Brussell, 31.5.2018

COM(2018) 369 final

2018/0194(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-‘‘programm Pericles IV”)

{SWD(2018) 281 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Din il-proposta tipprevedi data ta' applikazzjoni mill-1 ta' Jannar 2021 u hija ppreżentata għall-Unjoni ta' 27 Stat Membru, b'konformità man-notifika mir-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea u l-Euratom abbażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta' Marzu 2017.

·Raġunijiet u għanijiet

L-euro huwa, bħala l-munita unika tal-Unjoni, ta’ interess Ewropew ewlieni, li l-integrità tiegħu jeħtieġ li tkun protetta fid-dimensjonijiet kollha tiegħu. L-iffalsifikar tal-euro joħloq problema vera għall-Unjoni u għall-istituzzjonijiet tagħha. It-theddid tiegħu għadu sostanzjali, kif jidher mid-disponibbiltà dejjem tiżdied tal-euros u l-karatteristiċi ta’ sigurtà foloz ta’ kwalità għolja fuq l-internet/darknet u l-eżistenza ta’ hotspots ta’ ffalsifikar, eż. fil-Kolombja, il-Peru u ċ-Ċina. L-iffalsifikar ta’ flus huwa ta’ ħsara għaċ-ċittadini u n-negozji li ma jingħatawx rimborż għall-flus foloz, anki jekk dawn ikunu waslulhom b’rieda tajba. B’mod aktar ġenerali, iħalli impatt fuq l-istatus tal-valuta legali u fuq il-fiduċja taċ-ċittadini u n-negozji f'noti u muniti tal-euro ġenwini.

·Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Mill-introduzzjoni tal-euro bħala munita unika, hemm il-ħtieġa li l-euro jitħares kontra l-iffalsifikar fil-livell tal-UE u li jkun hemm programm speċifiku ddedikat għal dan l-għan. Il-programm attwali "Pericles 2020" huwa ddedikat speċifikament għall-protezzjoni tal-karti tal-flus u l-muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar 1 , u ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 331/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 2 .

L-approċċ transnazzjonali u multidixxiplinarju 3 distint ta’ Pericles 2020 u l-enfasi fuq il-bini tal-kapaċitajiet biex jipproteġu l-euro jagħmluh uniku fost il-programmi fil-livell tal-UE. Politiki oħrajn tal-Unjoni bħall-istrument tal-Pulizija tal-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF Police) u l-Istrument ta’ Assistenza Teknika u Skambju ta’ Informazzjoni (TAIEX) jistgħu jitqiesu bħala kumplimentari kif ikkonfermati minn diversi awtoritajiet nazzjonali 4 .

Din il-proposta leġiżlattiva tikkonċerna l-inizjattiva biex tkompli l-programm Pericles 2020 lil hinn mill-2020.

·Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Protezzjoni b'saħħitha tal-euro kontra l-iffalsifikar tifforma komponent essenzjali tas-sigurtà bħala wieħed mill-punti fokali tal-azzjoni tal-UE, kif enfasizzat fid-dokument ta’ riflessjoni dwar il-ġejjieni tal-finanzi tal-UE. Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-frodi relatati jippreservaw l-integrità tas-sistema tal-euro u b’hekk itejbu l-kompetittività tal-ekonomija tal-UE u jiżguraw is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. Għaldaqstant huma wkoll marbuta direttament mal-għan tal-Unjoni li ttejjeb il-funzjonament effiċjenti tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

·Bażi ġuridika

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 133 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Din id-dispożizzjoni tipprevedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, wara konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew, jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-użu tal-euro bħala l-munita unika. L-applikazzjoni tal-programm Pericles se jiġi estiż għall-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, permezz ta’ proposta għal Regolament parallel ibbażat fuq l-Artikolu 352 TFUE.

·Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-protezzjoni tal-munita unika Ewropea bħala ġid pubbliku għandha dimensjoni transnazzjonali ċara, u għalhekk il-protezzjoni tal-euro tmur lil hinn mill-interessi u r-responsabbiltà tal-Istati Membri individwali tal-UE. Meta wieħed iqis iċ-ċirkolazzjoni transfruntiera tal-euro u l-involviment profond tal-kriminalità organizzata internazzjonali fl-iffalsifikar tal-euro (il-produzzjoni u d-distribuzzjoni), l-oqfsa ta’ protezzjoni nazzjonali jeħtieġu li jiġu kkumplimentati b’inizjattiva tal-UE li tiżgura kooperazzjoni nazzjonali u internazzjonali omoġenja, u li tiffaċċja r-riskji transnazzjonali emerġenti possibbli.

Skont l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm, ''Il-valur miżjud tal-Programm, minħabba d-dimensjoni transnazzjonali unika tiegħu, jinsab essenzjalment fil-kapaċità tiegħu li jappoġġa forom ta’ kooperazzjoni internazzjonali li huma impossibbli li jintlaħqu mill-awtoritajiet nazzjonali 5 ''. Il-Programm ippromwova b’mod ċar il-kooperazzjoni transnazzjonali u transfruntiera fi ħdan l-UE kif ukoll l-iżgurar fuq livell internazzjonali ta’ protezzjoni globali tal-euro kontra l-iffalsifikar, u b’mod partikolari, ħa r-responsabbiltà li jiġġieled kontra t-theddid emerġenti speċifiku tal-iffalsifikar (bħall-web inviżibbli/dark web) u r-relazzjoni (ta’sfida) ma’ ċerti pajjiżi (pereżempju ċ-Ċina) minħabba li huwa diffiċli għall-Istati Membri individwali li jindirizzaw dawn it-theddidiet waħedhom b’mod effettiv. Inizjattivi bħall-istabbiliment ta’ djalogu mal-awtoritajiet Ċiniżi kontra l-iffalsifikar 6 u l-appoġġ għal attivitajiet ta’ protezzjoni tal-euro fl-Amerika Latina 7 ma kinux ikunu fattibbli mingħajr il-Programm. Ir-riċerka dwar l-elementi ta’ sigurtà innovattivi ta’ muniti tal-euro tat-tieni ġenerazzjoni jaqgħu ukoll f’din il-kategorija ta’ temi transnazzjonali.

·Proporzjonalità

Ir-Regolament propost huwa meħtieġ, adattat u xieraq biex jikseb l-għan aħħari. Huwa jipproponi li jsaħħaħ b’mod effiċjenti l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, mingħajr ma jirrestrinġi l-kapaċità tal-Istati Membri li jipproteġu l-euro kontra l-iffalsifikar. L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija ġġustifikata billi tgħin b’mod ċar lill-Istati Membri biex kollettivament jipproteġu l-euro u tinkoraġġixxi l-użu ta’ strutturi komuni tal-Unjoni sabiex tiżdied il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informżazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti 8 .

