IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 23.7.2019
COM(2019) 352 final
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI EMPTY
It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja
{SWD(2019) 307 final}
I. Deskrizzjoni tal-isfond
L-istat tal-foresti tad-dinja
Il-foresti huma indispensabbli. Huma l-pulmuni tagħna u s-sistema li żżommna ħajjin, jiksu 30 % mill-erja tal-art tad-Dinja u jilqgħu fihom 80 % mill-bijodiversità tagħha. Jagħtuna l-arja li nibilgħu, u jneħħu d-diossidu tal-karbonju mill-atmosfera. Il-foresti jipprovdu infrastruttura organika vitali għal uħud mill-aktar kollezzjonijiet densi u diversi tal-ħajja fil-pjaneta. Dawn jipprovdu għajxien u introjtu lil madwar 25 % mill-popolazzjoni tad-dinja, iħaddnu valuri kulturali, soċjali u spiritwali u jirrappreżentaw sehem kbir mill-art tradizzjonalment abitata mill-popli indiġeni.
Illum, il-foresti tad-dinja jinsabu f’periklu serju minħabba d-deforestazzjoni
I
u d-degradazzjoni tal-foresti
II
b’1.3 miljun kilometru kwadru ta’ foresti mitlufin bejn l-1990 u l-2016; dan huwa ekwivalenti għal 800 grawnd tal-futbol ta’ foresta mitlufin kull siegħa
III
. Sabiex niżguraw is-saħħa u l-benesseri tal-bniedem u nqiegħdu s-soċjetajiet tagħna fit-triq lejn l-iżvilupp sostenibbli, irridu naħdmu mal-oħrajn sabiex inreġġgħu lura din ix-xejra, u rridu nipproteġu u nirriġeneraw il-foresti tad-dinja.
It-theddidiet għall-foresti tad-dinja huma waħda mill-akbar sfidi għas-sostenibbiltà ta’ żminijietna. Id-deforestazzjoni hija kawża prinċipali tat-tnaqqis tal-bijodiversità
IV
. L-emissjonijiet mill-użu tal-art u t-tibdil tal-użu tal-art, l-aktar minħabba d-deforestazzjoni, huma t-tieni l-akbar kawża tat-tibdil fil-klima wara l-ħruq tal-fjuwils fossili. Dawn jirrappreżentaw kważi 12 % tal-emissjonijiet tal-gass serra kollha, u l-azzjoni f’dan il-qasam hija importanti għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima
V
. Id-deforestazzjoni jista’ jkollha wkoll impatt drammatiku fuq l-għajxien tal-aktar persuni vulnerabbli, li jinkludu l-popli indiġeni, li jiddependu ħafna fuq l-ekosistemi tal-foresti
VI
.
L-UE daħħlet fis-seħħ varjetà ta’ azzjonijiet regolatorji u mhux regolatorji sabiex tindirizza l-isfidi tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti. Filwaqt li l-kopertura tal-foresti fl-UE żdiedet f’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin (ara l-Kaxxa 1), ir-rata tad-deforestazzjoni f’reġjuni oħra, jiġifieri f’żoni tropikali, għadha f’livelli allarmanti
VII
.
Kaxxa 1 - Il-foresti fl-UE
43 % tal-art tal-UE – 182 miljun ettaru – hija foresta jew art imsaġġra oħra
VIII
. Minn dawn, hemm 134 miljun ettaru disponibbli għall-provvista tal-injam. Il-foresti fl-UE kibru: mill-1990 sal-2015, il-kopertura tal-foresti żdiedet b’żona kbira daqs il-Greċja
IX
, bis-saħħa ta’ programmi ta’ tisġir u ta’ riforestazzjoni u bis-saħħa ta’ tkabbir naturali mill-ġdid. L-Istrateġija tal-UE għall-Foresti
X
hija l-qafas sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-politiki relatati mal-foresti. Il-foresti jirrapreżentaw nofs in-netwerk Natura 2000 taż-żoni ta’ protezzjoni tan-natura, hekk kif ikopru 38 miljun ettaru, jiġifieri aktar minn 20 % mir-riżorsi tal-foresti tal-UE. Hemm bżonn li jsir aktar ukoll fl-UE sabiex nipproteġu u nirrestawraw il-kopertura tal-foresti, anki għaliex l-espansjoni tal-foresti dan l-aħħar seħħet b’rata aktar baxxa.
|
Minkejja l-isforzi kollha li saru s’issa, il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-foresti ma jistgħux jiġu żgurati bil-politiki kurrenti. Għaldaqstant, it-tisħiħ tal-azzjoni għall-protezzjoni tal-foresti eżistenti, għall-ġestjoni tal-foresti b’mod sostenibbli u għall-ħolqien b’mod attiv u sostenibbli ta’ kopertura ġdida tal-foresti, irid jaqdi rwol kruċjali fil-politiki tagħna dwar is-sostenibbiltà. Il-foresti primarji
XI
jeħtieġu attenzjoni speċjali peress li huma uniċi u insostitwibbli, u huma affettwati ferm mid-deforestazzjoni. It-tisġir u r-restawr
XII
ta’ artijiet tal-foresti degradati jistgħu jgħinu sabiex inaqqsu l-pressjoni fuq il-foresti naturali, u jkunu difiża addizzjonali effettiva fil-ġlieda tagħna kontra t-tibdil fil-klima. Madankollu, il-foresti li għadhom kemm tħawlu ma jistgħux jieħdu post foresti primarji, li għandhom ħażniet għoljin ta’ karbonju, u li huma kkaratterizzati mill-età kbira tagħhom, mill-karatteristiċi uniċi tagħhom u mill-protezzjoni stabbilita li huma jipprovdu għall-bijodiversità
XIII
.
Miżuri ulterjuri tal-UE għall-protezzjoni tal-foresti jkunu konsistenti mal-ftehimiet u mal-impenji internazzjonali, li jagħrfu bis-sħiħ il-ħtieġa għal azzjoni ambizzjuża sabiex titreġġa’ lura x-xejra tad-deforestazzjoni. Il-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Pjan Strateġiku Globali għall-Bijodiversità 2011-2020 adottat skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika tan-NU u l-Miri tal-Bijodiversità ta’ Aichi jippromwovu l-ġestjoni, il-protezzjoni u l-isforzi ta’ restawr sostenibbli tal-foresti
XIV
. It-tnaqqis tat-telf u tad-degradazzjoni tal-foresti huwa prijorità skont il-Pjan Strateġiku tan-NU dwar il-Foresti
XV
. It-tisħiħ tal-isforzi għall-ġestjoni tal-foresti b’mod sostenibbli huwa ċentrali wkoll għall-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli peress li l-foresti jaqdu rwol multifunzjonali li jappoġġja l-kisba ta’ ħafna mill-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.
Illustrazzjoni 1 - Oġġetti u servizzi tal-foresti b’appoġġ tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU
|
1
Introjtu minn prodotti tal-foresti
2
Nutrizzjoni minn frott salvaġġ u kaċċa salvaġġa
3
Pjanti mediċinali
6
Ilma ħelu għax-xorb u għat-tisqija
8
Tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv u xogħol diċenti għal kulħadd
10
Anqas inugwaljanza fl-introjtu
12
Xejriet ta’ konsum u ta’ produzzjoni sostenibbli
13
Ġbir u ħżin tal-karbonju
15
Bijodiversità
|
Illustrazzjoni 2 - L-impatti tad-deforestazzjoni fuq l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli
|
1
Vulnerabbiltà akbar għal temp estrem
2
Telf ta’ xita u ta’ dakkara tal-uċuħ tar-raba’
3
Mard respiratorju minħabba nirien fil-foresti
6
Ġestjoni insostenibbli tar-riżorsi tal-ilma
8
Tkabbir ekonomiku insostenibbli u nuqqas ta’ xogħol diċenti
10
Inugwaljanza fl-introjtu
12
Xejriet ta’ konsum u ta’ produzzjoni insostenibbli
13
Emissjonijiet ta’ CO2
15
Telf tal-bijodiversità
|
Il-fatturi ewlenin tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti
Id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti huma dovuti għal ħafna fatturi differenti. Id-domandi dejjem akbar minn popolazzjoni globali li qed tikber għall-ikel, għall-għalf, għall-bijoenerġija, għall-injam u għal komoditajiet oħra, flimkien ma’ produttività baxxa u ma’ effiċjenza baxxa fir-riżorsi, jixħtu pressjoni dejjem akbar fuq l-użu tal-art u jheddu l-konservazzjoni tal-foresti tad-dinja. Madwar 80 % tad-deforestazzjoni globali hija kkawżata mill-espansjoni tal-art użata għall-agrikoltura
XVI
. L-espansjoni urbana, l-iżvilupp tal-infrastruttura u l-estrazzjoni wkoll huma fatturi li jwasslu għad-deforestazzjoni.
Illustrazzjoni 3 - Is-sena mbassra għall-għajbien ta’ foresti primarji niedja
XVII
Fatturi ewlenin oħrajn li jwasslu għad-deforestazzjoni jinkludu n-nuqqas ta’ politiki sodi (bħall-ippjanar integrat tal-art u d-drittijiet ċari tad-dominju tal-art), governanza dgħajfa u nuqqas ta’ infurzar, attivitajiet illegali
XVIII
, u nuqqas ta’ investiment fil-ġestjoni sostenibbli tal-foresti. Impatti negattivi fuq il-foresti jistgħu jseħħu wkoll meta bur jew raba’ li qabel kienu jintużaw għas-swieq tal-ikel u tal-għalf jiġu ttrasformati għall-produzzjoni ta’ fjuwils mill-bijomassa (tibdil indirett fl-użu tal-art – ILUC).
Il-kwantifikazzjoni tad-degradazzjoni tal-foresti hija aktar diffiċli. Il-fatturi diretti ewlenin tad-degradazzjoni tal-foresti jinkludu l-użu insostenibbli tar-riżorsi tal-foresti, eż. għall-użu bħala enerġija domestika, u avvenimenti naturali bħal nirien u pesti. Jenħtieġ li tittieħed azzjoni għaliex id-domanda għall-injam għall-użu bħala fjuwil se tkompli tiżdied, u fl-2030 huwa stmat li 2.8 biljun ruħ ser ikunu jiddependu minn dan is-sors ta’ fjuwil, meta mqabbla ma’ 2 biljuni llum
XIX
.
Filwaqt li ħafna mill-komoditajiet assoċjati mad-deforestazzjoni u mad-degradazzjoni tal-foresti jiġu kkonsmati f’livell lokali jew reġjonali, l-UE timporta
XX
prodotti bħaż-żejt tal-palm
XXI
, il-laħam, is-sojja, il-kawkaw, il-qamħirrum, l-injam, il-lasktu
XXII
, inkluż fil-forma ta’ prodotti pproċessati jew ta’ servizzi. Meta nħarsu lejn id-deforestazzjoni inkorporata
XXIII
fil-konsum finali totali, il-konsum tal-UE jirrappreżenta madwar 10 % mis-sehem globali
XXIV
.
Il-bidla ta’ sfida f’opportunità: l-UE bħala pijunier globali
L-għajbien u d-degradazzjoni tal-foresti rċevew attenzjoni globali. Fuq medda twila ta’ żmien, id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti ma jheddux biss l-ekonomija iżda l-umanità stess.
