Brussell, 7.10.2020

COM(2020) 620 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Unjoni tal-Ugwaljanza:

Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni

{SWD(2020) 530 final}


Fejn hija l-umanità meta ta’ kuljum il-persuni Rom jiġu esklużi mis-soċjetà u oħrajn jinżammu lura sempliċiment minħabba l-kulur tal-ġilda jew it-twemmin reliġjuż tagħhom?

Il-President tal-Kummissjoni von der Leyen, l-Istat tal-Unjoni 2020

L-Ewropa għandha d-dover li tipproteġi lill-minoranzi tagħha mir-razziżmu u mid-diskriminazzjoni. Irridu nibdlu l-anti-Żingariżmu mal-ftuħ u l-aċċettazzjoni, id-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda mat-tolleranza u r-rispett għad-dinjità tal-bniedem, u bullying mal-edukazzjoni dwar l-Olokawst. Fuq kollox, irridu nippromwovu d-diversità bħala rigal sabiħ li jagħmel l-Ewropa b’saħħitha u reżiljenti. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri kollha biex jingħaqdu mal-wegħda biex itemmu r-razziżmu u d-diskriminazzjoni, li jaffettwaw b’mod sfaċċat il-minoranzi etniċi kbar tagħna tar-Rom. Inħeġġu lill-Istati Membri biex jimpenjaw ruħhom favur qafas strateġiku ġdid tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni biex niksbu l-ġustizzja soċjali u aktar ugwaljanza fil-veru sens tal-kelma.

Stqarrija mill-President von der Leyen, il-Viċi President Jourová u l-Kummissarju Dalli

qabel il-jum ta’ tifkira tal-Olokawst tar-Rom fl-2020

I.    Introduzzjoni

Il-bini ta’ Unjoni tal-ugwaljanza hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni. L-UE għandha strumenti legali fis-seħħ u politika komprensiva biex tibni Unjoni verament tal-ugwaljanza. Madankollu, kif enfasizzat fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE Kontra r-Razziżmu 2020-2025 1 , id-diskriminazzjoni abbażi tal-oriġini razzjali jew etnika għadha tippersisti. Dan huwa partikolarment minnu għar-Rom 2 , li ta’ spiss jibqgħu marġinalizzati. Ħafna minn madwar 10-12-il miljun Rom 3 tal-kontinent għadhom jiffaċċjaw id-diskriminazzjoni, l-anti-Żingariżmu 4 u l-esklużjoni soċjoekonomika fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

Fl-2011, il-Kummissjoni adottat Qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom sal-2020 5 . Primarjament kellu l-għan li jindirizza l-esklużjoni soċjoekonomika tar-Rom fl-UE u fil-pajjiżi tat-tkabbir billi jippromwovi aċċess ugwali għall-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa u l-akkomodazzjoni. Talab lill-Istati Membri jfasslu strateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom, biex jaħtru punti ta’ kuntatt nazzjonali għar-Rom 6 u biex jistipulaw miri nazzjonali. Sentejn wara, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni dwar miżuri effettivi għall-integrazzjoni tar-Rom fl-Istati Membri, li pprovdiet gwida lill-Istati Membri dwar kif isaħħu l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali tagħhom 7 . Ir-reġjun tal-Punent tal-Balkani allinja volontarjament mal-qafas tal-UE għal strateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom sal-2020.

Dawn iż-żewġ strumenti kienu importanti 8 biex l-inklużjoni tar-Rom titpoġġa fuq quddiem fl-aġendi tal-UE u dawk nazzjonali u biex jiġu mobilizzati l-istrumenti ta’ politika, legali u ta’ finanzjament tal-UE. Madankollu, il-progress kumplessiv fl-integrazzjoni tar-Rom kien limitat matul dawn l-aħħar 10 sena, anki jekk hemm differenzi sinifikanti bejn l-oqsma ta’ politika u l-pajjiżi 9 . L-edukazzjoni hija l-qasam li l-aktar għamel progress, b’mod partikolari billi tnaqqas it-tluq bikri mill-iskola u ttejbet il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni bikrija tat-tfal u l-edukazzjoni obbligatorja. Madankollu, żdiedu l-każijiet ta’ segregazzjoni tal-istudenti Rom fl-edukazzjoni 10 . Ir-riskju tal-faqar u l-perċezzjoni personali tal-istat tas-saħħa tjiebu iżda l-kopertura medika għadha limitata. L-aċċess għall-impjiegi ma tjiebx u s-sehem taż-żgħażagħ Rom li mhumiex fl-impjieg, fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ saħansitra żdied. Speċjalment minħabba akkomodazzjoni inadegwata u segregata, is-sitwazzjoni tal-akkomodazzjoni għadha diffiċli. Hemm evidenza ta’ xi tnaqqis fl-esperjenzi ta’ diskriminazzjoni fost ir-Roma u ta’ aċċettazzjoni akbar tar-Roma mill-popolazzjoni ġenerali. Madankollu, l-anti-Żingariżmu, ir-reati ta’ mibegħda, it-traffikar tar-Rom, b’mod partikolari n-nisa u t-tfal, għadhom kwistjoni ta’ tħassib serju 11 .

Il-konklużjoni tal-qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom tipprovdi opportunità biex tiżdied l-azzjoni biex jiġi indirizzat dan in-nuqqas persistenti. Dan huwa aktar u aktar importanti peress li l-pandemija tal-COVID-19 żvelat l-esponiment estrem tal-komunitajiet tar-Rom esklużi u emarġinati għal impatti negattivi fuq is-saħħa u soċjoekonomiċi.

Sabiex isir aktar progress b’ħeffa, din il-Komunikazzjoni tistabbilixxi qafas strateġiku ġdid tal-UE dwar ir-Rom, li jippromwovi l-ugwaljanza effettiva, l-inklużjoni soċjoekonomika u l-parteċipazzjoni sinifikanti tar-Rom. Filwaqt li l-Istati Membri jinsabu fuq quddiem nett biex jixprunaw bidla reali għar-Rom, ħaġa li teħtieġ impenn politiku msaħħaħ, l-UE tista’ tgħinhom ifasslu approċċ effettiv u tgħammarhom bl-għodod it-tajba. Dan il-qafas strateġiku huwa bbażat fuq is-sejbiet mill-evalwazzjoni tal-qafas preċedenti, konsultazzjonijiet estensivi 12 , valutazzjonijiet annwali tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali 13 u analiżi tar-raġunijiet għalfejn il-miżuri tal-passat ma tantx kieku effettivi 14 . Dan iwieġeb għat-talbiet tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tas-soċjetà ċivili għal inizjattiva tal-UE msaħħa għal wara l-2020 15 . Jirrikonoxxi li mhux ir-Rom kollha huma esklużi soċjalment, iżda kollha jistgħu jesperjenzaw diskriminazzjoni u nuqqas ta’ emanċipazzjoni. Il-qafas jieħu approċċ intersezzjonali, sensittiv għall-kombinazzjoni tal-etniċità ma’ aspetti oħra tal-identità u l-modi li bihom tali intersezzjonijiet jikkontribwixxu għal esperjenzi uniċi ta’ diskriminazzjoni 16 .

Dan il-qafas strateġiku tal-UE dwar ir-Rom jikkontribwixxi wkoll għal diversi inizjattivi oħra. Il-qafas huwa kontribut dirett għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu, il-pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali 17 u għall-kisba tal-Aġenda 2030 tan-NU u tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli 18 .

Il-kisba tal-ekwità u l-inklużjoni titlob użu akbar u allokazzjoni aħjar tar-riżorsi, u l-involviment u s-sħubija tal-komunitajiet tar-Rom, il-livelli kollha tal-gvern, tas-setturi u tal-partijiet ikkonċernati kollha (gvernijiet nazzjonali, istituzzjonijiet tal-UE, organizzazzjonijiet internazzjonali, soċjetà ċivili kif ukoll l-industrija u l-akkademja). Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-livell Ewropew u dak nazzjonali hija partikolarment kruċjali. Fil-livell tal-UE, dan il-qafas strateġiku jistabbilixxi objettivi u miri komuni ambizzjużi. Fil-livell nazzjonali, il-gvernijiet jenħtieġ li jiżviluppaw oqfsa strateġiċi nazzjonali b’saħħithom tar-Rom biex jieħdu impenji fit-tul u jaħdmu id f’id mal-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom. Kif propost fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2016 19 , il-Kummissjoni qed tadotta proposta biex tirrieżamina u tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2013.

II.    Objettivi tal-UE għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom

L-evalwazzjoni tal-qafas attwali u l-konklużjonijiet misluta minnu mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, u diversi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-Ewropa u nazzjonali 20  juru l-ħtieġa li jiġġedded u jiżdied l-impenn għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali. Huwa meħtieġ impenn imsaħħaħ biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni persistenti, inkluż l-anti-Żingariżmu, u biex titjieb l-inklużjoni tar-Rom fl-edukazzjoni, fl-impjiegi, fis-saħħa u fl-akkomodazzjoni 21 . Il-persuni Rom għandhom ikunu involuti mit-tfassil sal-implimentazzjoni tal-miżuri. Fl-istess ħin, l-azzjoni jenħtieġ li tirrikonoxxi d-diversità u l-ħtiġijiet ta’ gruppi speċifiċi fi ħdan il-popolazzjoni Rom.

Il-Kummissjoni għalhekk qed tistabbilixxi seba’ objettivi fil-livell tal-UE għall-perjodu sal-2030. Tlieta minn dawn l-objettivi huma orizzontali fl-oqsma tal-ugwaljanza, tal-inklużjoni u tal-parteċipazzjoni. L-erbgħa l-oħra huma objettivi settorjali fl-oqsma tal-edukazzjoni, tal-impjiegi, tal-akkomodazzjoni u tas-saħħa. Sabiex dawn l-objettivi jiġu implimentati b’mod effettiv, jeħtieġ li jkun jista’ jiġi mkejjel il-progress. Għal din ir-raġuni, u għall-ewwel darba, il-Kummissjoni qed tipproponi miri ewlenin kwantitattivi tal-UE biex timmonitorja l-kisba ta’ dawn l-objettivi. Għalkemm dawn il-miri jeħtieġu li jsir progress minimu sal-2030, l-għan fit-tul jibqa’ li tiġi żgurata ugwaljanza effettiva u li jitnaqqas id-distakk bejn ir-Rom u l-popolazzjoni ġenerali. Dawn il-miri huma l-frott tal-esperjenza bl-istħarriġ fost il-komunitajiet tar-Rom u jirriżultaw minn konsultazzjoni fil-fond li tinvolvi l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), l-Istati Membri kif ukoll ir-Rom u s-soċjetà ċivili favur ir-Rom 22 . Iċ-ċarts ta’ hawn taħt jistabbilixxu s-seba’ objettivi, il-miri fil-livell tal-UE, il-progress li jrid isir u s-sitwazzjoni attwali 23 . 





Indikaturi oħra qed jiġu esplorati. 24



III.    Azzjoni nazzjonali mġedda u msaħħa għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni

L-ilħuq tal-objettivi ta’ dan il-qafas strateġiku jeħtieġ azzjoni kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali. Dan l-approċċ komplementari huwa l-uniku mod kif tiġi mbuttata bidla fil-prattika. L-Istati Membri għandhom il-kompetenzi ewlenin fl-oqsma koperti minn dan il-qafas u huwa meħtieġ approċċ strutturat. Filwaqt li s-sitwazzjoni tar-Rom tvarja minn pajjiż għal ieħor, hemm bżonn li jiżdiedu l-impenn u l-akkontabilità fil-livell nazzjonali biex ikun hemm bidla reali fil-ħajja ta’ kuljum tar-Rom. Dan jinkludi l-involviment tas-soċjetà ċivili u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fit-tħejjija tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom.

Immexxu ‘l quddiem l-azzjoni nazzjonali permezz ta’ oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom

L-Istati Membri huma mistiedna jiżviluppaw, jadottaw u jimplimentaw oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom inkluż:

okaratteristiċi komuni

oimpenji minimi li jenħtieġ li japplikaw għal kulħadd

oimpenji addizzjonali possibbli skont il-kuntest nazzjonali

oimpenji aktar ambizzjużi għall-Istati Membri b’popolazzjonijiet kbar ta’ Rom

Il-proposti għal dawn l-elementi huma stabbiliti hawn taħt. Fejn possibbli, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri nazzjonali speċifiċi. Il-Kummissjoni se tgħin lil dan il-proċess bil-gwida kollha meħtieġa. Il-Kummissjoni se tappoġġa wkoll

il-miżuri nazzjonali inkluż permezz tal-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar l-ugwaljanza, billi tintegra l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom fl-inizjattivi ta’ politika tal-UE, timmobilizza fondi tal-UE għar-Rom u tiġġieled l-anti-Żingariżmu.

L-Istati Membri huma mistiedna jlestu l-iżvilupp ta’ dawn l-oqfsa nazzjonali sa Settembru 2021, u jaqsmuhom mal-Kummissjoni.

Flimkien ma’ din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni qed tadotta proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom, li tistabbilixxi lista ta’ miżuri speċifiċi li jridu jittieħdu mill-Istati Membri sabiex jinkisbu l-objettivi tal-UE. Għalhekk, dawn it-tnejn huma komplementari. Ir-Rakkomandazzjoni proposta tiggwida wkoll il-bini tal-kapaċità tal-partijiet ikkonċernati u s-sħubijiet bejniethom, inklużi l-punti ta’ kuntatt nazzjonali tar-Rom, il-korpi tal-ugwaljanza, is-soċjetà ċivili u l-atturi reġjonali u lokali. Barra minn hekk, tipprovdi gwida biex jiġi żgurat użu aħjar tal-fondi tal-UE u nazzjonali, kif ukoll monitoraġġ, rappurtar u evalwazzjoni nazzjonali effettivi tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom.

III.1. Gwida għal azzjoni nazzjonali li ssegwi approċċ komuni iżda differenzjat

Sabiex tgħin lill-Istati Membri jiżviluppaw oqfsa strateġiċi nazzjonali sinifikanti u effettivi għar-Rom, il-Kummissjoni tipproponi sensiela ta’ karatteristiċi komuni, kif ukoll impenji minimi għall-oqfsa strateġiċi nazzjonali kollha tar-Rom. Barra minn hekk, peress li l-proporzjon tar-Rom, kif ukoll il-kuntesti nazzjonali tagħhom, ivarjaw b’mod konsiderevoli minn Stat Membru għall-ieħor, il-Kummissjoni qed tipproponi impenji addizzjonali u aktar immirati. Dan jirrikonoxxi d-diversità tas-sitwazzjonijiet fl-Istati Membri u jippermetti approċċ komuni iżda differenzjat.

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tipproponi li l-oqfsa strateġiċi nazzjonali kollha tar-Rom ikollhom il-karatteristiċi komuni li ġejjin:

üIsaħħu l-fokus fuq l-ugwaljanza biex jiġi kkomplementat l-approċċ tal-inklużjoni: Jindirizzaw l-erba’ oqsma ta’ politika (l-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni) permezz ta’ approċċ integrat li jibqa’ kruċjali għall-inklużjoni tar-Rom, iżda hemm ukoll bżonn ta’ fokus ċar fuq l-ugwaljanza. B’mod partikolari, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-anti-Żingariżmu jenħtieġ li tkun objettiv ewlieni u prijorità trasversali f’kull qasam ta’ politika u tikkomplementa l-approċċ tal-inklużjoni. Dan il-fokus konġunt jenħtieġ jiżgura li r-Rom ikollhom aċċess effettiv għall-ġustizzja ekonomika u soċjali u opportunitajiet indaqs.

üJippromwovu l-parteċipazzjoni permezz tal-emanċipazzjoni, il-kooperazzjoni u l-fiduċja. Il-parteċipazzjoni sinifikanti tar-Rom trid tkun żgurata fl-istadji kollha tat-tfassil tal-politika. Jenħtieġ li l-impenn politiku, ekonomiku u kulturali tar-Rom jiġi promoss b’sens ta’ appartenenza bħala membri sħaħ tas-soċjetà. L-emanċipazzjoni u l-bini tal-kapaċità tar-Rom, tas-soċjetà ċivili u tal-awtoritajiet pubbliċi jridu jiġu żgurati, billi jinbnew kooperazzjoni u fiduċja bejn il-partijiet ikkonċernati u bejn il-komunitajiet Rom u dawk li mhumiex Rom.

üTiġi riflessa d-diversità fost ir-Rom: Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-oqfsa strateġiċi tagħhom ikopru lir-Rom kollha fit-territorju tagħhom u jirriflettu l-ħtiġijiet ta’ gruppi diversi permezz ta’ approċċ intersezzjonali. Jenħtieġ li dawn iżommu f’moħħhom kif aspetti differenti ta’ identità jistgħu jingħaqdu biex jaggravaw id-diskriminazzjoni. Jenħtieġ li jistabbilixxu miri kwalitattivi u/jew kwantitattivi biex jiżguraw li tkun riflessa d-diversità f’termini ta’ età, ġeneru, orjentazzjoni sesswali, mobbiltà u karatteristiċi personali oħra.

üL-ikkombinar tal-integrazzjoni u tal-immirar espliċitu, iżda mhux esklużiv għar-Rom: 25  L-oqfsa strateġiċi nazzjonali kollha tar-Rom jenħtieġ li jikkombinaw il-mainstreaming u l-immirar espliċitu iżda mhux esklużiv, ħalli jiżguraw li s-servizzi mainstream ikunu inklużivi u jipprovdu appoġġ immirat addizzjonali biex jippromwovu aċċess effettiv ugwali għar-Rom għad-drittijiet u s-servizzi. Dawn jenħtieġ li jservu bħala strumenti ta’ ppjanar għall-użu tal-fondi nazzjonali u tal-UE għal azzjoni mmirata lejn ir-Rom u riforma għal mainstream inklużiv.

üJittejjeb l-iffissar tal-miri, il-ġbir tad-data, il-monitoraġġ u r-rappurtar: Il-ħidma lejn il-kisba tal-miri ewlenin fil-livell tal-UE u l-miri nazzjonali kwantitattivi u/jew kwalitattivi korrispondenti tista’ twassal għal progress reali lejn l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom. Id-data għandha tinġabar regolarment biex tiddaħħal fir-rappurtar u l-monitoraġġ, ittejjeb it-trasparenza u l-akkontabilità, u tippromwovi t-trasferiment tal-politika u t-tagħlim 26 .

It-tieni, l-operazzjonalizzazzjoni tal-karatteristiċi komuni, filwaqt li tibni fuq l-esperjenzi bil-qafas attwali u wara konsultazzjonijiet mifruxa 27 mwettqa matul l-aħħar sentejn, il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri kollha biex jinkludu fl-oqfsa strateġiċi nazzjonali tagħhom tar-Rom, bħala minimu, l-impenji li ġejjin:

Il-qafas strateġiku nazzjonali jenħtieġ li jistabbilixxi:

a)xenarji bażi u miri nazzjonali lejn l-objettivi tal-UE u miri bbażati fuq valutazzjoni komprensiva tal-ħtiġijiet;

b)miri u miżuri għal gruppi speċifiċi (tfal, nisa, żgħażagħ, anzjani Rom jew dawk b’diżabilità, ċittadini mobbli tal-UE, ċittadini mhux tal-UE, Rom apolidi) biex jirriflettu d-diversità fost ir-Rom, inklużi miżuri sensittivi għall-ġeneri u miżuri sensittivi għat-tfal/għall-etajiet;

c)miżuri biex jiġu indirizzati l-anti-Żingariżmu u d-diskriminazzjoni (eż. permezz ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali kontra r-razziżmu);

d)miżuri biex tiġi żgurata l-inklużjoni soċjoekonomika tar-Rom marġinalizzati, b’mod partikolari fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa u l-akkomodazzjoni;

e)taħlita ta’ miżuri mmirati u mainstream li jqisu l-isfidi lokali speċifiċi u jindirizzaw b’mod espliċitu l-ostakli li jċaħħdu lir-Rom minn aċċess ugwali għall-politiki mainstream 28 ;

f)baġit apposta għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ 29 li jagħmel użu sħiħ mill-innovazzjoni soċjali u l-kapital privat;

g)mekkaniżmi għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-progress lejn il-miri stabbiliti;

h)sistema ta’ konsultazzjoni u kooperazzjoni, rilevanti għall-politika, mar-Rom u mas-soċjetà ċivili favur ir-Rom, ma’ ministeri settorjali, ma’ korpi tal-ugwaljanza, ma’ istituzzjonijiet nazzjonali oħra tad-drittijiet tal-bniedem u ma’ partijiet ikkonċernati oħra; kif ukoll

i)il-bini tal-kapaċità biex tiġi promossa l-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili fl-istadji kollha tat-tfassil tal-politika u jiġi żgurat l-involviment tagħha fil-proċessi tal-pjattaforma nazzjonali u tal-UE 30 .

Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għar-Rom (NRCP) jenħtieġ:

a)jingħataw mandat, riżorsi suffiċjenti u persunal biex jiżgura koordinazzjoni u monitoraġġ kontinwi; kif ukoll

b)jippreżentaw rapport regolari dwar il-progress u jipparteċipaw f’attivitajiet ewlenin tan-network NRCP ġestit mill-Kummissjoni 31 .

It-tielet, minbarra dawn il-karatteristiċi komuni u l-impenji minimi, sforzi nazzjonali addizzjonali , skont il-kuntesti nazzjonali speċifiċi, jistgħu jkunu importanti. L-isfidi fl-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom ivarjaw skont id-daqs tal-popolazzjoni Rom u s-sehem tagħhom mill-popolazzjoni kumplessiva, kif ukoll skont il-kuntest ekonomiku usa’ u l-wirt tal-esklużjoni u d-diskriminazzjoni. Ivarjaw ukoll skont fejn u kif jgħixu r-Rom (żoni rurali, urbani, mobbli, segregati) u aspetti speċifiċi bħall-mobbiltà transnazzjonali, il-migrazzjoni jew kwistjonijiet assoċjati mad-dokumentazzjoni ċivika. Dawn l-isfidi differenti jistgħu jiġu riflessi fl-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom, b’objettivi, livelli ta’ investiment u tipi ta’ soluzzjonijiet ta’ politika differenzjati. Skont il-kuntest nazzjonali (bħall-għażliet għall-ġbir tad-data, l-użu ta’ fondi tal-UE mmirati jew mainstream, id-daqs relattiv u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-popolazzjoni Rom tagħhom), il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jagħmlu impenji addizzjonali kif ġej:

Il-qafas strateġiku nazzjonali jenħtieġ li jistabbilixxi wkoll:

a)miri kwantitattivi u kwalitattivi nazzjonali għas-seba’ objettivi kollha tal-UE (skont id-disponibbiltà tad-data);

b)kif il-fondi u l-istrumenti finanzjarji tal-UE u dawk nazzjonali se jiġu investiti għar-Rom; kif ukoll

c)kif ir-riformi istituzzjonali jew amministrattivi se jikkontribwixxu għall-ugwaljanza u l-inklużjoni.

Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għar-Rom (NRCP) jenħtieġ li jwettqu wkoll evalwazzjoni u rieżami ta’ nofs it-terminu tal-qafas strateġiku nazzjonali.

Ir-Raba’meta r-Rom jgħoddu għal proporzjon sinifikanti tal-popolazzjoni (jiġfieri ogħla sew minn 1 %) 32 , il-promozzjoni tal-ugwaljanza u tal-inklużjoni tagħhom mhijiex biss importanti f’dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet fundamentali iżda għandha sinifikat ekonomiku ċar. F’pajjiżi bi proporzjon akbar ta’ persuni Rom, dan il-grupp jirrappreżenta proporzjon dejjem akbar tal-popolazzjoni fl-età tal-iskola u tal-forza tax-xogħol futura. Il-progress fl-inklużjoni soċjoekonomika għar-Rom għandu l-potenzjal li jżid il-ħaddiema u l-ħiliet fi żminijiet ta’ żviluppi demografiċi ħżiena u jnaqqas in-nefqa soċjali. L-investiment f’edukazzjoni aħjar u t-titjib tal-ħiliet ta’ forza tax-xogħol li qabel kienet eskluża jistgħu jaffettwaw b’mod pożittiv it-tkabbir tal-produttività. L-iżgurar li l-persuni Rom jistgħu jużaw il-potenzjal tagħhom biex jikkontribwixxu lejn l-ekonomija u lejn is-soċjetà b’mod ġenerali se jwassal għal eżiti soċjali u ekonomiċi aħjar għal kulħadd.