·Għażla tal-istrument

L-istrument propost huwa Regolament, f'kontinwità mar-Regolament (UE) Nru 331/2014 li jistabbilixxi l-programm Pericles 2020. Ir-Regolament wera li jipprovdi ċ-ċertezza legali meħtieġa għal protezzjoni effettiva tal-euro kontra l-iffalsifikar li ma setax jinkiseb permezz ta’ strumenti legali oħra.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

·Evalwazzjonijiet retrospettivi/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Saret evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm minn kuntrattur indipendenti fuq il-bażi tal-Art 13(4) tar-Regolament (UE) Nru 331/2014. Il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni COM(2017) 741 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Evalwazzjoni ta’ Nofs it-Terminu tal-programm fis-6 ta’ Diċembru 2017, li fiha hija taqbel mal-konklużjoni li l-Programm għandu jitkompla sal-iskadenza naturali tiegħu fl-2020, tappoġġja t-tkomplija tal-Programm lil hinn mill-2020 minħabba l-valur miżjud tiegħu għall-UE, l-impatt fit-tul tiegħu u s-sostenibbiltà, u taqbel mal-valutazzjoni tal-Evalwazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-Programm bħala programm awtonomu lil hinn mill-2020 9 . L-evalwazzjoni indipendenti tikkonkludi li s-sejbiet kollha jikkonverġu lejn valutazzjoni ġenerali pożittiva mingħajr ambigwità f’dak kollu li għandu x’jaqsam mal-valur miżjud lill-UE, il-koerenza, ir-rilevanza, l-effettività, is-sostenibbiltà u l-effiċjenza. Biex tkompli tissaħħaħ l-effiċjenza tal-programm, l-evalwazzjoni ssuġġeriet:

l-inkoraġġiment għal parteċipazzjoni akbar tal-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti 10 : jenħtieġ li tingħata konsiderazzjoni għall-istabbiliment ta’ kuntatti ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet nazzjonali biex ikun żgurat li l-opportunitajiet offruti mill-Programm jinftiehmu tajjeb;

is-simplifikazzjoni tal-proċess tal-applikazzjoni: jenħtieġ li tiġi esplorata l-possibbiltà li jiġu ppreżentati applikazzjonijiet u dokumentazzjoni rilevanti oħra online;

it-tisħiħ tal-proċess ta’ monitoraġġ: Huwa rrakkomandat li possibbilment issir modifika tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-Programm biex tinkludi indikaturi kwalitattivi.

·Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

It-tema tal-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar u l-proposta tal-MFF dwar il-kontinwazzjoni tal-programm Pericles 2020 kienet inkluża fil-konsultazzjoni Pubblika dwar il-fondi tal-UE fil-qasam tas-sigurtà, li għaliha l-perjodu ta’ konsultazzjoni kien mill-10 ta’ Jannar 2018 sad-9 ta’ Marzu 2018. Total ta’ 153 kontribuzzjoni waslu minn partijiet interessati privati​u pubbliċi, li minnhom 20 (13, 07%) speċifikament irreferew għall-programm Pericles 2020 11 . Ir-rispondenti enfasizzaw ir-rilevanza għolja tal-programm Pericles 2020, b’50% speċifikament jenfasizzaw il-valur miżjud tal-programm għall-UE biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni internazzjonali. Fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu modifikati jew miżjuda l-għanijiet tal-programmi/fondi f'dan il-qasam ta’ politika, l-opinjonijiet kienu maqsuma, b’erba’ rispondenti jipproponu li jinżamm il-livell ta’ finanzjament kif inhu u tliet rispondenti favur żieda ta’ fondi.

·Valutazzjoni tal-impatt

F’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti mir-Regolament Finanzjarju tal-UE [daħħal ir-referenenza], programmi li jipprovdu kontinwità fir-rigward tal-kontenut u l-istruttura jew li għandhom baġit relattivament żgħir, ma jeħtiġux valutazzjoni tal-impatt iżda pjuttost evalwazzjoni ex ante fil-forma ta’ Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal. L-evalwazzjoni ex-ante SWD (SWD(2018) 281) li takkumpanja din il-proposta tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamentazzjoni Aħjar.

·Simplifikazzjoni

L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm Pericles 2020 tissuġġerixxi, bħala miżura ta’ simplifikazzjoni għall-kontinwazzjoni tal-Programm, li tagħmel disponibbli l-possibbiltà li tissottometti applikazzjonijiet u dokumentazzjoni rilevanti oħra online. Barra minn hekk, biex tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni finanzjarja tal-għotjiet Pericles 2020, ġie introdott kost unitarju għas-sussistenza 12 fl-2017.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm għall-perjodu 2021 - 2027, għandu jkun ta’ EUR 7 700 000, f’termini ta’ prezzijiet attwali. Dan l-ammont huwa f'konformità mal-proposta tal-Kummissjoni għal Qafas Finanzjarju Plurennali li jmiss għall-perjodu 2021-2027 13 . Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża ma’ din il-proposta għal Regolament tistipula l-implikazzjonijiet baġitarji u r-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa.

5.ELEMENTI OĦRA

·Arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rapportar

Fil-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, it-tliet Istituzzjonijiet qablu li jistabbilixxu rekwiżiti ta’ rapportar, ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni fil-leġislazzjoni, filwaqt li jevitaw ir-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari għall-Istati Membri.

F’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali u l-Artikolu 12 u l-Artikolu 13 tal-proposta:

għandha tingħata informazzjoni annwali dwar ir-riżultati, inklużi l-konsistenza u l-komplimentarjetà ma’ programmi oħrajn tal-UE, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, filwaqt li jitqiesu l-indikaturi stabbiliti fl-Anness ta’ din il-proposta;

għandha ssir evalwazzjoni interim tal-Programm meta jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm; kif ukoll

fit-tmiem tal-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha ssir evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

2018/0194 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-‘‘programm Pericles IV”)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 14

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja 15

Billi:

(1)L-Unjoni u l-Istati Membri intrabtu bl-għan li jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-użu tal-euro bħala munita unika. Dawn il-miżuri jinkludu l-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar u l-frodi relatata biex b’hekk tissaħħaħ l-effettività tal-ekonomija tal-Unjoni u tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.

(2)Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 16 jipprevedi skambji ta' informazzjoni, koperazzjoni u assistenza reċiproka, u b' hekk jistabbilixxi qafas armonizzat għall-protezzjoni tal-euro. L-effetti ta ' dan ir-Regolament kienu estiżi bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2001 17 għal dawk l-Istati Membri li m’adottawx l-euro bħala l-munita unika tagħhom, sabiex jiġi pprovdut livell ta’ protezzjoni ekwivalenti tal-euro madwar l-Unjoni.

(3)L-azzjonijiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-iskambji tal-informazzjoni u tal-persunal, assistenza teknika u xjentifika u taħriġ speċjalizzat jgħinu b’mod sinifikanti biex jipproteġu l-munita unika tal-Unjoni kontra l-iffalsifikar u l-frodi relatata biex b’hekk jintlaħaq livell għoli u ekwivalenti ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni, filwaqt li tintwera l-kapaċità tal-Unjoni li tindirizza l-kriminalità organizzata serja.

(4)Il-programm għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar jikkontribwixxi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni, filwaqt li jtejjeb il-protezzjoni tal-euro, speċjalment permezz tad-disseminazzjoni kontinwa tar-riżultati ta' azzjonijiet appoġġati minn dan il-programm.

(5)L-appoġġ fl-imgħoddi għal dawn l-azzjonijiet, permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/923/KE 18 u 2001/924/KE 19 , li ġew sussegwentement emendati u estiżi bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2006/75/KE 20 , 2006/76/KE 21 , 2006/849/KE 22 , 2006/850/KE 23 u r-Regolament (UE) Nru 331/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 , għamilha possibbli li jitjiebu l-attivitajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tal-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar. L-għanijiet tal-programm għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-“programm Pericles”) għall-perjodi 2002-2006, 2007-2013 u mill-2014 sal-2017 25 intlaħqu b’suċċess.