Ma hemmx soluzzjoni waħda tajba għal kulħadd. Il-ġlieda kontra d-deforestazzjoni u l-kisba ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti huma sfidi kumplessi. Is-soluzzjonijiet iridu jkunu speċifiċi għal kull pajjiż u reġjun, b’objettiv ġenerali maqsum fi tnejn għall-protezzjoni tal-foresti eżistenti, speċjalment il-foresti primarji, u għal żieda sinifikanti tal-kopertura ta’ foresti sostenibbli u bijodiversi madwar id-dinja kollha.
Huwa ċar li l-UE waħedha ma tistax tbiddel ix-xejra ta’ deforestazzjoni. Għandha bżonn tkun parti minn alleanza globali.
L-UE diġà żviluppat sħubijiet ma’ pajjiżi oħra sabiex jitnaqqsu l-pressjonijiet fuq il-foresti u għall-ġlieda kontra d-deforestazzjoni.
Kaxxa 2 - Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Infurzar tal-Liġi, it-Tmexxija u l-Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT)
XXV
Mill-2003, ġew introdotti miżuri skont il-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT tal-UE għall-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u l-kummerċ assoċjat. Il-ħidma mal-pajjiżi sħab għat-titjib tal-governanza tal-foresti u għall-bini ta’ kapaċità huma komponenti importanti tal-Pjan ta’ Azzjoni. Wieħed mill-komponenti ċentrali tiegħu, ir-Regolament tal-UE dwar l-Injam
XXVI
, jobbliga lill-operaturi li jqiegħdu l-injam u l-prodotti tal-injam fis-suq tal-UE sabiex iwettqu d-diliġenza dovuta għall-minimizzazzjoni tar-riskju ta’ importazzjoni ta’ injam maqtugħ illegalment. Il-pjan ta’ azzjoni jippromwovi wkoll id-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ swieq ewlenin oħrajn.
L-evalwazzjoni tal-2016 tal-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT tal-UE kkonkludiet li dan għadu: i) rispons rilevanti għall-isfida tal-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam; ii) effettiv f’termini tas-sensibilizzazzjoni; iii) jikkontribwixxi għall-governanza tal-foresti f’livell globali; u iv) jgħin sabiex titnaqqas id-domanda għall-injam illegali fl-UE. Fuq il-bażi tas-sejbiet tal-evalwazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri qablu fuq Pjan ta’ Ħidma FLEGT 2018-2022
XXVII
, li qed jiggwida l-ħidma għas-snin li ġejjin.
|
Fl-2008, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet Komunikazzjoni dwar id-Deforestazzjoni
XXVIII
fejn stabbilixxiet objettiv tal-UE għat-twaqqif tat-telf ta’ kopertura tal-foresti globali sa mhux aktar tard mill-2030 u għat-tnaqqis tad-deforestazzjoni tropikali gross b’50 % sal-2020. Din identifikat modi kif jittejbu l-politiki tal-UE sabiex tgħin fil-konservazzjoni tal-foresti tad-dinja, filwaqt li tagħmel użu minn għarfien u għodod xjentifiċi ġodda.
Il-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles komprensivi tal-UE jinkludu kapitoli dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli (TSD) b’dispożizzjonijiet vinkolanti dwar il-ħarsien tal-ambjent, it-tibdil fil-klima, il-bijodiversità u l-foresti, li jinkludu l-obbligu li jiġi żgurat li l-ftehimiet ambjentali multilaterali bħall-Ftehim ta’ Pariġi u l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika jiġu implimentati b’mod effettiv.
Il-viżjoni strateġika fit-tul tal-Kummissjoni Ewropea “Pjaneta Nadifa għal Kulħadd”
XXIX
għal ekonomija newtrali għall-klima sal-2050, tagħraf li ż-żieda tal-bir naturali tal-foresti, tal-ħamrija, tal-artijiet agrikoli u tal-artijiet mistagħdra kostali hija kruċjali għall-indirizzar tat-tibdil fil-klima b’suċċess. Id-Direttiva tal-UE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli
XXX
tinkludi kriterji vinkolanti dwar is-sostenibbiltà sabiex jiġu evitati impatti diretti fuq l-użu tal-art assoċjati mal-bijofjuwils ikkonsmati fl-UE.
Il-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp
XXXI
għandu l-għan li jeqred il-faqar, b’mod partikolari permezz ta’ ekosistemi li jaħdmu kif suppost b’appoġġ tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika. Dan jippromwovi ktajjen ta’ valur agrikoli sostenibbli li jwaqqfu, jipprevjenu u jreġġgħu lura d-deforestazzjoni.
L-UE qed iżżid ukoll l-għarfien fost il-konsumaturi dwar il-ħtieġa li nnaqqsu l-impronta tal-konsum tagħna fuq l-art u tħeġġeġ lin-nies jikkonsmaw prodotti minn ktajjen ta’ provvista li huma “ħielsa mid-deforestazzjoni”, jiġifieri dawk li ma jikkawżawx id-deforestazzjoni la b’mod dirett u lanqas b’mod indirett.
Minkejja dawn l-isforzi, l-objettiv tal-UE sabiex tnaqqas id-deforestazzjoni tropikali grossa b’50 % sal-2020 aktarx li mhux se jintlaħaq
XXXII
, u għaldaqstant irridu nsaħħu l-azzjoni tagħna u nieħdu rwol ta’ tmexxija saħansitra aktar b’saħħtu fil-protezzjoni u fir-restawr tal-foresti tad-dinja.
Bħala negozjant u investitur prinċipali u l-akbar fornitur ta’ assistenza għall-iżvilupp, l-UE taħdem ma’ sħab minn madwar id-dinja kollha. Hemm ħafna opportunitajiet għal ħidma aktar mill-qrib flimkien sabiex nipproteġu u nirrestawraw il-foresti.
Il-foresti jipprovdu servizzi importanti tal-ekosistemi lis-soċjetà, bħal arja nadifa, ir-regolamentazzjoni tal-fluss tal-ilma, il-ġbir tal-karbonju, il-protezzjoni tal-ħamrija mill-erożjoni bl-ilma u bir-riħ, il-provvista ta’ ħabitats għall-annimali u għall-pjanti, ir-restawr tal-art degradata, u reżiljenza għad-diżastri u għat-tibdil fil-klima. B’dawn il-funzjonijiet, huma jistgħu jimmitigaw ir-riskju ta’ kunflitti reġjonali, inaqqsu l-flussi ta’ migrazzjoni, u jżidu l-produzzjoni tal-attivitajiet agrikoli u l-benesseri tal-komunitajiet lokali.
Ir-restawr ta’ foresti degradati u t-tħawwil ta’ foresti ġodda ġew identifikati bħala miżuri komplimentari effettivi għall-isforzi biex titwaqqaf id-deforestazzjoni. Żoni riforestati bħal dawn jistgħu jipprovdu diversi benefiċċji jekk ikunu ppjanati u implimentati kif suppost (eż. billi tiġi evitata s-sostituzzjoni ta’ użi tal-art leġittimi u sostenibbli oħrajn), b’rispett sħiħ tal-prinċipji ekoloġiċi favorevoli għall-bijodiversità. Dawn jistgħu jservu bħala żoni ta’ lqugħ għall-foresti primarji, jipproteġu l-ħamrija, jakkumulaw l-ilma nadif, u jiżguraw id-diversità ġenetika. It-tħawwil tas-siġar fuq skala kbira jkun jikkontribwixxi wkoll b’mod sinifikanti sabiex jimmitiga t-tibdil fil-klima
XXXIII
. Uħud mill-perkorsi identifikati mill-Bord Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima sabiex it-tisħin globali jiġi limitat għal 1.5° ikunu jeħtieġu żieda fil-foresti sa madwar biljun ettaru sal-2050 meta mqabbla mal-2010
XXXIV
.
Barra minn hekk, il-protezzjoni tal-foresti eżistenti u ż-żieda sostenibbli fil-kopertura tal-foresti jistgħu jipprovdu għajxien, iżidu l-introjtu għall-komunitajiet lokali u jippermettu sabiex jiġu żviluppati bijoekonomiji sostenibbli. Il-foresti jirrappreżentaw settur ekonomiku ekoloġiku promettenti, bil-potenzjal li jinħolqu bejn 10 u 16-il miljun impjieg sostenibbli u diċenti madwar id-dinja
XXXV
.
L-UE se tkompli tiżviluppa u taqsam l-għarfien u l-esperjenza tagħha, filwaqt li tiżgura li l-proġetti ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti, ta’ tisġir u ta’ riforestazzjoni jqisu l-kundizzjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi lokali. L-UE se tkompli wkoll taqsam soluzzjonijiet bħad-diversifikazzjoni ta’ sorsi tal-enerġija nadifa li jnaqqsu l-pressjoni fuq il-foresti, il-kisba tal-injam minn sorsi sostenibbli, u proġetti tal-ekoturiżmu bbażati fuq foresti naturali bijodiversi rikki.
II. Objettivi u kamp ta’ applikazzjoni
L-objettiv ta’ din il-Komunikazzjoni huwa li tipproponi modi kif tissaħħaħ l-azzjoni tal-UE għall-protezzjoni tal-foresti tad-dinja, b’mod partikolari l-foresti primarji, u jiġu restawrati l-foresti b’mod sostenibbli u responsabbli. L-għan ġenerali huwa l-protezzjoni u t-tkabbir tal-kopertura tal-foresti tad-dinja sabiex jittejbu l-ħajja u l-għajxien tan-nies u jiġi żgurat pjaneta b’saħħtu għat-tfal u għat-tfal tat-tfal tagħna.
It-tisħiħ tal-azzjoni tal-UE huwa allinjat mal-objettiv tal-UE li twaqqaf it-telf tal-kopertura globali tal-foresti sal-2030 u mal-impenji internazzjonali eżistenti tal-UE. Iwieġeb għas-sejħiet tal-Parlament Ewropew
XXXVI
, tal-Kunsill, tal-partijiet ikkonċernati mis-setturi privati u pubbliċi
XXXVII
.
Din il-Komunikazzjoni tipproponi sett ta’ azzjonijiet u aspirazzjonijiet ġodda, filwaqt li tibni fuq l-
Istrateġija tal-UE għall-Foresti tal-2013
, l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2020
XXXVIII
, is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali
XXXIX
kif ukoll il-viżjoni strateġika fit-tul tal-Kummissjoni Ewropea “Pjaneta Nadifa għal Kulħadd” għal ekonomija newtrali għall-klima sal-2050.
Id-Dokument ta’ Riflessjoni tal-Kummissjoni “Lejn Ewropa Sostenibbli sal-2030”
XL
jenfasizza li d-deforestazzjoni “mhijiex problema ta’ ħaddieħor”. Jenfasizza l-fatt li l-konsum fl-UE tal-prodotti tal-ikel u tal-għalf huwa fost il-fatturi ewlenin għall-impatti ambjentali, li joħloq pressjoni kbira fuq il-foresti f’pajjiżi mhux tal-UE u jaċċellera d-deforestazzjoni. Għaldaqstant, il-konsum ta’ prodotti minn ktajjen ta’ provvista ħielsa mid-deforestazzjoni fl-UE għandu jitħeġġeġ kemm permezz ta’ miżuri regolatorji kif ukoll permezz ta’ miżuri mhux regolatorji, skont kif ikun xieraq.