Dan jiġġustifika l-ħtieġa għal impenji aktar intensivi u l-appoġġ tal-UE, b’mod partikolari l-użu tal-fondi tal-UE kemm għal azzjoni mmirata kif ukoll għal riformi mainstream inklużivi. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri b’popolazzjoni Rom sinifikanti huma mistiedna jagħmlu użu sħiħ mill-objettiv speċifiku propost tal-FSE+ dwar il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika tal-komunitajiet marġinalizzati bħar-Rom. Huma mħeġġa wkoll jagħmlu aktar biex jiżguraw li l-finanzjament disponibbli jilħaq lir-Rom b’mod effettiv. Dan jirrikjedi wkoll il-ġbir ta’ data diżaggregata skont l-etniċità u s-sess biex jiġu appoġġati t-tfassil, il-monitoraġġ u r-rieżami tal-politika.

Għalhekk minbarra l-impenji minimi u dawk li jirriżultaw mill-kuntest nazzjonali, il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri b’popolazzjonijiet Rom sinifikanti biex jinkludu fil-qafas strateġiku nazzjonali tagħhom tar-Rom impenji aktar ambizzjużi, li skonthom :

Il-qafas strateġiku nazzjonali jenħtieġ ukoll:

a)jippreżenta pjan jew sett ta’ miżuri għall-prevenzjoni tal-anti-Żingariżmu u tad-diskriminazzjoni u għall-ġlieda kontrihom, tas-segregazzjoni fl-edukazzjoni u fl-akkomodazzjoni, u tal-preġudizzji u tal-isterjotipi kontra r-Rom (inkluż online);

b)ipoġġi fil-mainstream l-ugwaljanza u l-inklużjoni tar-Rom fil-livelli reġjonali u lokali; kif ukoll

c)jistabbilixxi kif il-fondi u l-istrumenti finanzjarji tal-UE u dawk nazzjonali se jiġu investiti għal riforma ta’ politika mainstream inklużiva u azzjoni mmirata.

Ir-rwol tal-NRCP jenħtieġ li jissaħħaħ, sabiex ikun jista’:

a)jistrieħ fuq tim dedikat u mandat istituzzjonali li jiżgura piż politiku, koordinazzjoni transsettorjali u mainstreaming effettivi tal-ugwaljanza u l-inklużjoni tar-Rom fil-livelli reġjonali u lokali;

b)ikun involut (mill-awtoritajiet ta' ġestjoni tal-fondi tal-UE) fil-koordinazzjoni ta’ diskussjonijiet transgovernattivi dwar id-distribuzzjoni tal-fondi tal-UE għar-Rom, u fil-monitoraġġ sistematiku tal-użu tagħhom (pereż. permezz ta’ kumitati ta ’monitoraġġ, skrinjar tal-impatt tal-inklużjoni tar-Rom);

c)jiżgura konsultazzjoni u djalogu nazzjonali li jemanċipaw lir-Rom (b’mod partikolari liż-żgħażagħ u n-nisa); kif ukoll

d)jiżgura li l-politiki pubbliċi u s-servizzi universali jilħqu lir-Rom b’mod effettiv, inklużi dawk li jgħixu f’żoni rurali remoti (pereż. miżuri ta’ emerġenza u ta’ terminu medju fi żminijiet ta’ kriżi, riforma leġiżlattiva, ippjanar ta’ politika dwar l-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni, oqsma oħra ta’ inklużjoni soċjoekonomika, servizzi soċjali, trasport, sistemi ta’ dħul minimu, leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni).

Finalment, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom, l-Istati Membri qed jingħataw parir jikkunsidraw il-prinċipji bażiċi komuni tal-inklużjoni tar-Rom 33 . L-Anness 1 34 jipprovdi gwida addizzjonali għall-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-politika fil-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu u l-faqar multigenerazzjonali 35 , il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni u tal-emanċipazzjoni tar-Rom, ir-riflessjoni tad-diversità fost ir-Rom u l-ikkombinar ta' approċċi mmirati u mainstream. Huwa jistabbilixxi wkoll gwida biex jintlaħqu aħjar l-isfidi emerġenti, bħall-indirizzar tal-impatt sproporzjonat fuq ir-Rom ta’ kriżijiet bħall-pandemija tal-COVID-19, l-iżgurar tal-inklużjoni diġitali u t-twettiq tal-ġustizzja ambjentali Barra minn hekk, jipprovdi gwida dwar il-promozzjoni (tas-sensibilizzazzjoni dwar) tal-arti, l-istorja u l-kultura tar-Rom u l-innovazzjoni soċjali u l-esperimentazzjoni tal-politika.

Il-Kummissjoni se tappoġġa lill-Istati Membri fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tagħhom tar-Rom mhux biss permezz ta’ appoġġ finanzjarju u miżuri ta’ koordinazzjoni, bħat-tagħlim reċiproku jew il-bini tal-kapaċità, iżda wkoll permezz ta’ appoġġ metodoloġiku 36 u għajnuna mill-programm ta' appoġġ għal riformi strutturali (SRSP) biex jiġu żviluppati sistemi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni 37 . L-Istati Membri jistgħu wkoll jiksbu appoġġ mill-FRA, minn korpi tal-ugwaljanza u istituzzjonijiet nazzjonali oħra tad-drittijiet tal-bniedem u mill-istituti nazzjonali tal-istatistika biex jiżguraw/itejbu l-kapaċitajiet regolari tal-ġbir tad-data fil-livell nazzjonali 38 . L-appoġġ tal-UE se jiġi modulat skont il-livell tal-impenji tal-Istati Membri.

III.2    Rappurtar u monitoraġġ tal-azzjoni nazzjonali u progress lejn il-miri

Sabiex tiżgura ġbir tad-data, rappurtar u monitoraġġ tal-progress kemm dwar il-miri tal-UE, kif ukoll dwar il-miri nazzjonali proposti hawn fuq, il-Kummissjoni qed tipproponi għall-ewwel darba l-użu ta’ portafoll ta’ indikaturi (ara l-Anness 2). Dan ikun ta’ valur reali għat-tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri. Dan il-portafoll ġie żviluppat minn grupp ta’ ħidma dwar l-indikaturi tar-Rom u mir-rappurtar ikkoordinat mill-FRA, li jinvolvi punti ta’ kuntatt nazzjonali tar-Rom, uffiċċji nazzjonali tal-istatistika u lill-Kummissjoni. Dan se jippermetti wkoll ir-rapportar dwar il-miżuri stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill proposta.

Ir-rappurtar u l-monitoraġġ tal-azzjoni nazzjonali se jsiru kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali. Fl-2022, il-Kummissjoni se tevalwa l-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom, tivvaluta l-impenji li saru mill-Istati Membri u tipprovdi gwida għal kwalunkwe titjib meħtieġ.

Mill-2023 ’il quddiem l-Istati Membri huma mitluba jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom kull sentejn, inklużi l-miżuri għall-promozzjoni tal-ugwaljanza, tal-inklużjoni u tal-parteċipazzjoni u billi jużaw bis-sħiħ il-portafoll tal-indikaturi. Ir-rappurtar jenħtieġ li jiffoka fuq l-implimentazzjoni tal-impenji stabbiliti fl-oqfsa nazzjonali, inkluż il-kisba tal-miri nazzjonali, fejn xieraq. Ir-rapporti tagħhom jenħtieġ li jiġu pubblikati, biex tiżdied it-trasparenza u jiġi promoss it-tagħlim tal-politika. L-oqfsa strateġiċi u r-rapporti finalizzati jenħtieġ li jiġu diskussi wkoll fil-parlamenti nazzjonali.

Il-Kummissjoni titlob lill-FRA biex twettaq l-istħarriġ regolari dwar ir-Rom f’ċikli ta’ erba’ snin li jibdew fl-2020 biex tipprovdi d-data tax-xenarju bażi, ta’ nofs it-terminu u ta' tmiem it-terminu meħtieġa biex titkejjel il-bidla 39 . Il-FRA qed tintalab ukoll tgħin fil-ġbir tad-data u fl-isforzi ta’ rappurtar tal-Istati Membri inkluż permezz tal-grupp ta’ ħidma dwar l-indikaturi u r-rappurtar tar-Rom, u tikkontribwixxi għall-monitoraġġ u l-analiżi tal-progress nazzjonali li tagħmel il-Kummissjoni.

Ir-rapporti nazzjonali se jservu, flimkien mal-input mis-soċjetà ċivili u mad-data tal-FRA, bħala l-bażi għar-rapporti ta’ monitoraġġ perjodiku tal-Kummissjoni, li jsiru kull sentejn. Il-Kummissjoni se twettaq ukoll evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u ex-post tal-qafas strateġiku tal-UE tar-Rom.

IV.    Azzjonijiet tal-UE

L-Istati Membri huma atturi ewlenin li jippermettu bidla fil-prattika għar-Rom. L-azzjoni u l-appoġġ tal-UE se jikkomplementaw l-isforzi nazzjonali biex jippromwovu l-progress lejn l-objettivi u l-miri tal-UE sal-2030.

IV.1.    Infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE

L-azzjoni għall-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu u d-diskriminazzjoni kontra r-Rom hija bbażata fuq qafas legali stabbilit tal-UE, inklużi l-prinċipji ġenerali tan-nondiskriminazzjoni u tal-ugwaljanza stabbiliti fit-Trattati, affermati mill-ġdid fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE 40 , kif ukoll fid-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali 41 u fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija 42 . Kif enfasizzat fil-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu 2020–2025, sistema komprensiva ta’ protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni teħtieġ l-ewwel u qabel kollox l-infurzar effettiv tal-qafas legali, biex jiġi żgurat li d-drittijiet u l-obbligi individwali jiġu rispettati fil-prattika. Dan ix-xogħol imur lil hinn mir-Rom, iżda se jkun ta’ benefiċċju dirett għall-komunitajiet tar-Roma.

Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja u tinforza l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali, billi tinvestiga d-diskriminazzjoni sistematika u tniedi proċeduri ta’ ksur, jekk meħtieġ, biex tħeġġeġ bidliet fil-leġiżlazzjoni u fil-politika. Matul l-aħħar snin, saret enfasi partikolari fuq id-diskriminazzjoni kontra t-tfal Rom fl-edukazzjoni. Il-Kummissjoni se tipprovdi gwida u taħriġ, u toffri appoġġ finanzjarju għall-ġbir tad-data dwar l-ugwaljanza u għall-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tad-Direttiva, inkluż permezz tar-rappreżentazzjoni tal-interessi tal-vittmi. Kif imħabbar fil-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu, il-Kummissjoni se tirrapporta dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 43 fl-2021 u se ssegwi kwalunkwe leġiżlazzjoni possibbli sal-2022. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa l-ħidma tal-korpi tal-ugwaljanza, li fil-ħidma tagħhom 44 jagħtu prijorità kbira lill-isforzi biex itejbu s-sitwazzjoni u l-esperjenza tar-Rom. Il-Kummissjoni se timmonitorja l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istandards għall-korpi tal-ugwaljanza 45 . Ir-rwol u l-indipendenza tal-korpi tal-ugwaljanza u l-ħtieġa potenzjali għal leġiżlazzjoni ġdida biex jissaħħaħ ir-rwol ta’ dawn il-korpi se jkunu temi importanti fir-rapport tal-2021.

Il-Kummissjoni se tkompli wkoll il-ħidma tagħha fuq il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, b’mod partikolari billi ssaħħaħ ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar ta’ reati ta’ mibegħda bl-appoġġ tal-FRA, ittejjeb l-istrateġiji tat-taħriġ tal-infurzar tal-liġi u ssaħħaħ l-appoġġ lill-vittmi tar-reati ta’ mibegħda. Skont il-FRA 46 , ir-Rom jesperjenzaw rata għolja (30 % tar-rispondenti ta’ oriġini Rom) ta’ fastidju mmotivat mill-mibegħda. Il-Kummissjoni ttenni l-impenn tagħha li tiżgura traspożizzjoni u implimentazzjoni sħaħ u korretti tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija, u fejn meħtieġ tniedi proċeduri ta’ ksur 47 . Bħala prerekwiżit għall-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu, l-istandards minimi stabbiliti dwar il-kriminalizzazzjoni tad-diskors ta’ mibegħda, u ċ-ċaħda, l-iskużar jew it-trivjalizzazzjoni tal-Olokawst iridu jiġu trasposti b’mod sħiħ u kif xieraq fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri. Bħal persuni oħra bi sfond etniku jew razzjali minoritarju, ir-Rom huma affettwati minn diskors ta’ mibegħda online, u l-anti-Żingariżmu huwa wieħed mill-aktar raġunijiet komuni rapportati għal diskors ta’ mibegħda. Il-Kummissjoni se tkompli tikkoopera mal-kumpaniji tal-IT biex tiġġieled id-diskors ta’ mibegħda illegali online, u se testendi l-isforzi għal pjattaformi oħra tal-midja soċjali 48 . Id-Deċiżjoni Qafas hija kkomplementata mid-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi 49 , li fost aspetti oħra għandha l-għan li tiżgura l-ġustizzja, il-protezzjoni u l-appoġġ għall-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda u ta’ diskors ta’ mibegħda. L-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi (2020–2025) tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda, inklużi r-Rom 50 .

IV.2.    Il-mainstreaming tal-ugwaljanza tar-Rom fl-inizjattivi tal-politika tal-UE u l-mobilizzazzjoni tal-fondi tal-UE għar-Rom 51

Il-mainstreaming tal-ugwaljanza, tal-inklużjoni u tal-parteċipazzjoni tar-Rom fl-inizjattivi relevanti kollha tal-Kummissjoni se jkun kruċjali biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti f’dan il-qafas strateġiku. Meta jiġu żviluppati l-politiki, mill-inklużjoni soċjoekonomika sal-Intelliġenza Artifiċjali, mill-Patt Ekoloġiku sal-inklużjoni diġitali u mill-indirizzar tad-diskors ta’ mibegħda sal-politiki dwar il-migrazzjoni, l-integrazzjoni fihom tad-dimensjoni tal-ugwaljanza tinkludi wkoll l-iżgurar li l-politiki tal-UE u dawk nazzjonali jservu l-interessi tal-persuni Rom kollha. Bħala parti mill-attivitajiet tagħha lejn il-promozzjoni tal-ugwaljanza għal kulħadd u l-ugwaljanza fis-sensi kollha tagħha, it-Task Force tal-Kummissjoni dwar l-Ugwaljanza se tirsisti biex tiżgura li l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ oriġini razzjali jew etnika u l-intersezzjonijiet tagħha ma’ raġunijiet oħra ta’ diskriminazzjoni tkun integrata fil-politiki, fil-leġiżlazzjoni u fil-programmi ta’ finanzjament kollha tal-UE. Fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu 2020–2025, il-perspettiva tar-Roma dejjem se tiġi kkunsidrata. Il-gwida u t-taħriġ dwar il-mainstreaming se jappoġġaw lil dawk kollha involuti fl-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza f’kull stadju tal-interventi tal-UE, u se tiġi promossa konsultazzjoni aktar attiva mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw ir-Roma tul iċ-ċiklu kollu tal-politika tal-Kummissjoni.

It-taskforce tar-Rom 52 interna tal-Kummissjoni se tkompli timpenja servizzi differenti tal-Kummissjoni f’diversi livelli f’oqsma ta’ prijorità ewlenin, bħall-użu effettiv tal-fondi tal-UE biex tippromwovi l-ugwaljanza u l-inklużjoni tar-Rom.

Bħala parti minn Next Generation EU, il-Faċilità l-ġdida għall-Irkupru u r-Reżiljenza se tappoġġa l-investimenti u r-riformi essenzjali għall-irkupru dejjiemi u se trawwem ir-reżiljenza ekonomika u soċjali u koeżjoni soċjali. Sabiex jirċievu appoġġ, l-Istati Membri se jkollhom ifasslu pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza li jindirizzaw l-impatti ekonomiċi u soċjali tal-kriżi, it-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi u l-prijoritajiet rilevanti identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż skont is-Semestru Ewropew. Dan l-appoġġ se jagħti possibbiltajiet lill-Istati Membri biex irawmu l-inklużjoni tal-gruppi marġinalizzati, inkluż ir-Rom u persuni oħra bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. Il-proposti tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali jippromwovu l-inklużjoni tar-Rom u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). Fl-2019, il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza tal-inklużjoni tar-Rom f’diversi rapporti speċifiċi għall-pajjiżi tas-Semestru Ewropew 53 ; dan jenħtieġ li jkun rifless u indirizzat fil-programmi tal-2021–2027.

Il-proposti tal-Kummissjoni għad-Dispożizzjonijiet Komuni, ir-regolamenti dwar l-FSE+, il-FEŻR, u l-FAEŻR 54 :

üjipprovdu appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-oqfsa u tal-miżuri strateġiċi nazzjonali għar-Rom, inklużi l-kapaċità umana, l-infrastruttura u l-attivitajiet tal-bini tal-kapaċità;

üjipprovdu li l-programmi kollha jippromwovu opportunitajiet indaqs għal kulħadd, mingħajr diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom;

üjitolbu li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet abilitanti tematiċi (qafas ta’ politika strateġika nazzjonali għar-Rom, qafas ta’ politika strateġika nazzjonali għall-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tal-faqar) u orizzontali (Karta tad-Drittijiet Fundamentali) matul il-perjodu 2021–2027 kollu;

üjeħtieġu li mill-inqas 25 % tar-riżorsi tal-FSE+ irawmu l-inklużjoni soċjali, u jiżguraw li ammont minimu jkun immirat lejn dawk l-aktar fil-bżonn; kif ukoll

üjenfasizzaw il-“prinċipju ta’ sħubija”, jiġifieri l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-korpi li jirrappreżentaw l-inklużjoni soċjali, in-nondiskriminazzjoni u d-drittijiet fundamentali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni ta’ programmi u fil-ftehimiet ta’ sħubija u fil-kumitati ta’ monitoraġġ.

L-Istati Membri għandhom rwol ewlieni fit-tfassil tal-politiki pubbliċi u fil-massimizzazzjoni tal-użu tal-programmi ta’ finanzjament biex jappoġġaw lir-Rom, peress li l-biċċa l-kbira tal-baġit tal-UE huwa implimentat mill-Istati Membri b’ġestjoni kondiviża. Il-Kummissjoni għalhekk tistieden lill-Istati Membri biex jimmiraw il-fondi taħt il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021–2027 u tan-NextGeneration EU biex jindirizzaw l-isfidi u l-ħtiġijiet tar-Rom, ħalli jimplimentaw l-impenji meħuda fl-oqfsa strateġiċi nazzjonali tagħhom tar-Rom. Il-Kummissjoni se timmira li tiżgura li l-isfidi speċifiċi għall-pajjiżi identifikati fis-Semestru Ewropew jiġu indirizzati kif xieraq fil-ftehimiet ta’ sħubija li jmiss, u li l-miżuri li jippromwovu l-ugwaljanza u l-inklużjoni jiġu implimentati permezz ta’ programmi operazzjonali. Il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib li, f’dawn l-Istati Membri, hemm fis-seħħ strateġija doppja li minn naħa tagħmel is-servizzi inklużivi u min-naħa l-oħra tipprovdi programmi mmirati lejn il-komunitajiet Rom emarġinati u dan ikun rifless fid-dokumenti ta’ programmazzjoni tal-2021–2027. Il-kundizzjonijiet abilitanti applikabbli għal fondi speċifiċi tal-UE fl-2021–2027 proposti mill-Kummissjoni għandhom l-għan li jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet fundamentali kif ukoll l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom.

Sabiex ittejjeb l-effiċjenza u l-effettività fir-rigward tal-interventi relatati mar-Rom, il-Kummissjoni se tappoġġa t-tagħlim transnazzjonali marbut kemm mal-politika kif ukoll mal-finanzjament, bħan-netwerk EURoma 55 tal-awtoritajiet ta’ ġetjoni u l-punti ta’ kuntatt nazzjonali tar-Rom.

Il-programm InvestEU 56 taħt it-tieqa għall-investiment soċjali u l-ħiliet tiegħu jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-inklużjoni soċjoekonomika tal-gruppi emarġinati, inklużi r-Rom. Dan jista’ jseħħ permezz ta’ approċċi ta’ finanzjament innovattivi bħal bonds b’impatt soċjali u proġetti orjentati lejn ir-riżultati inkluż permezz ta’ taħlit ma’ għotjiet mill-UE u/jew strumenti finanzjarji minn programmi settorjali jew taħlita ta’ flussi differenti ta’ finanzjament mill-UE. Il-Kummissjoni se timplimenta inizjattivi pilota ffukati bl-għan li tittestja u turi approċċi ta’ ħidma għal aspetti konkreti ta’ inklużjoni (l-akkomodazzjoni, l-impjieg, is-sigurtà soċjali) permezz tal-użu ta’ approċċi ta’ finanzjament innovattivi, li jistgħu jintużaw/jiġu estiżi jew jiġu rreplikati permezz ta’ programmi akbar fuq livell nazzjonali jew tal-UE. L-Istati Membri se jkunu jistgħu jfittxu appoġġ tekniku biex jintegraw l-ugwaljanza tar-Rom fil-proċessi tat-tfassil tal-politika u fir-riforma permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku.

IV.3.    Azzjoni u appoġġ tal-UE għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni, tal-inklużjoni u tad-diversità tar-Rom

Fil-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu 2020–2025, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tmexxi bl-eżempju bħala istituzzjoni billi tieħu passi biex ittejjeb b’mod sinifikanti r-rappreżentanza tal-persunal tal-Kummissjoni permezz ta’ miżuri mmirati lejn ir-reklutaġġ u l-għażla. Meta twettaq dawn il-miżuri, il-Kummissjoni se tiżgura li dawn japplikaw għar-Rom. Il-Kummissjoni tistieden lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE biex jieħdu passi biex irawmu d-diversità u l-inklużjoni fil-postijiet tax-xogħol rispettivi tagħhom.

Il-Kummissjoni se torganizza laqgħat regolari mar-rapresentanti tal-Istati Membri 57 u tas-soċjetà ċivili u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali fil-livell tal-UE, b’mandat ta’ tagħlim reċiproku aktar b’saħħtu. Il-Kummissjoni se tiżgura wkoll skambji regolari bejn il-partijiet ikkonċernati. Il-Kummissjoni se tkompli torganizza laqgħat dwar il-politika ta’ koeżjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (“djalogu strutturat”) fl-2021–2027. Hija se torganizza laqgħat ta’ djalogu privati ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tar-Rom dwar żviluppi fil-politika ta’ koeżjoni.

Kif propost mill-Parlament Ewropew 58 , il-Kummissjoni se tniedi ċiklu ġdid ta’ bini tal-kapaċitajiet tas-soċjetà ċivili Rom biex tippermetti monitoraġġ u rappurtar ċivili indipendenti kkoordinati, billi tibni fuq it-tagħlimiet mill-proġett Monitor Ċivili tar-Rom (2017–2020). Rapporti ta’ monitoraġġ ċivili indipendenti kkoordinati huma ppjanati f’ċikli ta’ sentejn li jibdew fl-2022.

Il-Kummissjoni se tfittex li timmassimizza l-influwenza tal-pjattaforma Ewropea tar-Rom 59 , li tlaqqa’ flimkien il-gvernijiet nazzjonali, l-UE, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili tar-Rom u timmira li tistimula l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-esperjenza. Se torganizza rieżamijiet tematiċi, tal-pajjiż u reġjonali tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali bbażati fuq is-sejbiet tal-proġett ta’ Monitoraġġ tas-Soċjetà Ċivili tar-Rom u fuq ir-rapporti ta’ monitoraġġ nazzjonali.