(6)Fil-Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm Pericles 2020, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-kontinwazzjoni tal-programm Pericles 2020 lil hinn mill-2020 għandha tkun appoġġata, minħabba l-valur miżjud tiegħu lill-UE, l-impatt tiegħu fit-tul u s-sostenibbiltà tal-azzjonijiet tiegħu.

(7)Il-parir li kien hemm fl-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu kien li l-azzjonijiet iffinanzjati taħt il-Programm Pericles 2020 jenħtieġ li jitkomplew, filwaqt li jitqiesu l-possibbiltajiet li tiġi ssimplifikata l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, li tkun inkoraġġuta d-differenzjazzjoni tal-benefiċjarji, li jitkompla l-iffukar fuq it-theddidiet ta’ falsifikar emerġenti u rikorrenti u li jiġu ssimplifikati l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni.

(8)Għalhekk jenħtieġ li jiġi adottat Programm ġdid għall-perjodu 2021-2027 (il-programm “Pericles IV”). Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-programm Pericles IV ikun konsistenti u komplimentari ma' programmi u azzjonijiet rilevanti oħra. Jenħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet kollha meħtieġa fir-rigward tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għall-protezzjoni tal-euro mal-partijiet prinċipali involuti, partikolarment mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti maħtura mill-Istati Membri, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Europol, fil-kumitat imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1338/2001, partikolarment fir-rigward tal-iskambju, l-assistenza u t-taħriġ, bl-iskop li jiġi applikat il-programm Pericles IV.

(9)Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabilità ta’ protagonisti finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati rigward l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekondizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u finanzjament effettiv tal-UE.

(10)Dan ir-Regolament jikkonforma mal-prinċipji tal-valur miżjud u tal-proporzjonalità. Il-programm Pericles IV għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex l-euro jkun protett mill-iffalsifikar, mingħajr ma jiġu mimsusa r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri, u b'użu iktar effiċjenti tar-riżorsi minn dak li seta’ jsir fil-livell nazzjonali. Azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija meħtieġa u ġġustifikata għax tgħin b' mod ċar lill-Istati Membri biex kollettivament jipproteġu l-euro u tinkoraġġixxi l-użu ta’ strutturi komuni tal-Unjoni sabiex tiżdied il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

(11)Jenħtieġ li l-programm Pericles IV jiġi implimentat skont il-qafas finanzjarju pluriennali stabbilit fi [referenza għar-Regolament QFP wara l-2020 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) .../2018].

(12)Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-programm Pericles IV, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta programmi ta’ ħidma annwali li jistipulaw il-prijoritajiet, it-tqassim tal-baġit u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-għotjiet għall-azzjonijiet. Il-każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, li fihom iż-żieda fil-kofinanzjament tkun neċessarja sabiex l-Istati Membri jingħataw flessibilità ekonomika ikbar, biex b'hekk ikunu jistgħu jwettqu u jlestu proġetti biex jipproteġu u jissalvagwardjaw l-euro b'mod sodisfaċenti, jenħtieġ li jkunu parti mill-programmi ta' ħidma annwali.

(13)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju tal-programm Pericles IV, li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza ewlieni, skont it-tifsira ta’ [ir-referenza għandha tiġi aġġornata kif xieraq skont il-ftehim interistituzzjonali l-ġdid: il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(14)Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 26 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 27 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 28 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa ħażin jew użati ħażin u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jinvestiga u jista’ jagħmel prosekuzzjoni ta’ frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni għandha tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-EPPO u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA).

(15)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ valutazzjoni ta’ nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-programm Pericles IV u rapport ta’ evalwazzjoni finali dwar il-ksib tal-għanijiet tiegħu.

(16)Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 331/2014 jenħtieġ li jitħassar.

(17)Huwa xieraq li tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mingħajr interruzzjoni bejn il-programm Pericles 2020 u l-programm Pericles IV u huwa xieraq li d-durata tal-programm Pericles IV tiġi allinjata ma’ [referenza għar-Regolament QFP wara l-2020] ir-Regolament (UE, Euratom) …/ 2018 29 ] Għaldaqstant, il-programm Pericles IV jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1
Suġġett

Ir-Regolament jistabbilixxi l-programm Pericles IV, programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar.

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

Artikolu 2
Għanijiet tal-programm

1.Il-Programm għandu l-għan ġenerali li ġej:

Li jipprevjeni u jiġġieled kontra l-iffalsifikar u l-frodi relatata, biex b' hekk tissaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni u tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.

2.Il-Programm għandu l-għan speċifiku li ġej:

Li jipproteġi l-karti tal-flus u l-muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar u l-frodi relatata, billi jappoġġa u jissupplimenta l-miżuri meħuda mill-Istati Membri u jassisti lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u tal-Unjoni fl-isforzi tagħhom sabiex jiżviluppaw bejniethom u mal-Kummissjoni kooperazzjoni mill-qrib u regolari u skambju tal-aħjar prattiki, inklużi, fejn xieraq, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 3
Baġit

1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun ta’ EUR 7 700 000 (fi prezzijiet attwali).

2.L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali.

3.L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni inklużi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva.

Artikolu 4
Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament mill-UE

1.Il-Programm għandu jiġi implimentat f’ġestjoni diretta skont [l-aħħar verżjoni tar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.]

2.Il-Programm għandu jkun implimentat mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, permezz ta’ konsultazzjonijiet regolari fi stadji differenti tal-implimentazzjoni tal-Programm, b’kunsiderazzjoni tal-miżuri rilevanti meħuda minn entitajiet kompetenti oħrajn, b’mod partikolari l-Bank Ċentrali Ewropew u l-Europol.

3.L-appoġġ finanzjarju taħt il-Programm għal azzjonijiet eliġibbli elenkati fl-Artikolu 6 għandu jieħu l-forma jew ta’:

għotjiet ta' flus; jew

ta’ akkwist pubbliku.

Artikolu 5
Azzjonijiet konġunta

1.L-azzjonijiet taħt il-Programm jistgħu jiġu organizzati b’mod konġunt mill-Kummissjoni u sħab oħrajn li għandhom kompetenza relevanti, bħal:

(a)il-banek ċentrali nazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE);

(b)ic-Ċentri Nazzjonali ta ' Analiżi (NACs) u ċ-Ċentri Nazzjonali ta ' Analiżi tal-Muniti (CNACs);

(c)iċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ETSC) u z-zekki ;

(d)l-Europol, l-Eurojust u l-Interpol;

(e)l-uffiċċji ċentrali nazzjonali kontra l-iffalsifikar, kif previst fl-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Soppressjoni tal-Falsifikazzjoni tal-Muniti iffirmata f' Ġinevra fl-20 ta ' April 1929 30 u aġenziji oħrajn speċjalizzati fil-prevenzjoni, fid-detezzjoni u fl-infurzar tal-liġi b’konnessjoni mal-iffalsifikar;

(f)korpi speċjalizzati kkonċernati fil-qasam tat-teknoloġija tad-dupplikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni, stampaturi u inċiżuri;

(g)korpi oħra minbarra dawk imsemmija fil-punti minn (a) sa (f) li joffru kompetenza speċifika, inklużi, fejn xieraq, korpi bħal dawn minn pajjiżi terżi u b'mod partikolari minn Stati aderenti u minn pajjiżi kandidati; kif ukoll

(h)entitajiet privati li żviluppaw u pprovdew evidenza ta ' għarfien tekniku u timijiet li jispeċjalizzaw fid-detezzjoni ta' karti tal-flus u ta’ muniti ffalsifikati.

