Ġlieda kontra l-qtugħ illegali tal-injam
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?
Jipprojbixxi injam maħsud b’mod illegali milli jitqiegħed fis-suq tal-UE, u jistabbilixxi prekundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-injam u ta’ prodotti tal-injam fl-UE.
PUNTI EWLENIN
Monitoraġġ tal-implimentazzjoni u aċċess għall-informazzjoni
Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April ta’ kull sena, il-pajjiżi koperti bir-regolament iridu jagħmlu l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament matul is-sena kalendarja preċedenti disponibbli għall-pubbliku u għall-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, abbażi tad-data ppreżentata mill-pajjiżi kollha tal-UE, il-Kummissjoni se tipprovdi ħarsa ġenerali tal-UE kollha li se tkun disponibbli għall-pubbliku.
Sat-3 ta’ Diċembru 2021 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni trid tirrevedi l-funzjonament u l-effikaċja ta’ dan ir-regolament abbażi tal-informazzjoni li tirċievi fis-sena u l-esperjenza bl-applikazzjoni tiegħu.
SFOND
Il-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam* huwa problema ambjentali, ekonomika u soċjali mifruxa li tikkontribwixxi għat-tibdil fil-klima, it-telfien tal-bijodiversità, dħul mitluf, kunflitti (kultant armati) dwar l-art u r-riżorsi, u l-korruzzjoni.
Għal aktar informazzjoni, ara:
TERMINI EWLENIN
DOKUMENT EWLIENI
Ir-Regolament (UE) Nru995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, 12.11.2010, pp. 23-34)
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 363/2012 tat-23 ta’ Frar 2012 dwar ir-regoli proċedurali għar-rikonoxximent u l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ kif previst fir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 115, 27.4.2012, pp. 12-16)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 607/2012 tas-6 ta’ Lulju 2012 dwar regoli dettaljati li jikkonċernaw is-sistema ta’ diliġenza dovuta u l-frekwenza u n-natura tal-kontrolli fuq l-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 177, 7.7.2012, pp. 16-18)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea (Il-Ġurnal Uffiċjali L 347, 30.12.2005, pp. 1-6)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2008 tas-17 ta’ Ottubru 2008 li jistabbilixxi miżuri ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 dwar il-ħolqien ta’ skema ta’ liċenzji FLEGT għall-importazzjonijiet ta’ injam fil-Komunità Ewropea (ĠU L 277, 18.10.2008, pp. 23-29)
l-aħħar aġġornament 29.08.2019