Permezz tal-finanzjament tagħha lill-pjattaformi nazzjonali tar-Rom, il-Kummissjoni se tippromwovi riforma ta’ dawn il-pjattaformi 60 , b’mod partikolari billi tagħmilhom aktar rappreżentattivi tal-popolazzjoni nazzjonali tar-Rom. Dawn il-pjattaformi jenħtieġ li jiġu estiżi għal partijiet ikkonċernati ġodda (pereż. organizzazzjonijiet tad-drittijiet tat-tfal, is-settur privat) biex jippermettu tagħlim ġdid, jisfruttaw il-potenzjal tal-innovazzjoni soċjali, ibiddlu l-mentalitajiet u jġibu bidla soċjali dejjiema. Biex jiġi mħeġġeġ l-impenn attiv tar-Rom, partikolarment min-nisa u ż-żgħażagħ, jenħtieġ li jiġi elett rappreżentant tal-pjattaforma biex jiġi żgurat networking transnazzjonali bejn il-pjattaformi tar-Rom nazzjonali u Ewropej, filwaqt li ż-żgħażagħ Rom jenħtieġ li jiġu offruti apprendistati apposta jew pożizzjonijiet subordinati fl-istrutturi nazzjonali marbuta mal-implimentazzjoni ta’ pjattaformi nazzjonali tar-Rom. Sinerġiji ma’ inizjattivi oħra tal-UE, nazzjonali jew internazzjonali, b’mod partikolari l-proġett ta’ monitoraġġ tas-soċjetà ċivili tar-Rom, jenħtieġ li jintużaw biex irawmu t-tagħlim reċiproku u t-trasferiment tal-politika.

IV.4.    Azzjoni u appoġġ tal-UE għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u l-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu

Biex tippromwovi l-ugwaljanza tar-Rom billi tindirizza l-anti-Żingariżmu, il-Kummissjoni se tappoġġa attivitajiet li jippromwovu narrattivi pożittivi u mudelli tar-Rom, tiġġieled l-isterjotipi negattivi, tissensibilizza dwar l-istorja u l-kultura tar-Rom, u tippromwovi l-verità u r-rikonċiljazzjoni taħt programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri.

Il-Kummissjoni se tmexxi kampanja konġunta mal-UNESCO biex tindirizza d-diżinformazzjoni, id-diskors ta’ mibegħda u t-teoriji ta’ komplott, inklużi dawk li jimplikaw lir-Rom. Hija se tkompli tappoġġa lis-settur privat permezz tal-Pjattaforma tal-UE tal-Karti dwar id-Diversità u tesplora modi kif tinvolvi lill-midja biex tibni narrattivi pożittivi u tippromwovi d-diversità u l-ugwaljanza fl-isferi kollha. Filwaqt li tibni fuq l-esperjenza eżistenti 61 , il-Kummissjoni se tiżviluppa serje ta’ seminars dwar l-isterjotipi razzjali u etniċi, inkluż kontra r-Rom, li jlaqqgħu flimkien ġurnalisti, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u rappreżentanti ta’ persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju.

L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni se jirreklamaw il-benefiċċji tal-ugwaljanza u tad-diversità 62 . Il-Kummissjoni se torganizza serje ta’ avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni li jiffukaw fuq l-Istati Membri b’komunitajiet Rom kbar, biex tiġġieled kontra l-isterjotipi, tippromwovi d-diversità kulturali, temanċipa u tenfasizza lit-tfal, liż-żgħażagħ u lin-nisa Rom bħala mudelli ta' rwoli f’komunitajiet diversi, u tgħaqqad lill-komunitajiet flimkien.

Is-sensibilizzazzjoni dwar il-konsegwenzi ta’ diskriminazzjoni multipla kontra n-nisa Rom se tkun allinjata mal-kampanja ta’ komunikazzjoni mal-UE kollha dwar il-ġlieda kontra l-isterjotipi tal-ġeneri, li tapplika approċċ intersezzjonali għall-isferi kollha tal-ħajja, bħala parti mill-istrateġija dwar l-ugwaljanza tal-ġeneri.

Il-Kummissjoni se:

-    Tinforza l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE li tipproteġi lir-Rom kontra d-diskriminazzjoni u r-razziżmu u timla l-lakuni fejn meħtieġ;

-    Tintegra l-ugwaljanza tar-Rom fl-inizjattivi tal-politika tal-UE u timmobilizza fondi tal-UE għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom;

-    Tieħu passi biex ittejjeb id-diversità tal-persunal tal-Kummissjoni;

-    Tniedi ċiklu ġdid ta’ bini ta’ kapaċità tas-soċjetà ċivili tar-Rom u ssaħħaħ il-pjattaformi Ewropej u nazzjonali tar-Rom;

-    Tippromwovi narrattivi pożittivi u mudelli tar-rwol Rom, tiġġieled l-isterjotipi negattivi, tissensibilizza dwar l-istorja u l-kultura tar-Rom, u tippromwovi l-verità u r-rikonċiljazzjoni.

V.    Il-promozzjoni tal-ugwaljanza, tal-inklużjoni u tal-parteċipazzjoni tar-Rom lil hinn mill-UE

L-UE u l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom fl-azzjoni esterna tagħhom, pereż. fil-politiki tagħhom dwar it-tkabbir, il-viċinat, l-iżvilupp u umanitarji.

Ir-reġjun tal-Punent tal-Balkani jirrappreżenta prijorità ġeostrateġika għall-UE. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Frar 2020 63 tappella għall-allinjament mal-politiki tal-UE, inkluż b’appoġġ għal dawk l-aktar żvantaġġati. Ir-reġjun tal-Punent tal-Balkani diġà allinja volontarjament mal-qafas tal-UE għal strateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom sal-2020. U għamlu xi avvanzi notevoli. Fis-Summit UE-il-Punent tal-Balkani f'Zagreb f'Mejju 2020, il-mexxejja tal-UE affermaw mill-ġdid l-appoġġ tagħhom għall-perspettiva Ewropea tal-Punent tal-Balkani u d-determinazzjoni tagħhom li jżidu l-appoġġ għat-trasformazzjoni politika, ekonomika u soċjali tiegħu. 64 Huma laqgħu l-impenn qawwi tas-sħab tal-Punent tal-Balkani għas-supremazija tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, inklużi d-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tal-minoranzi 65 .

Il-preżenza tar-Rom fil-Punent tal-Balkani hija importanti u simili għall-Istati Membri tal-UE b’popolazzjoni sinifikanti tar-Rom. Hemm każ konvinċenti biex jiġu indirizzati bl-istess mod l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom fl-UE u fil-Punent tal-Balkani, inkluż l-applikazzjoni tal-istess objettivi għall-perjodu sal-2030. F’Lulju 2019, il-prim ministri tal-Punent tal-Balkani adottaw id-Dikjarazzjoni dwar l-integrazzjoni tar-Rom fil-proċess tat-tkabbir tal-UE, u impenjaw ruħhom li jtejbu b'mod konkret is-sitwazzjoni tar-Rom fir-rigward tal-edukazzjoni, tal-impjiegi, tas-saħħa, tal-akkomodazzjoni, tar-reġistrazzjoni ċivili u tan-nondiskriminazzjoni sal-adeżjoni tagħhom 66 . L-UE se tkompli tappoġġa l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni u x-xogħol fuq il-ġbir tad-data, l-ibbaġitjar sensittiv għar-Rom u l-immappjar tal-akkomodazzjoni tar-Rom. L-allinjament progressiv mal-objettivi u mal-metodoloġija tal-UE se jkun parti mill-perspettiva Ewropea għall-pajjiżi kollha li qed ifittxu li jissieħbu fl-UE.

Is-sħab tal-Punent tal-Balkani, b’mod simili għall-proċess tas-semestru tal-Istati Membri tal-UE, jippreżentaw Programmi ta’ Riforma Ekonomika (PRE) annwali, li jinkludu riformi biex jagħtu spinta lill-kompetittività u jtejbu l-kundizzjonijiet għat-tkabbir inklużiv u l-ħolqien tal-impjiegi. Il-PRE jirrapportaw dwar l-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-opportunitajiet indaqs, inkluż tar-Rom. L-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni 2021–2027 — ladarba jiġi adottat — se jkompli jappoġġa r-riformi u l-allinjament mar-rekwiżiti tal-UE fil-livelli reġjonali u nazzjonali. Il-pjan ekonomiku u ta’ investiment għall-Punent tal-Balkani jidentifika oqsma prijoritarji ta’ investiment biex tingħata spinta lill-konverġenza, lit-tkabbir u lill-kompetittività fir-reġjun, b’mod partikolari b’appoġġ għal gruppi emarġinati u minoranzi, b’mod partikolari l-komunitajiet Rom 67 . Fondi addizzjonali rilevanti tal-UE, relatati mal-irkupru mill-COVID-19 jew miżuri oħra ta’ appoġġ għar-relazzjonijiet esterni, bħall-istrument tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni tal-Viċinat (NDICI), se jiġu mmobilizzati wkoll biex jippromwovu l-inklużjoni tar-Rom 68 .

L-UE se tkompli tippromwovi n-nondiskriminazzjoni u ugwaljanza madwar id-dinja kollha fuq il-bażi tal-qafas strateġiku tal-UE 69 u tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (2020-2024) 70 u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru 71 u se tkopri l-kwistjonijiet tar-Rom fl-implimentazzjoni tal-UE tal-2019 tal-linji gwida dwar in-Nondiskriminazzjoni fl-Azzjoni Esterna 72 . L-azzjoni tal-UE se tikkomplementa l-inizjattivi nazzjonali u se tappoġġa lis-soċjetà ċivili. L-ugwaljanza u l-inklużjoni tar-Rom se jkunu punt regolari fl-aġenda dwar id-drittijiet tal-bniedem u fid-djalogi politiċi oħra ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE li għandhom popolazzjoni sinifikanti ta’ Rom. L-UE se żżomm l-impenn attiv tagħha dwar l-ugwaljanza tar-Rom f’fora multilaterali u reġjonali, b’mod partikolari fil-Kunsill tal-Ewropa, fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u fin-Nazzjonijiet Uniti.

VI.    Konklużjoni

Ir-Rom ikkontribwew għar-rikkezza kulturali, id-diversità, l-ekonomija u l-istorja komuni tal-Ewropa għal sekli sħaħ. L-UE għandha d-dmir li tipproteġi l-minoranza Rom tagħha mid-diskriminazzjoni, mill-anti-Żingariżmu u mill-esklużjoni soċjali. Il-kisba tal-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom teħtieġ li l-istituzzjonijiet kollha tal-UE, il-gvernijiet nazzjonali u l-aġenziji tal-UE, il-korpi tal-ugwaljanza u istituzzjonijiet oħrajn tad-drittijiet tal-bniedem jingħaqdu flimkien u jieħdu azzjoni fi sħubija mas-soċjetà ċivili u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, u bl-involviment sħiħ tar-Rom infushom. Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew biex jappoġġa dan il-qafas strateġiku u titlob lill-Kunsill biex jaħdem lejn l-adozzjoni rapida tal-proposta għal Rakkomandazzjoni għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni tar-Rom u b’hekk jiżgura li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaħdmu id f’id. Billi naħdmu flimkien, nistgħu nagħmlu progress reali sal-2030 biex noħolqu Ewropa li fiha l-individwi u l-komunitajiet Rom, fid-diversità kollha tagħhom, ikollhom opportunitajiet indaqs fl-isferi kollha tal-ħajja, jibbenefikaw mill-inklużjoni soċjoekonomika u jipparteċipaw b’mod ugwali fis-soċjetà.

(1)

     Unjoni tal-ugwaljanza: Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE Kontra r-Razziżmu 2020-2025 — COM(2020) 565 final .

(2)

     Ir-referenza għar-“Rom” bħala terminu umbrella tinkludi firxa wiesgħa ta’ nies differenti ta’ oriġini Romani bħal: Roma, Sinti, Kale, Romanichels u Boyash/Rudari. Tinkludi wkoll gruppi bħal Ashkali, Eġizzjani, Yenish, Dom, Lom, Rom u Abdal, kif ukoll popolazzjonijiet ta’ vjaġġaturi, inklużi Vjaġġaturi etniċi jew dawk indikati taħt it-terminu amministrattiv gens du voyage u persuni li jidentifikaw bħala Żingari, Tsiganes jew Tziganes, mingħajr ma jiċħdu l-ispeċifiċitajiet tagħhom.

(3)

      L-istimi tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2012.

(4)

          L-antiżingariżmu (forma ta’ razziżmu kontra r-Rom) huwa fenomenu strutturali li għandu għeruq storiċi li jidher fuq livelli istituzzjonali, soċjali u interpersonali. Għandu l-oriġini tiegħu fil-mod kif il-maġġoranza tħares lejn dawk meqjusa “żingari” u kif tittrattahom. Għandu l-għeruq fi proċess ta’ trattament ta’ ħaddieħor bħala differenti (“othering”) li jibni fuq sterjotipi eżotizzanti negattivi kif ukoll pożittivi. Filwaqt li hemm kunsens dwar il-fehim tal-antiżingariżmu fost il-proponenti tal-ħtieġa li tissaħħaħ il-ġlieda kontrih, kien hemm dibattitu dwar it-terminu. Il-Parlament Ewropew (fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal- 2015 , l- 2017 u l- 2019 u l- 2020 ), il-Kummissjoni (fil- Komunikazzjonijiet annwali tagħha ta’ bejn l-2015 u l-2019, u fid- dokument tal-konklużjonijiet tagħha tal-2018), il-Kunsill (fir-rakkomandazzjoni tiegħu tal- 2013 u fil-konklużjonijiet tal- 2016 ) u l- Kunsill tal-Ewropa rrikonoxxew l-antiżingariżmu bħala ostaklu għall-inklużjoni, u għalhekk l-importanza li jiġi indirizzat. Il-Kummissjoni tuża l-ortografija proposta mill- Alleanza kontra l-antiżingariżmu , filwaqt li taċċetta li termini differenti jistgħu jkunu xierqa f'kuntesti nazzjonali differenti.

(5)

      COM(2011) 173 final .

(6)

     Rappreżentanti nazzjonali maħtura biex jaġixxu bħala punt ta’ kuntatt għall-istrateġija nazzjonali dwar ir-Rom mal-awtorità biex jikkoordinaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tagħha fil-livell nazzjonali. Wara l-adozzjoni tal-qafas tal-UE, huma nħatru fl-Istati Membri kollha, ħlief f’Malta li ma għandhiex komunità Rom.

(7)

     Council Recommendation of 9 December 2013 on effective Roma integration measures in the Member States ( ĠU C 378/1, 24.12.2013 ).

(8)

     Kif muri mill-evalwazzjoni tal-qafas: COM(2018) 785 final , SWD(2018) 480 final .

(9)

     Rapport dwar l-evalwazzjoni tal-qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom sal-2020,  COM (2018) 785 final.

(10)

     Skont id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (id-“Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali”), il-Kummissjoni bdiet proċeduri ta’ ksur kontra tliet pajjiżi (CZ, HU u SK) għas-segregazzjoni tat-tfal Rom fl-iskejjel.

(11)

     Rapport dwar l-evalwazzjoni tal-qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom sal-2020, COM (2018) 785 final.

(12)

     Ara l-Anness 1 li jakkumpanjah SWD(2020) 530 final.

(13)

      COM(2019) 406 , SWD(2019)320 , ir-rapporti annwali kollha .

(14)

      A meta-evaluation of interventions for Roma inclusion .

(15)

     Ara il-Parlament Ewropew 2020   2019 , il-Kunsill ,   is-soċjetà ċivili .

(16)

     Skont l-Artikolu 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), “fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li tiġġieled kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali”. L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi jiddefinixxi “l-intersezzjonalità” bħala “għodda analitika għall-istudju, għall-fehim u għar-rispons għall-modi li bihom is-sess u l-ġeneru jikkoinċidu ma’ karatteristiċi personali/identitajiet oħra, u kif dawn l-intersezzjonijiet jikkontribwixxu għal esperjenzi uniċi ta’ diskriminazzjoni”. Din id-definizzjoni tapplika b’mod ugwali għal kull forma ta’ diskriminazzjoni.

(17)

     Il-Prinċipji 1 (edukazzjoni ta’ kwalità u inklużiva), 3 (opportunitajiet indaqs) u 20 (aċċess għal servizzi essenzjali) huma partikolarment importanti għar-Rom u jiggwidaw l-użu tal-fondi tal-UE kemm għal miżuri mmirati kif ukoll għal dawk mainstream.

(18)

     L-ambizzjoni tal-Aġenda li “ħadd ma jitħalla jibqa’ lura”, hemm ambitu konsiderevoli biex titjieb is-sitwazzjoni tar-Rom fl-Ewropa. Billi tindirizza s-sitwazzjoni tar-Rom, l-UE tista’ toqrob lejn il-kisba tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli (SDG). SDGs 1-2 (it-tnaqqis tal-faqar u tal-ġuħ), 3-4 (l-appoġġ għas-saħħa u l-benesseri u edukazzjoni ta’ kwalità għal kulħadd), 6–7 (l-aċċess għal ilma tax-xorb sigur u nadif u s-sanità, u enerġija bi prezz raġonevoli u nadifa), 10–11 (it-tnaqqis tal-inugwaljanza fil-pajjiżi u fost il-pajjiżi, u bliet u komunitajiet inklużivi u sostenibbli) u 16 (soċjetajiet inklużivi, aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd u istituzzjonijiet effettivi, responsabbli u inklużivi) huma punti ta’ dħul partikolarment importanti.

(19)

     Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2016 talbu lill-Kummissjoni biex tipproponi inizjattiva għal wara l-2020, u tinkludi fiha proposta għal reviżjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2013 L-aċċellerar tal-proċess ta' integrazzjoni tar-Rom .

(20)

     Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-17 ta’ Settembru 2020 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom: nikkumbattu l-attitudnijiet negattivi fil-konfront ta' persuni ta' oriġini Romani fl-Ewropa ( P9_TA (2020) 0229 ); Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-ħtieġa li jissaħħaħ il-Qafas Strateġiku tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom wara l-2020 u li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-antiżingariżmu ( P8_TA(2019)0075 ) Konklużjoni tal-Kunsill EPSCO tal-24 ta’ Ottubru 2019 dwar l-Ekonomija tal-Benesseri ( 13432/19 ), li tistieden lill-Kummissjoni ġġedded l-impenn dwar l-inklużjoni tar-Rom. Barra minn hekk, fil-Konferenza ta’ Livell Għoli dwar il-Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom li saret f’Bukarest fl-4 u l-5 ta’ Marzu 2019, il-parteċipanti appellaw lill-Kummissjoni biex tipproponi qafas tal-UE ġdid u ambizzjuż għal wara l-2020, u lill-Istati Membri u lill-pajjiżi tat-tkabbir biex iżidu l-impenji tagħhom għall-integrazzjoni tar-Rom. Informazzjoni mill-Presidenza ( 7003/19 , 14.3.2019).

(21)

     Dwar il-ħtieġa għal enfasi aktar ċara fuq il-ġlieda kontra l-antiżingariżmu u d-diskriminazzjoni fil-qafas tal-UE għal wara l-2020, ara r- rakkomandazzjonijiet tal-esperti żviluppati wara l-Konferenza “Kif għandu jiġi indirizzat l-antiżingariżmu f’Qafas tar-Rom tal-UE għal wara l-2020?” (Vjenna, 27.11.2018).

(22)

     Ara l-SWD(2020) 530 final ta’ akkumpanjament.

(23)

     Għal aktar informazzjoni dwar it-tikketti indikaturi, u s-sorsi tad-data, ara l-Anness 2 u r-rapport dwar il- Monitoring framework for a post-2020 EU initiative on Roma equality, inclusion and participation mill-grupp ta’ ħidma dwar l-indikaturi u r-rappurtar tar-Rom (ikkoordinat mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), u li jinvolvi punti ta’ kuntatt nazzjonali tar-Rom, uffiċċji nazzjonali tal-istatistika u l-Kummissjoni).

(24)

     Indikaturi oħra qed jiġu esplorati mill-grupp ta’ ħidma dwar l-indikaturi tar-Rom u r-rappurtar huwa kkoordinat mill-FRA. Dawn jirrigwardaw pereżempju l-privazzjoni materjali u soċjali, l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa u soċjali, is-segregazzjoni tal-akkomodazzjoni.

(25)

     Ara l- prinċipji bażiċi komuni . Il-Prinċipju 2 (immirar espliċitu iżda mhux esklużiv) “dan jimplika li filwaqt li l-poplu Roma jkun il-pubbliku destinatarju ma jeskludix nies oħra li qegħdin f’ċirkostanzi soċjoekonomiċi simili”. Il-Prinċipju 4 (il-mira għall-mainstreaming) jirreferi għall-għan “li jinserixxu lir-Rom fis-soċjetà ġenerali (istituzzjonijiet edukattivi ġenerali, impjiegi ġenerali, djar ġenerali). Fejn għadhom jeżistu edukazzjoni jew djar parzjalment jew interament segregati, il-politiki dwar l-inklużjoni tar-Rom għandhom jimmiraw li jingħeleb dan il-wirt. Għandu jiġi evitat l-iżvilupp ta' swieq ta' xogħol artifiċjali u separati ‘Rom’”.

(26)

     Għal approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem għall-ġbir tad-data, l-awtoritajiet nazzjonali huma mħeġġa jikkonsultaw il- European handbook on equality data (reviżjoni tal-2016),   Guidelines on improving the collection and use of equality data (2018) u Data collection in the field of ethnicity (2017) . L-Istati Membri huma mħeġġa jallokaw ir-riżorsi meħtieġa għal dan il-ġbir ta’ data u jieħdu vantaġġ mill-għajnuna tal-FRA biex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom għal dan l-iskop.

(27)

     Ara l-SWD(2020) 530 final ta’ akkumpanjament.

(28)

     Il- prinċipji bażiċi komuni   għall-inklużjoni tar-Rom jipprovdu qafas għat-tfassil u l-implimentazzjoni b’suċċess ta’ azzjonijiet li jappoġġaw l-inklużjoni tar-Rom . Il-p rinċ ipji 2 u 4 jittrattaw l-ikkombinar ta’ miżuri mmirati u mainstream.

(29)

     L-Istati Membri li jipprogrammaw objettiv speċifiku tal-FSE+ dwar il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ komunitajiet marġinalizzati bħar-Rom iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha fl-Anness IV tal- proposta tal-Kummissjoni għar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni 2021–2027 rigward il-kundizzjoni abilitanti tematika fuq l-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom. Diversi strumenti oħra ta’ finanzjament tal-UE, bħall-fondi tal-politika ta’ koeżjoni jistgħu jintużaw għall-ugwaljanza u l-inklużjoni tar-Rom.

(30)

     Dawn il-pjattaformi jlaqqgħu flimkien partijiet ikkonċernati governattivi u tas-soċjetà ċivili. Għandhom l-għan li jistimulaw il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-esperjenza dwar l-inklużjoni b’suċċess tar-Rom.

(31)

     Diġà fil-perjodu 2011–2020, inħoloq netwerk ta’ Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għar-Rom, li jippermetti l-iskambju tal-informazzjoni u tal-esperjenza fost l-Istati Membri fil-livell Ewropew.

(32)

     Erba’ pajjiżi tal-UE jospitaw popolazzjonijiet kbar tar-Rom (il-Bulgarija: 9,94%, ir-Rumanija: 9,02%, is-Slovakkja: 8,63%, l-Ungerija: 7,49%). Iċ-Ċekja għandha popolazzjoni Rom iżgħar (1,90 %), l-istess bħall-Greċja (1,63 %) u Spanja (1,55 %). Ara L-istimi tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2012. .  

(33)

      Prinċipji bażiċi komuni .

(34)

     L-Anness 1 juża esperjenza mill-evalwazzjoni tal-qafas tal-UE, input minn tliet rapporti ta’ esperti u pożizzjonijiet ċivili li jikkontribwixxi għar-riflessjonijiet dwar il-politiki wara l-2020 għar-Rom , u ħila esperta mis-servizzi tal-Kummissjoni.