2.Fejn l-azzjonijiet eliġibbli jkunu organizzati b’mod konġunt mill-Kummissjoni u l-BĊE, l-Eurojust, l-Europol jew l-Interpol, l-ispejjeż li jkun hemm għandhom jinqasmu bejniethom. Fi kwalunkwe każ, kull wieħed minnhom għandu jħallas l-ispejjeż tal-vjaġġi u tal-akkomodazzjoni tal-kelliema mistiedna tiegħu.

KAPITOLU II
ELIĠIBBILTÀ

Artikolu 6
Azzjonijiet eliġibbli

1.Il-Programm għandu jipprovdi, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-programmi ta ' ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 10, appoġġ finanzjarju għall-azzjonijiet li ġejjin:

(a)skambju u disseminazzjoni ta ' informazzjoni, partikolarment permezz tal-organizzazzjoni ta' workshops, laqgħat u seminars inklużi taħriġ, apprendistati b’fokus partikolari u skambji tal-persunal tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u azzjonijiet oħra simili. L-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun, fost l-oħrajn, immirat lejn:

il-metodoloġiji għall-monitoraġġ u l-analiżi tal-impatt ekonomiku u finanzjarju tal-iffalsifikar;

it-tħaddim ta' bażijiet ta’ data u sistemi ta’ twissija bikrija;

l-użu ta' għodda ta' sejbien bl-għajnuna tal-kompjuter;

il-metodi ta' inkjesta u ta’ investigazzjoni;

assistenza xjentifika, inkluż il-monitoraġġ ta’ żviluppi ġodda;

il-protezzjoni tal-euro barra l-Unjoni;

azzjonijiet ta’ riċerka;

il-forniment ta' kompetenzi speċifiċi operazzjonali;

(b)assistenza teknika, xjentifika u operazzjonali kif ikun jidher neċessarju bħala parti mill-programm, inklużi b'mod partikolari:

kull miżura xierqa li tistabbilixxi riżorsi għat-tagħlim fuq livell tal-Unjoni, bħal handbook ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni, bullettini ta' informazzjoni, manwali prattiċi, glossarji u dizzjunarji, bażijiet ta’ data, b'mod speċjali fil-qasam tal-assistenza xjentifika u l-għassa tat-teknoloġija jew applikazzjonijiet tal-kompjuter li joffru appoġġ bħal pereżempju softwer;

studji rilevanti b’dimensjoni multidixxiplinarja u transnazzjonali, inkluża r-riċerka dwar karatteristiċi ta’ sigurtà innovattivi;

l-iżvilupp ta' strumenti u metodi tekniċi ta' appoġġ li jiffaċilitaw l-azzjonijiet ta' detezzjoni fil-livell tal-Unjoni;

appoġġ għall-kooperazzjoni f'operazzjonijiet li jinvolvu mill-inqas żewġ Stati meta dan l-appoġġ ma jkunx disponibbli minn programmi oħrajn tal-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej;

(c)ix-xiri ta’ tagħmir li għandu jintuża minn awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi speċjalizzati kontra l-iffalsifikar għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar, b’konformità mal-Artikolu 10(3).

2.Il-programm għandu jqis aspetti transnazzjonali u multidixxiplinarji tal-ġlieda kontra l-iffalsifikar billi jimmira lejn il-parteċipazzjoni tal-gruppi li ġejjin:

(a)l-impjegati tal-aġenziji involuti fid-detezzjoni tal-iffalsifikar u fil-ġlieda kontrih, b’mod partikolari l-korpi tal-pulizija, tad-dwana u amministrazzjonijiet finanzjarji, skont il-funzjoni speċifika tagħhom fil-livell nazzjonali;

(b)il-persunal tal-intelligence;

(c)ir-rappreżentanti tal-banek ċentrali nazzjonali, taz-zekki, tal-banek kummerċjali u ta' intermedjarji finanzjarji oħrajn, b' mod partikolari fejn għandhom x' jaqsmu l-obbligi tal-istituzzjonijiet finanzjarji;

(d)l-uffiċjali ġudizzjarji, l-avukati speċjalizzati u l-membri tal-ġudikatura f'dan il-qasam;

(e)kull grupp ieħor ta' speċjalisti kkonċernat (bħal pereżempju, kmamar tal-kummerċ u tal-industrija jew strutturi simili li joffru aċċess lill-intrapriżi żgħar u medji, bejjiegħa bl-imnut u kumpaniji responsabbli għat-transitu ta' flus kontanti.

3.Il-gruppi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jinkludu parteċipanti minn pajjiżi terzi, jekk dan ikun importanti għat-twettiq tal-għanijiet previsti fl-Artikolu 2.

KAPITOLU III
GĦOTJIET

Artikolu 7
Għotjiet

Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

Għall-azzjonijiet implimentati permezz ta’ għotjiet, ix-xiri ta’ tagħmir m’għandux ikun l-uniku komponent tal-ftehim tal-għotja.

Artikolu 8
Rati ta’ kofinanzjament

Ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għotjiet mogħtija skont il-Programm m’għandhiex tkun aktar minn 75 % tal-ispejjeż eliġibbli. F’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati li huma ddefiniti fil-programmi ta’ ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 10, ir-rata ta’ kofinanzjament m’għandhiex tkun iktar minn 90 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Artikolu 9
Entitajiet eliġibbli

Il-korpi eliġibbli għall-finanzjament skont il-Programm għandhom ikunu l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, kif definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001.

KAPITOLU IV
PROGRAMMAR, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL

Artikolu 10
Programmi ta’ ħidma

1.Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz ta’ programmi ta’ ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

2.Għall-għotjiet, flimkien mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju, il-programm ta’ ħidma għandu jispeċifika l-kriterji tal-għażla u tal-għoti essenzjali u r-rata massima possibbli ta’ kofinanzjament.

Artikolu 11
Eżerċizzju ta’ delega

1.Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12(2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027. 

3.Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 12(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti magħżula minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 12(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 12
Monitoraġġ

1.L-indikaturi biex jirrappurtaw dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għan speċifiku stabbilit fl-Artikolu 2 huma stipulati fl-Anness għal din il-proposta.

2Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn l-ilħuq tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 11, biex tiżviluppa d-dispożizzjonijiet għal qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni, inkluż permezz ta’ emendi għall-Anness sabiex tirrevedi u tikkumplimenta l-indikaturi fejn meħtieġ għall-finijiet tal-evalwazzjoni.

3.Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni annwali dwar ir-riżultati tal-Programm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, filwaqt li tqis l-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi stabbiliti fl-Anness ta’ din il-proposta.

4.Il-pajjiżi parteċipanti u benefiċjarji oħrajn għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bid-data u bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun possibbli li jsiru l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-Programm.

Artikolu 13
Evalwazzjoni

1.L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.

2.Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

3.Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bank Ċentrali Ewropew.

KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.

2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u mal-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati lill-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2.