It-twaqqif tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti flimkien ma’ attivitajiet ta’ restawr, ta’ riforestazzjoni u ta’ tisġir sostenibbli jipprovdu opportunitajiet għall-iżvilupp ekonomiku. Dan jeħtieġ li tinxteħet enfasi partikolari fuq il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli ta’ prodotti agrikoli u prodotti bbażati fuq il-foresti. Ser ikun hemm bżonn ta’ azzjoni fil-livelli internazzjonali, nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll ta’ investimenti sostanzjali.
Konsegwentement, din il-Komunikazzjoni tipproponi approċċ ta’ sħubija - kooperazzjoni msaħħa mal-pajjiżi produtturi u konsumaturi kif ukoll man-negozji u mas-soċjetà ċivili. It-tali sħubijiet jistgħu jiffaċilitaw azzjoni li tippromwovi governanza tal-art, ġestjoni sostenibbli tal-foresti u riforestazzjoni, ktajjen ta’ provvista trasparenti, monitoraġġ effettiv, finanzjament sostenibbli u kooperazzjoni multilaterali. L-azzjonijiet identifikati f’din il-Komunikazzjoni jistgħu jkunu wkoll ta’ benefiċċju għal ċerti ekosistemi naturali oħra peress li t-telf tagħhom huwa kkawżat primarjament mill-istess fatturi ewlenin li jikkawżaw it-telf ta’ foresti
XLI
.
Matul it-tħejjija ta’ din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni kkonsultat b’mod mifrux mal-partijiet ikkonċernati
XLII
inkluż permezz ta’ żewġ konferenzi fl-2014 u fl-2017, u konsultazzjoni pubblika miftuħa fl-2019. Il-bażi ta’ evidenza għal din il-Kummissjoni kompliet tissaħħaħ permezz ta’ tliet studji, b’mod partikolari l-“Feasibility study on options to step up EU action against deforestation” ippubblikat fi Frar 2018, li identifika d-diskrepanzi eżistenti u vvaluta l-politiki addizzjonali possibbli. Pereżempju, filwaqt li l-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT tal-UE jindirizza l-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-governanza tal-foresti, dan ma jindirizzax id-deforestazzjoni kkawżata minn espansjoni agrikola. Id-Direttiva tal-UE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli tispeċifika l-kriterji ta’ sostenibbiltà, li l-materja prima likwida tal-bijofjuwil u ċerti sorsi ta’ bijomassa użati għall-bijogass u għall-fjuwils solidi tal-bijomassa jridu jissodisfaw sabiex jikkwalifikaw għal appoġġ finanzjarju u regolatorju. Madankollu, id-Direttiva ma tkoprix l-użi ta’ komoditajiet li mhumiex għall-bijofjuwils.
Hekk kif il-mandat tal-Kummissjoni attwali riesaq lejn tmiemu, din il-Komunikazzjoni mhijiex se tfassal pjan direzzjonali definittiv għall-Kummissjoni li jmiss. Madankollu, l-isfidi li aħna qed naffaċċjaw huma urġenti biżżejjed tant li jistħoqqilhom analiżi serja tal-problema, diskussjoni dwar kif jiġu indirizzati, identifikazzjoni ta’ numru ta’ proposti li jistgħu jitressqu minnufih, u tħejjija ta’ risponsi regolatorji u finanzjarji, li t-tmexxija politika tal-Kummissjoni li jmiss trid tiddeċiedi dwarhom.
III. Ħames prijoritajiet sabiex tissaħħaħ l-azzjoni tal-UE kontra d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti
Prijorità 1: It-tnaqqis tal-impronta tal-konsum tal-UE fuq l-art u t-tħeġġiġ tal-konsum ta’ prodotti minn ktajjen ta’ provvista ħielsa mid-deforestazzjoni fl-UE
L-UE bdiet tindirizza wkoll ir-riskju ta’ deforestazzjoni li jirriżulta mill-użu miżjud tal-bijofjuwil. Id-Direttiva (UE) 2018/2001 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli
XLIII
, minbarra kriterji ta’ sostenibbiltà vinkolanti tinkludi wkoll regoli sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ deforestazzjoni u tistabbilixxi limitu massimu ġenerali sabiex jingħadd l-użu tal-bijofjuwils prodotti mill-uċuħ tar-raba’ tajbin għall-ikel u għall-għalf taħt il-miri tal-enerġija rinnovabbli. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/807
XLIV
jinkludi kriterji għad-determinazzjoni tal-materja prima b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art (ILUC) li għaliha hija osservata espansjoni sinifikanti tal-erja tal-produzzjoni f’art b’ħażna ta’ karbonju għolja. Il-possibbiltà li l-bijofjuwils minn materja prima b’ILUC għoli jitqiesu fil-kalkolu tas-sehem nazzjonali ġenerali tal-enerġija rinnovabbli se tkun limitata għall-2021-2023, u eliminata sa mhux aktar tard mill-2030.
Sabiex inħeġġu l-konsum fl-UE ta’ prodotti minn ktajjen ta’ provvista ħielsa mid-deforestazzjoni, aħna rridu nagħmluha eħfef għall-fornituri, għall-manifatturi, għall-bejjiegħa bl-imnut, għall-konsumaturi u għall-awtoritajiet pubbliċi sabiex jidentifikaw, jippromwovu u jixtru t-tali prodotti. Eżempji tajbin ta’ politiki tal-UE għat-titjib tat-trasparenza fil-katina ta’ provvista huma r-Regolament (UE) Nru 995/2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (magħruf ukoll bħala r-Regolament tal-UE dwar l-Injam), u r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jippermettilhom jiddistingwu bejn id-diversi żjut veġetali li jinsabu fil-prodotti. Strumenti oħra jinkludu l-Ekotikketta tal-UE, l-akkwist pubbliku ekoloġiku u inizjattivi oħra fil-kuntest tal-ekonomija ċirkolari. Għodod bħall-impronta ambjentali tal-prodott u l-impronta ambjentali tal-organizzazzjonijiet ukoll jistgħu jgħinu sabiex jiġu vvalutati aħjar il-pressjonijiet fuq id-deforestazzjoni minn diversi kategoriji ta’ prodotti. Madankollu, dawn l-inizjattivi jistgħu jiffokaw b’mod aktar speċifiku fuq il-promozzjoni tat-tisġir u fuq il-ġlieda kontra d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti.
L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ verifika wkoll jistgħu jaqdu rwol fl-għoti ta’ appoġġ għall-ktajjen ta’ provvista sostenibbli jekk jiġu osservati standards għoljin. Il-Kummissjoni żviluppat Dokument ta’ Gwida
XLV
għar-Regolament tal-UE dwar l-Injam li jindirizza r-rwol ta’ skemi ta’ verifika ta’ partijiet terzi fil-valutazzjoni tar-riskju u l-mitigazzjoni tar-riskju. Barra min hekk, fl-2018, studju evalwa l-istandards ta’ sostenibbiltà għaż-żejt tal-palm u ġabar fil-qosor l-impatt tal-inizjattivi eżistenti fuq il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli taż-żejt tal-palm
XLVI
. Standards u skemi ta’ ċertifikazzjoni li jgħinu fl-identifikazzjoni u fil-promozzjoni ta’ komoditajiet ħielsa mid-deforestazzjoni għandhom jissaħħu, fost affarijiet oħra, permezz ta’ studji dwar il-benefiċċji u n-nuqqasijiet tagħhom u billi tiġi żviluppata gwida, li tinkludi valutazzjoni bbażata fuq ċerti kriterji sabiex jintwerew il-kredibbiltà u s-solidità ta’ standards u ta’ skemi differenti. Dawn il-kriterji għandhom jindirizzaw aspetti bħar-robustezza tal-proċessi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ akkreditament, il-monitoraġġ indipendenti, il-possibbiltajiet ta’ monitoraġġ tal-katina ta’ provvista, ir-rekwiżiti għall-protezzjoni tal-foresta primarja u tal-foresti b’valur għoli tal-bijodiversità u l-promozzjoni ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti.
Il-konsumaturi u l-produtturi għandhom ikunu informati aħjar ukoll dwar ir-rabta bejn il-konsum tal-komoditajiet u d-deforestazzjoni. In-nies għandhom jitħeġġu, kemm permezz ta’ inċentivi regolatorji kif ukoll permezz ta’ inċentivi mhux regolatorji, sabiex jadottaw dieti aktar ibbilanċjati, tajbin għas-saħħa u sustanzjużi
XLVII
u sabiex inaqqsu l-ħela ta’ ikel. Dan l-istil ta’ ħajja aktar sostenibbli ser inaqqas il-pressjonijiet fuq l-art u fuq ir-riżorsi.
Azzjonijiet ewlenin
Il-Kummissjoni se:
|
➢Tistabbilixxi Pjattaforma għal djalogu bejn id-diversi partijiet ikkonċernati u l-Istati Membri dwar id-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti u dwar iż-żieda b’mod sostenibbli tal-kopertura tal-foresti tad-dinja sabiex tipprovdi forum għat-trawwim ta’ skambji mal-partijiet ikkonċernati u bejniethom bl-għan li jinbnew alleanzi, jitħeġġu u jinqasmu l-impenji għat-tnaqqis b’mod sinifikanti tad-deforestazzjoni, u għall-qsim ta’ esperjenzi u ta’ informazzjoni.
➢Tħeġġeġ it-tisħiħ ta’ standards u ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni li jgħinu fl-identifikazzjoni u fil-promozzjoni ta’ komoditajiet ħielsa mid-deforestazzjoni, fost affarijiet oħra, permezz ta’ studji dwar il-benefiċċji u n-nuqqasijiet tagħhom u billi tiżviluppa gwida, li tinkludi valutazzjoni bbażata fuq ċerti kriterji sabiex jintwerew il-kredibbiltà u s-solidità ta’ standards u ta’ skemi differenti.
➢Tivvaluta l-miżuri regolatorji u mhux regolatorji addizzjonali fuq in-naħa tad-domanda sabiex tiżgura kundizzjonijiet ekwi u fehim komuni dwar il-ktajjen ta’ provvista ħielsa mid-deforestazzjoni, bl-għan li tiżdied it-trasparenza fil-katina ta’ provvista u jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ deforestazzjoni u ta’ degradazzjoni tal-foresti assoċjat mal-importazzjonijiet ta’ komoditajiet fl-UE.
|
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ser issaħħaħ l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kurrenti li ġejjin:
-Twettaq ħidma analitika mal-partijiet ikkonċernati rilevanti sabiex tivvaluta l-ħtieġa li l-bordijiet korporattivi jkunu meħtieġa jiżviluppaw u jiddivulgaw strateġija dwar is-sostenibbiltà, li tinkludi d-diliġenza dovuta xierqa fi ħdan il-katina ta’ provvista kollha kemm hi, u miri tas-sostenibbiltà li jistgħu jitkejlu
XLVIII
.
-Tippromwovi l-integrazzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet rilevanti għall-foresti fil-prattiki tar-responsabbiltà soċjali tal-kumpanniji/tal-imġiba responsabbli fin-negozju u trawwem it-trasparenza, u l-adozzjoni ta’ impenji volontarji mis-settur privat, f’konformità mal-linji gwida internazzjonali.