(35)

     Proġett tal-Kummissjoni li għaddej bħalissa, li se jiġi ffinalizzat sa tmiem l-2020, qed janalizza l-kawżi fundamentali tat-trażmissjoni tal-faqar u tal-esklużjoni fost il-ġenerazzjonijiet u jissuġġerixxi miżuri biex dan jiġi indirizzat. Proġett ieħor li għaddej bħalissa bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali se jkun l-analiżi tad-data għal intuwittazzjonijiet dwar ir-rabtiet bejn id-diskriminazzjoni u l-vulnerabbiltà fl-Ewropa fil-livell sottonazzjonali; il-piż tad-diskriminazzjoni fir-riskju relattiv tal-esklużjoni soċjoekonomika, u jekk ir-Rom kinux aktar affettwati mill-pandemija tal-COVID-19 u aktar vulnerabbli għaliha f’kuntesti territorjali speċifiċi. Is-sejbiet jistgħu jipprovdu bażi ta’ evidenza għal azzjoni komprensiva li tindirizza kemm l-iżvantaġġ soċjoekonomiku kif ukoll id-diskriminazzjoni.

(36)

     B’mod partikolari miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni għal evalwazzjonijiet tal-impatt aleatorji ta’ interventi magħżulin immirati jew mainstream prinċipali iżda wkoll mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali biex tiġi vvalutata l-pertinenza tal-miżuri maħsuba.

(37)

     Ir-Rumanija pereżempju bħalissa qed tirċievi appoġġ tekniku taħt il-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali biex tiżviluppa sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni għall-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ inklużjoni tar-Rom.

(38)

     Biex jiġi stabbilit il-prinċipju tal-awtoidentifikazzjoni fil-ġbir tad-data bbażata fuq l-individwi, pereż. ċensiment, stħarriġ fuq skala kbira u data amministrattiva fejn applikabbli.

(39)

     Fl-2021 l-istħarriġ se jiġi estiż għas-Serbja u għall-Maċedonja ta’ Fuq.

(40)

     Ara b’mod partikolari l-Artikoli 2, 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ( TUE ), l-Artikoli 8, 10, 19 u 67(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ( TFUE ), u l-Artikoli 20 u 21 tal- Karta .

(41)

      2000/43/EC

(42)

      2008/913/ĠAI

(43)

      Ir-rapport se jkopri wkoll l-applikazzjoni tad- Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79 .

(44)

     Equinet, it-28 ta’ Lulju 2020: ‘Roma and Traveller inclusion: towards a new EU framework learning from the work of equality bodies’ .

(45)

      C(2018)3850 final .

(46)

     FRA, 2017, it-Tieni Stħarriġ Ewropew dwar il-Minoranzi u d-Diskriminazzjoni.

(47)

     Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE Kontra r-Razziżmu 2020-2025, COM(2020) 565 final .

(48)

     Ara l-ħidma dwar il-Kodiċi ta’ Kondotta dwar il-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda illegali online , C (2018) 1177 final. .

(49)

     2012/29/UE.

(50)

      COM(2020) 258 final .  

(51)

     Ara l-Anness 3 tad-dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni għal aktar informazzjoni dwar inizjattivi ta’ politika mainstream rilevanti tal-UE u għall-użu tal-fondi tal-UE.

(52)

     Maħluq fl-2010 u magħmul minn rappreżentanti tad-DĠ JUST, EMPL, EAC, SANTE, NEAR, HOME, REGIO u AGRI.

(53)

     Ara r- rapporti għall-pajjiżi tal-BG, CZ, ES, HU, RO, SK u b’mod partikolari l-Anness D.

(54)

      COM(2018)375 final , COM(2018)382 final , COM(2018)392 final .

(55)

     In- netwerk imniedi fl-2007 mill-awtorità ta’ ġestjoni tal-FSE ta’ Spanja.

(56)

     Il-programm InvestEU (2021–2027), ara wkoll l-Anness 3 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal.

(57)

     Fil-kuntest tan-netwerk tal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Rom.

(58)

      Preparatory action 2020 — Roma Civil Monitor — Strengthening capacity and involvement of Roma and pro-Roma civil society in policy monitoring and review .

(59)

      https://ec.europa.eu/info/policies/justice-and-fundamental-rights/combatting-discrimination/roma-and-eu/european-platform-roma-inclusion_en .

(60)

     Il-pjattaformi nazzjonali tar-Rom huma proċessi ta’ parteċipazzjoni u konsultazzjoni msejħa u ġestiti mill-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali tar-Rom biex jippromwovu djalogu, tagħlim reċiproku, kooperazzjoni u involviment fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali, b’appoġġ mill-Kummissjoni permezz ta’ sejħiet regolari għall-appoġġ ta’ finanzjament. Il-proċessi tal-Pjattaformi Nazzjonali tar-Rom jenħtieġ li jikkontribwixxu għat-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-rieżami tal-politika. Il-missjoni ewlenija tal-Pjattaformi hija maqsuma fi tlieta: li twessa’ d-diskussjonijiet ta’ politika dwar l-implimentazzjoni tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom, tapprofondixxi l-istrutturi tal-akkontabilità domestika, u ssaħħaħ ir-rabtiet bejn il-livelli lokali u nazzjonali.

(61)

     Ara Media seminars - Stopping discrimination against Roma .

(62)

     pereż. mill-perspettiva ta’ mara Rom: Equal opportunities — let’s make it a reality for all .

(63)

     It-titjib tal-proċess tal-adeżjoni - Perspettiva kredibbli tal-UE għall-Balkani tal-Punent - COM(2020) 57 final .

(64)

     Summit tal-UE u l-Balkani tal-Punent, 5–6 ta’ Mejju 2020, Konklużjonijiet tal-Kunsill u COM(2020) 315 final . 

(65)

      Id-Dikjarazzjoni ta’ Zagreb .

(66)

     Żieda fl-impjiegi tar-Rom (minn 16,5 għal 25 %), tlestija tal-edukazzjoni obbligatorja (minn 51 % għal 90 %), għoti tal-assigurazzjoni tas-saħħa (għal mill-inqas 95 %), legalizzazzjoni tal-akkomodazzjoni, prevenzjoni tad-diskriminazzjoni, żgurar tar-reġistrazzjoni ċivili sħiħa. Dikjarazzjoni ta’ Poznan .

(67)

COM (2020) 641 final adottata fis-6 ta’ Ottubru 2020.

(68)

     Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Appoġġ lill-Balkani tal-Punent fil-ġlieda kontra l-COVID-19 u l-irkupru wara l-pandemija ( COM(2020)315 final ).

(69)

     11855/12 Anness II, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-25 ta’ Ġunju 2012.

(70)

     Il-pjanijiet ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2012–2014 u 2015–2019; Il-Komunikazzjoni Konġunta u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (2020–2024) kif adottati mill-Kulleġġ fil-25 ta’ Marzu 2020, l-adozzjoni mill-Kunsill hija prevista fl - aħħar kwart tal-2020.

(71)

     Gender Equality and Women’s Empowerment: Transforming the Lives of Girls and Women through EU External Relations 2016-2020 SWD (2015) 182 u s-suċċessur ippjanat tiegħu.

(72)

      Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għan-Nondiskriminazzjoni fl-Azzjoni Esterna . .


Brussell, 7.10.2020

COM(2020) 620 final

ANNESS

tal-

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI EWROPEA LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Unjoni tal-Ugwaljanza:

Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni

{SWD(2020) 530 final}


Anness 1: Il-linji gwida għall-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom

L-indirizzar tal-anti-Żingariżmu

Bis-saħħa tal-ħidma tal-Alleanza kontra l-Anti-żingariżmu, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Ewropa 1 , hemm kunsens emerġenti li l-anti-Żingariżmu (forma speċifika ta’ razziżmu kontra r-Rom) jikkontribwixxi għall-esklużjoni persistenti tar-Rom. Peress li l-anti-Żingariżmu u l-esklużjoni jiffurmaw ċirku vizzjuż, jenħtieġ li jiġu indirizzati flimkien. Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-anti-Żingariżmu se tikkontribwixxi għas-suċċess tal-miżuri ta’ inklużjoni, li min-naħa tagħhom se jrawmu attitudni aktar miftuħa u aċċettazzjoni fis-soċjetà. Il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu u l-promozzjoni tad-diversità u l-inklużjoni jeħtieġu l-parteċipazzjoni tas-soċjetà kollha kemm hi, kemm tal-komunitajiet Rom kif ukoll ta’ dawk li mhumiex Rom. Dawn jinvolvu l-emanċipazzjoni tar-Rom u l-indirizzar tal-attitudnijiet u tal-imġiba mainstream (inkluż dawk istituzzjonali). Il-korpi għall-ugwaljanza jistgħu jkunu sħab privileġġati għall-Punti Nazzjonali ta’ Kuntatt għar-Rom (National Roma Contact Points - NRCPs) fil-provvediment ta’ standards għall-implimentazzjoni u s-sostenn ta’ enfasi aktar b’saħħitha kontra d-diskriminazzjoni fl-istrateġiji.

L-oqfsa strateġiċi Nazzjonali għar-Rom jenħtieġ li:

·jinkludu fokus speċifiku fuq il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu, sabiex:

1)    jirrikonoxxu l-anti-Żingariżmu u r-responsabbiltà li tittieħed azzjoni kontrih;

2)    jirrikonoxxu d-dimensjonijiet storiċi tal-anti-Żingariżmu, b’mod partikolari l-Olokawst tar-Rom; jissensibilizzaw dwar l-istorja tar-Rom u tiġi promossa r-rikonċiljazzjoni;

3)    jissensibilizzaw dwar il-benefiċċji reċiproċi tad-diversità u l-inklużjoni; jibnu narrattivi pożittivi; irawmu mudelli; jappoġġaw laqgħat interkomunitarji u tagħlim interkulturali biex jiġu miġġielda l-isterjotipi u l-informazzjoni żbaljata dwar ir-Rom fl-edukazzjoni, fil-midja, fl-arti, fil-kultura u fl-istorja;

4)    jiġġieldu d-diskriminazzjoni bħala manifestazzjoni tal-anti-Żingariżmu;

5)    jiġġieldu d-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda bħala manifestazzjonijiet tal-anti-Żingariżimu u jinkoraġġixxu lill-vittmi jirrappurtaw il-kriminalità mmotivata mill-preġudizzju, il-fastidju u l-vjolenza;

6)    jippromwovu l-aċċess għall-ġustizzja għall-vittmi tal-anti-Żingariżmu u tad-diskriminazzjoni;

7)    jissensibilizzaw lir-Rom dwar id-drittijiet tagħhom; u

8)    iżarmaw u jipprevjenu d-diskriminazzjoni sistemika/istituzzjonali/strutturali 2 li jesperjenzaw ir-Rom;

·jipprevjenu u jiġġieldu l-anti-Żingariżmu bħala prijorità trasversali/orizzontali fl-oqsma kollha tal-politika settorjali, sabiex:

1)    jiġġieldu kontra s-segregazzjoni, il-bullying u l-fastidju fl-edukazzjoni; jissensittivizzaw lill-persunal tal-iskola;

2)    jiġġieldu d-diskriminazzjoni fl-(aċċess għall-) impjiegi u jissensittivizzaw lill-impjegaturi;

3)    jiġġieldu d-diskriminazzjoni fl-aċċess għal kura tas-saħħa ta’ kwalità tajba; jeliminaw is-servizzi paralleli u segregati; jipprevjenu l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem (pereż. abort imġiegħel u sterilizzazzjoni mġiegħla); jissensittivizzaw lill-ħaddiema tal-kura tas-saħħa;

4)    jiġġieldu s-segregazzjoni spazjali; jevitaw żgumbramenti mġiegħla mingħajr akkomodazzjoni alternattiva; jissensittivizzaw lill-awtoritajiet; u

5)    jiġbru regolarment data dwar l-ugwaljanza (data dwar l-esperjenzi ta’ diskriminazzjoni; data mill-korpi tal-ugwaljanza dwar l-inċidenti ta’ diskriminazzjoni).

Il-ġlieda kontra l-faqar multiġenerazzjonali 
(b’fokus fuq il-protezzjoni tat-tfal u użu aħjar tal-fondi tal-UE)

L-indirizzar tal-faqar u tal-esklużjoni multiġenerazzjonali huwa kruċjali għat-titjib tas-sitwazzjoni tar-Rom emarġinati. L-esklużjoni u d-diskriminazzjoni fl-aċċess għall-edukazzjoni, l-impjieg, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni jaffettwaw l-iżvilupp tat-tfal u jistgħu mbagħad jaffettwaw l-istat futur tagħhom ta’ ġenitur, u dan iwassal għal żvantaġġ ulterjuri għat-tfal tagħhom stess. Iċ-ċirku vizzjuż tal-esklużjoni u tad-diskriminazzjoni aktarx li jkompli dment li ma jkunx hemm intervent sinifikanti biex jiġu indirizzati b’mod komprensiv id-dinamiki bażilari u jiġi ppjanat futur aħjar għall-ġenerazzjoni li jmiss. Dan jeħtieġ enfasi fuq it-tfal u jrid jinżamm maż-żmien.

L-oqfsa strateġiċi Nazzjonali għar-Rom jenħtieġ li:

·jimmobilizzaw l-għarfien espert rilevanti fil-livelli kollha ta’ governanza biex jifformulaw miżuri għall-protezzjoni tat-tfal; jallokaw riżorsi adegwati għall-ħarsien tat-tfal u l-edukazzjoni (pereżempju boroż ta’ studju, pariri, appoġġ wara l-iskola), in-nutrizzjoni, l-iżvilupp personali u x-xogħol mal-familji;

·jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal;

·jipproteġu lin-nisa, lit-tfal u liż-żgħażagħ permezz ta’ strateġiji għall-ġlieda kontra reati bħat-traffikar tal-bnedmin, inkluż għall-forom kollha ta’ sfruttament kif rilevanti (l-isfruttament sesswali, l-isfruttament tax-xogħol, lemożinar furzat u l-isfruttament ta’ attivitajiet kriminali għal żwiġijiet foloz furzati u abbużivi), u jippermettu l-aċċess tagħhom għall-assistenza, l-appoġġ u l-protezzjoni;

·itejbu l-aċċess għal servizzi bbażati fil-komunità u fuq il-familja għal persuni b'diżabbiltà u għat-tfal imċaħħda mill-ħarsien tal-ġenituri; isaħħu l-miżuri għall-prevenzjoni tal-istituzzjonalizzazzjoni permezz ta’ appoġġ għall-familji f’sitwazzjonijiet prekarji u għall-persuni b'diżabbiltà;

·jiżguraw s-sostenibbiltà fit-tul tal-miżuri ta’ appoġġ għat-tfal u għall-familji tagħhom, sabiex itejbu l-kundizzjonijiet għall-ġenerazzjoni li jmiss;

·jibbażaw l-ippjanar tal-appoġġ finanzjarju u l-investiment fuq analiżi preċiża tal-kawżi fundamentali tal-emarġinazzjoni (l-esklużjoni soċjoekonomika u diskriminazzjoni); jiġbru evidenza aktar granulari permezz ta’ evalwazzjonijiet u analiżi sistematiċi tat-tipi ta’ interventi nazzjonali, reġjonali u lokali li jaħdmu/ma jaħdmux u għaliex, sabiex isaħħu l-fehim tal-ostakli għall-inklużjoni; jinvolvu lill-partijiet interessati kollha (l-awtoritajiet lokali, is-soċjetà ċivili, il-partijiet interessati Rom/mhux Rom b’opinjonijiet possibbilment diverġenti) fil-ħidma analitika;

·janalizzaw l-użu tal-fondi tal-UE f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-ġestjoni – jekk ir-rapporti tal-monitoraġġ isibu li l-fondi ma ntużawx b’mod effettiv biex jintlaħqu l-għanijiet tal-inklużjoni, jimpenjaw ruħhom mal-awtoritajiet lokali/tal-ġestjoni u mal-partijiet ikkonċernati biex jifhmu għaliex u jindirizzaw kwalunkwe ostakli li jiġu identifikati; u

·jistabbilixxu rabtiet mill-qrib bejn l-NRCPs u l-awtoritajiet responsabbli għall-monitoraġġ tal-fondi tal-UE; jiġi żgurat li l-użu tal-fondi tal-UE għar-Rom joħloq opportunitajiet reali għall-parteċipazzjoni u jħalli l-impatt intenzjonat fuq il-ħajja ta’ kuljum tagħhom, aktar milli jkun ta’ benefiċċju għal interessi oħra.



Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tar-Rom

Il-parteċipazzjoni tar-Rom fit-tfassil tal-affarijiet pubbliċi hija prekondizzjoni u faċilitatur tal-ugwaljanza u tal-inklużjoni, u tippromwovi governanza demokratika u effiċjenti. Il-parteċipazzjoni u l-emanċipazzjoni tar-Rom jikkonsistu fl-għoti ta’ vuċi lin-nies u jippermettulhom jaġixxu b’modi ġodda u li jaffermaw il-ħajja. L-inklużjoni tiftaħ it-triq għal azzjoni u tagħti lin-nies l-opportunità li jipparteċipaw. Il-parteċipazzjoni u l-emanċipazzjoni huma prinċipji u proċessi li jtejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u riżultati tal-ħajja tan-nies. L-appoġġ għall-parteċipazzjoni sinifikanti tar-Rom fit-tfassil tal-politika fil-livell lokali, nazzjonali u tal-UE huwa prekondizzjoni biex tiġi indirizzata l-esklużjoni. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mmexxija mir-Rom u favur ir-Rom huma atturi partikolarment importanti. Fil-koordinazzjoni tal-iżvilupp tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali, l-NRCPs huma mħeġġa jippromwovu mudelli parteċipattivi, pereżempju billi jiffaċilitaw gruppi ta’ ħidma tematiċi li jiżviluppaw valutazzjoni tal-ħtiġijiet, prijoritajiet, miri, azzjoni f’oqsma ewlenin, li jlaqqgħu flimkien atturi nazzjonali, reġjonali, lokali u mhux governattivi, u jiżguraw il-parteċipazzjoni tar-Rom. Dawn il-mudelli u strutturi jistgħu sussegwentement jintużaw għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni.

L-oqfsa Nazzjonali strateġiċi għar-Rom jenħtieġ li:

·jistabbilixxu l-aspetti minimi obbligatorji u l-mezzi ta’ parteċipazzjoni tar-Rom fl-iżvilupp, fl-implimentazzjoni u fl-monitoraġġ u fl-ipprogrammar tal-fondi tal-UE, inkluż permezz ta’ protokolli bil-miktub ta’ parteċipazzjoni li jistabbilixxu l-mandat (l-iskop u n-natura tal-impenn), il-kompożizzjoni (prinċipji għall-għażla tal-membri), il-metodi ta’ ħidma u r-riżultati mistennija tal-korpi ta’ konsultazzjoni u ta’ parteċipazzjoni, bil-għan li jiġu żgurati kooperazzjoni, fiduċja u akkontabilità effettivi 3 ;

·joħolqu opportunitajiet għall-emanċipazzjoni tal-komunitajiet Rom fil-livell lokali biex tiġi ffaċilitata s-sjieda u l-azzjoni tal-komunità intiża b’mod espliċitu għal bidla soċjali u politika. L-immobilizzar tal-komunitajiet jeħtieġ li jitqies bħala proċess inklużiv u parteċipattiv intenzjonat li jinvolvi lill-persuni Rom, lill-awtoritajiet lokali u lill-organizzazzjonijiet;

·jiżguraw li r-Rom ikunu rappreżentati fid-diversità kollha tagħhom (inklużi ċ-ċittadini u dawk li mhumiex ċittadini, marġinalizzati u integrati, nisa, tfal u żgħażagħ) fil-proċessi ta’ politika u ta’ konsultazzjoni;

·itejbu l-azzjoni lokali billi jinvolvu aktar professjonisti Rom biex jagħmluha ta’ medjaturi u jgħinu biex jingħeleb in-nuqqas persistenti ta’ fiduċja bejn ir-Rom u l-komunitajiet maġġoritarji;

·jippromwovu l-kooperazzjoni tas-soċjetà ċivili bejn organizzazzjonijiet iffukati fuq ir-Rom u dawk mainstream, speċjalment dawk immirati lejn id-drittijiet tat-tfal, taż-żgħażagħ u tan-nisa;

·jużaw fondi tal-UE u fondi oħra biex jipprovdu appoġġ regolari għall-bini tal-kapaċitajiet (fl-iskrinjar tal-ugwaljanza, il-parteċipazzjoni, eċċ.), b’mod partikolari għas-soċjetà ċivili bażi u lokali; u

·f’pajjiżi b’popolazzjoni Rom sinifikanti:

ojippromwovu azzjoni pożittiva biex tiżdied il-parteċipazzjoni tar-Rom fl-amministrazzjoni nazzjonali u lokali fl-oqsma tal-ugwaljanza u l-inklużjoni, ir-riċerka, eċċ.; u

ojikkunsidraw l-istabbiliment ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali rappreżentattivi tar-Rom għal konsultazzjoni u parteċipazzjoni sostnuta f’diskussjonijiet ta’ politika. Dawn jenħtieġ li jirċievu għotjiet istituzzjonali ewlenin mill-gvernijiet nazzjonali jew minn fondi regolari ta’ appoġġ għas-soċjetà ċivili.



Riflessjoni tad-diversità

Huwa kruċjali li tiġi rikonoxxuta d-diversità fost il-poplu u l-komunitajiet Rom meta jitfasslu l-oqfsa strateġiċi nazzjonali. Il-qafas strateġiku tal-UE dwar ir-Rom jippromwovi approċċ li jemanċipa lin-nisa, liż-żgħażagħ u lit-tfal Rom (u lir-Rom b’diżabbiltà, lir-Rom anzjani, lir-Rom LGBTI+ u liċ-ċittadini mobbli tal-UE) biex jegħlbu n-nuqqasijiet soċjoekonomiċi, jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom, jilħqu l-milja tagħhom u jkunu aġenti attivi tal-bidla.

L-oqfsa strateġiċi Nazzjonali għar-Rom jenħtieġ li:

·jivvalutaw il-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni tar-Rom kollha (inklużi dawk mhux nazzjonali, mhux tal-UE u apolodi);

·jindirizzaw id-diskriminazzjoni multipla u l-intersezzjonalità, li jżidu s-severità tal-esklużjoni;

·jimmiraw lejn l-iktar gruppi Rom emarġinati b’miżuri ta’ inklużjoni u ta’ kontra l-faqar (mingħajr ma jeskludu gruppi oħrajn f’sitwazzjoni simili) u jindirizzaw lir-Rom kollha b’miżuri li jippromwovu l-parteċipazzjoni, u lill-persuni Rom u mhux Rom b’miżuri li jipprevjenu u jiġġieldu l-anti-Żingariżmu u d-diskriminazzjoni;

·jistabbilixxu miri speċifiċi u miżuri mmirati lejn in-nisa, it-tfal u ż-żgħażagħ Rom, dawk b’diżabbiltajiet, l-anzjani Rom, iċ-ċittadini mobbli tal-UE, il-persuni Rom apolodi u dawk minn pajjiżi mhux tal-UE (kif rilevanti) u jaqsmu l-indikaturi skont is-sess u l-età;

·jindirizzaw id-dimensjoni tal-ġeneri fl-oqsma kollha, speċjalment l-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa, l-appoġġ għat-tfal u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni (multipla), inklużi l-vjolenza (domestika) u l-isfruttament; jippromwovu l-parteċipazzjoni u jiżguraw li l-miżuri jkunu sensittivi għall-ġeneru;

·jappoġġaw l-aċċess tan-nisa Rom għall-ġustizzja biex jipprevjenu/jegħlbu l-vjolenza domestika u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem;

·jimpenjaw ruħhom f’kooperazzjoni transnazzjonali biex jindirizzaw l-isfidi u l-opportunitajiet li jirriżultaw mill-mobbiltà transnazzjonali tar-Rom b’mod aktar effettiv, jiżguraw aċċess għall-edukazzjoni, l-impjiegi, l-akkomodazzjoni, il-kura tas-saħħa u servizzi soċjali oħra; u

·jġibu fit-tmiem l-apolodija fost ir-Rom billi tiġi żgurata r-reġistrazzjoni universali tat-twelid u l-aċċess għad-dokumenti tal-identità, proċeduri formali tad-determinazzjoni tal-apolodija u l-aċċess universali għas-servizzi.