Artikolu 15
Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 331/2014 jitħassar b'effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 16
Dispożizzjonijiet tranżitorji

Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, skont ir-Regolament (UE) Nru 331/2014, li għandhom ikomplu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

Artikolu 17
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew            Għall-Kunsill

Il-President            Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.Durata u impatt finanzjarju

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwati

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-programm Pericles biex jiġu promossi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar.

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat/i 

Sigurtà; Napprofondixxu l-UEM: Protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 31  

X Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.4.1.Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil

It-Trattat jipprevedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-użu tal-euro bħala l-munita unika (l-Artikolu 133 TFUE). Dawn il-miżuri jinkludu fost oħrajn il-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar. Ibbażat fuq dan l-Artikolu, il-protezzjoni tal-euro bħala l-munita unika hija responsabbiltà tal-UE. B'mod parallel, l-awtoritajiet nazzjonali joħorġu l-karti tal-flus u l-muniti tal-euro, skont l-Artikolu 128 TFUE. L-Istati Membri adottaw leġiżlazzjoni nazzjonali u stabbilixxew regoli interni li jipproteġu l-euro.

1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li b’xi mod ieħor kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex-ante)

Il-protezzjoni tal-munita unika Ewropea bħala ġid pubbliku għandha dimensjoni transnazzjonali ċara, u għalhekk il-protezzjoni tal-euro tmur lil hinn mill-interessi u r-responsabbiltà tal-Istati Membri individwali tal-UE. Minħabba ċ-ċirkolazzjoni transfruntiera tal-euro u l-involviment profond tal-kriminalità organizzata internazzjonali fl-iffalsifikar tal-euro (il-produzzjoni u d-distribuzzjoni), l-oqfsa ta’ protezzjoni nazzjonali jeħtieġu li jiġu kkumplimentati biex tkun żgurata kooperazzjoni nazzjonali u internazzjonali omoġenja, u biex ikunu jistgħu jiffaċċjaw ir-riskji transnazzjonali emerġenti possibbli.

Valur miżjud iġġenerat tal-Unjoni mistenni (ex post)

Il-Programm se jippromwovi l-kooperazzjoni transnazzjonali u transfruntiera fl-UE kif ukoll l-iżgurar fuq livell internazzjonali ta’ protezzjoni globali tal-euro kontra l-iffalsifikar, u b’mod partikolari, se jieħu r-responsabbiltà li jiġġieled kontra theddid emerġenti speċifiku tal-iffalsifikar (bħall-web inviżibbli/dark web) u li jittratta r-relazzjoni (ta’ sfida) ma’ ċerti pajjiżi (pereżempju ċ-Ċina) minħabba li huwa diffiċli għall-Istati Membri individwali li jindirizzaw dawn it-theddidiet waħedhom b’mod effettiv. Inizjattivi bħall-istabbiliment ta’ djalogu ma’ awtoritajiet Ċiniżi kontra l-iffalsifikar u appoġġ għal attivitajiet ta’ protezzjoni tal-euro fl-Amerika Latina ma jkunux fattibbli mingħajr il-Programm. Ir-riċerka dwar l-elementi ta’ sigurtà innovattivi ta’ muniti tal-euro tat-tieni ġenerazzjoni taqa’ wkoll f’din il-kategorija ta’ temi transnazzjonali.

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-programm Pericles ġie evalwat fi tliet okkażjonijiet, fl-2004, fl-2011 u fl-2017. Mill-valutazzjonijiet jidher li l-Programm kiseb l-għanijiet tiegħu u li l-benefiċjarji esprimew il-fehma li l-Programm għandu jitkompla. B'mod partikolari, l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm Pericles 2020 fl-2017 tikkonkludi li s-sejbiet kollha jikkonverġu lejn valutazzjoni ġenerali mingħajr ambigwità rigward il-valur miżjud tiegħu tal-UE, il-koerenza, ir-rilevanza, l-effettività, is-sostenibbiltà u l-effiċjenza.

It-tagħlimiet meħuda mill-Programm ta’ qabel huma dawn li ġejjin:

- Il-ħtieġa li titħeġġeġ parteċipazzjoni akbar tal-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti: jenħtieġ li tingħata konsiderazzjoni għall-istabbilment ta’ kuntatti ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet nazzjonali biex ikun żgurat li l-opportunitajiet offruti mill-Programm jinftiehmu tajjeb.

- Jenħtieġ li tiġi esplorata l-possibbiltà tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u ta’ dokumentazzjoni rilevanti oħra online.

- Bl-użu ta’ karta ta’ strateġija annwali Pericles, li tidentifika t-theddid u l-prijoritajiet kemm emerġenti kif ukoll rikorrenti, il-programm għandu jkun jista’ jkompli jirrispondi għal dawn it-theddidiet u l-prijoritajiet b’mod flessibbli u effettiv.

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti xierqa oħra

L-approċċ transnazzjonali u multidixxiplinarju 32 distint ta’ Pericles 2020 u l-enfasi fuq il-bini tal-kapaċitajiet biex jipproteġi l-euro jagħmluh uniku fost il-programmi fil-livell tal-UE. Żewġ programmi tal-Kummissjoni jistgħu jitqiesu bħala kumplimentari. L-istrument tal-Pulizija tal-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF Pulizija ) tad-DĠ HOME ikopri l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità inġenerali, iżda jinkludi biss sforzi (indiretti) biex jipprevjeni jew jikkumbatti l-iffalsifikar tal-euro (jew tal-munita) jekk marbuta ma’ tipi oħra ta’ reati pprijoritizzati mill-istrument (jiġifieri t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, il-kriminalità ċibernetika u l-kriminalità ambjentali). Barra minn hekk, l-istrument ta’ Assistenza Teknika u Skambju ta’ Informazzjoni (TAIEX) tad-DĠ NEAR appoġġa attivitajiet relatati mal-iffalsifikar tal-euro, iżda dawn l-attivitajiet huma ta’ skala, durata u natura differenti meta mqabbla mal-azzjonijiet ta’ Pericles 2020 u ħafna drabi huma b’appoġġ għan-negozjati tal-adeżjoni. Bosta awtoritajiet nazzjonali u ta’ pajjiżi terzi kkonfermaw din il-komplementarjetà effettiva 33 .

1.5.Durata u impatt finanzjarju

X Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

X    Il-proposta/l-inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2021 sal-31/12/2027

X    Impatt finanzjarju mill-2021 sal-2030

1.6.Mod/i ta’ ġestjoni ppjanat/i 34  

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”

Kummenti

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Ara l-Artikolu 12 u l-Artikolu 13 tal-proposta li skontha:

l-informazzjoni annwali dwar ir-riżultati, inklużi l-konsistenza u l-komplimentarjetà ma' programmi oħrajn tal-UE, għandha tiġi pprovduta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill;

hija prevista valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-programm (mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024);

barra minn hekk, se jsir rapport finali lill-awtorità baġitarja dwar il-kisba tal-għanijiet tal-Programm sa tmiem l-2027.

2.2.Sistema(i) ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu(i) għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta

Mod ta’ ġestjoni.

Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni diretta mill-Kummissjoni. Dan jiżgura li d-DĠ ECFIN ikun inkarigat kemm mill-ġestjoni diretta tal-Programm kif ukoll mit-tfassil u mill-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-UE għall-protezzjoni tal-euro, li tkopri l-prevenzjoni, l-infurzar u l-kooperazzjoni, filwaqt li tippermetti grad ottimu ta’ sinerġija. Din tiggarantixxi l-kisba effettiva tal-għanijiet tal-Programm, peress li torbot il-leġiżlazzjoni u l-politika mal-implimentazzjoni tal-Programm. Il-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni fi kważi kull azzjoni tappoġġa l-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tad-dimensjonijiet leġiżlattivi u ta’ politika tal-UE.

Mekkaniżmu għall-implimentazzjoni tal-finanzjament

L-appoġġ finanzjarju fil-Programm għal azzjonijiet eliġibbli għandu jieħu l-forma jew ta’:

(a) għotjiet (“azzjonijiet implimentati mis-CNA”),; jew

(b) akkwist pubbliku (“azzjonijiet diretti”).

Il-Kummissjoni/DĠ ECFIN tagħmel użu minn “azzjonijiet diretti” bl-għan li tikkumplimenta azzjonijiet ta’ subvenzjoni u għalhekk tilħaq l-ogħla numru ta’ theddidiet u prijoritajiet emerġenti.

Ir-rata ta’ kofinanzjament għal għotjiet mogħtija taħt il-Programm ma għandhiex taqbeż il-75 % tal-ispejjeż eliġibbli. F'każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati, definiti fil-programmi ta’ ħidma annwali, ir-rata ta’ kofinanzjament ma tistax taqbeż id-90% tal-kostijiet eliġibbli. Dawn il-każijiet ġustifikati huma speċifikati fil-programm ta’ ħidma annwali u huma aġġornati fuq bażi annwali.

It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità. Għall-għotjiet, dan għandu jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u skali ta’ kostijiet unitarji.

Il-programm ta’ ħidma annwali se jindika l-allokazzjoni baġitarja bejn l-għotjiet u l-akkwist pubbliku fuq bażi annwali, u se jinkludi flessibilità ta’ 20 % skont id-domanda għal għotjiet u l-ħtieġa għal azzjonijiet akkwistati mill-Kummissjoni. Il-bidliet kumulattivi fl-allokazzjoni għall-azzjonijiet speċifiċi msemmija fil-programm ta’ ħidma annwali li ma jaqbżux l-20 % tal-baġit annwali totali ma jitqisux bħala bidla sostanzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 94(4) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012, sakemm dawn ma jaffettwawx b’mod sinifikanti n-natura u l-għanijiet tal-programm ta’ ħidma.

Modalitajiet ta’ pagamenti.

Il-Kummissjoni trid tħallas il-pagamenti li ġejjin lill-benefiċjarju:

- pagament wieħed ta’ prefinanzjament;

- pagament wieħed tal-bilanċ, abbażi tat-talba għall-pagament tal-bilanċ.

L-għan tal-prefinanzjament huwa li jipprovdi lill-benefiċjarji b’somma (float). Il-prefinanzjament jibqa’ l-proprjetà tal-Unjoni sakemm jiġi approvat fil-konfront tal-pagament tal-bilanċ.

Il-pagament tal-bilanċ jirrimborża jew ikopri l-parti li jifdal tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarju għall-implimentazzjoni tal-azzjoni.

Strateġija ta’ kontroll.

Il-proċeduri ta' kontroll għaż-żewġ taqsimiet tal-programm (għotjiet u akkwisti) huma f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

Verifiki ex-ante (għall-impenji u l-pagamenti)

L-għażla tal-Kummissjoni ta’ ċirkwit finanzjarju hija ta’ mudell parzjalment deċentralizzat, b’bidu u verifika finanzjarji mqiegħda fl-unità ċentrali tal-finanzi u bidu operazzjonali, verifika u awtorizzazzjoni finali fl-unitajiet operattivi. Il-fajls kollha jiġu vverifikati minn mill-inqas erba’ (4) aġenti (l-aġent finanzjarju inizjatur u l-aġent finanzjarju verifikatur fl-unità tal-baġit u l-aġent inizjatur operattiv u l-aġent verifikatur fl-unità responsabbli għan-nefqa) qabel jiġu aċċettati mill-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni b’sottodelega.

Kull kap ta’ unità ingħata sottodelega mid-Direttur Ġenerali, konsegwentement kull kap ta' unità huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-biċċa tiegħu tal-programm.

Il-kontrolli ex-ante jitwettqu mill-FVA u mill-OVA fuq kull tranżazzjoni li teħtieġ l-approvazzjoni tal-AOSD.

- Il-kontrolli jsiru fuq varjabbli sensittivi wara r-riżultati tal-valutazzjoni

tar-riskju mwettqa fil-kuntest tar-Rapport dwar il-Kwalità tal-Kontabilità (bħal: LE

u BA, kontijiet G/L, linji baġitarji, ammonti u kalkoli, eċċ ...).

Fil-fajls kollha tal-akkwisti ta’ Pericles, ir-rappreżentant tal-ECFIN huwa preżenti fil-jum tal-azzjoni sabiex jissorvelja l-implimentazzjoni tajba tal-fondi (pereżempju konferenzi u taħriġ).

Għotjiet

Il-Ftehim tal-għotja ffirmat mill-benefiċjarji jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li japplikaw għall-iffinanzjar u l-attivitajiet li jirrikorru taħt l-għotja, inkluż kapitolu dwar metodi ta' kontroll.

- F’ħafna mill-għotjiet ta’ Pericles, rappreżentattiv tal-ECFIN huwa preżenti fil-jum tal-azzjoni sabiex jikkontribwixxi għal dan l-avveniment (pereżempju: kelliema, ħarrieġa) u jivverifika l-implimentazzjoni tajba tal-azzjoni (pereżempju konferenzi u taħriġ).

Akkwisti

Huma abbozzati termini dettaljati ta’ referenza li huma l-bażi tal-kuntratt speċifiku. Miżuri kontra l-frodi huma previsti fil-kuntratti kollha konklużi bejn l-ECFIN u l-parti esterna.

- L-ECFIN twettaq kontrolli tar-riżultati kollha u tissorvelja l-operazzjonijiet u s-servizzi kollha mwettqa mill-kuntrattur tal-qafas tagħna.

Barra minn hekk, f'konformità mal-Premessa 14 tal-proposta, huma previsti miżuri fil-livell tal-benefiċjarji (se jkun hemm dokumenti ġustifikattivi disponibbli għall-Kummissjoni). Jistgħu jitwettqu eżerċizzji ta' awditjar matul il-kuntratt jew il-ftehim u għal perjodu ta' ħames snin wara l-aħħar pagament sabiex iwasslu, fejn xieraq, għal deċiżjonijiet ta' rkupru mill-Kummissjoni. Id-drittijiet tal-aċċess tal-persunal tal-Kummissjoni kif ukoll tal-persunal estern awtorizzat huma definiti u l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF għandhom igawdu l-istess drittijiet.

Il-kontrolli stabbiliti jippermettu lill-ECFIN ikollu assigurazzjoni suffiċjenti tal-kwalità u r-regolarità tan-nefqa u jnaqqas ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità.

Il-kontrolli msemmija hawn fuq inaqqsu r-riskji potenzjali għal virtwalment żero u jilħqu 100 % tal-benefiċjarji.

L-istrateġija ta’ kontroll tal-programm titqies bħala effiċjenti biex tillimita r-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità u hija proporzjonata mar-riskju involut minħabba l-baġit żgħir

involut.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema(i) ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Il-livell ta' riskju huwa kkunsidrat baxx għal ftehimiet tal-għotja, billi f’90 % tal-każijiet il-benefiċjarji huma l-amministrazzjonijiet pubbliċi jew is-servizzi tal-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri. Fil-każ ta’ kuntratti mogħtija fuq il-bażi ta' proċess ta' akkwisti r-riskji huma inqas billi parti importanti tan-nefqa hi legalment u finanzjarjament koperta minn kuntratt ta’ qafas konkluż għal sena (1) bil-possibbiltà li jiġġedded tliet (3) darbiet.

F’konformità mar-rekwiżiti tal-Kumissjoni, se jitwettaq eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskju kull sena.

Riskju importanti identifikat fil-files tal-għotjiet huwa l-interpretazzjoni fjakka mill-benefiċjarju tal-kondizzjonijiet tal-għotja rigward l-eliġibbiltà tal-kostijiet imġarrba fl-implimentazzjoni tal-azzjoni. Sabiex inaqqsu dan ir-riskju il-Linji Gwida Finanzjarji għall-Applikanti huma annessi mas-Sejħiet għal Proposti.

Spejjeż iddikjarati mill-benefiċjarju li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim dwar l-għotja.

Kostijiet tal-persunal mhux sostanzjati biżżejjed.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u l-valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

Il-kostijiet involuti sabiex jiġu implimentati l-istrateġiji ta’ kontroll jirrappreżentaw 1,15 % tal-baġit. Din l-istima hija bbażata fuq il-miżuri ta’ kontroll diġà fis-seħħ għall-programm Pericles 2020.

L-effettività tan-nefqa globali tal-kontrolli fuq l-ispejjeż ta’ Pericles se titkejjel bil-proporzjon tal-ispejjeż totali tal-kontrolli fuq il-pagamenti. Jenħtieġ li jiġi kkunsidrat li għalkemm il-proporzjon tal-kostijiet ta’ kontroll se jkun ogħla mill-medja l-implimentazzjoni se tkun effiċjenti u kosteffettiva biżżejjed. Il-proporzjon għoli tal-kostijiet ta’ kontroll jista’ jiġi spjegat b’dan li ġej:

L-unità responsabbli hija wkoll unità tan-negozju attiva li l-attivitajiet tagħha huma marbuta mal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet Pericles imwettqa mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dan jitwettaq permezz tad-diskussjoni u l-koordinazzjoni tal-Grupp ta’ Esperti tal-SM kif ukoll permezz tal-attendenza fl-avvenimenti/ workshops/ taħriġ kollha organizzati mill-benefiċjarji. Diskussjonijiet preliminari jiggarantixxu l-kwalità għolja tar-riżultati li għandhom jintużaw għall-ħidma tal-unità. Il-parteċipazzjoni tal-persunal tal-ECFIN fl-avvenimenti kollha tirrelata prinċipalment mal-attivitajiet tiegħu bħala unità tan-negozju (li jippresjedi, jwassal preżentazzjonijiet, imexxi workshops, jabbozza konklużjonijiet flimkien ma’ oħrajn u juża konsegwentement ir-riżultati) u fl-istess ħin jagħti l-opportunità ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni fuq il-post tal-kwalità tal-azzjonijiet kollha implimentati (massimu ta’ 15 % tal-ħin imqatta’ fuq il-post). Fl-istess kuntest, ECFIN ta’ spiss jilqa’ l-parteċipanti tal-iskambji tal-persunal ta’ Pericles fil-bini tiegħu. Dawn il-kompiti jammontaw għal ammont sinifikanti ta’ ħin għall-unità, ħafna minnhom huma relatati mal-politika.

Pericles għandu baġit relattivament żgħir, li l-implimentazzjoni u l-kontrolli tiegħu mhumiex proporzjonali għall-għotjiet baxxi relattivi mogħtija, f’livell simili, minħabba l-baġit baxx tiegħu, il-programm ma jistax jibbenefika minn ekonomiji ta’ skala.

Il-programm jitwettaq permezz ta’ sejħa waħda għal proposti, b’żewġ skadenzi; għalhekk jiġu ġestiti żewġ proċeduri tal-għoti kull sena

Ir-rata ta’ żball residwu fil-mira hija taħt it-2 % tal-pagamenti.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Ara l-premessa 14 tal-Proposta. Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 35 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 36 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 37 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa ħażin jew użati ħażin u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jinvestiga u jista’ jagħmel prosekuzzjoni ta’ frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni għandha tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (ECA).

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja(i) tal-baġit tan-nefqa proposta(i)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru 06 02
Intestatura 2 Koeżjoni u Valuri

Diff./Mhux-diff 38 .

mingħand il-pajjiżi tal-EFTA 39

mill-pajjiżi kandidati 40

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

Differenzjat

LE

LE

LE

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

2

Numru 06.02

Intestatura 2 — Koeżjoni u Valuri

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

2028-2030

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(1)

1,037

1,057

1,078

0,950

1,122

1,144

1,012

0

7,400

Pagamenti

(2)

0,256

0,767

0,951

0,843

1,015

1,032

0,895

1,641

7,400

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm 41  

Impenji = pagamenti

(3)

0,150

0,150

0.300



TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-Programm

Impenji

= 1 + 3

1,037

1,057

1,078

1,100

1,122

1,144

1,162

0

7,700

Pagamenti

= 2 + 3

0,256

0,767

0,951

0,993

1,015

1,032

1,045

1,641

7,700





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

miljuni ta’ Euro (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021 42

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Riżorsi umani

0,272

0,272

0,272

0,272

0,272

0,272

0,272

 1,904

Nefqiet amministrattivi oħra

0,015

0,015

0,015

0,015

0,015

0,015

0,015

0,105

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = total ta’ pagamenti)

0,287

0,287

0,287

0,287

0,287

0,287

0,287

2,009

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021 43

2022

2023

2024

2025

2026

2027

2028-2030

TOTAL

TOTAL tal-appropriazzjonijiet
fl-INTESTATURI kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

1,324

1,344

1,365

1,387

1,409

1,431

1,449

9,709

Pagamenti

0,543

1,054

1,238

1,280

1,302

1,319

1,332

1,641

9,709

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.2.1Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)



2021 44



2022



2023



2024



2025



2026



2027

TOTAL

INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0,272

0,272

0,272

0,272

0,272

0,272

0,272

1,904

Nefqa amministrattiva oħra

0,015

0,015

0,015

0,015

0,015

0,015

0,015

0,405

Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,287

0,287

0,287

0,287

0,287

0,287

0,287

2,009

Barra mill-INTESTATURA 7 45
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-Intestatura 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0,287

0,287

0,287

0,287

0,287

0,287

0,287

2,009

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li jkunu ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.2.2Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta' riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time



2021 46



2022



2023



2024



2025



2026



2027

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji))

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

1,9

1,9

1,9

1,9

1,9

1,9

1,9

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Fulltime: FTE) 47

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  48

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

1,9

1,9

1,9

1,9

1,9

1,9

1,9

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun ġie assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie riallokat fid-DĠ, flimkien, jekk inhu meħtieġ ma' kull allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

1,9 (0,95 AD, 0.95 AST)

Persunal estern

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

X Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq id-dħul mixxellanju

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 49

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

(1)    Dan jissostitwixxi l-programm Pericles li ġie stabbilit fl-2001 u baqa' għaddej matul il-perjodu 2002-2013, u l-applikazzjoni tiegħu ġiet estiża għall-Istati Membri mhux parteċipanti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/768 tal-11 ta’ Mejju 2015.
(2)    Ir-Regolament (UE) Nru 331/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm "Pericles 2020") (ĠU L 103, 5.4.2014, p. 1). Dan ir-Regolament ħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/923/KE, 2006/75/KE, u 2006/849/KE.
(3)    Il-pulizija, l-awtoritajiet ġudizzjarji, il-banek ċentrali nazzjonali, il-laboratorji ta’ analiżi teknika u l-istituzzjonijiet xjentifiċi kollha jistgħu jiġu inklużi fl-azzjonijiet Pericles 2020.
(4)    Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2017) 443 final li jakkumpanja d-dokument ta’ Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm għall-iskambju, l-assistenza u t-taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-Programm “Pericles 2020”), is-6 ta’ Diċembru 2017. 
(5)    Economisti Associati, Evalwazzjoni ta’ Nofs it-Terminu tal-Programm Pericles 2020 – Rapport Finali, 27 ta' Ġunju 2017, p. 64-70.
(6)    Biex jindirizza t-theddida ta’ karatteristiċi ta’ sigurtà foloz (bħal l-ologrammi) tal-karti tal-flus tal-euro.
(7)    Biex jindirizza hotspots ta’ ffalsifikar tal-euro fil-Kolombja u fil-Peru.
(8)    Kif iddikjarat fil-premessa 13 tar-Regolament (UE) Nru 331/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles 2020”) (ĠU L 103, 5.4.2014, p. 1).
(9)    Kommunikazzjoni COM(2017) 741 final - Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm għall-iskambju, l-assistenza u t-taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-Programm "Pericles 2020"), is-6 ta’ Diċembru 2017.
(10)    L-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti huma l-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri għall-ġlieda kontra l-iffalsifikar, u jinkludu lill-Pulizija, lill-awtoritajiet ġudizzjarji, lill-banek ċentrali nazzjonali u liz-zekki. Il-lista sħiħa tinsab f'Il-Ġurnal Uffiċjali (2015/C 264/02).
(11)    Mistoqsija 6 tal-kwestjonarju: “Jekk jogħġbok infurmana jekk għandekx esperjenza f’mill-inqas wieħed minn dawn il-fondi u l-programmi”
(12)    Kost unitarju għall-kumpens għas-sussistenza għal kull jum huwa maħsub biex ikopri spejjeż ta’ sussistenza għal pajjiż partikolari (ikla u pranzu, trasport lokali u spejjeż personali oħra.
(13)    Daħħal ir-referenza meta tkun disponibbli.
(14)     ĠU C 137, 12.5.2012, p. 7 .
(15)    Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014.
(16)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro ( ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6 ).
(17)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jestendi l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001, li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m'adottawx l-euro bħala l-munita unika tagħhom ( ĠU L 181, 4.7.2001, p. 11 ).
(18)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/923/KE tas-17 ta' Diċembru 2001 li tistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm Pericles) ( ĠU L 339, 21.12.2001, p. 50 ).
(19)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/924/KE tas-17 ta’ Diċembru 2001 li testendi l-effetti tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi skambju, għajnuna u programm ta’ taħriġ għall-protezzjoni ta'l-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles”) għall-Istati Membri li għadhom m'addottawx l-euro bħala munita unika ( ĠU L 339, 21.12.2001, p. 55 ).
(20)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/75/KE tat-30 ta’ Jannar 2006 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, għajnuna u taħriġ għall-protezzjoni tal-Euro kontra l-falsifikazzjoni (il-programm Pericles) ( ĠU L 36, 8.2.2006, p. 40 ).
(21)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/76/KE tat-30 ta’ Jannar 2006 li testendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/75/KE li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, għajnuna u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni (il-programm Pericles) ( ĠU L 36, 8.2.2006, p. 42 ).
(22)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/849/KE tat-20 ta’ Novembru 2006 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, għajnuna u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm Pericles) ( ĠU L 330, 28.11.2006, p. 28 ).
(23)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/850/KE tal-20 ta’ Novembru 2006 li testendi għall-Istati Membri li mhumiex parteċipanti l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/849/KE li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm Pericles) ( ĠU L 330, 28.11.2006, p. 30 ).
(24)    Ir-Regolament (UE) Nru 331/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles 2020”) u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/923/KE, 2001/924/KE, 2006/75/KE, 2006/76/KE, 2006/849/KE u 2006/850/KE ( ĠU L 103, 5.4.2014, p. 1).  
(25)    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm Pericles 2020 tas-6.12.2017 ( COM (2017) 741 final).  
(26)     ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1
(27)     ĠU L 292, 15.11.1996, p.2.  
(28)     ĠU L 283, 31.10.2017, p.1.  
(29)    Ara l-Ġurnal Uffiċjali. 
(30)    Serje ta’ Trattati tal-Lega tan-Nazzjonijiet Nru 2623 (1931), p. 372.
(31)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(32)    Il-pulizija, l-awtoritajiet ġudizzjarji, il-banek ċentrali nazzjonali, il-laboratorji ta’ analiżi teknika u l-istituzzjonijiet xjentifiċi kollha jistgħu jiġu inklużi fl-azzjonijiet Pericles 2020.
(33)    Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2017) 443 final li jakkumpanja d-dokument ta’ Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm għall-iskambju, l-assistenza u t-taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-Programm “Pericles 2020”), is-6 ta’ Diċembru 2017.
(34)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(35)     ĠU L 248, 18.9.2013, p.1.
(36)     ĠU L 292, 15.11.1996, p.2.  
(37)     ĠU L 283, 31.10.2017, p.1.  
(38)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(39)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(40)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(41)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (preċendement linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(42)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(43)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(44)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(45)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(46)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(47)    AC = Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= personal tal-aġenziji; JED = Espert Żagħżugħ fid-Delegazzjonijiet.
(48)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji "BA").
(49)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-kostijiet tal-ġbir.

Brussell,31.5.2018

COM(2018) 369 final

ANNESS

tal-

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-"programm Pericles IV")

{SWD(2018) 281 final}


ANNESS

INDIKATURI GĦALL-EVALWAZZJONI TAL-PROGRAMM

Il-Programm se jiġi mmonitorjat mill-qrib fuq il-bażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu safejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bil-għan li jiġu minimizzati l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi. Għal dan il-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin:

(a)L-għadd ta’ euro foloz misjuba;

(b)L-għadd ta’ workshops illegali żarmati; kif ukoll

(c)Il-feedback tal-parteċipanti fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm.

Id-data u l-informazzjoni dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għandhom jinġabru kull sena mill-atturi li ġejjin:

·il-Kummissjoni għandha tiġbor data għan-numru ta’ muniti tal-euro foloz u karti tal-flus;

·il-Kummissjoni għandha tiġbor data għall-għadd ta’ workshops tal-iffalsifikar żarmati;

·il-Kummissjoni u l-benefiċjarji tal-Programm għandhom jiġbru d-data għall-feedback mill-parteċipanti rigward l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm