-proċessi ta’ konsultazzjoni differenti enfasizzaw  l-importanza ta’ approċċ minn isfel għal fuq li jista’ jqis id-diversità taż-żoni rurali u jinvolvi lill-komunitajiet rurali. Il-viżjoni jeħtieġ li tippromwovi l-inklużjoni u l-involviment tal-firxa sħiħa ta’ gruppi differenti (iż-żgħażagħ, il-migranti, l-anzjani, in-nisa, il-minoranzi, eċċ.). Żoni vibranti fil-futur jiddependu fuq il-konnessjonijiet mibnija, il-fiduċja, id-diversità u s-sjieda ta’ kwalunkwe politika. B’approċċi minn isfel għal fuq, bi flessibbiltà u bi sjieda reali tal-attivitajiet, jinħolqu ħafna opportunitajiet fejn jirbaħ kulħadd – li jġibu benefiċċji soċjali, ekonomiċi u ambjentali lill-komunità lokali u lil hinn minnha. Barra minn hekk, hemm il-ħtieġa li jkun hemm kooperazzjoni fil-livelli kollha. L-iskambji, il-ħidma flimkien u l-ħolqien ta’ konnessjonijiet (komunikazzjoni miftuħa) huma kruċjali fil-livelli kollha, u għat-tipi kollha ta’ attività (ekonomika, soċjali u ambjentali), peress li jistgħu jġibu l-esperjenzi, jippermettu l-appoġġ u jlaqqgħu flimkien lill-komunitajiet. Peress li ż-“Żgħir ma jistax jagħmel kollox waħdu”, il-bini ta’ aġendi komuni huwa importanti ħafna.

·Ħafna parteċipanti enfasizzaw l-iskop tal-użu ta’ strumenti eżistenti, b’mod partikolari LEADER, biex jgħinu fit-tfassil u fit-twettiq tal-viżjoni tal-futur fil-livell lokali. Il-parteċipanti enfasizzaw l-importanza li l-komunitajiet lokali jingħataw is-setgħa billi jissaħħu l-inizjattivi eżistenti bħall-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali (GAL) u l-metodoloġija LEADER għat-tfassil ta’ azzjonijiet ta’ żvilupp rurali u l-istimolu tal-kontribut attiv tagħhom għat-tfassil tal-politika tal-UE.

·L-approċċi parteċipattivi jitqiesu wkoll li jiżguraw il-kontribut attiv u dirett tan-nies rurali fil-proċessi tat-tfassil tal-politika.

·Il-kooperazzjoni u n-networking, b’impenn fil-livell lokali, bħala alternattiva għar-rotta tradizzjonali ta’ konsolidazzjoni. In-networks jistgħu joperaw tul id-distanzi, u ma għandhomx għalfejn jinvolvu prossimità ġeografika.

·Ir-rabtiet bejn iż-żoni rurali u dawk urbani jeħtieġ li jkunu regolati minn sħubijiet ibbilanċjati li jiżguraw kundizzjonijiet ekwivalenti. Ir-rabtiet bejn iż-żoni rurali wkoll jenħtieġ li jiġu promossi.

(IV)Azzjonijiet speċifiċi proposti:

L-atturi pproponew għadd ta’ miżuri speċifiċi biex jindirizzaw l-isfidi deskritti u biex jagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitajiet enfasizzati filwaqt li jipproponu strumenti u għodod speċifiċi. Biex jiġi appoġġat l-iżvilupp rurali, il-politika tal-UE u livelli oħra ta’ gvernijiet jistgħu:

·Itejbu l-aċċess u jipprovdu appoġġ ekonomiku u finanzjarju, inkluż appoġġ għal proġetti lokali u aċċess għal finanzjament, jew finanzjament tal-UE jew investiment privat għal atturi rurali. Barra minn hekk, diversi partijiet ikkonċernati ġibdu l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li tiġi ffaċilitata l-kombinazzjoni ta’ strumenti differenti għall-iżvilupp territorjali (eż. finanzjament multiplu bejn il-FEŻR jew il-FSE+ u l-FAEŻR). Dwar is-suġġett tal-finanzjament, il-partijiet ikkonċernati semmew ukoll il-ħtieġa li titnaqqas il-burokrazija li spiss tagħmilha diffiċli li jiġu żviluppati inizjattivi pożittivi minn isfel għal fuq - it-tneħħija ta’ dawn l-ostakli se tiżblokka l-potenzjal tal-inizjattivi rurali.

·Ikompli jittejjeb l-immirar tal-politiki lejn il-ħtiġijiet lokali. Hemm il-ħtieġa ta’ oqfsa ta’ politika jew regolatorji flessibbli biex jippermettu u jappoġġaw l-azzjonijiet lokali, b’impenn politiku qawwi u b’responsabbiltà għal segwitu fil-livelli kollha – tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali. Mekkaniżmu ta’ verifika tal-impatt fuq iż-żoni rurali jista’ jeżamina politiki differenti (inklużi politiki dwar l-Għajnuna mill-Istat u politiki fiskali) minn “lenti rurali”. Il-partijiet ikkonċernati enfasizzaw li dan il-mekkaniżmu jenħtieġ li jibda immedjatament u għandu jinkludi programmi ta’ finanzjament.

·L-għoti tas-setgħa lill-komunitajiet lokali billi jissaħħu l-inizjattivi eżistenti (bħall-GAL u LEADER) u jiġi stimolat il-kontribut attiv tagħhom għat-tfassil tal-politika. Hemm ħtieġa qawwija li jitrawwem u jiġi appoġġat il-bini tal-kapaċità, jiġu involuti l-atturi lokali u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-għarfien u s-soluzzjonijiet biex jiġi żblukkat il-potenzjal għall-innovazzjoni, li fiż-żoni rurali spiss ikun kollettiv (innovazzjoni soċjali). Dan jeħtieġ li tiġi żviluppata t-tmexxija komunitarja u li jingħata appoġġ għall-attivitajiet komunitarji u n-networking. Huma meħtieġa sensara/animaturi tal-innovazzjoni lokali biex tinżera’ ż-żerriegħa tal-bidla. LEADER għandu rwol f’dan ir-rigward. Il-potenzjal taċ-ċentri rurali ġie enfasizzat ħafna.

·Jenħtieġ li tkun disponibbli data biex tappoġġa l-ħolqien ta’ mudelli ekonomiċi ffukati mhux fuq it-tkabbir, iżda fuq il-kwalità tal-ħajja/il-benesseri. Jeħtieġ li tinħoloq, tiġi kkomunikata u kondiviża/użata data, kif meħtieġ biex jiġi apparezzat il-kontribut taż-żoni rurali u tiġi segwita l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe azzjoni. Huma meħtieġa mudelli analitiċi u data biex inlestu għall-futur. F’dan il-kuntest, ġiet issuġġerita l-idea ta’ osservatorju rurali bħala mekkaniżmu possibbli li għandu jiġi stabbilit.

·Azzjonijiet oħrajn issuġġeriti kienu jikkonċernaw diversi aspetti soċjali, kulturali, ekonomiċiu ambjentali.

B’mod ġenerali, hemm appoġġ qawwi ħafna madwar l-UE għal Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali bi pjan ta’ azzjoni.

6. KIF TQIES IL-FEEDBACK 

Il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati dwar il-viżjoni fit-tul u l-azzjonijiet meħtieġa ġew analizzati u ttieħdu inkunsiderazzjoni kemm jista’ jkun. Għalhekk, il-Komunikazzjoni dwar il-viżjoni fit-tul tinkludi Pjan ta’ Azzjoni Rurali tal-UE b’azzjonijiet konkreti li jindirizzaw l-isfidi u l-opportunitajiet enfasizzati fil-konsultazzjoni pubblika u ppreżentati hawn fuq. Il-Viżjoni tindirizza 4 blokok li jirreferu għal żoni rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi. Il-Kummissjoni nnotat it-talba qawwija biex jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati mal-governanza u fil-Komunikazzjoni tipproponi wkoll li tressaq proċess parteċipattiv tal-UE, marbut mal-Kumitat tar-Reġjuni, li jinvolvi l-livelli lokali ta’ governanza biex tiġi eżaminata t-triq lejn il-Viżjoni.

Għadd ta’ azzjonijiet proposti mill-partijiet ikkonċernati fil-konsultazzjoni jittrattaw – jew huma l-kompetenza esklużiva ta’ – l-Istati Membri. Għalhekk, l-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet se tiddependi fuq l-impenn tal-Istati Membri permezz tal-Patt Rurali propost. Il-Kummissjoni hija lesta li tappoġġa u li tikkomplementa l-azzjonijiet tal-Istati Membri f’dan il-qasam.

Anness 1. Avvenimenti fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ konsultazzjoni tal-Viżjoni fit-Tul għaż-Żoni Rurali tal-UE.

Data

Avveniment

Organizzatur

Punti ewlenin tad-diskussjoni

26/05/2020

It-13-il tal-Grupp ta’ Tmexxija (SG) tan-Networks Rurali

DĠ AGRI

Il-laqgħa serviet biex tinforma lill-membri tal-SG dwar l-għanijiet u l-proċess għall-Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali (LTVRA).

Grupp fil-mira: membri tal-governanza tan-Networks Rurali tal-UE (awtoritajiet pubbliċi, soċjetà ċivili, GAL ta’ LEADER, konsulenti tan-networks/riċerkaturi eċċ.).

02/09/2021

Laqgħa ta’ rieżami ta’ DESIRA

L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

DESIRA ppreżentat il-brief tagħha għal-LTVRA dwar il-punti li jagħmlu d-differenza mil-lat diġitali fl-agrikoltura, fil-forestrija u fiż-żoni rurali.

Grupp fil-mira: Xjentisti u esperti tal-Kummissjoni Ewropea.

22-23/09/2020

L-ewwel tal-Grupp Tematiku (TG) dwar il-Viżjoni Rurali fit-Tul

ENRD

Il-laqgħa serviet biex twitti t-triq għall-ħidma fuq l-LTVRA, biex tinbeda l-ħidma fuq l-Eżerċizzju ta’ Prospettiva u ddiskutiet il-passi biex tinkoraġġixxi l-involviment tal-partijiet ikkonċernati.

Grupp fil-mira: esperti u prattikanti fl-iżvilupp rurali.

06/10/2020

Kumitat għall-Iżvilupp

Rurali

DĠ AGRI

Informazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali u dwar ir-rapport dwar l-impatt tat-tibdil demografiku – l-ebda kumment.

Grupp fil-mira: l-awtoritajiet nazzjonali li jittrattaw l-iżvilupp rurali.

08/10/2020

L-14-il tal-Grupp ta’ Tmexxija tan-Networks Rurali

DĠ AGRI

Informazzjoni dwar il-passi ppjanati għall-iżvilupp tal-LTVRA. Skambju dwar ir-rwol li huma u n-networks jista’ jkollhom biex jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati f’dan il-proċess.

Grupp fil-mira: membri tal-governanza tan-Networks Rurali tal-UE (awtoritajiet pubbliċi, soċjetà ċivili, GAL ta’ LEADER, konsulenti tan-networks/riċerkaturi eċċ.).

11/10/2020

Reto “España Vaciada”

DĠ COMM

Imħasseb ħafna dwar id-depopolazzjoni u t-tiġdid ġenerazzjonali. Il-ħtieġa li jiġu appoġġati l-ħiliet diġitali għan-nies fiż-żoni rurali, b’mod partikolari l-anzjani.

Grupp fil-mira: il-partijiet ikkonċernati rurali minn żoni affettwati mid-depopolazzjoni.

12/10/2020

It-3rd Citizen Engagement and Deliberative Democracy Festival

JRC

Preżentazzjoni tal-LTVRA li tiffoka fuq il-pakkett ta’ ħidma għall-partijiet ikkonċernati u l-iskop għall-użu f’kuntesti ta’ politika oħrajn.

13/10/2020

EWRC ESPON ESCAPE

REGIO/ESPON ESCAPE

Ir-rispons għall-preżentazzjoni tal-proġett ta’ riċerka, l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-LTVRA u l-wiri tar-rabtiet/tar-rilevanza politika tal-proġett.

13/10/2020

EWRC - Il-viżjoni taż-żgħażagħ għaż-żoni rurali u d-diġitalizzazzjoni

Il-Faċilità ta’ Appoġġ tan-Network tal-BCO

Preżentazzjoni tal-LTVRA u dibattitu mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ.

Grupp fil-mira: iż-żgħażagħ rurali.

20/10/2020

interim tat-TG dwar il-Viżjoni Rurali fit-Tul

ENRD

Il-laqgħa kompliet il-ħidma mwettqa matul l-ewwel Laqgħa tat-TG dwar l-Eżerċizzju ta’ Prospettiva mal-JRC.

Grupp fil-mira: esperti u prattikanti fl-iżvilupp rurali.

22/10/2020

It-18-il tan-Network Rurali Nazzjonali (NRN)

ENRD

Il-laqgħa infurmat lin-NRN dwar l-LTVRA u ħeġġithom jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati fil-pajjiżi rispettivi tagħhom. Kienet tinkludi preżentazzjoni mid-DĠ AGRI u skambju qasir dwar is-Sett ta’ Għodod tas-Sessjoni ta’ Ħidma tal-Partijiet Ikkonċernati biex jiġu involuti l-partijiet ikkonċernati rurali.

Grupp fil-mira: Unitajiet ta’ Appoġġ tan-Networks Rurali Nazzjonali.

12/11/2020

Sessjoni ta’ ħidma dwar ir-riċerka u l-politika rurali

REA u AGRI

Preżentazzjoni tal-LTVRA lil 19-il proġett ta’ riċerka u innovazzjoni rurali ffinanzjati taħt Orizzont 2020 u diskussjoni dwar ir-riżultati u l-inputs potenzjali tagħhom.

Gruppi fil-mira: Xjentisti u esperti tal-Kummissjoni Ewropea.

23/11/2020

Seminar ta’ politika

Il-konsorzju RELOCAL

Perċezzjonijiet ta’ inġustizzja spazjali. Ir-rispons għas-sejbiet tal-proġett. Informazzjoni dwar il-Viżjoni Rurali.

Grupp fil-mira: xjentisti u dawk li jfasslu l-politika.

24/11/2020

Laqgħa man-nisa rurali - Castellón, Extremadura) u Albacete (ES)

Europe Direct Extremadura

L-irkupru tal-UE jeħtieġ l-irkupru taż-żoni rurali. It-tiġdid ġenerazzjonali jenħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari lill-ġeneru. Il-PAK jeħtieġ li ttejjeb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Huwa importanti li titqies ukoll is-sitwazzjoni tan-nisa anzjani fiż-żoni rurali.

Grupp fil-mira: in-nisa rurali.

24/11/2020

Is- tal-ENRD għan-Networks Rurali Nazzjonali dwar il-Valorizzazzjoni u l-Komunikazzjoni ta’ Proġetti ta’ Suċċess

ENRD

Is-sessjoni ta’ ħidma informat lin-NRN dwar l-LTVRA, sorsi rilevanti ta’ informazzjoni bħall-Portal tal-Viżjoni Rurali tal-ENRD, u kkondividiet feedback dwar l-attivitajiet ippjanati tan-NRN biex jiġu involuti l-partijiet ikkonċernati fil-proċess tal-LTVRA.

Grupp fil-mira: Unitajiet ta’ Appoġġ tan-Networks Rurali Nazzjonali.

26/11/2020

Reto demográfico - Next Generation EU27

Europe Direct Castellón

Il-ħtieġa li jiġu żgurati servizzi bażiċi, li jiġu appoġġati l-muniċipalitajiet żgħar u li jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi fi strateġija demografika.

Grupp fil-mira: il-persuni rurali minn żoni affettwati mid-depopolazzjoni.

27/11/2020

: “A European Rural Agenda needed after COVID crisis”

Kumitat tar-Reġjuni

Il-Punt ta’ Kuntatt tal-ENRD ippreżenta l-ħidma u r-riżultati dwar ir-reazzjonijiet rurali għall-COVID u r-rabtiet mal-LTVRA.

Grupp fil-mira: il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Intergruppi tal-PE, il-partijiet ikkonċernati.

02-03/12/2020

It-tieni tal-Grupp Tematiku (TG) dwar il-Viżjoni Rurali fit-Tul

ENRD

Il-laqgħa kompliet il-ħidma fuq l-Eżerċizzju ta’ Prospettiva biex tiżviluppa ulterjorament ix-xenarji. Kien hemm ukoll sessjoni fejn ġew diskussi l-attivitajiet għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati fil-LTVRA.

Grupp fil-mira: esperti u prattikanti fl-iżvilupp rurali.

04/12/2020

Is-seba’ laqgħa tal- tan-Networks Rurali tal-UE

DĠ AGRI

L-Assemblea serviet biex tinforma lill-membri dwar il-passi li qed jittieħdu biex tiġi żviluppata l-LTVRA (inputs mid-DĠ AGRI) u ddiskutiet ir-rwol li jista’ jkollhom fl-involviment tal-partijiet ikkonċernati.

Grupp fil-mira: membri tal-governanza tan-Networks Rurali tal-UE (l-awtoritajiet pubbliċi, is-soċjetà ċivili, il-GAL tal-LEADER, il-konsulenti/ir-riċerkaturi tan-networks eċċ.).

11/01/2021

Laqgħa ta’ rieżami tar-RURALIZATION

REA

Il-proġett Ruralization ippreżenta ħidma dwar ix-xejriet u l-ħolm rurali taż-żgħażagħ bħala inputs importanti.

Grupp fil-mira: Xjentisti u esperti tal-Kummissjoni Ewropea.

27/01/2021

It-tielet tal-Grupp Tematiku (TG) dwar il-Viżjoni Rurali fit-Tul

ENRD

Il-laqgħa qieset il-messaġġi ewlenin li ħarġu mill-ħidma mwettqa sa issa mill-partijiet ikkonċernati u mill-proġetti madwar l-UE, u skambjat il-linji komuni u l-bidliet gradwali meħtieġa biex jiġi żgurat li l-LTVRA futura ssir realtà għall-komunitajiet rurali mal-Ewropa kollha.

Grupp fil-mira: esperti u prattikanti fl-iżvilupp rurali.

28/01/2021

Laqgħa tan-NRN Franċiż (reġjuni)

NRN Franza (Reġjuni)

Laqgħa ma’ RED, ANCT, LEADER ta’ Franza u ma’ NRN reġjonali u mal-ENRD bi preżentazzjoni qasira li tiddeskrivi l-proċess tal-LTVRA u l-passi li jmiss.

Grupp fil-mira: il-membri tan-networks rurali Franċiżi.

11/02/2021

Id-19-il tan-NRN

ENRD

Il-laqgħa kkondividiet ir-riżultati inizjali tad-diskussjonijiet organizzati rispettivi tal-partijiet ikkonċernati tan-NRN u ddiskutiet l-involviment tagħhom fil-Ġimgħa tal-Viżjoni Rurali li jmiss.

Grupp fil-mira: Unitajiet ta’ Appoġġ tan-Networks Rurali Nazzjonali.

11/02/2021

Grupp ta’ djalogu ċivili dwar l-iżvilupp rurali

AGRI

L-importanza taż-żgħażagħ u d-diġitali (“Mingħajr fibra m’hemmx żgħażagħ; mingħajr żgħażagħ m’hemmx żoni rurali vibranti”) L-importanza tal-agrikoltura lil hinn mill-ekonomija u l-impjiegi - il-pajsaġġ, l-ambjent, il-kwalità tal-ħajja; l-Impatt tal-COVID (għajnejn ġodda għaż-żoni rurali). Preżentazzjoni tat-tagħlimiet meħuda mir-riċerka.

Grupp fil-mira: il-partijiet ikkonċernati li jittrattaw l-iżvilupp rurali.

22-26/03/2021

Il-Ġimgħa tal-Viżjoni Rurali: Nimmaġinaw il-futur taż-żoni rurali tal-Ewropa

ENRD

Avveniment online parteċipattiv fuq skala kbira madwar il-Viżjoni fit-Tul – id-dettalji fil-pt. 3(f).

Grupp fil-mira: firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati fl-iżvilupp rurali inklużi l-NGOs/assoċjazzjonijiet, in-Networks Rurali Nazzjonali, il-GAL tal-LEADER, l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni u l-korpi li jirrappreżentaw l-amministrazzjoni reġjonali u lokali, ir-riċerkaturi, l-istituzzjonijiet tal-UE, eċċ.

05/05/2021

Ir-raba’ tal-Grupp Tematiku (TG) dwar il-Viżjoni Rurali fit-Tul

ENRD

Il-laqgħa qieset il-messaġġi ewlenin li ħarġu mill-Ġimgħa tal-Viżjoni Rurali, qasmet l-esperjenzi mill-Istati Membri li żviluppaw l-istrateġiji jew l-aġendi rurali integrati tagħhom stess, u qieset kif il-partijiet ikkonċernati jistgħu jgħinu biex il-Viżjoni futura ssir realtà fil-livell lokali u kif in-networks jistgħu jipprovdu l-aħjar appoġġ.

Grupp fil-mira: esperti u prattikanti fl-iżvilupp rurali.

Varji

Il-Grupp ta’ Ħidma Rurali tal-OECD

OECD

Informazzjoni dwar l-inizjattiva tal-viżjoni rurali, li tenfasizza r-rabtiet mal-attivitajiet tal-OECD.

Esperti dwar l-iżvilupp rurali mill-pajjiżi tal-OECD.

Anness 2 – “Vuċijiet Rurali”: Ħarsa ġenerali lejn il-messaġġi tematiċi ewlenin mis-sessjonijiet ta’ ħidma tal-partijiet ikkonċernati dwar ir-Rurali (sors: ENRD)

SUĠĠETTI

TĦASSIB ATTWALI

OPPORTUNITAJIET GĦALL-FUTUR

AZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI JIPPERMETTU TIBDIL GRADWALI

L-infrastruttura u s-servizzi

·Servizzi pubbliċi, skejjel, kura tas-saħħa u soċjali u infrastruttura ta’ kwalità baxxa.

·Sistema ta’ trasport u mobbiltà ċċentrata żżejjed fuq l-ibliet.

·In-nuqqas ta’ vitalità taċ-ċentri u l-hubs tal-villaġġi u tal-irħula.

·In-negliġenza tal-wirt ta’ bini storiku u industrijali.

·Akkomodazzjoni insuffiċjenti u mhux xierqa biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet attwali.

·Provvista tal-ilma, trattament tal-ilma u ġestjoni tal-għargħar u tan-nixfiet inadegwati.

·L-iskop għal innovazzjoni diġitali, ċentri tas-servizzi u skejjel rurali għall-forniment ta’ servizzi rurali

·Domanda dejjem akbar għal approċċi għall-mobbiltà rurali sostenibbli usa’ li jibnu fuq l-iżvilupp ta’ rabtiet bejn modi differenti ta’ trasport, servizzi fuq talba u teknoloġiji ġodda.

·L-għoti ta’ ħajja ġdida liċ-ċentri rurali u l-bini abbandunat biex tinbena identità rurali ġdida.  

·Stokk dejjem akbar ta’ akkomodazzjoni rurali li jeħtieġ li jiġi ġestit biex isostni d-domandi minn dawk li diġà jgħixu f’żoni rurali u dawk li għadhom kif waslu.

·Il-potenzjal ta’ infrastruttura tal-ġestjoni tal-ilma mtejba biex jiġu indirizzati n-nixfa u l-għargħar.

·L-istabbiliment ta’ livell bażi ta’ infrastruttura biex tappoġġa l-funzjonament tal-istat soċjali rurali li jinkludi minimu bażiku ta’ servizzi li jistgħu jitqiesu bħala dritt (eż. l-internet, l-aċċess għas-servizzi pubbliċi, eċċ.).

·L-investiment f’bidla modali mill-karozzi privati għat-trasport pubbliku u l-mobbiltà alternattiva u minn sistemi ta’ trasport li jużaw l-idrokarburi għal sistemi ta’ trasport ta’ wara l-era tal-karbonju.

·L-immudellar mill-ġdid taċ-ċentri ta’ residenza u l-immirar tal-investiment fuq bini storiku u tradizzjonali biex dawk li ma għadhomx adatti għall-iskop jiġu ttrasformati f’użi komunitarji u tan-negozju vibranti.

·It-titjib tar-reżiljenza tal-infrastruttura tal-ilma, adattata għat-tibdil fil-klima u b’reżiljenza akbar għalih fir-rigward tal-provvisti tal-ilma tax-xorb, is-sistema ta’ drenaġġi, il-ġestjoni tal-għargħar, l-ilma tal-maltemp, in-nixfa u l-ħtiġijiet ta’ irrigazzjoni.

·Il-bini tal-kapaċità u l-appoġġ għas-servizzi komunitarji/volontarji

Bidla diġitali u teknoloġika

·Aċċess batut għall-infrastruttura diġitali fiż-żoni rurali.

·Ħiliet diġitali dgħajfa tal-popolazzjoni rurali.

·Livell baxx ta’ innovazzjoni diġitali fl-SMEs rurali.

·It-tfaċċar tal-era diġitali, b’mudelli ġodda għall-forniment servizzi rurali bażiċi, impjiegi, prattiki tax-xogħol u aċċess għas-suq.

·Domanda dejjem akbar għal servizzi diġitali u innovazzjoni teknoloġika fil-livell lokali (fl-ibliet u fl-azjendi agrikoli).

·Il-provvista ta’ infrastruttura diġitali affordabbli bħala dritt bażiku, suffiċjenti għall-attività tan-negozju, il-forniment ta’ servizzi elettroniċi u l-ħajja soċjali.

·It-tisħiħ tal-litteriżmu diġitali taċ-ċittadini rurali permezz ta’ taħriġ inklużiv, programmi edukattivi u kampanji ta’ informazzjoni, u t-tisħiħ tal-forniment u l-użu tas-servizzi elettroniċi.

·L-estensjoni ta’ sħubiji għall-innovazzjoni u tal-konsulenti għad-dominju rurali usa’ u l-promozzjoni tal-attività tal-innovazzjoni b’mod aktar vigoruż fil-livelli lokali.

Oġġetti bażiċi/ikel/

l-enerġija

·Sistema tal-ikel/tal-enerġija wisq globalizzata li ma tqisx il-potenzjal lokali u li tfisser li l-valur ma jinżammx fiż-żona lokali.

·In-nuqqas ta’ pjanijiet ta’ suċċessjoni u l-vijabbiltà dubjuża ta’ ħafna azjendi agrikoli żgħar.

·Servizzi ta’ konsulenza inadegwati.

·Nuqqas ta’ ħiliet fl-agrikoltura riġenerattiva/organika.

·Livelli baxxi ta’ involviment tal-komunitajiet rurali fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli.

·Rikonoxximent dgħajjef tar-rwol tal-użu tal-art fil-qbid tad-diossidu tal-karbonju fl-użu tal-art rurali (ittrattat fil-kapitolu dwar it-tibdil fil-klima).

·Nuqqas ta’ tħaddin ta’ mudelli għal bidla trasformattiva u tranżizzjonijiet ta’ sostenibbiltà fl-industriji bażiċi (il-biedja, l-estrazzjoni tal-faħam u l-komunitajiet li jużaw il-faħam), inkluż l-indirizzar tal-burokrazija/tar-regolamentazzjoni.

·Moviment li qed jikber li jirrivolvi madwar ir-rilokalizzazzjoni ta’ sistemi tal-ikel iqsar u sistemi ta’ prodotti tal-injam iqsar.

·It-tfaċċar ta’ żviluppi teknoloġiċi li se jtejbu l-professjonalizzazzjoni tal-biedja u l-konnessjoni mal-bijoekonomija.

·Id-domanda għal razez u prodotti ta’ għelejjel speċjalizzati u ta’ kwalità għolja bbażati fuq il-bijodiversità/l-identità lokali.

·Rikonoxximent dejjem akbar tal-agrikoltura riġenerattiva bħala prattika ta’ biedja sostenibbli.

·Interess u sensibilizzazzjoni dejjem akbar tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli bbażata fuq il-komunità.

·L-iskop ta’ aċċess għal swieq ġodda permezz tat-teknoloġija diġitali

·Id-disponibbiltà ta’ strumenti għal bidla trasformattiva integrata bħal Irħula Intelliġenti, Komunitajiet tal-Enerġija, LEADER, politiki tal-ikel lokali, eċċ.

·Interess politiku dejjem akbar biex tiġi appoġġata t-“tranżizzjoni ġusta u ekoloġika” fil-komunitajiet rurali b’idrokarburi mhux rekuperabbli jew b’industriji bbażati fuq il-karbonju.

·Il-produzzjoni agrikola. Joħorġu żewġ approċċi alternattivi:

I)Ir-rilokazzjoni tal-produzzjoni, it-tqassir tal-ktajjen tal-provvista u l-introduzzjoni ta’ prattiki ta’ biedja riġenerattiva u/jew organika bbażati fuq varjetajiet u razez tradizzjonali; u

II)Il-ħsad tal-frott tat-teknoloġija biex jitnaqqsu l-ispejjeż, l-impatt ambjentali, tiżdied il-produttività u jiġu prodotti għelejjel adatti għall-bijoekonomija usa’.

·It-tnaqqis tal-burokrazija u t-titjib tal-opportunitajiet ta’ proċessar kemm għall-ikel lokali kif ukoll għall-ikel li għandu jiġi esportat barra mir-reġjun.

·L-appoġġ tad-dħul ta’ adulti żgħażagħ fl-industriji bbażati fuq l-art.

·L-immirar tal-investimenti biex jiġu indotti prattiki li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent fil-livell individwali (fuq skala żgħira, tal-awtokonsum) (eż. il-permakultura) u t-tisħiħ ta’ inizjattivi oħra tal-ikel lokali u organiku.

·L-inkoraġġiment ta’ teknoloġija moderna fis-settur ibbażat fuq l-art u l-iżvilupp tal-bijoekonomija (eż. il-biedja vertikali, metodi ta’ editjar tal-ġenoma).

·It-titjib tat-tagħlim tul il-ħajja fis-settur ibbażat fuq l-art li jħaddan il-prinċipji tas-sostenibbiltà u tal-ekonomija ċirkolari.

·It-trawwim ta’ approċċi ta’ ppjanar territorjali wiesgħa (li jmorru lil hinn mill-biedja u l-forestrija) li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija rurali bbażata fuq prinċipji ta’ sostenibbiltà u ekonomija ċirkolari.

·L-appoġġ għal sistemi/qafas regolatorju li jħeġġu azzjoni reġjonali/komunitarja dwar l-enerġija rinnovabbli u tranżizzjoni għal wara l-karbonju fil-komunitajiet dipendenti fuq il-faħam.

L-introjtu, ix-xogħol u l-impjiegi fl-ekonomija usa’

·Sfruttament limitat/iż-żamma tal-valur miżjud reġjonali, inkluż permezz tat-turiżmu.

·Żvilupp u valur dgħajjef mogħtija lis-snajja’ lokali.

·Adozzjoni baxxa tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari.

·Rikonoxximent u appoġġ limitati għal mudelli innovattivi ta’ intrapriża u

nuqqas ta’ valur/rikonoxximent tal-forniment ta’ servizzi tal-ekosistema (ESS).

·It-tfaċċar u r-riinvigorazzjoni ta’ setturi tradizzjonali u ġodda (eż. il-biedja soċjali, ix-xogħol tas-snajja’) u professjonisti li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni rurali.

·It-tfaċċar ta’ mudelli ġodda għall-appoġġ tal-intraprenditorija u l-innovazzjoni (eż. inkubaturi, ċentri, networks, eċċ.).

·Ir-rikonoxximent dejjem akbar tal-valur tal-identità reġjonali u ta’ oġġetti u servizzi b’bażi bijoloġika, inkluża l-ESS, abbażi tal-prinċipji tas-sostenibbiltà u ċ-ċirkolarità.

·Valur miżjud permezz ta’ ċentri tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni, ktajjen tal-provvista iqsar u turiżmu gastronomiku, soċjali u kulturali.

·Il-provvista ta’ infrastruttura diġitali tajba bħala prerekwiżit għal ekonomija moderna diversifikata fiż-żoni rurali.

·Il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet xierqa għall-intraprenditorija lokali, biex iżommu lin-nies fil-kampanja u l-iżvilupp ta’ approċċi kreattivi għall-promozzjoni tal-intraprenditorija bħal ċentri tat-telexogħol, inkubaturi, il-minimizzazzjoni tal-burokrazija, eċċ.

·L-appoġġ għal mudelli ġodda ta’ intraprenditorija kollettiva u komunitarja.

·L-appoġġ kemm għall-intraprenditorija tas-settur kummerċjali privat kif ukoll għall-intrapriżi soċjali u l-ftuħ għat-trawwim ta’ mudelli ġodda ta’ xogħol.

·L-appoġġ għal turiżmu sostenibbli li huwa marbut aħjar mal-offerta speċifika tal-komponenti usa’ tal-ekonomiji rurali (eż. marbut ma’ speċjalitajiet ta’ ikel, snajja’ u riinvigorazzjoni tal-kultura lokali).

L-inklużjoni soċjali u l-vitalità

·It-tibdil demografiku speċjalment it-tnaqqis drammatiku fil-popolazzjoni f’xi żoni rurali.

·Identitajiet diverġenti u s-sens differenti ta’ appartenenza tar-residenti rurali.

·Nuqqasijiet fl-inklużività u d-diversità f’xi żoni rurali.

·Involviment u sħubija limitati tas-soċjetà ċivili f’xi żoni, u l-ħtieġa ta’ appoġġ għall-organizzazzjonijiet komunitarji u voluntiera.

·Kollaborazzjoni territorjali limitata ma’ aġenziji tat-tielet settur.

·Interess dejjem akbar fir-rilokazzjoni lejn żoni rurali u t-telexogħol - li lkoll ġew intensifikati mill-pandemija tal-COVID.

·Iż-żieda f’sens kondiviż ġdid ta’ komunità u ta’ ruralità ġdida ma’ residenti eżistenti, dawk ġodda u residenti mhux permanenti.

·Il-preżenza ta’ identitajiet rurali b’saħħithom li jnaqqsu r-ritmu tal-eżodu rurali.

·Ir-rikonoxximent tal-inklużività u d-diversità bħala valuri biex iġibu bidla pożittiva fil-kampanja li bl-integrazzjoni tar-refuġjati u l-migranti.

·Domanda dejjem akbar għal servizzi soċjali komunitarji għal persuni f’sitwazzjonijiet tal-ħajja mhux favorevoli.

·L-istabbiliment ta’ politika ta’ inċentivi biex iż-żgħażagħ u l-professjonisti jiġu mħeġġin imorru jgħixu fil-kampanja (eż. inċentivi fiskali, servizzi adegwati) u sistemi ta’ appoġġ biex jinstabu impjiegi, djar, eċċ.

·L-implimentazzjoni ta’ programm ta’ attivazzjoni għaż-żgħażagħ rurali biex jingħataw appoġġ biex ikunu attivi b’mod professjonali fiż-żoni rurali.

·L-appoġġ għal azzjonijiet ta’ inklużjoni soċjali għar-Rom u għall-migranti permezz tal-PŻR (eż. taħriġ u kisbiet ta’ ħiliet għall-agrikoltura).

·Il-bini tal-kapaċità/l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet komunitarji, eż. l-investigazzjoni ta’ forom diġitali ta’ ħolqien ta’ sens ta’ komunità u l-parteċipazzjoni fl-iżvilupp lokali inklużi “banek ta’ voluntiera”.

·It-tisħiħ tan-networking, tal-kooperazzjoni u tal-bini ta’ sħubiji u l-iżgurar tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini rurali fit-teħid tad-deċiżjonijiet eż. permezz ta’ LEADER.

·Il-promozzjoni ta’ bidla fil-valuri fis-soċjetà, il-valorizzazzjoni tal-ħajja rurali.

L-ambjent

·Il-ħsara ambjentali minn sorsi umani, inklużi sistemi ta’ produzzjoni rurali li jħallu impatt fuq il-bijodiversità, il-kwalità tal-ilma u t-tibdil fil-klima.

·Id-deterjorament fil-kundizzjoni u t-telfien ta’ pajsaġġi kulturali u bini storiku.

·In-nuqqas ta’ kultura ta’ protezzjoni tal-ambjent fost in-nies rurali, inklużi dawk li jiġġestixxu l-art.

·Skart eċċessiv u nuqqas ta’ ġestjoni effettiva tal-iskart.

·In-nuqqas ta’ viżjoni koerenti jew ta’ mekkaniżmi biex jiggwidaw il-bidla fil-pjanijiet territorjali integrati li jistgħu jiggwidaw kemm il-funzjonijiet produttivi kif ukoll dawk ambjentali tal-art rurali, inklużi mekkaniżmi adegwati biex jippremjaw il-forniment tal-ESS.

·Skop ulterjuri għal azzjoni biex jitnaqqsu l-impatti negattivi ta’ sistemi ta’ użu intensiv tal-art fuq il-bijodiversità u l-kwalità tal-ilma.

·Ir-rikonoxximent tal-effetti pożittivi ta’ approċċi mmirati u integrati fuq skala ta’ pajsaġġ permezz ta’ sħubiji li jinvolvu l-partijiet ikkonċernati ewlenin kollha.

·Potenzjal konsiderevoli għall-valorizzazzjoni kemm tal-pajsaġġi kulturali kif ukoll tal-bini tradizzjonali b’modi li jappoġġaw it-turiżmu u attivitajiet soċjali oħra.

·Il-potenzjal li jinbidlu l-attitudnijiet tas-soċjetà fid-direzzjoni ta’ mġiba aktar sostenibbli.

·Id-disponibbiltà ta’ għodod u strumenti biex jiġu żviluppati strateġiji integrati usa’ għas-sostenibbiltà.

·L-iżgurar ta’ politika dwar l-azjendi agrikoli u li s-setturi rurali kollha jikkonformaw mal-imperattivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

·Il-kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tal-użu tal-art rurali b’mod ħafna aktar ċentrali fil-kuntest ta’ ppjanar ħafna usa’ tal-użu tal-art u mhux bħala entità separata.

·L-appoġġ għal ġestjoni kollaborattiva biex tiġi indirizzata l-ħsara ambjentali fuq skala ta’ pajsaġġ fis-settur tal-azjendi agrikoli u tal-foresti.

·It-tlaqqigħ ta’ aspetti differenti tal-ippjanar dwar is-sostenibbiltà fi pjanijiet territorjali li jipproteġu l-wirt tal-art u l-bini, joħolqu ekoloġija restorattiva, itejbu l-ġestjoni tal-ilma u jrawmu mġiba sostenibbli.

·Il-provvista ta’ edukazzjoni ambjentali għaċ-ċittadini kollha bħala responsabbiltà pubblika. L-appoġġ għat-taħriġ tal-bdiewa dwar prattiki agrikoli riġenerattivi.

·L-istabbiliment ta’ sħubiji bejn Universitajiet u ċentri tal-edukazzjoni agrikola biż-żoni interni tagħhom biex jiġi żgurat li jiġu żviluppati innovazzjonijiet ta’ sostenibbiltà sensittivi għall-post.

·L-appoġġ għal involviment akbar taċ-ċittadini fit-tfassil u fil-ġestjoni tal-ispazji naturali fuq art pubblika.

·L-iżgurar li l-beni pubbliċi assoċjati mal-wirt tal-pajsaġġi u l-wirt tal-bini jiġu mantnuti permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ.

It-tibdil fil-klima

·Livelli baxxi ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-impatti tat-tibdil fil-klima.

·Livelli baxxi ta’ żvilupp u impenn komunitarju dwar l-enerġija rinnovabbli fl-Ewropa rurali.

·L-impenn limitat tal-maniġers tal-art u ta’ oħrajn dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-iżvilupp tal-bijoekonomija, anki meta s-soluzzjonijiet ikunu magħrufa, parzjalment minħabba nuqqas ta’ inċentivi/ħiliet

·Adattament inadegwat għar-realtajiet klimatiċi ġodda.

·Il-ħtieġa ta’ dekarbonizzazzjoni lil hinn mis-settur tal-enerġija.

·Impronta tal-karbonju relattivament baxxa f’xi żoni rurali, speċjalment uħud minn dawk l-inqas żviluppati.

·Domanda dejjem akbar għall-enerġija rinnovabbli inkluż il-ħolqien ta’ komunitajiet ta’ enerġija rinnovabbli bbażati fuq sistemi solari, eoliċi jew tal-bijomassa u aktar awtokonsum.

·Interess dejjem akbar fis-soċjetà dwar it-tranżizzjoni lejn metodi ta’ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-klima, ġestjoni mtejba tal-azjendi agrikoli u tal-foresti u l-bijoekonomija.

·Skop wiesa’ għal azzjoni fit-titjib tal-effiċjenza enerġetika tal-bini, id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport, u t-titjib tal-ġestjoni tal-ilma.

·Tranżizzjoni mill-ippjanar għall-iżvilupp għall-ippjanar għar-reżiljenza lokali.

·It-tisħiħ tar-reazzjonijiet għat-tibdil fil-klima fil-livell nazzjonali u l-valutazzjoni mill-ġdid tal-qafas legali għall-miżuri ta’ mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima u l-implimentazzjoni tagħhom fi strateġiji, pjanijiet u proġetti.

·Il-promozzjoni ta’ strateġiji ta’ ppjanar u programmazzjoni innovattivi u intelliġenti b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u r-rabta tagħhom ma’ strateġiji, programmi u proġetti reġjonali u nazzjonali.

·L-appoġġ għal attivitajiet immirati lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

·L-appoġġ għal miżuri u attivitajiet li jżommu l-ilma fil-kampanja (fejn meħtieġ), pereżempju permezz tal-ġestjoni intelliġenti tal-ilma u l-ġestjoni tal-ilma tax-xita, l-ilma domestiku mormi, ir-rikostruzzjoni ta’ sistemi ta’ irrigazzjoni, soqfa ekoloġiċi, eċċ.

·Iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni u l-appoġġ għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-professjonisti u l-esperti fil-miżuri ta’ mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima kif ukoll taċ-ċittadini (inklużi ż-żgħażagħ).

(1)

  https://ec.europa.eu/commission/commissioners/sites/comm-cwt2019/files/commissioner_mission_letters/mission-letter-dubravka-suica_en.pdf

(2)

Ara l-Anness I u r-rapporti speċifiċi għall-Konsultazzjoni Pubblika Online u l-Pakkett tal-Partijiet Ikkonċernati.

(3)

  https://europa.eu/eurobarometer/surveys/detail/2229

(4)

  https://europa.eu/eurobarometer/surveys/detail/2278  

(5)

Disponibbli fuq: https://enrd.ec.europa.eu/news-events/news/long-term-vision-rural-areas-workshop-package-nrns-and-other-rural-stakeholders_en

(6)

  https://enrd.ec.europa.eu/publications/rural-voices_en

(7)

  https://enrd.ec.europa.eu/news-events/events/rural2040-vision-week_en  

(8)

  https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/better-regulation-guidelines.pdf  

(9)

Disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12525-Long-term-vision-for-rural-areas/public-consultation

(10)

Kategoriji għall-analiżi: (1) żona rurali remota, (2) żona rurali jew villaġġ, (3) raħal żgħir jew ta’ daqs medju u (4) raħal kbir/belt.

(11)

  https://enrd.ec.europa.eu/news-events/events/rural2040-vision-week_en  

(12)

  Mistoqsija għal tweġiba orali O-000005/2021