Taħlit ta’ approċċi mainstream u mmirati

Filwaqt li d-diskriminazzjoni kontra r-Rom u l-esklużjoni tagħhom jiġġustifikaw approċċ immirat kontinwu, l-għan tal-immirar huwa li jiġu promossi l-inklużjoni u l-ugwaljanza effettivi għar-Rom fl-oqsma kollha tal-ħajja. Dan jippresupponi riforma inklużiva tal-politiki mainstream, li teħtieġ taħlita intelliġenti ta’ approċċi mmirati u mainstream. Il-politiki mmirati jenħtieġ li jkunu temporanji u jservu biex jimmitigaw l-iżvantaġġi u d-diskriminazzjoni addizzjonali li jiffaċċjaw ir-Rom. L-immirar jenħtieġ li jkun espliċitu (għalkemm mhux neċessarjament ibbażat fuq l-etniċità), iżda mhux esklużiv, jiġifieri ma jeskludix lill-persuni mhux Rom li jinsabu fl-istess sitwazzjoni.

L-oqfsa strateġiċi Nazzjonali għar-Rom jenħtieġ li:

·jispjegaw kif il-miżuri speċifiċi mmirati (salvagwardji) jindirizzaw l-ostakli li jipprevjenu lir-Rom milli jaċċessaw u jibbenefikaw mill-politiki mainstream, u kif il-politiki pubbliċi jsiru aktar inklużivi għar-Rom;

·jippromwovu l-aċċess għad-drittijiet u s-servizzi mainstream għar-Rom b’appoġġ immirat addizzjonali, iżda mingħajr ma joħolqu strutturi paralleli permanenti;

·jimmiraw l-intervent b’mod territorjali sabiex jiġi żgurat li jitqiesu il-kundizzjonijiet lokali; jgħaqqdu l-immirar lejn it-territorju u lejn l-gruppi soċjali f’interventi wiesgħa (pereżempju biex jiġi indirizzat il-faqar estrem) u jiġi żgurat li jilħqu lill-popolazzjoni Rom;

·f’pajjiżi b’popolazzjoni Rom sinifikanti:

ojissuġġettaw miżuri ewlenin tal-politika mainstream għall-iskrinjar/verifika biex jiġi vvalutat l-impatt tagħhom fuq l-ugwaljanza u l-inklużjoni tar-Rom;

ojistabbilixxu kif il-fondi tal-UE se jintużaw għal riforma inklużiva tal-politiki mainstream (pereżempju d-desegregazzjoni fl-edukazzjoni jew fid-djar) u għal azzjoni mmirata; u

ojistabbilixxu arranġamenti għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza, tal-inklużjoni u tal-parteċipazzjoni tar-Rom fil-livelli reġjonali u lokali.



Żieda fil-miżuri biex jiġi evitat/imnaqqas l-impatt sproporzjonat tal-kriżijiet fuq ir-Rom

L-isfidi ewlenin kollha li qed tiffaċċja l-UE llum (inklużi l-pandemija tal-coronavirus, it-tibdil fil-klima, u t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali) għandhom dimensjoni ta’ ugwaljanza u inklużjoni tar-Rom. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li l-gruppi diskriminati u emarġinati, b’mod partikolari r-Rom, ma jkunux sfurzati jerfgħu sehem sproporzjonat tal-piż mill-kriżijiet u t-tranżizzjonijiet, u li r-reazzjonijiet ta’ emerġenza u l-istrateġiji ta’ tkabbir fuq perjodu itwal jinvolvu appoġġ addizzjonali mmirat għall-inklużjoni tagħhom. Jenħtieġ li jittieħdu tagħlimiet mill-pandemija tal-coronavirus, li affettwat lil komunitajiet Rom emarġinati b’mod sproporzjonat u li fuq perjodu ta’ żmien qasir wassal biex ir-Rom ġew esposti għall-agħar impatti fuq is-saħħa filwaqt li fuq perjodu ta’ żmien medju/fit-tul l-istess Rom ġew esposti għall-agħar impatti ekonomiċi. L-oqfsa strateġiċi nazzjonali jenħtieġ li jgħinu sabiex jitnaqqsu l-effetti tal-kriżi tal-coronavirus u jagħtuna l-mezzi biex nindirizzaw b’mod aħjar kwalunkwe okkorrenza bħal din fil-futur.

L-oqfsa strateġiċi Nazzjonali għar-Rom jenħtieġ li:

·jippjanaw ġbir effettiv tad-data u l-monitoraġġ tal-impatti soċjoekonomiċi (skont l-età, is-sess u l-ħtieġa medika) biex jiżguraw miżuri ta’ politika effettivi u mfassla apposta li jwieġbu għall-pandemiji eżistenti/futuri;

·iqisu l-ħtiġijiet fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil u jinvolvu lil dawk ikkonċernati fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-miżuri;

·jappoġġaw l-isforzi tal-awtoritajiet lokali biex jindirizzaw il-ħtiġijiet l-aktar immedjati tal-komunitajiet Rom (pereżempju l-aċċess għal kenn, inkluż l-ikel u l-ilma, l-aċċess għal servizzi tas-saħħa mingħajr ħlas u l-appoġġ finanzjarju għall-familji Rom f’sitwazzjonijiet ekonomiċi prekarji);

·jipprijoritizzaw l-isforzi biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi strutturali u n-nuqqas ta’ aċċess tal-komunitajiet Rom għas-servizzi bażiċi u l-infrastruttura;

·jiżguraw li l-miżuri u/jew l-azzjonijiet li jużaw il-finanzjament tal-UE u dak nazzjonali jilħqu u jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-komunitajiet l-aktar emarġinati u żvantaġġati;

·jippromwovu l-aċċess tal-persuni Rom għall-ilma tax-xorb sikur u nadif 4 ;

·itejbu l-aċċess għas-sanitazzjoni u jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi bażiċi ta’ utilità fil-każ ta’ pandemija;

·jippromwovu l-litteriżmu dwar is-saħħa fil-popolazzjoni Rom;

·jippromwovu t-tixrid ta’ informazzjoni preċiża, ċara u bbażata fuq l-evidenza u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni bħala għodod effettivi kontra d-diskriminazzjoni u l-ksenofobija;

·jipprovdu għal monitoraġġ regolari tal-kundizzjonijiet ambjentali u tar-riskji li jaffettwaw b’mod speċifiku lill-komunitajiet Rom żvantaġġati u jieħdu azzjoni biex jirrimedjaw il-kundizzjonijiet perikolużi jew mhux iġjeniċi; u

·jippromwovu l-konsistenza bejn il-miżuri ta’ emerġenza u ta’ rkupru, u inizjattivi mainstream bħall-"patt ekoloġiku”, id-diġitalizzazzjoni, il-pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali, l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli, is-Semestru Ewropew u l-istrateġiji, il-programmi u r-riformi mainstream.



L-iżgurar tal-inklużjoni diġitali

Hekk kif il-pandemija tal-coronavirus wasslet għall-għeluq sfurzat tal-iskejjel u tal-uffiċċji, kulħadd dar għall-internet bħala mezz ta’ salvataġġ. Il-qlib tal-massa lejn l-edukazzjoni online u t-telemediċina, eċċ., assumiet li kulħadd kellu aċċess għall-internet. Madankollu, il-kriżi żvelat differenzi globali xokkanti fit-tagħlim oline u mill-bogħod. Ir-Rom ta’ spiss ikun jinsabu f’żoni rurali, żoni li għadhom lura f’dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-infrastrutturi tal-broadband b’veloċità għolja. Għar-Rom emarġinati, bi ftit jew bl-ebda aċċess għall-apparat tal-IT jew litteriżmu diġitali, l-impatti tal-kriżi xeħtu dawl fuq l-inugwaljanzi strutturali profondi, li jissarrfu f’riskji li t-tfal Rom ikollhom prestazzjoni batuta u li jaqgħu lura fix-xogħol tal-iskola tagħhom u li l-adulti jiġu mċaħħda minn informazzjoni f’ħin reali u minn opportunitajiet ta’ xogħol. L-isfidi sottostanti marbuta mal-inugwaljanza, id-diskriminazzjoni u l-esklużjoni fl-era diġitali jridu jiġu indirizzati, sabiex jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla lura. L-użu b’suċċess tat-teknoloġiji diġitali u r-reżiljenza u l-ġustizzja soċjali tal-Ewropa jiddependu fuq li n-nies ikollhom aċċess għall-infrastruttura, l-apparat u l-ħiliet diġitali meħtieġa.

L-oqfsa strateġiċi Nazzjonali għar-Rom jenħtieġ li:

·jindirizzaw l-esklużjoni diġitali tar-Rom billi jiġi pprovdut aċċess għat-teknoloġiji diġitali, b’mod partikolari l-aċċess u l-appoġġ għat-tagħlim online u mill-bogħod jekk l-istituzzjonijiet edukattivi u tat-taħriġ jagħlqu, bħal ma ġara matul il-pandemija tal-coronavirus;

·jinkoraġġixxu sinerġiji ma’ inizjattivi politiċi oħrajn (speċjalment dawk li jikkonċernaw is-servizzi online pubbliċi, tal-gvern elettroniku u kummerċjali), sabiex itejbu l-utilità tas-servizzi pubbliċi u jippromwovu gvern elettroniku inklużiv, b’miżuri speċifiċi biex jitwasslu s-servizzi pubbliċi u biex jiġu konnessi r-Rom, b’attenzjoni speċjali fuq iż-żoni rurali;

·jagħtu spinta lill-ħiliet diġitali 5 fost ir-Rom billi:

1)    itejbu l-aċċess għat-tagħmir u l-konnessjonijiet diġitali (pereżempju punti pubbliċi ta’ aċċess għall-internet f’żoni żvantaġġati);

2)    jippromwovu l-ħiliet u l-kompetenzi diġitali bażiċi f’perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja u b’offerta ta’ taħriġ rispettiv;

3)    itejbu l-kwalità tal-użu mir-Rom u tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà tal-informazzjoni; u

4)    jippromwovu r-rappurtar ta’ prattiki diskriminatorji online fl-aċċess għas-servizzi u fl-użu tagħhom;

5) jinkorporaw inizjattivi tal-litteriżmu diġitali f’kuntesti soċjoekonomiċi lokali, u jadattawhom għall-ħtiġijiet u l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-komunitajiet Rom;

6) jinkoraġġixxu u jappoġġaw inizjattivi ta’ litteriżmu diġitali 6 li:

-jistimulaw il-motivazzjoni u s-sensibilizzazzjoni fir-rigward tal-użu tal-internet;

-ikunu affordabbli u sostenibbli;

-ikollhom kontenut u modi ta’ twassil adattati għar-Rom (metodi ġodda ta’ tagħlim, tagħlim informali, eċċ.); u

-jkunu aċċessibbli u użabbli;

·jinkoraġġixxu l-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali għall-kura tas-saħħa, kemm għall-pazjenti kif ukoll għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-kura u mezzi ta’ trattament sikuri; u

·jirrevedu l-oqfsa strateġiċi għall-inklużjoni diġitali biex jiġu vvalutati l-ostakli esperjenzati mir-Rom.



Titwettaq ġustizzja ambjentali

Id-diskriminazzjoni ambjentali 7 li jħabbtu wiċċhom magħha bosta komunitajiet Rom qed tingħata attenzjoni pubblika. Din ir-realtà li ilha tiġi injorata żvelat l-effetti sproporzjonati tagħha matul il-pandemija tal-coronavirus, li rat lill-komunitajiet emarġinati jkunu aktar vulnerabbli għall-kontaminazzjoni u għal kwistjonijiet assoċjati oħra tas-saħħa. Ir-riskji għas-saħħa huma aggravati minn kundizzjonijiet ta’ għajxien u segregazzjoni inadegwati, li jkomplu jimbuttaw lir-Rom fl-esklużjoni soċjoekonomika.

L-oqfsa strateġiċi Nazzjonali għar-Rom jenħtieġ li:

·jirrikonoxxu u jindirizzaw id-diskriminazzjoni ambjentali, b’mod partikolari peress li taffettwa lill-komunitajiet Rom emarġinati f’żoni segregati (bħala manifestazzjoni tal-anti-Żingariżmu); jippromwovu l-fehim ta’ kif id-diskriminazzjoni ambjentali u n-nuqqas ta’ servizzi ambjentali jġiegħlu lir-Rom jgħixu f’żoni ambjentalment degradati;

·jiffukaw fuq l-aċċess għall-ilma, għal sanitazzjoni adegwata, il-ġbir tal-iskart u s-servizzi ta’ ġestjoni, u jiġġieldu kontra s-segregazzjoni spazjali persistenti bħala kawża tad-diskriminazzjoni ambjentali fil-qasam tal-akkomodazzjoni u tas-servizzi essenzjali;

·jindirizzaw l-aċċess insuffiċjenti tar-Rom għal żoni ta’ għajxien ekoloġiċi b’valur rikreattiv;

·jipprevjenu r-riskji ambjentali għas-saħħa u jindirizzaw l-impatt fuq is-saħħa tal-esponiment għat-tniġġis u għall-kontaminazzjoni; u

·jiżguraw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għal dawk li jaħdmu f’kundizzjonijiet ambjentali inqas favorevoli.



Il-promozzjoni (sensibilizzazzjoni dwar) tal-arti, tal-istorja u tal-kultura tar-Rom

L-arti, l-istorja u l-kultura tar-Rom huma karatteristiċi integrali tal-pajsaġġi Ewropej u nazzjonali tagħna. Madankollu, matul is-sekli, ir-rappreżentazzjoni tal-kultura u tal-identità tar-Rom kienet romantiċizzata u sterjotipata, u dan aggrava l-aljenazzjoni tal-komunitajiet Rom mis-soċjetajiet mainstream. Ir-rikonoxximent kulturali jenħtieġ li jinbena permezz tan-narrattivi tar-Rom.

L-oqfsa strateġiċi Nazzjonali għar-Rom jenħtieġ li:

·jirrikonoxxu u jżidu s-sensibilizzazzjoni u s-sjieda tal-kontribut tal-arti u tal-kultura Rom għall-wirt nazzjonali u Ewropew;

·jappoġġaw pjattaformi biex jiffaċilitaw il-kuntatti bejn il-persuni Rom u dawk li mhumiex Rom fil-livell lokali permezz tal-promozzjoni tal-arti, tal-artiġjanat u tal-kultura tradizzjonali u moderna tar-Rom, u tal-għarfien dwar l-istorja tar-Rom;

·jippromwovu attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni f’kooperazzjoni mal-operaturi tal-midja b’appoġġ għall-identità u l-wirt kulturali tar-Rom mibnija minnhom infushom;

·jiġġieldu kontra l-preġudizzju u l-isterjotipi kontra r-Rom;

·jirrikonoxxu u jikkommemoraw it-2 ta’ Awwissu bħala l-Jum Ewropew ta’ Tifkira tal-Olokawst tar-Rom, biex jikkommemoraw il-vittmi tal-ġenoċidju tar-Rom fit-Tieni Gwerra Dinjija;

·jippromwovu approċċ integrat għall-kommemorazzjoni tal-Olokawst, billi jitfakkar dak li għaddew minnu r-Rom fil-Jum Ewropew ta’ Tifkira tal-Olokawst tar-Rom (is-27 ta’ Jannar, jum il-ħelsien tal-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz-Birkenau);

·jintegraw il-komunitajiet Rom fin-narrattivi kulturali nazzjonali, billi jiġu inklużi l-arti, l-istorja u l-kultura tar-Rom fil-kollezzjonijiet tal-arkivji nazzjonali, fil-mużewijiet u fil-wirjiet permanenti tal-arti; jallokaw riżorsi xierqa għall-preżervazzjoni, il-konservazzjoni u l-iżvilupp tal-arti u tal-kultura tar-Rom, inkluż permezz tal-promozzjoni tal-festivals;

·jinkludu l-lingwa tar-Rom u l-istorja tar-Rom fil-kurrikuli u l-kotba tal-iskola kemm għall-istudenti Rom kif ukoll għal dawk li ma humiex Rom; jippromwovu attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u kampanji multikulturali fl-iskejjel; u

·jipprovdu opportunitajiet ta’ emanċipazzjoni u jappoġġaw lill-imprendituri Rom u lill-individwi li jaħdmu għal rashom b’negozji lokali li jippromwovu t-tradizzjonijiet u l-kultura tar-Rom.



Il-promozzjoni tal-innovazzjoni soċjali u tal-esperimentazzjoni tal-politika

L-innovazzjoni soċjali u l-esperimentazzjoni tal-politika jikkostitwixxu approċċi ġodda mill-qasam tal-bidla soċjali li jinkludu ideat, prattiki u inizjattivi li jintervjenu fil-livelli varji ta’ sistema biex jikkatalizzaw bidla profonda u impatt pożittiv dejjiemi. Bħala tali, dawn jistgħu jkunu għodod sinifikanti għall-promozzjoni tal-ugwaljanza, tal-inklużjoni, tal-parteċipazzjoni u tal-emanċipazzjoni tar-Rom.

Il-politika tal-UE tiddefinixxi l-“innovazzjoni soċjali” bħala attivitajiet li huma soċjali kemm fir-rigward tal-għanijiet kif ukoll tal-mezzi tagħhom, u li huma relatati mal-iżvilupp u mal-implimentazzjoni ta’ ideat ġodda (dwar prodotti, servizzi u mudelli) li fl-istess ħin jissodisfaw il-ħtiġijiet soċjali u joħolqu relazzjonijiet jew kollaborazzjonijiet soċjali ġodda, u b’hekk jibbenefikaw lis-soċjetà u jagħtu spinta lill-kapaċità tagħha li taġixxi 8 . “Esperimentazzjonijiet tal-politika soċjali” tfisser interventi ta’ politika li joffru rispons innovattiv għall-ħtiġijiet soċjali, implimentati fuq skala żgħira u f’kundizzjonijiet li jippermettu li l-impatt tagħhom jitkejjel, qabel ma jiġu implimentati f’kuntesti oħra jew fuq skala akbar, jekk ir-riżultati jkunu konvinċenti 9 .

L-oqfsa strateġiċi Nazzjonali għar-Rom jenħtieġ li:

·jappoġġaw il-feġġ ta’ alleanzi nazzjonali għat-tagħlim u għall-innovazzjoni għall-inklużjoni — li jlaqqgħu flimkien atturi minn madwar l-ekosistema (organizzazzjonijiet rilevanti tal-prattikanti Rom flimkien man-negozji/l-industrija, l-inkubaturi soċjali u n-netwerks ta’ dawk li jiħolqu l-bidla, l-ambaxxati, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka);

·iniedu proċessi konġunti ta’ kokreazzjoni mal-partijiet interessati nazzjonali/reġjonali, mal-filantropija u mal-organizzazzjonijiet bi skop soċjali biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet, ir-riżorsi disponibbli u l-opportunità għal azzjoni sistematika konġunta (inkluż bl-appoġġ konsultattiv tal-UE disponibbli);

·appoġġ għall-inkubazzjoni ta’ proġetti orjentati lejn ir-riżultati li jindirizzaw oqsma ta’ servizzi soċjali ewlenin (aċċess għall-akkomodazzjoni, utilitajiet, infrastruttura u servizzi pubbliċi bażiċi eċċ.);

·jikkatalizzaw u jakkumulaw it-tagħlim dwar approċċi ta’ ħidma dwar is-suġġetti/is-setturi differenti, filwaqt li jattivaw u jisfruttaw atturi ewlenin mis-setturi differenti (pubbliċi, privati, ċivili) għal kollaborazzjoni konġunta;

·jesperimentaw b’politiki soċjali (pereż. jipprovdu garanziji ta’ introjtu bażiku) biex jiġġeneraw mudelli u jittestjaw mekkaniżmi ta’ twassil alternattivi għall-benefiċċji soċjali;

·jesploraw il-mobilizzazzjoni ta’ kapital privat, u l-ippuljar ta’ fondi ma’ pereżempju organizzazzjonijiet filantropiċi permezz ta’ skemi possibbli ta’ tqabbil, biex jirrispondu għall-ħtiġijiet mhux indirizzati ta’ dawk l-aktar vulnerabbli;

·jesploraw mudelli ġodda ta’ servizzi jew ta’ twassil u proviżjonament imwessa’ permezz ta’ sħubiji orjentati lejn ir-riżultati;

·jappoġġaw l-ippuljar u l-integrazzjoni ta’ finanzjament immirat u flessibbli; u

·jappoġġjaw l-istabbiliment ta’ ċentri ta’ kompetenza għall-innovazzjoni soċjali (li jiġu appoġġati permezz ta’ attivitajiet transnazzjonali tal-FSE+) u jagħtu mandat biex jiġu appoġġjati l-ħtiġijiet tal-inklużjoni tar-Rom.

(1)

      Antigypsyism — a reference paper , Berlin/Budapest, 2017; Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ April 2015 fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tar-Rom - l-anti-Żingariżmu fl-Ewropa u r-rikonoxximent, min-naħa tal-UE, tal-jum ta' tifkira tal-ġenoċidju tar-Rom matul it-Tieni Gwerra Dinjija ; Rapport tal-Parlament Ewropew dwar aspetti tad-drittijiet fundamentali fl-integrazzjoni tar-Rom fl-UE: il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu (2017/2038(INI)) ; Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-ħtieġa li jissaħħaħ il-Qafas Strateġiku tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom wara l-2020 u li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu ; Ir-rakkomandazzjoni ta' politika ġenerali nru 13 tal-ECRI tal-2012 (Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza) dwar il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu u d-diskriminazzjoni kontra r-Rom. ; Id-Dikjarazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iż-żieda fl-anti-Żingariżmu u l-vjolenza razzista kontra r-Rom fl-Ewropa, .

(2)

     Id-diskriminazzjoni sistemika tirriżulta minn inugwaljanzi inkorporati fil-leġiżlazzjoni, fil-politika u fil-prattika. Ħafna drabi dawn ma jkunux inkorporati b’intenzjoni iżda minħabba firxa ta’ fatturi istituzzjonali fil-formulazzjoni, fl-implimentazzjoni u fir-rieżami tal-leġiżlazzjoni, tal-politika u tal-prattika. Ara  Roma and traveller inclusion: towards a new EU framework, learning from the work of equality bodies (Ir-inklużjoni tar-Rom u l-vjaġġaturi: lejn qafas ġdid tal-UE, nitgħallmu mill-ħidma tal-korpi għall-ugwaljanza) .

(3)

          Violetta Zentai, Georgeta Munteanu u Simona Torotcoi, The quality of participation in a post-2020 EU initiative for Roma equality and inclusion , expert reports building on forward-looking aspects of the evaluation of the EU framework for national Roma integration strategies, 2020, pp. 41, 59–60.

(4)

          Id- Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb (il-premessa 31; l-Artikolu 16) jeħtieġ li l-Istati Membri jqisu s-sitwazzjoni speċifika tal-kulturi minoritarji, bħar-Rom u bħall-vjaġġaturi, kemm jekk sedentarji kif ukoll jekk le, billi jieħdu l-miżuri meħtieġa biex itejbu l-aċċess tagħhom għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

(5)

Il-Qafas ta' Kompetenza Diġitali għaċ-Ċittadini  jidentifika ħames komponenti ta’ kompetenza diġitali: il-litteriżmu tal-informazzjoni u tad-data, il-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni, il-ħolqien tal-kontenut diġitali, is-sikurezza u s-soluzzjoni tal-problemi.

(6)

Il- Qafas ta' Kompetenza Diġitali għaċ-Ċittadini jiddefinixxi l-litteriżmu tal-informazzjoni u tad-data/diġitali bħala l-kapaċità li jiġu artikolati l-ħtiġijiet tal-informazzjoni; li jiġu lokalizzati u mniżżla data, informazzjoni u kontenut diġitali; li dak li jkun jiġġudika r-rilevanza tas-sors u tal-kontenut tiegħu; u li dak li jkun jaħżen, jamministra u jorganizza d-data, l-informazzjoni u l-kontenut diġitali.