-Tkompli tintegra l-kunsiderazzjonijiet dwar id-deforestazzjoni fi ħdan l-Ekotikketta tal-UE, l-akkwist pubbliku ekoloġiku u inizjattivi oħra fil-kuntest tal-ekonomija ċirkolari.
-Tappoġġja b’mod attiv l-iżvilupp u t-tixrid ta’ informazzjoni u ta’ materjali edukattivi sabiex tgħin tnaqqas id-domanda għal prodotti li l-ktajjen ta’ provvista tagħhom jistgħu jinvolvu d-deforestazzjoni, u fl-istess ħżin iżżid id-domanda għal prodotti minn ktajjen ta’ provvista ħielsa mid-deforestazzjoni.
-Fil-kuntest tal-qafas legali fis-seħħ tal-enerġija nadifa għall-Ewropej Kollha, tindirizza l-aspetti rilevanti dwar l-enerġija rinnovabbli u l-bijofjuwils, tirrieżamina l-aspetti rilevanti kollha tar-rapport li jakkumpanja r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/807 fl-2021 u, jekk xieraq, tirrevedi r-Regolament Delegat (UE) 2019/807 fl-2023 fuq il-bażi tal-aħħar evidenza disponibbli.
-Timplimenta l-Pjan ta’ Ħidma FLEGT 2018-2022 tal-UE, b’mod partikolari ssaħħaħ l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-UE dwar l-Injam.
Prijorità 2: Il-ħidma fi sħubija mal-pajjiżi produtturi sabiex jitnaqqsu l-pressjonijiet fuq il-foresti u sabiex il-kooperazzjoni tal-UE għall-iżvilupp tkun “reżiljenti għad-deforestazzjoni”
F’konformità mal-prinċipji tal-UE dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-Kummissjoni se taħdem fi sħubija mal-pajjiżi produtturi fil-ġlieda kontra d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti. Sa mill-2014, l-UE investiet medja ta’ €1.2 biljun fis-sena sabiex tappoġġja programmi agrikoli f’pajjiżi sħab li jiffaċċjaw sfidi f’dan il-qasam. L-investiment iffoka fuq l-appoġġ għall-agrikoltura reżistenti għat-tibdil fil-klima; l-intensifikazzjoni u d-diversifikazzjoni sostenibbli; l-agroekoloġija; u l-agroforestrija. Il-Kummissjoni tfittex li tippromwovi ktajjen ta’ valur agrikoli sostenibbli u trasparenti fuq il-bażi ta’ metodoloġija robusta
XLIX
li hija maqsuma mill-pajjiżi sħab. Dan jippermetti lill-Kummissjoni tappoġġja l-azzjoni għat-trasformazzjoni tal-ktajjen ta’ valur tal-komoditajiet bħall-kafè, il-kawkaw, iż-żejt tal-palm u l-bhejjem.
Il-Kummissjoni żiedet ukoll l-enfasi tagħha fuq il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti (SFM) bħala għodda għall-prevenzjoni, għall-waqfien u għat-treġġigħ lura tat-telf u tad-degradazzjoni tal-foresti. L-SFM tirrikonċilja l-objettivi ekonomiċi, ambjentali u soċjali sabiex: (i) jiġi żgurat li l-foresti jżommu l-valur produttiv tagħhom; (ii) tiżdied ir-reżiljenza tal-foresti għat-tibdil fil-klima; u (iii) jiġu sostnuti s-servizzi tal-ekosistemi li l-foresti jipprovdu (inklużi l-konservazzjoni tal-bijodiversità u s-sekwestru tal-karbonju). L-SFM tgħin ukoll sabiex tippromwovi bijoekonomija innovattiva u sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal soċjoekonomiku għoli tas-settur ibbażat fuq il-foresti. L-investiment fis-settur ibbażat fuq il-foresti jiġġenera aktar mid-doppju tal-ammont f’setturi oħra tal-ekonomija. Għal kull 100 impjieg iġġenerat fis-settur ibbażat fuq il-foresti, konsegwentement jiġu ġġenerati 153 impjieg f’setturi oħra
L
.
Il-promozzjoni ta’ konsum u ta’ produzzjoni sostenibbli ta’ prodotti diversifikati bbażati fuq l-injam hija element kruċjali tal-bijoekonomija. L-UE investiet aktar minn €20 miljun fi proġetti pilota relatati mal-industrija tal-foresti mill-2010 permezz tal-programmi tagħha “SWITCH To Green”. Evalwazzjoni fl-2018 ikkonkludiet li l-appoġġ tal-UE għall-iżvilupp tan-negozji ekoloġiċi (primarjament fl-Afrika u fl-Asja) kiseb “impatt kbir, f’termini tal-adozzjoni ta’ prattiki ta’ konsum u ta’ produzzjoni sostenibbli, ta’ livelli akbar ta’ investimenti u ta’ ħolqien ta’ impjiegi ekoloġiċi”
LI
.
Id-diversità bijoloġika ssostni l-valur produttiv tal-foresti u tas-servizzi tal-ekosistemi tal-foresti u, għaldaqstant, hija essenzjali sabiex tiġġieled kontra d-degradazzjoni tal-foresti. L-UE appoġġjat il-ħolqien u l-ġestjoni ta’ żoni protetti, li ammontaw għal total ta’ 14.7 miljun ettaru f’foresta umda tropikali fl-2018. L-UE ppromoviet ukoll għodod innovattivi u effettivi għall-protezzjoni tal-foresti, bħall-konservazzjoni tal-komunità (speċjalment minn popli indiġeni) u l-approċċ ibbażat fuq il-pajsaġġ
LII
.
L-attivitajiet illegali joħolqu riskju għoli ta’ deforestazzjoni. Għaldaqstant, huwa essenzjali li jiġu indirizzati fatturi ewlenin bħal governanza dgħajfa, u dan kien element kruċjali tal-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT tal-UE. Mill-2003, dan il-Pjan ta’ Azzjoni għen sabiex itejjeb it-trasparenza, ir-responsabbiltà, ir-riforma legali, l-inklużività u l-approċċi parteċipatorji fil-pajjiżi appoġġjati. Il-promozzjoni tad-dominju responsabbli tal-art u tal-foresti
LIII
għadha prijorità importanti ħafna tal-politika internazzjonali tal-UE dwar il-kooperazzjoni u l-iżvilupp. Bħalissa l-UE qed tappoġġja azzjonijiet ta’ governanza tal-art f’madwar 40 pajjiż fil-fażi tal-iżvilupp, u l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida Volontarji dwar il-Governanza Responsabbli tal-Pussess tal-Art, tas-Sajd u tal-Foresti fil-Kuntest tas-Sigurtà Alimentari Nazzjonali
LIV
f’18-il pajjiż ieħor. L-UE tipprovdi wkoll appoġġ dirett lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet tal-art. Fil-qafas tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta’ Organiżmi Selvaġġi
LV
, l-involviment tal-awtoritajiet u tal-komunitajiet lokali jsaħħaħ l-effettività u l-impatt tal-isforzi għall-ġlieda kontra l-kriminalità relatata mal-foresti.
L-azzjonijiet tal-UE għenu sabiex jiġu żviluppati u implimentati politiki fil-pajjiżi produtturi li diġà wasslu għal tnaqqis fit-telf ta’ foresti u fid-degradazzjoni tal-foresti. Fuq il-bażi tal-esperjenza s’issa, il-Kummissjoni se ssaħħaħ l-azzjonijiet eżistenti u tiżviluppa azzjonijiet addizzjonali bħal dawk spjegati hawn taħt.
Azzjonijiet ewlenin
Il-Kummissjoni se:
|
➢Tiżgura li d-deforestazzjoni tkun inkluża fid-djalogi politiċi fil-livell tal-pajjiżi u tgħin lill-pajjiżi sħab jiżviluppaw u jimplimentaw oqfsa nazzjonali dwar il-foresti u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti. Dawn l-oqfsa nazzjonali se jirriflettu l-ħtiġijiet domestiċi kif ukoll l-impenji globali. Dan jista’ jinkludi l-għoti ta’ għajnuna lill-pajjiżi sħab sabiex jimplimentaw il-Kontributi Stabbiliti fil-Livell Nazzjonali għall-Ftehim ta’ Pariġi u/jew l-inklużjoni ta’ miżuri relatati mal-governanza tal-foresti fil-politika dwar il-ġestjoni tal-appoġġ tal-baġit u tal-finanzjament pubbliku.
➢Tiżgura li l-appoġġ tal-UE għall-politiki agrikoli, infrastrutturali, tal-estrazzjoni, urbani, periurbani u rurali fil-pajjiżi sħab ma jikkontribwixxix għad-deforestazzjoni u għad-degradazzjoni tal-foresti. Meta ġġustifikat, l-appoġġ tal-UE għandu jkun akkumpanjat minn miżuri ta’ kumpens bħall-appoġġ għar-restawr, għar-riforestazzjoni u/jew għat-tisġir.
➢Tgħin lill-pajjiżi sħab jimplimentaw ktajjen ta’ valur sostenibbli bbażati fuq il-foresti u tippromwovi l-bijoekonomiji sostenibbli b’ispirazzjoni mill-eżempju tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Alleanza ġdida Afrika-Ewropa għall-Investiment u għall-Impjiegi Sostenibbli: nieħdu s-sħubija tagħna għall-investiment u għall-impjiegi fil-livell li jmiss”.
➢Tiżviluppa u timplimenta mekkaniżmi ta’ inċentivi għal bdiewa b’azjendi agrikoli żgħar sabiex iżommu u jsaħħu s-servizzi tal-ekosistemi u l-prodotti pprovduti mill-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u mill-agrikoltura.
|
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ser issaħħaħ l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kurrenti li ġejjin:
-Issaħħaħ l-isforzi sabiex tappoġġja d-drittijiet tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali li huma dipendenti fuq il-foresti, kif ukoll tad-difensuri tad-drittijiet ambjentali skont ir-Riżoluzzjoni 28/11 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU.
-Issaħħaħ il-qafas ta’ politika u regolatorju għall-promozzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tal-ippjanar tal-użu tal-art, filwaqt li tintegra l-kunsiderazzjonijiet relatati mal-bijodiversità u mal-klima.
-Tippromwovi r-restawr tal-pajsaġġi tal-foresti, kif ukoll il-proġetti ta’ riforestazzjoni li jintegraw prinċipji ekoloġiċi li huma favorevoli għall-bijodiversità, għad-drittijiet tal-popolazzjoni lokali, u għall-għajxien permezz tal-provvista ta’ servizzi mtejba tal-ekosistemi
LVI
.
-Tkompli tappoġġja l-konservazzjoni tal-foresti permezz tal-ħolqien u tal-ġestjoni effettiva ta’ żoni tal-foresti protetti, filwaqt li tesplora valuri għoljin ta’ konservazzjoni
LVII
u l-ħażniet għoljin ta’ karbonju
LVIII
.
-Issaħħaħ l-azzjonijiet dwar il-produzzjoni u l-użu sostenibbli ta’ karburanti mill-injam fuq il-bażi tat-tagħlimiet meħuda mill-inizjattiva tal-Alleanza Globali Kontra t-Tibdil fil-Klima (GCCA+), filwaqt li tkompli tippromwovi forom oħra ta’ enerġija rinnovabbli sostenibbli.
Prijorità 3: It-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali għat-twaqqif tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti u t-tħeġġiġ tar-restawr tal-foresti
It-tmexxija tal-UE f’dan il-qasam hija riflessa fl-impenn tagħha għal azzjoni multilaterali u permezz tal-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT tal-UE. L-azzjoni mill-UE waħedha ser ikollha biss impatt limitat fit-tnaqqis tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti u fiż-żieda tal-kopertura tal-foresti globalment. Għalhekk, huwa importanti li tissaħħaħ il-kooperazzjoni, titħeġġeġ azzjoni konsistenti, u li tiġi evitata d-devjazzjoni lejn reġjuni oħrajn fid-dinja tal-kummerċ fi prodotti li l-ktajjen ta’ provvista tagħhom jistgħu jinvolvu d-deforestazzjoni.
Fil-livell multilaterali u bilaterali, l-UE diġà tikkontribwixxi b’mod attiv għat-tfassil ta’ politiki u ta’ standards li jindirizzaw il-fatturi ewlenin tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti. L-UE qed tippromwovi aġenda globali għall-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, għall-iżvilupp rurali, għas-sigurtà alimentari, għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, għar-riforestazzjoni u għar-restawr ta’ żoni degradati tal-foresti f’fora internazzjonali ewlenin. L-UE qed taħdem ukoll permezz ta’ organizzazzjonijiet intergovernattivi settorjali, bejn pajjiżi, partijiet ikkonċernati ewlenin u inizjattivi bħat-Task Force dwar l-Afrika Rurali
LIX
, fejn hija taqsam l-esperjenza u l-għarfien, tesplora opportunitajiet għall-iżvilupp tal-impjiegi u attivitajiet li jiġġeneraw id-dħul. Dawn l-azzjonijiet iwasslu għal inizjattivi għall-użu tar-riżorsi naturali b’mod aktar effiċjenti – il-produzzjoni ta’ aktar b’anqas.
Bħala sieħeb kummerċjali ewlieni, l-UE tikkontribwixxi għat-tkabbir u għall-iżvilupp soċjoekonomiku f’ħafna reġjuni fid-dinja, filwaqt li tippromwovi s-sostenibbiltà. F’konformità mal-impenn sabiex il-politika kummerċjali tal-UE tibda tikkontribwixxi għall-ġestjoni responsabbli tal-ktajjen ta’ provvista globali
LX
, il-Kummissjoni għandha l-għan li tiżgura li l-ftehimiet kummerċjali komprensivi ġodda tal-UE fihom dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u l-imġiba responsabbli fin-negozju, kif ukoll impenji għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi b’mod effettiv. Uħud mill-ftehimiet kummerċjali eżistenti tal-UE diġà jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-promozzjoni tal-kummerċ fi prodotti tal-foresti li ma jikkawżawx deforestazzjoni jew degradazzjoni tal-foresti, u għat-tħeġġiġ tal-konservazzjoni u tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti
LXI
.
Azzjonijiet ewlenin
Il-Kummissjoni se:
|
➢Issaħħaħ il-kooperazzjoni dwar il-politiki u l-azzjonijiet għall-waqfien tad-deforestazzjoni, tad-degradazzjoni tal-foresti u għar-restawr tal-foresti f’fora internazzjonali importanti, li jinkludu l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO), G7/G20, il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), il-Forum tan-NU dwar il-Foresti (UNFF), il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB), il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni (UNCCD), l-Assemblea tan-NU għall-Ambjent (UNEA), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), pereżempju billi tippromwovi l-aħjar prattiki u fehim komuni tal-ktajjen tal-provvista sostenibbli, u tappoġġja l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ impenji u ta’ dispożizzjonijiet b’saħħithom.
➢Tippromwovi ftehimiet kummerċjali li jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tkompli tħeġġeġ il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli u prodotti bbażati fuq il-foresti li ma jikkawżawx id-deforestazzjoni jew id-degradazzjoni tal-foresti. Il-Kummissjoni se tesplora wkoll possibbiltajiet sabiex tipprovdi inċentivi lis-sħab kummerċjali sabiex jindirizzaw id-deforestazzjoni. Se taħdem mal-pajjiżi kummerċjali sabiex isaħħu l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet rilevanti fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE u se tislet tagħlimiet minn dawn l-esperjenzi.
|
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ser issaħħaħ l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kurrenti li ġejjin:
-Tivvaluta l-impatti tal-ftehimiet kummerċjali dwar id-deforestazzjoni fil-Valutazzjonijiet tal-Impatt għas-Sostenibbiltà (VIS) u valutazzjonijiet rilevanti oħra, ibbażati fuq metodoloġiji solidi ta’ valutazzjoni u ta’ evalwazzjoni tal-impatt.
-Tindirizza s-sostenibbiltà tal-ktajjen ta’ provvista, inkluża l-kwistjoni tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti, fil-kuntest ta’ korpi ta’ komoditajiet internazzjonali rilevanti
LXII
(eż. kafè, kawkaw, injam).
-Fi ħdan djalogi bilaterali ma’ pajjiżi konsumaturi u produtturi ewlenin: (i) taqsam l-esperjenza u l-informazzjoni dwar l-oqfsa ta’ politika u legali rispettivi; u (ii) tidentifika attivitajiet konġunti sabiex tinforma l-iżviluppi tal-politika fuq il-bażi ta’ fehim avvanzat tal-impatti tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti.
Prijorità 4: Ir-ridirezzjonar tal-finanzjament b’appoġġ ta’ prattiki tal-użu tal-art aktar sostenibbli
Huma meħtieġa investimenti sostanzjali sabiex jiġu indirizzati l-fatturi ewlenin tad-deforestazzjoni, jiġu promossi r-riforestazzjoni u t-tisġir sostenibbli, kif ukoll sabiex tiżdied b’mod attiv il-kopertura tal-foresti tad-dinja u jinħoloq l-ambjent li jagħti lok għal prattiki aktar sostenibbli
LXIII
. Hemm rikonoxximent internazzjonali msaħħaħ li s-swieq finanzjarji għandhom rwol x’jaqdu biex jiżguraw futur aktar sostenibbli u jgħinu fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU u tal-Ftehim ta’ Pariġi. Huwa ta’ importanza assoluta li jiġu ridirezzjonati l-flussi importanti tal-finanzjament privat fis-settur agrikolu, kemm fil-pajjiżi gradwati kif ukoll f’dawk li jikkwalifikaw sabiex jirċievu għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp, favur attivitajiet li huma ħielsa mid-deforestazzjoni. Fl-istess ħin, huwa essenzjali li jitneħħew l-inċentivi u s-sussidji finanzjarji kontroproduttivi.
Għall-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni kienet impenjat aktar minn €500 miljun sabiex tappoġġja l-foresti fil-pajjiżi sħab. Filwaqt li dan huwa ammont sostanzjali, huwa ċar li l-investiment fuq din l-iskala mhux ser ikun biżżejjed sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi stabbiliti f’din il-Komunikazzjoni. Skont is-Segretarjat tal-Forum tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Foresti
LXIV
, il-ħtiġijiet ta’ finanzjament għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti biss jammontaw għal €60-€140 biljun fis-sena madwar id-dinja kollha. Minbarra li jiġi attirat finanzjament pubbliku ġdid, l-isfida ewlenija se tkun li l-investimenti relatati mal-foresti jsiru konsistenti ma’ żvilupp li huwa reżiljenti għall-klima u li jnaqqas l-emissjonijiet tal-gass serra (l-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Pariġi).
F’dan il-kuntest, il-Pjan ta’ Investiment Estern tal-UE (PIE) u l-Faċilitajiet Reġjonali ta’ Taħlit huma għodod effiċjenti fl-ingranaġġ ta’ finanzjament privat f’setturi bħall-enerġija, l-agrikoltura jew l-infrastruttura. Filwaqt li dawk il-mekkaniżmi finanzjarji innovattivi jistgħu jkunu attraenti għas-settur privat f’dominji li fihom ir-redditu fuq l-investiment huwa sostanzjali, bħall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, ir-riforestazzjoni u t-tisġir, dawn huma anqas adattati sabiex jappoġġjaw investimenti fil-protezzjoni tal-foresti, fil-konservazzjoni tal-bjar ta’ karbonju u fil-bijodiversità. Għaldaqstant, finanzjament pubbliku xieraq għal dawk l-għanijiet se jibqa’ neċessarju sabiex jiġi appoġġjat il-bilanċ bejn id-diversi skopijiet tal-foresti (produzzjoni, konservazzjoni, klima, għajxien, paċi u saħħa). Il-Kummissjoni impenjat ruħha wkoll li tiżgura li l-proġetti fis-settur tal-infrastruttura sostenibbli ta’ InvestEU
LXV
għall-perjodu ta’ finanzjament 2021-2027 jippromwovu s-sostenibbiltà u ma jikkontribwixxux għat-tibdil fil-klima.
Diġà ttieħdu xi passi importanti. Dawn jinkludu l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli
LXVI
u r-regolamenti maqbula politikament dwar parametri referenzjarji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju
LXVII
u dwar divulgazzjonijiet marbuta mas-sostenibbiltà
LXVIII
. Huma jinkludu wkoll il-proposta għall-iżvilupp ta’ tassonomija tal-UE
LXIX
sabiex jiġi ddeterminat liema attivitajiet ekonomiċi jistgħu jiġu kkunsidrati li jikkontribwixxu sostanzjalment għall-mitigazzjoni tal-gassijiet serra filwaqt li ma jkunux ta’ ħsara sinifikanti għal kwalunkwe objettiv ambjentali għall-fini tal-investimenti.
L-investiment f’setturi li huma assoċjati mad-deforestazzjoni jista’ jesponi lill-investituri għal riskji operazzjonali, legali jew reputazzjonali. Għaldaqstant, l-investituri għandhom jitħeġġu sabiex jistimolaw lill-kumpaniji sabiex jagħmlu tranżizzjoni lejn prattiki jew ktajjen ta’ provvista ħielsa mid-deforestazzjoni. Trasparenza akbar tul il-katina ta’ investiment
LXX
kollha tista’ tiffaċilita tali tibdiliet fl-ekonomija reali. Skont id-Direttiva dwar ir-Rapportar Mhux Finanzjarju, kumpaniji kbar fl-UE diġà huma meħtieġa jiddivulgaw informazzjoni mhux finanzjarja, inkluż dwar kwistjonijiet ambjentali, soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem
LXXI
. Il-Kummissjoni biħsiebha tippubblika daqt ir-riżultati ta’ kontroll tal-idoneità dwar il-qafas tal-UE għar-rapportar korporattiv, inkluża d-Direttiva dwar ir-Rapportar Mhux Finanzjarju. Sadanittant, il-Kummissjoni qed tippromwovi l-aħjar prattiki u tesplora l-possibbiltà tal-adozzjoni ta’ prinċipji ġeneralment aċċettati fil-kontabilità tal-ġestjoni ambjentali li se tkompli ssaħħaħ l-għażliet ta’ organizzazzjoni korporattiva u finanzjarja sabiex jiġu identifikati u jitnaqqsu l-impatti u d-dipendenzi ambjentali, inkluż dwar id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-art
LXXII
. Dak jinkludi ħidma taħt il-Pjattaforma għan-Negozju u għall-Bijodiversità u pjattaformi tal-kontabilità ambjentali futuri derivati minn dan l-approċċ ta’ sħubija u appoġġjati permezz tal-programm LIFE.
Azzjonijiet ewlenin
Il-Kummissjoni se:
|
➢Tivvaluta, flimkien mal-Istati Membri tal-UE, il-mekkaniżmi sostenibbli possibbli għall-katalizzazzjoni tal-finanzjament ekoloġiku għall-foresti u l-mod ta’ kif jista’ jkompli jiġi ingranat u jiżdied il-finanzjament – inkluż permezz ta’ mekkaniżmi ta’ taħlit u filwaqt li tibni wkoll fuq l-esperjenza tal-Pjan ta’ Investiment Estern (PIE) tal-UE. L-objettiv ikun li tappoġġja lill-pajjiżi produtturi fil-konservazzjoni tal-kopertura eżistenti tal-foresti u fir-riġenerazzjoni tal-foresti, u fil-ħolqien ta’ inċentivi pożittivi għall-investimenti fil-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u fil-ktajjen ta’ valur sostenibbli bbażati fuq il-foresti. Tappoġġja b’mod partikolari lill-pajjiżi sħab fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ politiki u ta’ strumenti li jistgħu jħeġġu governanza aħjar tal-art u tal-foresti (bħal politiki fiskali, kontabilità ekoloġika, bonds ekoloġiċi, pagamenti għal skemi ta’ servizzi tal-ekosistemi).
➢Tikkunsidra t-titjib tar-rapportar korporattiv dwar l-impatti li l-attivitajiet tal-kumpaniji jkollhom fuq id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti, fil-kuntest ta’ kwalunkwe reviżjoni futura tad-Direttiva dwar ir-Rapportar Mhux Finanzjarju
LXXIII
b’segwitu għall-konklużjonijiet tal-Kontroll ta’ Idoneità dwar ir-rapportar korporattiv.
|
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ser issaħħaħ l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kurrenti li ġejjin:
-Tintegra l-kunsiderazzjonijiet relatati mad-deforestazzjoni bħala parti mill-valutazzjoni tal-proġetti f’setturi fejn dawn il-kunsiderazzjonijiet huma parametri rilevanti għall-valutazzjoni tal-impatti tal-proġett.
-Tikkunsidra gwida dwar — u t-titjib ta’ — approċċi differenti ta’ kejl użati fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri sabiex jifhmu aħjar il-valur tal-foresti u l-karatteristiċi tal-finanzjament ta’ riskju tal-foresti.
-Tikkunsidra bir-reqqa d-deforestazzjoni fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Finanzjament Sostenibbli, inkluż fil-ħolqien ta’ tassonomija tal-UE għall-attivitajiet ekonomiċi.
Prijorità 5: L-appoġġ għad-disponibbiltà, għall-kwalità u għall-aċċess tal-informazzjoni dwar il-foresti u l-ktajjen ta’ provvista tal-komoditajiet. Appoġġ għar-riċerka u għall-innovazzjoni
Politika effettiva dwar il-foresti teħtieġ informazzjoni affidabbli dwar ir-riżorsi tal-foresti, il-kundizzjoni tagħhom u kif inhuma ġestiti u kif jintużaw. Teħtieġ ukoll informazzjoni affidabbli dwar it-tibdil fl-użu tal-art. L-UE ilha tappoġġja r-riċerka u l-bini ta’ kapaċità f’dan id-dominju fil-livelli globali, reġjonali u nazzjonali
LXXIV
. Kienet qed tappoġġja wkoll il-monitoraġġ tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti billi tuża d-data tal-Osservazzjoni tad-Dinja minn sorsi differenti.
Il-programm tal-UE ta’ Osservazzjoni u Monitoraġġ tad-Dinja Copernicus jipprovdi aċċess sħiħ, liberu u miftuħ għad-data u għall-informazzjoni tas-satelliti Sentinel mis-servizzi ta’ Copernicus. Dan għen sabiex titnaqqas l-ispiża tal-monitoraġġ tal-indikaturi tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli bħall-indikatur dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti. Copernicus huwa għodda importanti għat-tisħiħ tas-sistemi globali jew nazzjonali ta’ monitoraġġ tal-foresti. Il-Kummissjoni qed timplimenta wkoll l-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijoekonomija
LXXV
, li tinkludi l-istabbiliment ta’ Ċentru ta’ Għarfien għall-Bijoekonomija u sistema ta’ monitoraġġ tal-UE għall-bijoekonomija, li tkopri l-ekosistemi u s-servizzi tagħhom. Madankollu, hemm bżonn li tiġi sfruttata ulterjorment id-data dwar l-osservazzjoni tad-Dinja u dwar il-ktajjen ta’ provvista tal-UE, u li tiġi kkombinata l-kapaċità ta’ riċerka u ta’ monitoraġġ sabiex tiġi żviluppata sistema ta’ twissija bikrija.
Huwa importanti li fl-UE jitħeġġeġ il-konsum ta’ prodotti minn ktajjen ta’ provvista ħielsa mid-deforestazzjoni u li jiġu rfinati l-valutazzjonijiet tal-impatt li għandu l-konsum minn swieq tal-UE u minn swieq oħra fuq il-foresti tad-dinja. Dan jeħtieġ monitoraġġ aħjar tal-flussi tal-kummerċ sal-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, u aċċess aħjar għall-informazzjoni puntwali. Feġġew numru ta’ inizjattivi
LXXVI
fis-snin riċenti li jfittxu li jiksbu dan, iżda ftit biss minn dawn l-inizjattivi għat-trasparenza tal-ktajjen ta’ provvista żviluppaw bħala pjattaformi verament aċċessibbli li kapaċi jinformaw id-deċiżjonijiet ta’ firxa wiesgħa ta’ atturi.
Il-programm qafas ta’ riċerka tal-UE Orizzont 2020 diġà ffinanzja riċerka u innovazzjoni sinifikanti fl-oqsma rilevanti
LXXVII
. Madankollu, hija meħtieġa aktar riċerka u evidenza xjentifika għat-tranżizzjoni lejn prattiki tal-użu tal-art u ktajjen ta’ provvista aktar sostenibbli għall-waqfien tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti. Din ir-riċerka hija meħtieġa f’dominji bħal: il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih; l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura
LXXVIII
; ir-restawr tal-foresti u tal-pajsaġġi (inklużi t-tisġir u r-riforestazzjoni); il-fluss tal-kummerċ u l-monitoraġġ tas-suq tal-komoditajiet assoċjati mad-deforestazzjoni u mad-degradazzjoni tal-foresti. Il-Kummissjoni ser issaħħaħ l-isforzi tagħha fuq dawn il-kwistjonijiet, b’mod partikolari permezz tal-qafas ta’ innovazzjoni u ta’ riċerka li jmiss tal-UE, Orizzont Ewropa. Barra minn hekk, se tappoġġja l-qsim tal-aħjar prattiki tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli, l-agrikoltura intelliġenti u oqsma rilevanti oħra ma’ pajjiżi oħra.
Azzjonijiet ewlenin
Il-Kummissjoni se:
|
➢Tibni fuq l-għodod ta’ monitoraġġ li jeżistu diġà, u tistabbilixxi Osservatorju tal-UE dwar id-deforestazzjoni, id-degradazzjoni tal-foresti, it-tibdiliet fil-kopertura tal-foresti tad-dinja, u l-fatturi ewlenin assoċjati. L-objettiv ta’ dan huwa li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-ktajjen ta’ provvista għall-entitajiet pubbliċi, għall-konsumaturi u għan-negozji.
➢Tesplora l-fattibbiltà tal-iżvilupp ta’ komponent tas-servizzi ta’ REDD+ ta’ Copernicus għat-tisħiħ tas-sistemi globali jew nazzjonali eżistenti ta’ monitoraġġ tal-foresti, kif ukoll għall-istabbiliment ta’ kapaċità u ta’ tmexxija Ewropej fuq medda twila ta’ żmien f’dan il-qasam.
➢Ittejjeb il-koordinazzjoni tal-ħidma bejn l-istituti ta’ riċerka rilevanti, inkluż permezz tal-oqfsa ta’ kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar u bejn in-Nofsinhar u n-Nofsinhar tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni. L-għan ser ikun it-tisħiħ tal-kapaċità u l-għoti ta’ għajnuna sabiex ir-riżultati tar-riċerka jintużaw tajjeb fil-pajjiżi konsumaturi u produtturi ewlenin, inkluż bl-għoti ta’ appoġġ għall-osservatorji reġjonali.
➢Taqsam prattiki innovattivi tal-UE dwar l-ekonomija ċirkolari, il-bijoekonomija sostenibbli, l-enerġija rinnovabbli, l-agrikoltura intelliġenti u oqsma rilevanti oħra ma’ pajjiżi oħrajn.
|
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ser issaħħaħ l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kurrenti li ġejjin:
-Tgħin lill-pajjiżi produtturi fit-traċċar tal-progress fl-implimentazzjoni tal-objettivi tal-politika, inklużi: (i) il-komponenti relatati mal-foresti tal-Kontributi Stabbiliti f’Livell Nazzjonali; (ii) l-impenji relatati mad-deforestazzjoni u mal-produzzjoni legali u sostenibbli tal-komoditajiet; u (iii) il-kummerċ relatat.
-Issaħħaħ l-isforzi sabiex ittejjeb id-disponibbiltà, il-kwalità u l-armonizzazzjoni ta’ informazzjoni affidabbli dwar ir-riżorsi tal-foresti u t-tibdil fl-użu tal-art sabiex tinforma t-tfassil tal-politiki minn firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, inklużi fil-pajjiżi sħab.
-Tkompli tappoġġja l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni globali
LXXIX
u reġjonali
LXXX
sabiex jiġu ssorveljati l-effetti tan-nirien fil-foresti, li jaħarqu madwar 67 miljun ettaru ta’ foresti madwar id-dinja kollha ta’ kull sena
LXXXI
.
Konklużjoni
Il-Kummissjoni qed tipproponi lista ta’ azzjonijiet inizjali, u qed twitti t-triq sabiex jiġu kkunsidrati u deċiżi miżuri addizzjonali mit-tmexxija politika li jmiss tal-Kummissjoni.
L-implimentazzjoni b’suċċess ta’ din il-Komunikazzjoni se tkun teħtieġ djalogu kostanti bejn l-UE u s-sħab tagħha fid-dinja, involviment b’saħħtu tas-settur privat u konsultazzjoni attiva mas-soċjetà ċivili, kif ġie identifikat fl-Anness 2. Ser ikun jenħtieġ wkoll li jiġu mmobilizzati riżorsi finanzjarji sinifikanti.
Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex japprovaw din il-Komunikazzjoni u sabiex jipparteċipaw b’mod attiv fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li fiha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha. Il-Kummissjoni se tissorvelja u tirrapporta dwar kif inhuma implimentati l-azzjonijiet, u se tivvaluta jekk dawn jindirizzawx kif suppost il-fatturi ewlenin tad-deforestazzjoni u tad-degradazzjoni tal-foresti.
-
(I)
Id-deforestazzjoni hija l-konverżjoni ta’ foresta għal użu ieħor tal-art, indipendentement minn jekk din tkunx indotta mill-bniedem jew le (FAO 2018, Global Forest Resources Assessment 2020. Terms and Definitions.
http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf
).
-
(II)
Id-degradazzjoni tal-foresti hija tnaqqis fil-kapaċità ta’ foresta li tipprovdi prodotti u servizzi, li jfisser foresta li tilfet, permezz ta’ attivitajiet umani, l-istruttura, il-funzjoni, il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet jew il-produttività normalment assoċjati mat-tip ta’ foresta naturali mistenni f’dak is-sit. B’hekk, foresta degradata tipprovdi provvista mnaqqsa ta’ oġġetti u ta’ servizzi mis-sit partikolari u żżomm diversità bijoloġika limitata biss. Id-diversità bijoloġika tal-foresti degradati tinkludi ħafna komponenti li mhumiex siġar, li jistgħu jiddominaw fil-veġetazzjoni ta’ taħt il-kopertura. (Sors: Il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika.
https://www.cbd.int/forest/definitions.shtml
u IPBES
https://www.ipbes.net/glossary/forest-degradation
)
-
(III)
Five Forest Figures, il-Bank Dinji. Disponibbli fuq:
https://blogs.worldbank.org/opendata/five-forest-figures-international-day-forests
-
(IV)
Il-ħtieġa li jitnaqqas it-telf tal-foresti hija enfasizzata fl-IPBES. 2019. Global assessment report on biodiversity and ecosystem services of the Intergovernmental Science- Policy Platform on Biodiversity and Ecosystem Services. E. S. Brondizio, J. Settele, S. Díaz, u H. T. Ngo (edituri). Is-Segretarjat tal-IPBES, Bonn, il-Ġermanja. https://www.ipbes.net/global-assessment-report-biodiversity-ecosystem-services.
-
(V)
Smith P et al. (2014) Agriculture, Forestry and Other Land Use (AFOLU). Fi: Climate Change 2014: Mitigation of Climate Change. Contribution of Working Group III to the Fifth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change [Edenhofer O et al (eds.)]. Cambridge University Press, Cambridge, Ir-Renju Unit u New York, NY, l-Istati Uniti tal-Amerka.
-
(VI)
FAO. 2018. The State of the World’s Forests 2018 - Forest pathways to sustainable development. Ruma.
http://www.fao.org/3/a-i9535en.pdf
-
(VII)
In-Nazzjonijiet Uniti. 2017. Sustainable Development Goals Report 2017.
https://unstats.un.org/sdgs/files/report/2017/TheSustainableDevelopmentGoalsReport2017.pdf
-
(VIII)
https://ec.europa.eu/info/food-farming-fisheries/forestry/forestry-explained_mt
-
(IX)
FOREST EUROPE, 2015: State of Europe’s Forests 2015.
https://www.foresteurope.org/docs/fullsoef2015.pdf
-
(X)
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. Strateġija ġdida tal-UE: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti. COM(2013) 659.
https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52013DC0659
. Ara wkoll ir-Rapport mill-Kummissjoni Progress fl-Implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-foresti “Strateġija ġdida tal-UE għall-foresti: għall-foresti u s-settur tal-foresti” COM(2018) 811.
https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52018DC0811
.
-
(XI)
Foresta primarja hija foresta li qatt ma ġarrbet qtugħ tas-siġar u li żviluppat wara disturbi naturali u taħt proċessi naturali, indipendentement mill-età tagħha –
https://www.cbd.int/forest/definitions.shtml
-
(XII)
It-tisġir huwa l-istabbiliment ta’ foresta permezz tat-tħawwil u/jew tat-tiżrigħ deliberat fuq art li, sa dak iż-żmien, kienet taħt użu differenti tal-art, u jimplika trasformazzjoni tal-użu tal-art minn użu mhux għal skopijiet tal-foresti għal użu għal skopijiet tal-foresti (FAO 2018, Global Forest Resources Assessment 2020. Terms and Definitions.
http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf
). Ir-riforestazzjoni hija l-istabbiliment mill-ġdid ta’ foresta permezz tat-tħawwil u/jew tat-tiżrigħ deliberat fuq art ikklassifikata bħala foresta (ibid). Ir-restawr huwa definit bħala azzjonijiet għat-tnissil mill-ġdid ta’ proċessi ekoloġiċi, li jaċċelleraw l-irkupru tal-istruttura tal-foresta, il-funzjonament ekoloġiku u l-livelli ta’ bijodiversità lejn dawk li huma tipiċi ta’ foresta climax (Elliott, S., D. Blakesley u K. Hardwick, fl-istamperija. Restoring Tropical Forests: a Practical Guide. Kew Publications, Londra). Il-proġetti ta’ tisġir u ta’ riforestazzjoni għandhom jikkontribwixxu għaż-żamma jew għat-titjib tal-provvista ta’ oġġetti u ta’ servizzi tal-ekosistemi fil-livell tal-pajsaġġ u għandhom jibbenefikaw il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, il-produzzjoni tal-bijomassa, il-konservazzjoni tal-bijodiversità, il-protezzjoni tal-ħamrija u tal-ilma, il-kontroll tal-erożjoni u tad-deżertifikazzjoni, u jevitaw l-introduzzjoni ta’ speċijiet invażivi (Pan-European Guidelines for Afforestation and Reforestation – Forest Europe 2008).
-
(XIII)
Ara t-Taqsima 3.5 fil-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi (2018). The IPBES Assessment Report on Land Degradation and Restoration.
https://www.ipbes.net/system/tdf/2018_ldr_full_report_book_v4_pages.pdf?file=1&type=node&id=29395
-
(XIV)
Il-miri 5, 7, 11, 14, 15 huma relatati b’mod dirett mal-foresti.
-
(XV)
Il-Pjan Strateġiku tan-NU għall-Foresti 2030 fih miri għat-treġġigħ lura tat-telf tal-kopertura tal-foresti madwar id-dinja u għaż-żieda tal-erja tal-foresti bi 3 % sal-2030.
-
(XVI)
FAO. 2016. State of the World’s Forests 2016. Forests and agriculture: land-use challenges and opportunities. Ruma.
http://www.fao.org/3/a-i5588e.pdf
-
(XVII)
Dawn il-projezzjonijiet huma bbażati fuq il-mappa ROADLESS-FOR u fuq l-estrapolazzjoni tar-rati ta’ disturbi (deforestazzjoni u degradazzjoni) osservati matul l-aħħar 10 snin (2009-2018) - sors JRC, 2019.
-
(XVIII)
Eż. Skont l-Interpol, il-kummerċ fl-injam illegali jiswa USD 51 biljun/sena. (The Rise of Environmental Crime – A Growing Threat to Natural Resources, Peace, Development And Security, A UNEP-INTERPOL Rapid Response Assessment).
-
(XIX)
Household Energy Access for Cooking and Heating Lessons Learned and the Way Forward, Koffi Ekouevi u Voravate Tuntivate; 2012 Il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp/Il-Bank Dinji.
-
(XX)
Is-sehem tal-UE ta’ deforestazzjoni inkorporata importata (1990-2008) jammonta għal 4.45 miljun ettaru (Mha) għas-sojja (39 %), 0.9 Mha għaż-Żejt tal-palm, 0.6 Mha għall-kawkaw (27 %), 0.3 Mha għall-kafè (27 %) - Studju tal-fattibbiltà 2018 - parti I - tabella 4-3.
-
(XXI)
Ir-rapport dwar l-istatus tal-espansjoni tal-produzzjoni tal-għelejjel tal-ikel u tal-għalf rilevanti madwar id-dinja (COM(2019) 142 final) wera espansjoni sinifikanti fuq skala globali taż-żejt tal-palm f’art bi stokk ta’ karbonju għoli bħal foresti. Id-data wriet ukoll li, għal ċerta materja prima oħra tal-bijofjuwil, setgħet tiġi osservata espansjoni, iżda din kienet limitata għal pajjiżi speċifiċi.
-
(XXII)
Prodotti oħra bħall-qoton, il-kafè, il-kannamiela, il-kolza, il-gambli (minn żoni ta’ mangrovja), il-kawkaw, u l-prodotti tal-estrazzjoni, li l-estrazzjoni u l-produzzjoni eċċessivi tagħhom jista’ jkollhom impatti ambjentali u soċjali sinifikanti.
-
(XXIII)
Il-kunċett ta’ “deforestazzjoni inkorporata” jintuża għall-irbit tad-deforestazzjoni mal-konsum. Jirreferi għad-deforestazzjoni inkorporata (bħala esternalità) fi prodott, f’oġġett, f’komodità jew f’servizz immanifatturat, innegozjat jew ikkonsmat.
-
(XXIV)
Il-Kummissjoni Ewropea, 2013. The impact of EU consumption on deforestation: Comprehensive analysis of the impact of EU consumption on deforestation. Final report. Studju ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea u mwettaq minn VITO, l-Istitut Internazzjonali għall-Analiżi tas-Sistemi Applikati, HIVA - Onderzoeksinstituut voor Arbeid en Samenleving u l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura NL.
-
(XXV)
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) - Proposta għal Pjan ta’Azzjoni tal-UE (COM(2003) 251 final).
-
(XXVI)
Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam.
-
(XXVII)
http://ec.europa.eu/environment/forests/eu_comm_2019.htm
-
(XXVIII)
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Nindirizzaw l-isfidi tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti sabiex niġġieldu t-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità (KUMM(2008)645 final).
-
(XXIX)
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. Pjaneta Nadif għal kulħadd. Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima, COM(2018) 773 final. https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=COM%3A2018%3A773%3AFIN.
-
(XXX)
Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
-
(XXXI)
https://ec.europa.eu/europeaid/new-european-consensus-development-our-world-our-dignity-our-future_en
-
(XXXII)
It-tnaqqis fit-telf annwali tal-kopertura tal-foresti mill-2005-2010 sal-2010-2015 kien ta’ madwar 17 % (minn 6,6 għal 5,5 Mha/sena); mill-FAO (2015) Global Forest Resources Assessment 2015 u Keenan et al. (2015) Forest Ecology and Management 352, 9–20.
-
(XXXIII)
The global tree restoration potential; Science, il-5 ta’ Lulju 2019: Vol. 365, Ħarġa 6448, pp. 76-79; https://science.sciencemag.org/content/365/6448/76
-
(XXXIV)
Il-Grupp Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), An IPCC Special Report on the Impacts of Global Warming of 1.5 °C Above Pre-Industrial Levels and Related Global Greenhouse Gas Emission Pathways (IPCC, 2018).
-
(XXXV)
“Creating forestry jobs to boost the economy and build a green future”, C.T.S. Nair u R. Rut. Dokument ta’ sfond imħejji għall-avveniment speċjali “Impacts of Global Economic Turbulence on the Forest Sector” fid-dsatax-il sessjoni tal-Kumitat tal-FAO dwar il-Forestrija, Ruma, l-20 ta’ Marzu 2009.
-
(XXXVI)
Il-Parlament Ewropew adotta numru ta’ riżoluzzjonijiet b’rabta mal-foresti u mad-deforestazzjoni, ara pereżempju r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Settembru 2018 dwar il-ġestjoni trasparenti u responsabbli tar-riżorsi naturali fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw: il-każ tal-foresti (2018/2003(INI)) http://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-8-2018-0333_MT.pdf
-
(XXXVII)
Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Foresti u dwar qafas strateġiku ġdid għall-foresti (https://www.consilium.europa.eu/media/39173/ccs-on-forestry-st08609-en19.pdf); Dikjarazzjoni Ministerjali tal-2014 ta’ New York dwar il-Foresti, id-Dikjarazzjoni tal-2015 ta’ Amsterdam, id-Dikjarazzjoni Ministerjali tal-2018 ta’ Katowice dwar il-Foresti għall-Klima; mijiet ta’ kumpaniji ħadu impenji sabiex jeliminaw id-deforestazzjoni mill-ktajjen ta’ provvista tagħhom (http://www.supply-change.org/); u l-Inizjattiva riċenti tal-Kawkaw u tal-Foresti hija rilevanti wkoll.
-
(XXXVIII)
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. L-assigurazzjoni ta’ ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 (KUMM(2011) 244)
https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex%3A52011DC0244
-
(XXXIX)
Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna”.
https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32013D1386
-
(XL)
https://ec.europa.eu/commission/publications/reflection-paper-towards-sustainable-europe-2030_mt
-
(XLI)
Ċerti ekosistemi naturali bħat-torbiera u s-savana, rikki fil-karbonju u fil-bijodiversità, ma jissodisfawx id-definizzjoni ta’ foresti, iżda huma affettwati mill-produzzjoni agrikola u huma mhedda serjament.
-
(XLII)
Aktar informazzjoni dwar il-Konferenzi tal-2014 u tal-2017, l-istudji u l-konsultazzjoni pubblika tista’ tinkiseb minn fuq
http://ec.europa.eu/environment/forests/deforestation.htm
.
-
(XLIII)
Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.
-
(XLIV)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) tat-13 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ materja prima b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art li għaliha qed tiġi osservata espansjoni sinifikanti taż-żona ta’ produzzjoni f’art b’ħażna kbira ta’ karbonju u ċ-ċertifikazzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b’riskju baxx ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art (ĠU L 133, 21.5.2019, p. 1–7).
-
(XLV)
http://ec.europa.eu/environment/forests/pdf/eutr_guidance.zip
-
(XLVI)
http://ec.europa.eu/environment/forests/studies_EUaction_deforestation_palm_oil.htm
-
(XLVII)
Food in the Anthropocene: the EAT–Lancet Commission on healthy diets from sustainable food systems.
https://www.thelancet.com/commissions/EAT
-
(XLVIII)
Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Finanzjament ta’ Tkabbir Sostenibbli.
-
(XLIX)
Value-Chain Analysis for Development Initiative (VCA4D).
https://europa.eu/capacity4dev/value-chain-analysis-for-development-vca4d-
-
(L)
Lia et al. (2019). The economic contribution of the world’s forest sector, Forest Policy and Economics Volum 100, Marzu 2019.
https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S1389934118300753?via%3Dihub
-
(LI)
https://europa.eu/capacity4dev/public-environment-climate/documents/scp-evaluation-final-report-full-package-publications
-
(LII)
Intwera li l-ġestjoni komunitarja tal-foresti tnaqqas ir-rati ta’ deforestazzjoni fil-Bolivja, fil-Brażil u fil-Kolombja (Stevens et al.2014; Blackman u Veit 2018).
-
(LIII)
Għad li 86 % tal-foresti tad-dinja huma ta’ sjieda pubblika, fil-prattika, madwar 60 % tal-art u tar-riżorsi f’livell globali huma ġestiti fuq il-bażi tar-regoli konswetudinarji, li anqas minn għoxrin fil-mija minnhom huma rikonoxxuti b’mod formali.
-
(LIV)
Il-Linji Gwida Volontarji dwar il-Governanza Responsabbli tal-Pussess tal-Art, is-Sajd u l-Foresti fil-Kuntest tas-Sigurtà Alimentari Nazzjonali jistabbilixxu l-prinċipji u l-istandards aċċettati internazzjonalment għall-prattiki għall-governanza responsabbli tad-dominju tal-art. Dawn jipprovdu qafas li l-pajjiżi jistgħu jużaw meta jiżviluppaw l-istrateġiji, il-politiki, il-leġiżlazzjoni, il-programmi u l-attivitajiet tagħhom stess. Dawn jippermettu lill-gvernijiet, lis-soċjetà ċivili, lis-settur privat u liċ-ċittadini jiġġudikaw jekk l-azzjonijiet proposti tagħhom u l-azzjonijiet ta’ oħrajn jikkostitwixxux prattiki aċċettabbli.
-
(LV)
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta’ Organiżmi Selvaġġi (COM(2016) 87.
https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM:2016:87:FIN
).
-
(LVI)
F’koordinazzjoni ma’ inizjattivi eżistenti bħall-Isfida ta’ Bonn:
http://www.bonnchallenge.org/
, id-Dikjarazzjoni ta’ New York dwar il-Foresti, u s-Sħubija Globali għar-Restawr tal-Foresti u tal-Pajsaġġi: http://www.forestlandscaperestoration.org/.
-
(LVII)
Żona ddeżinjata fuq il-bażi ta’ valuri għoljin ta’ konservazzjoni (HCVs) li huma valuri bijoloġiċi, ekoloġiċi, soċjali jew kulturali kkunsidrati sinifikanti b’mod straordinarju fil-livell nazzjonali, reġjonali jew globali:
https://hcvnetwork.org/
.
-
(LVIII)
L-approċċ ta’ ħażniet għoljin tal-karbonju (HCS) huwa metodoloġija li tiddistingwi ż-żoni ta’ foresti għall-protezzjoni minn artijiet degradati b’valuri baxxi ta’ karbonju u ta’ bijodiversità li jistgħu jiġu żviluppati:
http://highcarbonstock.org/
.
-
(LIX)
Ara
https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/food-farming-fisheries/farming/documents/report-tfra_mar2019_en.pdf
. Eżempji oħrajn ta’ inizjattivi rilevanti huma l-Alleanza tal-Foresti Tropikali, l-Inizjattiva tal-Kummerċ Sostenibbli, id-Dikjarazzjoni ta’ Marrakesh dwar iż-Żejt tal-Palm, l-Inizjattiva tal-Kawkaw u tal-Foresti, l-Inizjattiva tat-Trasparenza tal-Industriji tal-Estrazzjoni, u
l-Proġett tal-Industrija tat-Tajers tal-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli dwar il-lasktu naturali
.
-
(LX)
F’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Kummerċ għal kulħadd - Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment", COM(2015) 497.
-
(LXI)
Ara pereżempju, il-Ftehim UE-Messiku fil-prinċipju, imħabbar fil-21 ta’ April 2018.
-
(LXII)
Bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Injam Tropikali, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kawkaw u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafè.
-
(LXIII)
Climate Focus. (2017). Progress on the New York Declaration on Forests: Finance for Forests - Goals 8 and 9 Assessment Report. Imħejji minn Climate Focus f’kooperazzjoni mas-Sħab tad-Dikjarazzjoni ta’ New York dwar il-Valutazzjoni tal-Foresti b’appoġġ mill-Alleanza dwar il-Klima u l-Użu tal-Art.
-
(LXIV)
B. Singer ‘Financing Sustainable Forest Management in Developing Countries: The Case for a Holistic Approach,” International Forestry Review 18(1), 96-109, (l-1 ta’ Marzu 2016). https://doi.org/10.1505/146554816818206159.
-
(LXV)
Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm InvestEU (COM/2018/439 final).
-
(LXVI)
COM (2018) 97 final.
-
(LXVII)
Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 dwar parametri referenzjarji b’livell baxx ta’ karbonju u parametri referenzjarji b’livell ta’ karbonju b’impatt pożittiv (COM(2018) 355 final).
-
(LXVIII)
Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar divulgazzjonijiet relatati ma’ investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà u li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/2341 (COM(2018) 354 final).
-
(LXIX)
Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli (COM (2018) 353 final).
-
(LXX)
Ara d-Direttiva riveduta dwar id-Drittijiet tal-Azzjonisti (UE) 2017/828 u l-proposta tal-Kummissjoni COM (2018) 354 final dwar id-divulgazzjonijiet tas-sostenibbiltà minn investituri li għandhom l-għan li jikkontribwixxu għal trasparenza akbar.
-
(LXXI)
Id-Direttiva 2014/95/UE dwar id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mhux finanzjarja u ta’ informazzjoni dwar id-diversità. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni se taġġorna l-linji gwida mhux vinkolanti (C/2017/4234) sa tmiem it-tieni trimestru tal-2019, speċifikament fir-rigward tar-rapportar ta’ informazzjoni relatata mal-klima, u se tenfasizza r-rabtiet mad-deforestazzjoni.
-
(LXXII)
Ara, pereżempju, il-prattika korporattiva emerġenti tal-kontabilità tal-kapital naturali appoġġjata mill-Kunsill Dinji tan-Negozji għall-Iżvilupp Sostenibbli, il-Protokoll tal-Kapital Naturali tiegħu, u s-sħubijiet pubbliċi-privati relatati.
-
(LXXIII)
Id-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar. Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
-
(LXXIV)
Pereżempju l-appoġġ għall-Valutazzjoni tar-Riżorsi tal-Foresti Globali tal-FAO (www.fao.org/forest-resources-assessment/en/), għall-proġett ROADLESS-FOR (
https://forobs.jrc.ec.europa.eu/roadless/
), għall-Osservatorju għall-Afrika Ċentrali (http://www.observatoire-comifac.net), għall-prototipi għax-Xlokk tal-Asja (
www.rfo-sea.org/
), għall-prototipi għall-Afrika tal-Lvant (
http://apps.rcmrd.org/ofesa
), u għall-monitoraġġ ta’ REDD+, għar-rapportar u għall-fluss ta’ ħidma ta’ verifika.
-
(LXXV)
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. “Bijoekonomija sostenibbli għall-Ewropa: Tisħiħ tal-konnessjoni bejn l-ekonomija, is-soċjetà u l-ambjent” (COM/2018/673 final) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52018DC0673.
-
(LXXVI)
Eż. l-inizjattiva TRASE (Ktajjen ta’ provvista trasparenti għall-ekonomiji sostenibbli) u l-pjattaforma Global Forest Watch Commodities tal-Istitut Dinji tar-Riżorsi.
-
(LXXVII)
Pereżempju, is-Sħubija għar-Riċerka u għall-Innovazzjoni UE-Afrika dwar is-Sigurtà Alimentari u Nutrizzjonali u l-Agrikoltura Sostenibbli (FNSSA), il-kofond LEAP-Agri tal-ERA-NET tal-2016 u s-suġġett tas-sejħa kurrenti tal-2019 LC-SFS-34-2019: Food Systems Africa.
-
(LXXVIII)
Soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma mifhuma bħala soluzzjonijiet ħajjin li huma ispirati jew appoġġjati min-natura, li huma kosteffettivi; u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu sabiex tinbena r-reżiljenza.
-
(LXXIX)
Is-Sistema Globali ta’ Informazzjoni dwar in-Nirien li Jinfirxu Bla Kontroll (http://gwis.jrc.ec.europa.eu).
-
(LXXX)
Is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni dwar in-Nirien fil-Foresti (http://effis.jrc.ec.europa.eu).
-
(LXXXI)
FAO (2015) Global Forest Resources Assessments 2015 u van Lierop et al. (2015) Forest Ecology and Management 352, pp. 78-88.