(7)

     Ir-Rom li jgħixu f’żoni segregati fost kundizzjonijiet ambjentali perikolużi (qrib miżbliet tal-iskart, siti industrijali abbandunati jew żoni suxxettibbli għall-għargħar) neqsin mill-ħtiġijiet ambjentali bażiċi bħall-ġestjoni tal-ilma u tal-iskart, isofru minn diskiminazzjoni ambjentali. Ara Pushed to the wastelands: environmental racism against Roma communities in central and Eastern Europe . (Imbuttati lejn siti deżolati: Ir-razziżmu ambjentali kontra l-komunitajiet Rom fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant) Għal spjegazzjonijiet u riżorsi kunċettwali, ara s-sit web tan-network tal-Ġustizzja tal-Enerġija.

(8)

Ara l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE +) 2018/0206 COD ( COM (2018) 382 final ), 30.5.2018, l-Artikolu 2(16) .

(9)

Ibid, l-Artikolu 2(17).


Brussell, 7.10.2020

COM(2020) 620 final

ANNESS

tal-

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Unjoni tal-Ugwaljanza:

Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni

{SWD(2020) 530 final}


Il-portafoll tal-indikaturi

L-objettiv ġenerali ta’ dan il-portafoll ta’ indikaturi huwa li jiġi mmonitorjat il-progress fir-rigward tal-objettivi u l-miri tal-qafas strateġiku tal-UE tar-Rom għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv ġenerali, l-Istati Membri jeħtieġ li jimplimentaw għadd ta’ miżuri f’oqsma prijoritarji, li kull wieħed minnhom għandu l-objettiv orizzontali jew settorjali speċifiku tiegħu.

Il-portafoll tal-indikaturi li għandu jintuża biex jitkejjel il-progress lejn dawn l-objettivi ġie żviluppat fil-kuntest tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-indikaturi tal-parteċipazzjoni tar-Rom u r-rappurtar ikkoordinat mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA). Il-membri tal-Grupp ta’ Ħidma huma l-punti ta’ kuntatt nazzjonali għar-Rom minn 20 Stat Membru u rappreżentanti mill-Uffiċċji tal-Istatistika u l-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-portafoll kien allinjat mal-indikaturi u l-miri kif żviluppati f’inizjattivi rilevanti tal-UE għall-perjodu sal-2030 u fl-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs). Ir-rapport sħiħ jinsab f’  https://fra.europa.eu/en/news/2020/roma-working-party-consultations-roma-inclusion-monitoring-framework .

Il-portafoll tal-indikaturi huwa bbażat fuq il-mudell tal-indikatur struttura-proċess-riżultat (S-P-O) irrakkomandat mill-Uffiċċju tan-NU tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) meta jivvaluta l-konformità mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem. Dan il-mudell jippermetti valutazzjoni ta’:

a)l-oqfsa legali u ta’ politika fis-seħħ (indikaturi strutturali);

b)interventi speċifiċi għall-implimentazzjoni (indikaturi tal-proċess);

c)kisbiet, kif esperjenzati mid-detenturi tad-drittijiet (indikaturi tal-eżitu).

Indikaturi strutturali: L-oqfsa u l-istrateġiji legali tal-UE u nazzjonali li huma stabbiliti biex jikkonformaw mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (għar-Rom, qafas strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni).

Indikaturi tal-proċess: L-interventi u l-azzjonijiet speċifiċi (pereżempju programmi, proġetti, miżuri) stabbiliti biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom billi jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet legali u politiċi msemmija.

Indikaturi tal-effetti jew tar-riżultati: Is-sitwazzjoni fil-prattika u kwalunkwe bidla fit-tgawdija tad-drittijiet fundamentali ta’ individwi b’karatteristiċi speċifiċi, bħall-oriġini etnika fil-każ tar-Rom. Dawn huma fil-biċċa l-kbira indikaturi standard, mimlija b’data li tista’ tiġi diżaggregata abbażi ta’ kategoriji differenti ta’ oriġini etnika, sess u età. Fl-Istati Membri fejn din id-data ma tkunx disponibbli minflokha tista’ tintuża data soċjoekonomika. L-indikaturi għandhom ikunu konformi mal-indikaturi tal-Ewropa 2020 jew kwalunkwe indikatur ta’ wara l-2020 tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali, kif ukoll l-oqsma tal-politika settorjali li jwasslu għall-objettivi tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, bħall-edukazzjoni, is-saħħa u l-impjieg.

Objettivi, indikaturi ewlenin, miri u miżuri

Il-qafas ta’ monitoraġġ kien imfassal b’mod espliċitu biex jiġi segwit il-progress lejn l-objettivi tal-politika. L-objettivi huma riflessi fl-indikaturi tal-eżitu (ewlenin u sekondarji) u l-miri jistgħu jkunu l-istatus mixtieq li l-Istati Membri jixtiequ jiksbu sal-2030 f’kull qasam tal-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom. Il-qafas huwa bbażat fuq il-Linji Gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar 1 , il-Qafas Strateġiku tal-UE dwar ir-Rom għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni u l-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom. 

Il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tal-eżitu huma bbażati fuq stħarriġ iżda jenħtieġ li kkumplimentati b’data amministrattiva, pereżempju dwar l-infrastruttura, is-segregazzjoni residenzjali, eċċ.

Indikaturi Ewlenin: Dawn huma indikaturi tal-eżitu li huma bbażati fuq stħarriġ u huma obbligatorji għall-Istati Membri kollha li għalihom din id-data hija disponibbli jew tista’ tinġabar fil-futur. Il-pajjiżi li ma jiġbrux ta’ data kwantitattiva (diżaggregata skont l-etniċità jew proxy) għandhom jikkunsidraw il-ġbir ta’ data kwalitattiva u l-formulazzjoni ta’ miri lejn indikaturi tal-proċess (ara hawn taħt).

Indikaturi sekondarji tar-riżultati: Dawn huma indikaturi kuntestwali u jikkumplimentaw l-indikaturi ewlenin tal-objettiv. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu jekk jimlewhomx jew le.

Hemm differenza bejn l-obbligu li jimlew l-indikaturi u li jiġbru d-data għall-indikaturi. Pereżempju, is-suġġetti tas-segregazzjoni fl-edukazzjoni, fl-aċċess għall-ilma tal-vit, jew fiċ-ċertifikati tat-twelid huma aktar rilevanti f’xi pajjiżi milli f’oħrajn. Barra minn hekk, xi indikaturi sekondarji jistgħu jsiru indikaturi ewlenin jekk ikunu partikolarment rilevanti f’pajjiż speċifiku, pereżempju l-kopertura tal-assigurazzjoni medika.

Indikaturi tal-proċess: Taħlita ta’ fatti legali u ekonomiċi, tipi ta’ miżuri, kapaċità tal-atturi implimentattivi, livell ta’ impenn mal-komunitajiet Rom u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ). Huwa fakultattiv għall-Istati Membri jagħżlux l-indikaturi u l-oqsma tal-interventi ta’ politika fi ħdan l-oqfsa strateġiċi tagħhom.

Tabella1: Ħarsa ġenerali lejn l-objettivi ewlenin tal-UE u l-indikaturi għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom

 

Objettivi orizzontali

 

Indikaturi ewlieni tal-UE

Rilevanza tal-SDGs

1

Il-ġlieda u l-prevenzjoni tal-anti-Żingariżmu u tad-diskriminazzjoni 2

1

Il-proporzjon ta’ persuni li ħassewhom iddiskriminati minħabba li kienu Rom fi kwalunkwe qasam kopert fl-istħarriġ f’dawn l-aħħar 12-il xahar

SDG 10.3.1

SDG 16.b.1

2

Il-proporzjon tal-popolazzjoni ġenerali li ma tħossa skomda bir-Rom bħala ġirien tagħha

2

It-tnaqqis tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali 

3

Ir-rata tar-riskju tal-faqar (inqas minn 60 % tad-dħul ekwivalizzat medjan wara trasferimenti soċjali)

SDG 1.2.1

3.1

Tfal ta’ taħt it-18 f'riskju ta’ faqar

SDG 1.2.2

4

Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’unità domestika f’deprivazzjoni materjali severa (ma jistgħux jaffordjaw 4 minn 9 oġġetti, pereżempju ikel, stedina lill-ħbieb, eċċ.)*

SDG 1

4.1

Tfal ta’ taħt it-18 li jgħixu f’deprivazzjoni materjali severa*

SDG 1

3

Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni permezz tal-emanċipazzjoni, il-bini tal-kooperazzjoni u l-fiduċja

4

Il-proporzjon ta’ persuni li ħassewhom iddiskriminati (fi kwalunkwe qasam) f’dawn l-aħħar 12 sena u rrappurtaw l-aħħar inċident ta’ diskriminazzjoni minħabba li kienu Rom

5

Indikatur ta’ ċittadinanza u parteċipazzjoni attiva LI GĦANDU JIĠI ŻVILUPPAT

Objettivi ta’ politika settorjali

Indikaturi ewlieni tal-UE

Rilevanza tal-SDGs

4

Jiżdied l-aċċess effettiv ugwali għal edukazzjoni ġenerali inklużiva ta’ kwalità

6

Il-proporzjon ta’ tfal ta’ bejn it-tliet snin u l-eta tal-bidu tal-edukazzjoni primarja obbligatorja li jattendu ċentru tal-edukazzjoni bikrija u tal-indukrar tat-tfal

SDG 4.2.2

7

Il-proporzjon ta’ persuni bejn l-20 u l-24 sena li lestew mill-inqas l-edukazzjoni sekondarja għolja

SDG 4.3

8

Il-proporzjon ta’ tfal ta’ bejn 6 u 15-il sena li jattendu l-iskejjel fejn “l-istudenti kollha jew il-biċċa l-kbira tagħhom huma Rom” kif irrappurtat minn dawk li wieġbu (pajjiżi magħżula biss)

5

Iż-żieda tal-aċċess effettiv ugwali għal impjiegi mħallsa ta’ kwalità u sostenibbli

9

Il-proporzjon ta’ persuni li awtoddikjaraw l-istatus ta’ attività ewlenija tagħhom bħala ‘xogħol bi ħlas’ (inkluż xogħol full-time, part-time, impjiegi ad hoc, impjieg indipendenti u xogħol okkażjonali jew xogħol f’dawn l-aħħar erba’ ġimgħat), 20-64 sena

SDG 8.5

10

Il-proporzjon ta’ żgħażagħ ta’ bejn il-15 u d-29 sena*** li l-attività ewlenija attwali tagħhom hija “la f'impjieg, la edukazzjoni u lanqas taħriġ” (NEET)

SDG 8.6.1

11

Diskrepanza fl-impjiegi skont il-ġeneru: id-differenza fir-rata ta’ xogħol imħallas bejn in-nisa u l-irġiel, ta’ bejn l-20 u l-64 sena

SDG 8.5

6

Tittejjeb is-saħħa tar-Rom u jiżdied l-aċċess effettiv għal servizzi tal-kura tas-saħħa u servizzi soċjali ta’ kwalità

12

Differenza fl-istennija tal-għomor mat-twelid (popolazzjoni ġenerali vs. Rom)

13

Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom aċċess ristrett għas-servizzi tas-saħħa, GĦANDU JIĠI ŻVILUPPAT

7

Jiżdied l-aċċess effettiv ugwali għall-akkomodazzjoni adegwata desegregata u għas-servizzi essenzjali 3

14

Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’deprivazzjoni tal-akkomodazzjoni (jgħixu f’appartament mudlam ħafna, b’saqaf iqattar/ħitan jew art umdi, bla banju/doċċa, bla toilet fuq ġewwa)

SDG 11.1

15

Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’unità domestika li ma għandhiex in-numru minimu ta’ kmamar skont id-definizzjoni tal-Eurostat ta’ ffullar

16

Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’unitajiet domestiċi mingħajr ilma tal-vit fid-dar (pajjiżi magħżula biss)

SDG 6.1.1

Id-data tal-FRA għall-indikaturi tal-popolazzjoni tista’ tiġi diżaggregata skont is-sess, l-età, id-DEGURBA

*Se tiġi sostitwita b’deprivazzjoni soċjali u materjali (Eurostat [ilc_mdsd07]) u bl-indikatur rispettiv għat-tfal jekk jintuża fir-rappurtar tal-SDG għall-popolazzjoni ġenerali fil-futur

** Id-data attwali bbażata fuq stħarriġ tal-FRA tkopri biss il-grupp ta’ età ta’ bejn is-16 u d-29 sena

Indikaturi approssimati

F’pajjiżi fejn il-ġbir ta’ data etnika huwa impossibbli, tista’ tintuża data approssimattiva, pereżempju bbażata fuq data soċjo-ekonomika. Il-ġbir tad-data jista’ jsir fi stabbilimenti u f’unitajiet reġjonali identifikati bħala segregati jew b’sehem għoli ta’ persuni vulnerabbli. Is-suppożizzjoni sottostanti għandha tkun li l-popolazzjoni f’dawn il-lokalitajiet tinkludi perċentwal għoli ta’ Rom jew li huma perċepiti b’mod qawwi bħala Rom u għalhekk huma vulnerabbli għall-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni. Ta’ min jinnota li tali data approssimattiva tista’ tillimita l-ġbir tad-data biss għal data dwar l-aktar gruppi marġinalizzati u tista’ tħalli barra lil dawk li ma humiex ekonomikament imċaħħda iżda li għadhom qed jiffaċċjaw il-konsegwenzi tal-anti-Żingariżmu fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum jew meta jiżvelaw l-identità tagħhom. F’każijiet bħal dawn, huwa importanti li d-data approssimattiva tiġi kkomplementata b’data kwalitattiva u amministrattiva mir-riċerka u b’konsultazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, mal-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u mal-awtoritajiet lokali. Jekk ikun hemm nuqqas ta’ data kwantitattiva, il-pajjiżi xorta waħda huma mħeġġa jiġbru data kwalitattiva fil-livell tal-indikaturi tal-proċess.

Id-data għall-indikaturi kwalitattivi tal-proċess tista’ tiġi minn varjetà ta’ sorsi. Mill-2016, l-Istati Membri rrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-indikaturi tal-proċess rilevanti għall-oqsma ta’ politika sostantivi inklużi fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2013 bl-użu ta’ formula armonizzata għar-rappurtar online. Madankollu, anki meta tkun komparabbli bejn il-pajjiżi, din id-data tirrappreżenta biss parti żgħira mill-informazzjoni rilevanti għall-proċess li hija meħtieġa għal monitoraġġ serju fil-livell tal-proċess. It-tieni parti tal-ġbir tad-data rilevanti għall-proċess, jiġifieri data li tirrifletti l-ispeċifiċitajiet tal-isfidi tal-inklużjoni tar-Rom u l-miżuri li jindirizzawhom fi Stati Membri individwali hija daqstant ieħor importanti għall-iżvilupp ta’ sistema ta’ monitoraġġ nazzjonali serja u għalhekk kruċjali biex il-qafas strateġiku nazzjonali tar-Rom li jkun ta’ suċċess. Barra minn hekk, huwa rrakkomandat li s-soċjetà ċivili tar-Rom tkun parti mill-proċess tal-monitoraġġ u tal-iżvilupp tas-sistemi nazzjonali tal-ġbir u l-monitoraġġ tad-data. Il-linji gwida dwar it-titjib tal-ġbir u tal-użu tad-data dwar l-ugwaljanza ġew ipprovduti mis-sottogrupp dwar id-data dwar l-ugwaljanza tal-Grupp ta’ Livell Għoli tal-UE dwar in-Nondiskriminazzjoni, l-Ugwaljanza u d-Diversità 4 .

Fl-2016, l-Istati Membri bdew jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-indikaturi tal-proċess, f’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2013 dwar miżuri effettivi għall-integrazzjoni tar-Rom. Din il-ħidma għandha titkompla fil-kuntest tal-Grupp ta’ Ħidma tal-FRA dwar l-indikaturi u r-rappurtar.

Objettivi orizzontali

Objettiv 1: Il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu u d-diskriminazzjoni u l-privenzjoni tagħhom

Indikaturi Ewlenin:

Il-Popolazzjoni ġenerali

1)Il-proporzjon ta’ persuni li ħassewhom iddiskriminati minħabba li kienu Rom fi kwalunkwe qasam kopert fl-istħarriġ f’dawn l-aħħar 12-il xahar

Potenzjalment FRS 5

SDG 10.3.1 u 16.b.1

2)Il-proporzjon tal-popolazzjoni ġenerali li ma tħossa skomda bir-Rom bħala ġirien tagħha

FRS

Objettiv 1-a: Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-fastidju, ir-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda kontra r-Rom

Indikaturi tal-eżitu

Sekondarji (fakultattiv)

Indikatur

Il-Popolazzjoni ġenerali

Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li esperjenzaw fastidju mmotivat mill-mibegħda f’mill-inqas 5 azzjonijiet minħabba li huma Rom fit-12-il xahar ta’ qabel l-istħarriġ

mhux applikabbli/potenzjalment FRS

SDG 10.3.1

SDG 16.b.1

Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena (minn dawk kollha li wieġbu) li kienu attakkati fiżikament minħabba li kienu Rom f’dawn l-aħħar 12-il xahar

mhux applikabbli/potenzjalment FRS

SDG 16.1.3

Indikaturi tal-proċess għall-objettiv 1-a: Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-fastidju, ir-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda kontra r-Rom

Indikatur – Dimensjoni A – Struttura istituzzjonali

·oqsfa strateġiċi nazzjonali dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom jew settijiet ta’ dokumenti ta’ politika relatati jinkludu b’mod espliċitu miżuri għall-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu;

·pjan ta’ azzjoni nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom tal-Istat Membru tal-UE kkonċernat jipprevedi miżuri speċifiċi biex jindirizza l-anti-Żingariżmu u d-diskriminazzjoni;

·il-korpi għall-ugwaljanza jimmonitorjaw regolarment l-implimentazzjoni tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom għall-konformità mad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali u mad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra ċerti forom ta’ razziżmu u ksenofobija u rekord tal-każijiet ta’ diskriminazzjoni kontra r-Rom;

·rapporti u stħarriġ kontra d-diskriminazzjoni jiġu prodotti u rilaxxati regolarment;

·l-anti-Żingariżmu huwa rrikonoxxut fl-oqfsa legali, il-politiki, id-dokumenti ta’ politika u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-politika tal-Istati Membri;

·l-anti-Żingariżmu huwa pprovdut bħala kategorija fir-reġistrazzjoni tad-data dwar ir-reati ta’ mibegħda;

·il-miżuri speċifiċi biex jindirizzaw l-anti-Żingariżmu u d-diskriminazzjoni għandhom finanzjament allokat;

·muniċipalitajiet b’popolazzjoni Rom sinifikanti għandhom kunsillier/i ddedikat/i għar-Rom fost il-persunal tagħhom.

Indikatur – Dimensjoni B – Miżuri u azzjonijiet partikolari

·teżisti sistema aċċessibbli għall-pubbliku għall-monitoraġġ tal-każijiet tal-qorti u tal-ilmenti lill-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza dwar każijiet ta’ anti-Żingariżmu;

·teżisti u tiffunzjona sistema aċċessibbli għall-pubbliku għall-monitoraġġ tal-każijiet u tal-inċidenti ta’ diskriminazzjoni, diskors ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda kontra r-Rom u r-rappurtar tagħhom lill-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza jew lill-uffiċċji tal-Ombudsman, lill-prosekuturi jew lill-pulizija;

·teżisti sistema ta’ taħriġ tal-uffiċjali tal-pulizija dwar in-nondiskriminazzjoni u r-rikonoxximent tar-reati mmotivati minn preġudizzji b’moduli speċifiċi dwar id-diskriminazzjoni kontra r-Rom;

·l-Istati Membri jallokaw ħin ta' xandir lir-Rom fuq il-midja pubbliċi;

·l-Istati Membri jimplimentaw kampanji li jżidu s-sensibilizzazzjoni;

·għodod għar-rappurtar tad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda huma fis-seħħ u faċilment aċċessibbli;

·qed jiġu organizzati inizjattivi/taħriġ bil-parteċipazzjoni tal-kumpaniji tal-IT (Google, Facebook, Twitter, eċċ.) sabiex jiġi identifikat aħjar il-kontenut kontra ż-żingari fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali;

·inizjattivi/taħriġ dwar il-qbid u l-indirizzar ta’ każijiet ta’ anti-Żingariżmu u diskors ta’ mibegħda qed jiġu organizzati għall-operaturi tal-midja.

Indikatur - Dimensjoni C - Kwalità tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet

·L-OSĊ tar-Rom huma involuti b’mod attiv fl-iżvilupp ta’ miżuri speċifiċi biex jindirizzaw l-anti-Żingariżmu u d-diskriminazzjoni;

·Is-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-kumitati ta’ monitoraġġ tal-programm operattiv tal-fondi tal-UE li taħtu qed jiġu implimentati l-miżuri speċifiċi biex jindirizzaw l-anti-Żingariżmu u d-diskriminazzjoni;

·Is-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-monitoraġġ tar-riżultati tal-miżuri implimentati.

Objettiv 1-b: Il-promozzjoni tal-għarfien tal-istorja, il-kultura, ir-rikonoxximent u r-rikonċiljazzjoni tar-Rom

Indikaturi tal-eżitu: Sekondarji (fakultattivi): Għad ma hemmx indikaturi żviluppati f’dan il-qasam, pero xi oqsma tematiċi possibbli għall-iżvilupp ta’ dawn l-indikaturi jinkludu:

·għarfien fost il-popolazzjoni ġenerali li r-Rom huma minoranza nazzjonali rikonoxxuta;

·għarfien fost il-popolazzjoni ġenerali dwar l-istorja, il-letteratura, l-arti, il-kultura, il-mużika u l-politika tar-Rom;

·parteċipazzjoni tal-popolazzjoni ġenerali fil-festival kulturali tar-Rom u avvenimenti pubbliċi oħra;

·għarfien fost il-popolazzjoni ġenerali li l-lingwa tar-Rom hija lingwa rikonoxxuta mhux territorjali skont il-Karta tal-Kunsill tal-Ewropa għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji;

·għarfien fost il-popolazzjoni ġenerali dwar l-Olokawst tar-Rom.

Indikaturi tal-proċess għall-objettiv 1-b: Il-promozzjoni tal-għarfien tal-istorja, il-kultura, ir-rikonoxximent u r-rikonċiljazzjoni tar-Rom

Indikatur – Dimensjoni A – Struttura istituzzjonali

·oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom jew id-dokumenti ta’ politika relatati jinkludu b’mod espliċitu miżuri b’indikaturi u miri li jippromwovu l-għarfien tal-istorja u tal-kultura tar-Rom;

·l-Olokawst tar-Rom huwa rrikonoxxut u l-ġranet ta’ tifkira tiegħu huma parti mill-kalendarju uffiċjali tal-btajjel statali;

·hemm monumenti jew imfakar tal-Olokawst tar-Rom;

·il-kontribut tal-personalitajiet tar-Rom għall-istorja tal-Istat Membru huwa rrikonoxxut u parti mill-kalendarju uffiċjali tal-btajjel statali;

·l-istorja, il-kultura u l-arti tar-Rom huma parti mill-kurrikuli formali fl-iskejjel, fl-universitajiet u fil-korsijiet akkademiċi;

·jeżistu inizjattivi kulturali tar-Rom fil-kalendarji rilevanti tal-avvenimenti kulturali prinċipali nazzjonali;

·jeżistu Kummissjonijiet tal-Esperti dwar l-Anti-żingariżmu (kummissjonijiet għall-verità, ir-rikonoxximent u r-rikonċiljazzjoni) u joperaw biex joħolqu fehim aktar profond tal-ostakli u tal-mekkaniżmi tal-esklużjoni fl-Istat Membru;

·jeżistu l-istrutturi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Karta Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji;

·iseħħu skambji regolari dwar suġġetti relatati mal-arti, il-kultura u l-istorja tar-Rom fil-korpi konsultattivi tal-gvern nominati, bil-objettiv li jkollhom impatt fuq il-politika;

·baġit annwali tal-Istat huwa disponibbli u allokat biex jappoġġja l-organizzazzjonijiet kulturali tar-Rom li jippromwovu l-kultura tar-Rom;

·baġit annwali tal-Istat huwa disponibbli u allokat għall-midja lokali tar-Rom (stampa, onlajn, TV, radju);

·baġit tal-belt u tal-lokal huwa disponibbli u allokat għall-midja lokali tar-Rom u l-promozzjoni tal-arti u l-kultura tar-Rom;

·ministeri u aġenziji tal-istat li għandhom il-portafoll taż-żgħażagħ għandhom dipartimenti bil-kompitu espliċitu li jinkludu liż-żgħażagħ Rom u li jibnu l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ Rom.

Indikatur – Dimensjoni B – Miżuri u azzjonijiet partikolari

·l-iskejjel jgħallmu dwar l-istorja u l-kultura tar-Rom;

·it-tagħlim tal-lingwa tar-Rom jiġi offrut bla ħlas fl-iskejjel;

·l-għalliema u l-persunal tal-iskejjel huma mħarrġa dwar l-edukazzjoni inklużiva u d-diversità;

·l-għalliema u l-persunal tal-iskola huma mħarrġa dwar il-kultura u l-istorja tar-Rom, inkluża l-istorja tal-Olokawst tar-Rom;

·l-opportunitajiet ta’ taħriġ relatati mal-arti, il-kultura u l-istorja tar-Rom jiġu pprovduti lill-uffiċjali pubbliċi, lill-għalliema, lill-uffiċjali tal-pulizija, eċċ.;

·ħin tax-xandir riżervat fuq il-midja pubblika għall-arti u għall-kultura tar-Rom huwa disponibbli u allokat;

·ħin tax-xandir riżervat fuq il-midja pubblika għall-aħbarijiet fil-lingwa tar-Rom huwa disponibbli u allokat;

·opportunitajiet ta' ħin fuq il-palk fil-festivals huma riżervati għall-inklużjoni tal-kultura tar-Rom, bl-appoġġ tal-fondi pubbliċi;

·il-proporzjon ta’ narrattivi pożittivi kontra negattivi dwar ir-Rom jiżdied fil-midja u fl-istampa ġenerali.

Indikatur - Dimensjoni C - Kwalità tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet

·L-OSĊ huma kkonsultati dwar il-ħtieġa li jiġi allokat baġit tal-Istati Membri b’sostenn għall-arti u l-kultura tar-Rom;

·korpi konsultattivi tal-gvern li jipprovdu feedback dwar l-allokazzjoni tal-baġit tal-Istat b’sostenn tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom jistgħu jressqu l-proposti tagħhom dwar proġetti relatati mal-arti u mal-kultura tar-Rom;

·jiġu żviluppati miżuri speċifiċi għall-promozzjoni tal-arti, tal-kultura u tal-avvenimenti kommemorattivi tar-Rom fi sħubija mal-OSĊ tar-Rom u ma’ dawk li salvaw l-Olokawst tar-Rom u/jew id-dixxendenti tagħhom;

·L-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-iżvilupp ta’ miżuri speċifiċi għall-promozzjoni tal-arti u tal-kultura tar-Rom u tal-allokazzjoni tal-finanzjament għalihom;

·L-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-monitoraġġ tar-riżultati tal-miżuri implimentati taħt dan l-objettiv operattiv.

Objettiv 2: It-tnaqqis tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali

Indikaturi Ewlenin:

Il-Popolazzjoni ġenerali:

3)Rata ta’ riskju ta’ faqar (inqas minn 60 % tad-dħul ekwivalizzat medjan wara trasferimenti soċjali)

Eurostat [ilc_li02]

SDG 1.2.1

3.1) Tfal ta’ taħt it-18 f’riskju ta’ faqar

Eurostat [ilc_li02]

SDG 1.2.2

4)Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’unità domestika f’deprivazzjoni materjali severa 6 (ma jistgħux jaffordjaw 4 minn 9 oġġetti, pereżempju ikel, stedina lill-ħbieb, eċċ.)

4.1) Tfal ta’ taħt it-18 li jgħixu f’deprivazzjoni materjali severa

Eurostat [ilc_mddd11]

SDG 1

Eurostat [ilc_mddd11]

SDG 1

Indikaturi tal-eżitu

Sekondarji (fakultattiv)

Indikatur

Il-Popolazzjoni ġenerali

Proporzjon ta’ nies li jgħixu f’unità domestika li ma jistgħux jaffordjaw ikla bil-laħam, bit-tiġieġ, bil-ħut (jew ekwivalenti veġetarjan) kull jumejn

Eurostat [ilc_mdes03]

Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’unità domestika fejn mill-inqas persuna waħda marret torqod bil-ġuħ fix-xahar li għadda minħabba li ma kienx hemm biżżejjed flus għall-ikel

mhux applikabbli/FRS

Il-proporzjon ta’ tfal li għandhom bejn 0 u 17-il sena li jgħixu f’unità domestika fejn mill-inqas persuna waħda marret torqod bil-ġuħ fix-xahar li għadda minħabba li ma kienx hemm biżżejjed flus għall-ikel

mhux applikabbli/FRS

Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’unità domestika li jirnexxilhom ilaħħqu mal-ħajja f’(ħafna) diffikultà

Eurostat [ilc_mdes09]

Il-proporzjon ta’ persuni li ma għandhomx kont bankarju

mhux applikabbli/FRS

Indikaturi tal-proċess għall-objettiv orizzontali 2: It-tnaqqis tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali

Indikatur – Dimensjoni A – Struttura istituzzjonali 

·l-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom jew id-dokumenti ta’ politika relatati jinkludu b’mod espliċitu miżuri b’indikaturi u miri għat-tnaqqis tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali fost ir-Rom, b’fokus espliċitu fuq il-faqar tat-tfal;

·linji gwida dwar il-protezzjoni soċjali u l-implimentazzjoni tal-assistenza jinkludu dispożizzjonijiet kontra d-diskriminazzjoni biex jiġi żgurat aċċess ugwali għar-Rom;

·mekkaniżmu li jiggarantixxi l-aċċess għal kont bankarju huwa fis-seħħ;

·qed jiġu pprovduti garanziji bankarji għall-mikrokreditu għall-unitajiet domestiċi bi dħul baxx.

Indikatur – Dimensjoni B – Miżuri u azzjonijiet partikolari

·hemm fis-seħħ programm ta’ ikel u nutrizzjoni għat-tfal tal-iskola;

·taħriġ immirat għall-indirizzar tad-diskriminazzjoni u tal-anti-Żingariżmu huwa organizzat għall-persunal tas-servizzi soċjali;

·jiġu implimentati miżuri nazzjonali speċifiċi biex jitqies il-faqar interġenerazzjonali u l-ħtieġa li jiġu appoġġjati t-tfal Rom u l-familji tagħhom fir-rigward tal-edukazzjoni, tal-akkomodazzjoni, tas-saħħa u tat-tnaqqis tal-faqar;

·qed jiġi pprovdut taħriġ dwar il-litteriżmu finanzjarju u appoġġ għall-inklużjoni finanzjarja.

Indikatur - Dimensjoni C - Kwalità tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet 

·hemm fis-seħħ miżuri li jiżguraw il-parteċipazzjoni tar-Rom fl-iżvilupp ta’ reazzjonijiet ta’ politika fil-qasam tal-inklużjoni soċjali/it-tnaqqis tal-faqar;

·il-miżuri speċifiċi fil-qasam tat-tnaqqis tal-faqar u tal-inklużjoni soċjali (b’mod partikolari dawk li jimmiraw lejn ir-Rom f’riskju għoli ta’ marġinalizzazzjoni) huma żviluppati bi sħubija mal-OSĊ tar-Rom;

·isiru interventi fil-qasam tat-tnaqqis tal-faqar u tal-inklużjoni soċjali (b’mod partikolari dawk immirati lejn ir-Rom li jinsabu f’riskju għoli ta’ marġinalizzazzjoni) bil-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-komunità Rom;

·l-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-kumitati ta’ monitoraġġ tal-programm operattiv tal-fondi tal-UE li permezz tiegħu qed jiġu implimentati l-miżuri speċifiċi għat-tnaqqis tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali (b’mod partikolari dawk immirati lejn ir-Rom li jinsabu f’riskju għoli ta’ marġinalizzazzjoni);

·l-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-monitoraġġ tar-riżultati tal-miżuri implimentati biex jitnaqqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali (b’mod partikolari dawk immirati lejn ir-Rom li jinsabu f’riskju għoli ta’ marġinalizzazzjoni);

·istituzzjonijiet u amministrazzjoni tal-Gvern (ċentrali u lokali) jinkludu kontribut mis-soċjetà ċivili, min-negozji u mill-industrija tar-Rom, mill-akkademja u mir-riċerka fil-proċessi tagħhom tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-inklużjoni soċjali/it-tnaqqis tal-faqar.



Objettiv 3: Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni permezz tal-emanċipazzjoni u tal-bini tal-kooperazzjoni u tal-fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi

Indikatur ewlieni:

Il-Popolazzjoni ġenerali

5)Il-proporzjon ta’ persuni li ħassewhom iddiskriminati (fi kwalunkwe qasam) f’dawn l-aħħar 12-il xahar u rrappurtaw l-aħħar inċident ta’ diskriminazzjoni minħabba li huma Rom

mhux applikabbli/potenzjalment FRS

6)Indikatur taċ-ċittadinanza u tal-parteċipazzjoni attiva LI GĦANDU JIĠI ŻVILUPPAT

Potenzjalment FRS

Indikaturi tal-eżitu

Sekondarji (fakultattiv)

Indikatur

Il-Popolazzjoni ġenerali

Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li ma rrappurtawx l-aktar inċident riċenti ta’ fastidju minħabba li huma Rom (mill-persuni kollha li esperjenzaw fastidju)

mhux applikabbli/potenzjalment FRS

Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li ma rrappurtawx l-aktar inċident reċenti ta’ attakk fiżiku minħabba li huma Rom

mhux applikabbli/potenzjalment FRS

SDG 16.3.1

Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li kienu minn tal-inqas jafu b'korp wieħed għall-ugwaljanza, istituzzjonijiet nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem jew uffiċċju tal-Ombudsperson

Potenzjalment FRS

Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li għandhom tendenza li jafdaw lill-pulizija

Eurostat [Ilc_pw03]

Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li għandhom tendenza li jafdaw is-sistema ġudizzjarja

Eurostat [Ilc_pw03]

Indikaturi oħra relatati mal-parteċipazzjoni li għandhom jiġu żviluppati:

Il-proporzjon ta’ persuni li huma impjegati fis-servizzi pubbliċi (kategorija O tan-NACE 7 )

Il-proporzjon ta’ persuni impjegati bħala professjonisti jew maniġers (ISCO 8 8+9)

Il-proporzjon ta’ persuni li vvutaw fl-elezzjonijiet nazzjonali (l-aktar reċenti)

Eurostat [lfsa_eisn2]

Indikaturi tal-proċess għall-objettiv orizzontali 3: Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni permezz tal-emanċipazzjoni u tal-bini tal-kooperazzjoni u tal-fiduċja

Indikatur – Dimensjoni A – Struttura istituzzjonali 

·l-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom jew id-dokumenti ta’ politika relatati jinkludu b’mod espliċitu miżuri b’indikaturi u miri li jippromwovu l-parteċipazzjoni permezz tal-emanċipazzjoni u tal-bini tal-kooperazzjoni u tal-fiduċja  

·NGOs fil-livell lokali u komunitarju involuti fil-monitoraġġ ċivili koordinat madwar l-UE kollha tal-implimentazzjoni tal-istrateġija;

·rappreżentanti tal-OSĊ tar-Rom huma regolarment mistiedna jipparteċipaw bħala membri sħaħ fil-kumitati ta’ monitoraġġ nazzjonali tal-fondi tal-UE;

·Fil-muniċipalitajiet bi proporzjon għoli ta’ Rom fil-popolazzjoni, il-funzjoni tal-medjaturi Rom hija kariga uffiċjali mal-amministrazzjonijiet lokali;

·muniċipalitajiet bi proporzjon għoli ta’ Rom fil-popolazzjoni għandhom kariga waħda jew aktar ta’ kunsillier Rom iddedikat fost il-persunal tagħhom;

·partiti politiċi prinċipali jwiegħdu li jpoġġu kandidati Rom fil-listi elettorali f’postijiet eleġġibbli għal elezzjonijiet għall-parlamenti u korpi rappreżentattivi reġjonali/muniċipali;

·bliet u muniċipalitajiet bi proporzjon għoli ta’ Rom fil-popolazzjoni jinkludu korpi konsultattivi tar-Rom jew koordinaturi tal-politika tar-Rom fl-istruttura istituzzjonali tagħhom, biex jimplimentaw il-politika tal-inklużjoni tar-Rom.

·teżisti u topera b’mod effettiv aġenzija speċjalizzata b’mandat sabiex ittejjeb il-fiduċja u l-emanċipazzjoni lir-Rom;

·l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, l-uffiċċju tal-Ombudsman u l-korp tal-ugwaljanza jikkonsultaw regolarment mas-soċjetà ċivili dwar is-sitwazzjoni tar-Rom u/jew jinvolvu lis-soċjetà ċivili tar-Rom f’konsultazzjoni regolari;

·il-mekkaniżmu ta’ appoġġ legali biex jiġu indirizzati każijiet ta’ anti-Żingariżmu għandu r-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex jopera b’mod effettiv;

·hemm fis-seħħ mekkaniżmi li jiżguraw u jinkoraġġixxu l-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tar-Rom/pro-Rom fil-monitoraġġ ikkoordinat tal-implimentazzjoni tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom u fil-monitoraġġ u fir-rappurtar tad-diskors ta’ mibegħda online;

·jiġi allokat baġit għall-appoġġ tas-soċjetà ċivili fi proġetti li għandhom l-objettiv li jemanċipaw lir-Rom u jibnu l-kooperazzjoni u l-fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi;

·jiġi allokat baġit għal kampanji ta’ sensibilizzazzjoni bil-objettiv li jitkissru l-isterjotipi tar-Rom.

Indikatur – Dimensjoni B – Miżuri u azzjonijiet partikolari

·perċentwali ta’ każijiet irrappurtati li jirriżultaw f’każijiet legali;

·taħriġ dwar l-anti-Żingariżmu u l-antidiskriminazzjoni għal dawk li jġorru xi responsabbiltà.

Indikatur - Dimensjoni C - Kwalità tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet 

·mekkaniżmi li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tar-Rom fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ tal-politika fil-livell nazzjonali huma ddefiniti b’mod espliċitu fl-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom;

·hemm mekkaniżmu li jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tar-Rom fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ ta’ kwalunkwe politika li tħalli impatt fuq is-sitwazzjoni tagħhom fil-livell lokali;

·hemm parteċipazzjoni tar-Rom fil-kunsilli tal-midja;

·l-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-monitoraġġ tar-riżultati tal-miżuri implimentati taħt dan l-objettiv orizzontali;

·parteċipazzjoni tar-Rom fil-pożizzjonijiet ta’ ġestjoni jew ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw attivitajiet fil-qasam tal-inklużjoni tar-Rom;

·ir-Rom jingħataw impjieg fil-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali (NRCP) u f’istituzzjonijiet oħra relatati mal-inklużjoni tar-Rom;

·inħolqu pjanijiet lokali (f’konformità mal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom) u qed jiġu implimentati mill-awtoritajiet lokali b’kollaborazzjoni mal-OSĊ tar-Rom, b’mod partikolari dawk li jaħdmu fil-livell lokali.

Objettivi ta’ politika settorjali

Objettiv 4: Jiżdied l-aċċess effettiv ugwali għal edukazzjoni ġenerali inklużiva ta’ kwalità

Indikatur ewlieni:

Il-Popolazzjoni ġenerali

7)Il-proporzjon ta’ tfal ta’ bejn it-tliet snin u l-eta tal-bidu tal-edukazzjoni primarja obbligatorja li jattendu ċentru tal-edukazzjoni bikrija u tal-indukrar tat-tfal

Eurostat [sdg_04_30]

SDG 4.2.2

8)Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom bejn 20 u 24 sena li lestew mill-inqas l-edukazzjoni sekondarja għolja

Eurostat [edat_lfs_9903]

SDG 4.3

9)Il-proporzjon ta’ tfal li għandhom bejn sitt snin u 15-il sena li jattendu l-iskejjel fejn “l-istudenti kollha jew ħafna minnhom huma Rom” kif irrappurtat mir-rispondenti (pajjiżi magħżula biss)

Mhux applikabbli

Indikaturi tal-eżitu

Sekondarji (fakultattiv)

Indikatur

Il-Popolazzjoni ġenerali

Il-proporzjon ta’ tfal tal-età tal-iskola obbligatorja (ħames snin sa 18-il sena) li jattendu l-edukazzjoni, li huma membri ta’ unità domestika (skont il-pajjiż)

mhux applikabbli

Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li ħassewhom iddiskriminati minħabba li huma Rom f’dawn l-aħħar 12-il xahar, meta ġew f’kuntatt mal-awtoritajiet tal-iskola (bħala ġenitur/gwardjan jew student)

mhux applikabbli/potenzjalment FRS

Dawk li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ, li għandhom bejn 18 u 24 sena

Eurostat [edat_lfse_14]

Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom bejn 30 u 34 sena li lestew l-edukazzjoni terzjarja

Eurostat [t2020_41]

Prevalenza ta’ bullying/fastidju tat-tfal immotivat mill-mibegħda (minħabba li huma Rom) waqt l-iskola f’dawn l-aħħar 12-il xahar, mir-rispondenti kollha li huma ġenituri/gwardjani ta’ tfal tal-età tal-iskola

mhux applikabbli/ FRS

Għad trid tiġi żviluppata aktar:

·Il-proporzjon ta’ tfal fl-età tal-iskola li jgħixu f’unità domestika mingħajr kompjuter

·Il-proporzjon ta’ tfal ta’ età tal-iskola li jgħixu f’unità domestika mingħajr aċċess għall-internet

·Il-proporzjon ta’ żgħażagħ Rom ta’ bejn 16 u 24 sena li jgħixu f’unità domestika mingħajr kompjuter

·Il-proporzjon ta’ żgħażagħ Rom li għandhom bejn 16 u 24 li jgħixu f’unità domestika mingħajr aċċess għall-internet

Indikaturi tal-proċess għall-objettiv 4: Iż-żieda tal-parteċipazzjoni effettiva tar-Rom fl-edukazzjoni mainstream inklużiva ta’ kwalità

Indikatur – Dimensjoni A – Struttura istituzzjonali 

·L-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom jipprevedu l-monitoraġġ tal-inklużività tal-politiki tal-edukazzjoni mainstream;

·jeżisti programm ta’ desegregazzjoni nazzjonali/reġjonali;

·qed jiġi implimentat pjan nazzjonali għall-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tad-dijanjosi ħażina li twassal biex studenti Rom jingħataw edukazzjoni għat-tfal bi bżonnijiet speċjali;

·jesiżtu programmi ta’ azzjoni affermattiva biex għalliema Rom jiġu impjegati fl-edukazzjoni mainstream;

·il-funzjonijiet tal-medjaturi tar-Rom fl-iskejjel u tal-assistenti tat-tagħlim ikunu integrati fis-sistema edukattiva;

·is-salvagwardji u l-kriterji espliċiti biex il-politiki tal-edukazzjoni mainstream ikunu inklużivi huma riflessi fl-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom;

·teżisti sistema li tiggarantixxi liż-żgħażagħ Rom post fl-edukazzjoni sekondarja għolja jew vokazzjonali, u li tappoġġja l-attendenza tagħhom, b’enfasi fuq il-bniet;

·teżisti sistema li tappoġġja lir-Rom li jixtiequ jkomplu bl-edukazzjoni ogħla permezz ta’ boroż ta’ studju, mentoring u konsulenza, b’enfasi fuq il-bniet.

Indikatur – Dimensjoni B – Miżuri u azzjonijiet partikolari

·jeżistu miżuri biex jiġi żgurat l-aċċess effettiv tar-Rom għall-edukazzjoni mainstream inklużiva ta’ kwalità bl-objettiv fit-tul li jintlaħaq l-istess livell effettiv ta’ aċċess bħal dak tal-popolazzjoni ġenerali;

·Jeżistu u huma operattivi salvagwardji li jiżguraw l-aċċess ugwali u effettiv tat-tfal Rom għall-edukazzjoni u għall-indukrar bikrin tat-tfal;

·jingħata taħriġ immirat lejn il-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni u tal-anti-Żingariżmu fl-edukazzjoni lill-għalliema u lil persunal ieħor tal-edukazzjoni;

·l-għalliema jiġu mħarrġa biex jiżguraw/jużaw approċċ edukattiv inklużiv;

·jingħata appoġġ pedagoġiku individwali minn persunal kwalifikat fl-edukazzjoni mainstream lill-istudenti Rom;

·jeżistu kurrikuli u materjali ta’ tagħlim li jindirizzaw il-kultura, l-istorja u l-lingwa tar-Rom;

·hemm fis-seħħ miżuri li jippromwovu l-aċċess tat-tfal Rom għall-attivitajiet extrakurrikulari, kulturali u ta’ divertiment f’qafas multikulturali;

·Ir-Rom jibbenefikaw minn programmi ta’ appoġġ (bħal boroż ta’ studju u mentoring, inkluż dwar il-litteriżmu diġitali);

·hemm baġit allokat għall-ġlieda kontra r-razziżmu kontra r-Rom fl-iskejjel;

·jiġu pprovduti boroż ta’ studju biex jappoġġjaw lir-Rom irreġistrati fl-università;

·l-istudji dwar ir-Romaloġija jew ir-Rom huma parti minn programmi fil-livell universitarju;

·it-tagħlim tal-lingwa tar-Rom jiġi offrut bla ħlas fl-iskejjel;

·hemm fis-seħħ miżuri mmirati li jappoġġjaw it-taħriġ informali u li jiċċertifikaw il-ħiliet miksuba fil-prattika.

Indikatur - Dimensjoni C - Kwalità tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet 

·hemm fis-seħħ miżuri li jiżguraw il-parteċipazzjoni tar-Rom fl-iżvilupp ta’ reazzjonijiet politiċi fil-qasam tal-edukazzjoni;

·l-ispettorati tal-iskejjel jipparteċipaw fil-monitoraġġ tar-riżultati tal-miżuri implimentati taħt dan l-objettiv;

·L-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-kumitati ta’ monitoraġġ tal-programm operattiv tal-fondi tal-UE li permezz tiegħu qed jiġu implimentati l-miżuri speċifiċi għall-promozzjoni tal-aċċess ugwali għall-edukazzjoni (b’mod partikolari l-ġlieda kontra s-segregazzjoni u l-promozzjoni tal-edukazzjoni inklużiva fl-istadji kollha)

Objettiv 5: Jiżdied l-aċċess effettiv għal impjieg ta’ kwalità u sostenibbli;

Indikatur ewlieni:

Il-Popolazzjoni ġenerali

10)Il-proporzjon ta’ persuni ta’ età bejn l-20 u l-64 sena li awtoddikjaraw l-istatus tal-attività ewlenija tagħhom bħala ‘xogħol imħallas’ (inkluż xogħol full-time, part-time, impjiegi ad hoc, impjieg indipendenti u xogħol okkażjonali jew xogħol f’dawn l-aħħar erba’ ġimgħat)

L-Eurostat [lfsa_ergan]

SDG 8.5

11)Il-proporzjon taż-żgħażagħ li għandhom bejn 15 u 29 sena* li l-attività ewlenija attwali tagħhom hija “la f'impjieg, la edukazzjoni u lanqas taħriġ” (NEET)

Eurostat [edat_lfse_20]

SDG 8.6.1

12)Diskrepanza fl-impjiegi skont il-ġeneru: Id-differenza fir-rata ta’ xogħol imħallas bejn in-nisa u l-irġiel li għandhom bejn 20 u 64 sena

L-Eurostat [lfsa_ergan]

SDG 8.5

Indikaturi tal-eżitu

Sekondarji (fakultattiv)

Indikatur

Il-Popolazzjoni ġenerali

Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li ħassewhom iddiskriminati minħabba li huma Rom f’dawn l-aħħar 12-il xahar waqt ix-xogħol

mhux applikabbli/potenzjalment FRS

Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li ħassewhom iddiskriminati minħabba li huma Rom meta kienu qed ifittxu impjieg f’dawn l-aħħar 12-il xahar

mhux applikabbli/potenzjalment FRS

Għandhom jiġu żviluppati indikaturi oħra dwar il-kwalità tax-xogħol: kuntratti permanenti, xogħol kwalifikat, proporzjon ta’ persuni li jaħdmu fis-servizzi pubbliċi, faqar fost dawk li jaħdmu u edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali

Indikaturi tal-proċess għall-objettiv 5: Iż-żieda tal-parteċipazzjoni effettiva tar-Rom f’impjiegi mħallsa ta’ kwalità u sostenibbli

Indikatur – Dimensjoni A – Struttura istituzzjonali 

·jeżisti mekkaniżmu għall-appoġġ tal-impjiegi ta’ kwalità tar-Rom u jibbenefika mir-riżorsi finanzjarji meħtieġa;

·organizzazzjonijiet tar-Rom jipparteċipaw bħala osservaturi fit-trejdjunjins u fil-kummissjonijiet tripartitiċi;

·hemm fis-seħħ programmi ta’ mentoring u ta’ żvilupp tal-karriera li jappoġġjaw l-impjieg ta’ professjonisti Rom fl-amministrazzjoni pubblika

·hemm fis-seħħ mekkaniżmi li jappoġġjaw l-impjieg tar-Rom bħala persunal full-time fl-uffiċċji tax-xogħol u f’fergħat oħra tal-amministrazzjoni li jiffaċilitaw l-aċċess għall-impjiegi;

·jeżistu pożizzjonijiet ta’ “medjatur għall-impjiegi u ż-żgħażagħ” tar-Rom fl-istruttura amministrattiva tal-muniċipalitajiet bi proporzjon għoli ta’ Rom fil-popolazzjoni;

·jeżistu skemi li jappoġġjaw negozji żgħar ġodda u inizjattivi intraprenditorjali tar-Rom.

Indikatur – Dimensjoni B – Miżuri u azzjonijiet partikolari

·hemm fis-seħħ miżuri mmirati biex jappoġġjaw l-intraprenditorija tar-Rom u l-impjieg indipendenti, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ;

·hemm fis-seħħ miżuri mmirati biex jappoġġjaw il-formalizzazzjoni tal-impjieg informali eżistenti;

·hemm fis-seħħ miżuri mmirati biex jappoġġjaw l-impjieg tar-Rom fl-amministrazzjoni pubblika;

·skemi ta’ xogħol mal-gvern, immirati lejn lokalitajiet bi proporzjon għoli ta’ Rom, bi strateġiji espliċiti ta’ tmiem u b’enfasi fuq il-bini tal-ħiliet u l-kwalifiki;

·qed jiġu implimentati, u jingħataw riżorsi, programmi li jgħinu biex tinkiseb l-ewwel esperjenza ta’ xogħol, kollokament f'impjieg u apprendistati u l-iżvilupp tal-karriera, mmirati lejn iż-żgħażagħ Rom;

·qed jiġu implimentati programmi li jappoġġjaw lil min iħaddem b’mod inklużiv u jinkoraġġixxu opportunitajiet indaqs fuq il-post tax-xogħol;

·qed jiġu organizzati kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u taħriġ għas-servizzi tal-impjiegi, għat-trejdjunjins u għal min iħaddem, immirati lejn l-indirizzar tad-diskriminazzjoni u tal-anti-Żingariżmu fis-suq tax-xogħol

·jeżistu skemi ta’ mikroself għan-negozji ż-żgħar li jimmiraw b’mod espliċitu lejn il-komunitajiet Rom u li dawn l-iskemi huma operattivi bis-sħiħ.

Indikatur - Dimensjoni C - Kwalità tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet 

·hemm fis-seħħ miżuri li jiżguraw il-parteċipazzjoni tar-Rom fl-iżvilupp ta’ reazzjonijiet ta’ politika fil-qasam tal-impjiegi;

·L-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-kumitati tal-monitoraġġ tal-programm operattiv tal-fondi tal-UE li permezz tiegħu qed jiġu implimentati l-miżuri speċifiċi biex tiżdied il-parteċipazzjoni effettiva tar-Rom fl-impjiegi mħallsa ta’ kwalità u sostenibbli;

·L-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-monitoraġġ tar-riżultati tal-miżuri implimentati;

·fil-proċessi tagħhom tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-impjiegi, l-istituzzjonijiet u l-amministrazzjoni tal-gvern (ċentrali u lokali) jinkludu kontribut mis-soċjetà ċivili tar-Rom u b’mod partikolari mill-intraprendituri u mill-professjonisti Rom li rnexxew

*Id-data attwali bbażata fuq stħarriġ tal-FRA tkopri biss il-grupp fl-età ta’ bejn 16 u 29 sena

Objettiv 6: It-titjib tas-saħħa tar-Rom u ż-żieda tal-aċċess effettiv tar-Rom għal servizzi tal-kura tas-saħħa

Indikatur ewlieni:

Il-popolazzjoni ġenerali

13)Differenza fl-istennija tal-għomor mat-twelid (popolazzjoni ġenerali vs. Rom)

Bażi ta’ Data dwar il-Mortalità tal-Bniedem/Eurostat [demo_mlexpec]

14)Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom aċċess ristrett għas-servizzi tas-saħħa, GĦANDU JIĠI ŻVILUPPAT

mhux applikabbli/potenzjalment FRS

Indikaturi tal-eżitu

Sekondarji (fakultattiv)

Indikatur

Il-popolazzjoni ġenerali

Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li jivvalutaw saħħithom b’mod ġenerali bħala “tajba ħafna” jew “tajba”

Eurostat [hlth_silc_01]

Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena b’kopertura ta’ assigurazzjoni medika

OECD [ECHI 76]

Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li ħassewhom iddiskriminati minħabba li huma Rom f’dawn l-aħħar 12-il xahar meta aċċessaw is-servizzi tas-saħħa

mhux applikabbli/potenzjalment FRS

Għandha tiġi żviluppata aktar:

Il-proporzjon ta’ nisa Rom li welldu l-ewwel tarbija tagħhom qabel l-età ta’ 20 sena.

Ħtieġa medika mhux issodisfata

Eurostat

[demo_fordager]

SDG 3.7

Eurostat [SDG_03_60]

Indikaturi tal-proċess għall-objettiv 6: It-titjib tas-saħħa tar-Rom u ż-żieda tal-aċċess effettiv tar-Rom għal servizzi tal-kura tas-saħħa

Indikatur – Dimensjoni A – Struttura istituzzjonali 

·is-sistema tal-medjazzjoni tas-saħħa hija istituzzjonalizzata u integrata fl-istrutturi rilevanti tal-amministrazzjoni tas-saħħa;

·hemm sistema ta’ inkoraġġiment u appoġġ għall-perspettivi tal-iżvilupp tal-karriera tal-medjaturi tas-saħħa li jixtiequ jsiru professjonisti tas-saħħa;

·hemm fis-seħħ sistema għall-forniment ta’ servizzi tas-saħħa preventivi għar-Rom fil-getti u fl-istabbilimenti segregati/remoti;.

·l-ispettorati reġjonali tas-saħħa għandhom ir-riżorsi (finanzjarji u umani) biex jiżguraw li l-programmi tat-tilqim u l-immunizzazzjoni fil-livell nazzjonali għat-tfal u għall-anzjani kif ukoll is-servizzi preventivi bħal testijiet tad-demm u skrinjar tal-kanċer jilħqu lill-komunitajiet Rom ukoll

Indikatur – Dimensjoni B – Miżuri u azzjonijiet partikolari

·hemm fis-seħħ programmi ta’ sensibilizzazzjoni dwar is-saħħa mfassla apposta għall-isfidi speċifiċi għas-saħħa li jiffaċċjaw ir-Rom (inklużi stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa u n-nutrizzjoni);

·jeżistu programmi tas-saħħa preventivi li jilħqu lill-gruppi ta’ riskju, inklużi r-Rom;

·jiġu organizzati kampanji ta’ sensibilizzazzjoni li jippromwovu l-fehim tal-ħtieġa għat-tilqim;

·it-tilqim tat-tfal u tal-anzjani (influwenza) huwa affordabbli u qed isir;

·l-iskrinjar preventiv tas-saħħa tat-tfal isir b’mod regolari mingħajr ħlas, b’miżuri ta’ segwitu għall-gruppi ta’ riskju;

·jeżistu programmi ta’ kura ta' qabel it-twelid li jimmiraw lejn nisa żvantaġġati u servizzi ta’ qabel it-twelid jiġu pprovduti fuq bażi regolari;

·jesiżtu skemi ta’ monitoraġġ tas-saħħa tal-ommijiet u tat-tfal sal-età ta’ tliet snin b’enfasi speċifika fuq il-gruppi żvantaġġati;

·jingħata regolarment taħriġ immirat lejn il-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni u l-anti-Żingariżmu lill-persunal tas-saħħa;

·hemm fis-seħħ kampanji ta’ sensibilizzazjzoni u kampanji relatati mas-saħħa mmirati lejn il-komunitajiet Rom.

Indikatur - Dimensjoni C - Kwalità tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet 

·hemm fis-seħħ miżuri li jiżguraw il-parteċipazzjoni tar-Rom fl-iżvilupp tar-reazzjonijiet politiċi fil-qasam tas-saħħa;

·qed jiġu żviluppati miżuri speċifiċi biex jiġu indirizzati l-isfidi fil-qasam tas-saħħa bi sħubija mal-OSĊ tar-Rom;

·l-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-kumitati ta’ monitoraġġ tal-programm operattiv tal-fondi tal-UE li permezz tiegħu qed jiġu implimentati l-miżuri speċifiċi għat-titjib tal-aċċess tar-Rom għas-servizzi tal-kura tas-saħħa;

·l-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-monitoraġġ tar-riżultati tal-miżuri implimentati fil-qasam tas-saħħa;

·l-istituzzjonijiet u l-amministrazzjoni tal-gvern (ċentrali u lokali) jinkludu kontribut mis-soċjetà ċivili tar-Rom, b’mod partikolari min-networks ta’ medjaturi tas-saħħa tar-Rom, fil-proċessi tagħhom tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa.

Objettiv 7: Jiżdied l-aċċess effettiv ugwali għal akkomodazzjoni adegwata desegregata u għas-servizzi essenzjali 9

Indikatur ewlieni:

Il-Popolazzjoni ġenerali

15)Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni deprivata (f’appartament li jkun mudlam ħafna jew li jkollu saqaf iqattar, ħitan jew art niedja jew ma jkollux banju/doċċa jew toilet fuq ġewwa)

Eurostat [tlessi 291]

16)Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’unità domestika li ma għandhiex in-numru minimu ta’ kmamar skont id-definizzjoni tal-Eurostat ta’ iffullar

Eurostat [ilc_lvho05a / SDG_11_10]

SDG 1, SDG 11

17)Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’unità domestika mingħajr ilma tal-vit fid-dar (pajjiżi magħżula biss)

Eurostat [ilc_mdho05]

SDG 6.1.1

Indikaturi tal-eżitu

Sekondarji (fakultattiv)

Indikatur

Il-Popolazzjoni ġenerali

Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’unità domestika mingħajr toilet, doċċa jew kmamar tal-banju fid-dar

Eurostat [ilc_mdho05 / SDG_06_10]

SDG 6

Is-sehem ta’ nies li jgħixu f’abitazzjoni b’saqaf iqattar, ħitan, art jew pedamenti umdi jew tmermir fil-gwarniċi tat-twieqi jew fl-art

Eurostat [SDG_01_60]

SDG 1

Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’unità domestika li f’dawn l-aħħar 12-il xahar ġew imġiegħla jitilqu mill-akkomodazzjoni jew minn ċentru residenzjali

mhux applikabbli

Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li ħassewhom iddiskriminati minħabba li huma Rom f’dawn l-aħħar ħames snin meta kienu qed ifittxu akkomodazzjoni

mhux applikabbli/potenzjalment FRS

Għandha tiġi żviluppata aktar:

Segregazzjoni residenzjali.

Indikatur(i) li jirrifletti/u l-aspetti ġeografiċi tas-sitwazzjoni tar-Rom.

Aċċess għal servizzi u infrastruttura bażiċi fiż-żona (servizzi tas-saħħa, trasport pubbliku, skejjel, indukrar tat-tfal, eċċ.) minħabba d-distanza, l-ispejjeż, il-ħinijiet tal-ftuħ jew in-nuqqas ta’ servizz.

Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni illegali jew mhux regolata.

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Indikaturi tal-proċess għall-objettiv 7: Iż-żieda tal-aċċess effettiv tar-Rom għal akkomodazzjoni adegwata desegregata u servizzi essenzjali

Indikatur – Dimensjoni A – Struttura Istituzzjonali 

·l-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom jew id-dokumenti ta’ politika relatati jinkludu miżuri espliċiti għall-ġlieda kontra s-segregazzjoni residenzjali;

·hemm linji gwida ċari għall-iżgumbramenti u dawn huma implimentati b’mod effettiv biex jipproteġu kontra l-iżgumbramenti irregolari;

·hemm fis-seħħ linji gwida ċari għall-iżgumbramenti u jkunu implimentati b’mod effettiv biex jipproteġu lill-unitajiet domestiċi bit-tfal;

·jingħalqu l-lakuni eżistenti fir-regolamentazzjoni tal-akkomodazzjoni li jipprevjenu l-legalizzazzjoni tal-istokk tal-akkomodazzjoni mhux regolat fil-viċinati tar-Rom;

·il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-valutazzjoni għall-proġetti ffinanzjati mill-UE li jtejbu l-infrastruttura f’lokalitajiet bi proporzjon għoli ta’ Rom fil-popolazzjoni jipprovdu punti speċifiċi għall-kumpaniji li jimpjegaw jew li huma operati mir-Rom;

·hemm fis-seħħ politiki li jinkoraġġixxu u jappoġġjaw inizjattivi lokali ta’ awtogħajnuna fil-livell komunitarju fil-qasam tal-akkomodazzjoni;

·il-ħtiġijiet taċ-ċentri residenzjali u s-siti għall-karavans jiġu vvalutati regolarment;

·hemm fis-seħħ mekkaniżmi li jiżguraw li r-Rom igawdu d-dritt għal ilma sikur u għas-sanità b’mod effettiv.

Indikatur – Dimensjoni B – Miżuri u azzjonijiet partikolari

·salvagwardji u kriterji espliċiti għall-inklużività tas-servizzi u tal-programmi mainstream tal-akkomodazzjoni huma riflessi fl-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom;

·hemm fis-seħħ miżuri mmirati biex jipprovdu appoġġ għal żoni soċjalment żvantaġġati, bl-objettiv li tonqos is-segregazzjoni;

·hemm fis-seħħ miżuri mmirati b’riżorsi finanzjarji garantiti biex itejbu l-infrastruttura pubblika għal żoni żvantaġġati fir-rigward tat-toroq, l-ilma, is-sanità, l-aċċess għas-servizzi pubbliċi u l-faċilitajiet tad-drenaġġ;

·hemm fis-seħħ programm ta’ “l-ewwel l-akkomodazzjoni”;

·jingħata taħriġ immirat lejn l-indirizzar tad-diskriminazzjoni u tal-anti-Żingariżmu fl-akkomodazzjoni lill-persunal fis-servizzi tal-akkomodazzjoni u fl-uffiċċji muniċipali;

·immappjar u monitoraġġ ta’ stabbilimenti u kampijiet żvantaġġati jitwettqu fuq bażi regolari;

·monitoraġġ tal-aspetti tal-akkomodazzjoni (l-għadd ta’ unitajiet lokali tal-akkomodazzjoni li jeħtieġu valutazzjoni) jitwettaq fuq bażi regolari.

Indikatur - Dimensjoni C - Kwalità tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet 

·hemm fis-seħħ miżuri li jiżguraw il-parteċipazzjoni tar-Rom fl-iżvilupp tar-reazzjonijiet ta’ politika fil-qasam tal-akkomodazzjoni;

·qed jiġu żviluppati miżuri speċifiċi biex jiġu indirizzati l-isfidi fil-qasam tal-akkomodazzjoni bi sħubija mal-OSĊ tar-Rom;

·interventi fil-qasam tal-akkomodazzjoni mmirati lejn ir-Rom (b’mod partikolari d-desegregazzjoni) huma żviluppati u implimentati bil-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-komunità Rom;

·l-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-kumitati ta’ monitoraġġ tal-programm operattiv tal-fondi tal-UE li permezz tiegħu qed jiġu implimentati l-miżuri speċifiċi biex titjieb is-sitwazzjoni tal-akkomodazzjoni u, b’mod partikolari, id-desegregazzjoni;

·l-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-monitoraġġ tar-riżultati tal-miżuri implimentati fil-qasam tal-akkomodazzjoni, b’mod partikolari d-desegregazzjoni;

·l-istituzzjonijiet u l-amministrazzjoni tal-gvern (ċentrali u lokali) jinkludu kontribut mis-soċjetà ċivili tar-Rom, b’mod partikolari min-networks tal-medjaturi tas-saħħa u tal-edukazzjoni tar-Rom, fil-proċessi tagħhom tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-akkomodazzjoni.

Objettiv 7-a: Il-ġlieda kontra t-tiċħid ambjentali, il-promozzjoni tal-ġustizzja ambjentali

Indikaturi tal-eżitu

Sekondarji (fakultattiv)

Indikatur

Il-Popolazzjoni ġenerali

Il-proporzjon ta’ Rom li jgħixu f’unità domestika li fl-akkomodazzjoni tagħhom għandhom minn dawn il-problemi: tniġġis, ħmieġ jew problemi ambjentali oħra fiż-żona lokali bħal: duħħan, trab, intejjen jew ilma mniġġes

Eurostat [ilc_mddw02]

Indikaturi tal-eżitu: Sekondarji (fakultattivi): Għad ma hemmx indikaturi żviluppati f’dan il-qasam, oqsma tematiċi possibbli li jistgħu jiġu żviluppati huma:

L-esponiment għall-kundizzjonijiet ambjentali tal-għajxien li huma perikolużi u assoċjati ma’ riskji għas-saħħa:

·l-għajxien f’żoni suxxettibbli għal diżastri naturali (skont it-tip ta’ diżastru – għargħar tax-xmajjar, għargħar għall-għarrieda, l-uqigħ tal-art, eċċ.);

·jgħixu f’żoni ambjentalment perikolużi (skont it-tip – miżbliet jew siti ta’ miżbliet, siti industrijali abbandunati, minjieri, eċċ.);

·l-esponiment għal fatturi perikolużi (skont it-tip – l-għajxien f’żoni mniġġsa, li jiddependu minn sorsi tal-ilma mhux ittrattati u kkontaminati, esposti għal emissjonijiet tossiċi, radjazzjoni elettromanjetika eċċ.);

·xogħol f’impjiegi perikolużi inkluż xogħol f’żoni deżolati, fid-dumpsters eċċ. u mingħajr protezzjoni adegwata;

·jgħixu f’żoni b’nuqqas ta’ infrastruttura bħal ilma tajjeb għax-xorb, trattament tal-ilma mormi, toroq miksija, ġbir tal-iskart, eċċ.;

·il-proporzjon ta’ unitajiet domestiċi li jiddependu fuq il-ħruq ta’ skart solidu biex isaħħnu id-dar tagħhom.

Indikaturi tal-proċess għall-objettiv 7-a: Il-ġlieda kontra t-tiċħid ambjentali, il-promozzjoni tal-ġustizzja ambjentali

Indikatur – Dimensjoni A – Struttura istituzzjonali 

·l-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom jew dokumenti ta’ politika relatati jinkludu miżuri espliċiti għall-ġlieda kontra t-tiċħid ambjentali u l-promozzjoni tal-ġustizzja ambjentali;

·il-linji gwida għall-implimentazzjoni jiżguraw aċċess prijoritarju għall-akkomodazzjoni soċjali tar-Rom li jgħixu f’żoni ambjentalment perikolużi;

·l-istandards għas-sikurezza tad-djar u l-prevenzjoni tal-għajxien f’kundizzjonijiet perikolużi huma infurzati b’mod strett;

·titwettaq valutazzjoni ambjentali ta’ siti ta’ bini ġodda u taċ-ċentri residenzjali

·hemm fis-seħħ mekkaniżmi effettivi li jiżguraw l-infurzar tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol li huma rilevanti għall-ambjent.

Indikatur – Dimensjoni B – Miżuri u azzjonijiet partikolari

·hemm fis-seħħ miżuri mmirati b’riżorsi finanzjarji siguri għar-risistemazzjoni ta’ familji Rom li jgħixu f’żoni ambjentalment perikolużi;

·titwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-politiki u d-dispożizzjonijiet dwar l-akkomodazzjoni mmirati għar-Rom fir-rigward tal-fatturi ambjentali;

·l-impatt ambjentali tal-politiki u r-riskji ambjentali għar-Rom huma indirizzati fl-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom.

Indikatur - Dimensjoni C - Kwalità tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet 

·jiġu żviluppati miżuri speċifiċi biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali fiż-żoni fejn jgħixu r-Rom (b’mod partikolari f’komunitajiet ta’ Rom segregati) fi sħubija mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mar-residenti Rom mil-lokalitajiet ikkonċernati;

·interventi fil-qasam tal-ambjent sigur u sostenibbli mmirati lejn ir-Rom (b’mod partikolari, il-komunitajiet segregati tar-Rom) huma żviluppati u implimentati bil-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-komunità Rom

·is-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-kumitati ta’ monitoraġġ tal-programm operattiv tal-fondi tal-UE li permezz tiegħu qed jiġu implimentati l-miżuri speċifiċi biex tittejjeb is-sitwazzjoni ambjentali fl-oqsma fejn jgħixu r-Rom (b’mod partikolari fil-komunitajiet Rom emarġinati);

·is-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-monitoraġġ tar-riżultati tal-miżuri implimentati biex itejbu s-sitwazzjoni ambjentali f’żoni fejn jgħixu r-Rom (b’mod partikolari f’komunitajiet Rom segregati);

·l-istituzzjonijiet u l-amministrazzjoni tal-gvern (ċentrali u lokali) jinkludu input mis-soċjetà ċivili tar-Rom, b’mod partikolari min-networks tal-medjaturi tas-saħħa tar-Rom, fil-proċessi tagħhom tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa.

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea (2017): Il-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar. Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal: Brussell, is-7 ta’ Lulju 2017; SWD(2017) 350.

(2)

L-objettivi operazzjonali taħt dan l-objettiv orizzontali jinkludu l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-fastidju, ir-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda kontra r-Rom; il-promozzjoni (sensibilizzazzjoni dwar) tal-istorja, il-kultura, ir-rikonoxximent u r-rikonċiljazzjoni tar-Rom

(3)

Bħall-ilma tal-vit, sanità adegwata, servizzi ta’ ġbir u ġestjoni tal-iskart, l-elettriku, il-gass, l-aċċess għat-trasport, is-servizzi finanzjarji u l-komunikazzjonijiet diġitali (f’konformità mal-prinċipju 20 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali). L-objettiv operattiv taħt dan l-objettiv settorjali huwa l-promozzjoni tal-ġustizzja ambjentali u l-ġlieda kontra l-privazzjoni ambjentali.

(4)

  https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/final_guidelines_4-10-18_without_date_july.pdf .

(5)

L-istħarriġ tal-FRA dwar id-Drittijiet Fundamentali.

(6)

Se tiġi sostitwita b’deprivazzjoni soċjali u materjali (Eurostat [ilc_mdsd07]) u bl-indikatur rispettiv għat-tfal jekk jintuża fir-rappurtar tal-SDG għall-popolazzjoni ġenerali fil-futur

(7)

     NACE huwa akronimu użat biex jindika d-diversi klassifikazzjonijiet statistiċi tal-attivitajiet ekonomiċi żviluppati mill-1970 fl- Unjoni Ewropea (UE) ;  
https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/NACE sfond

(8)

     Il-klassifikazzjoni Internazzjonali Standard tal-Impjiegi (ISCO); http://www.ilo.org/public/english/bureau/stat/isco/  

(9)

Bħall-ilma tal-vit, sanità adegwata, servizzi ta’ ġbir u ġestjoni tal-iskart, l-elettriku, il-gass, l-aċċess għat-trasport, is-servizzi finanzjarji u l-komunikazzjonijiet diġitali (f’konformità mal-prinċipju 20 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali).