Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
L-iżgurar tal-kummerċ ta’ fawna u flora selvaġġi li ma jheddidx is-sopravivenza tagħhom

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

L-iżgurar tal-kummerċ ta’ fawna u flora selvaġġi li ma jheddidx is-sopravivenza tagħhom

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 338/97 — dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom

X'INHU L-GĦAN TA' DAN IR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Kontrolli tal-kummerċ

  • L-importazzjoni ta' eżemplari ta' speċijiet fil-periklu fl-UE tenħtieġ permess maħruġ minn awtorità tal-pajjiż ta' destinazzjoni Ewropew jew notifika ta' importazzjoni.
  • L-esportazzjoni mill-UE tenħtieġ permess ta' esportazzjoni jew ċertifikat ta' riesportazzjoni maħruġ minn awtorità tal-pajjiż tal-UE fejn jinsabu l-eżemplari.
  • Il-kategoriji tal-ispeċi huma elenkati fl-Annessi A sa D tar-regolament.
  • Il-kummerċ tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness A, bħaċ-ċita, huwa pprojbit, filwaqt li l-moviment ta' annimali ħajjin fl-UE jenħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel.
  • Il-moviment ta' eżemplari ħajjin ta' speċi elenkata fl-Annessi B u Ċ, bħall-kobra jew il-mangus, huwa soġġett għal regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni u dwar kura u abitazzjoni adegwati, filwaqt li l-Anness D ikopri każijiet oħrajn tal-ġarr ta' annimali ħajjin, ġlud sħaħ u prodotti tal-pjanti.
  • Jistgħu jiġu imposti restrizzjonijiet ulterjuri f’ċirkostanzi speċifiki, u l-pajjiżi tal-UE jista’ jkollhom regoli tagħhom stess li jkunu iktar stretti.
  • Regoli speċjali japplikaw għall-eżemplari mwielda u mrobbija fil-magħluq jew li huma r-riżultat ta' riproduzzjoni artifiċjali, parti minn oġġetti personali jew maħsuba għall-istituzzjonijiet xjentifiċi.

Organizzazzjoni u komunikazzjoni

  • Jenħtieġ li l-pajjiżi tal-UE:

    • jinnominaw uffiċċji doganali li jwettqu l-kontrolli;
    • jinnominaw lill-awtoritajiet ta' ġestjoni u dawk xjentifiċi responsabbli mill-implimentazzjoni;
    • jissorveljaw il-konformità u jippenalizzaw il-ksur;
    • ifasslu rapporti u jiskambjaw informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u dwar kwalunkwe rifjut ta' permessi.
  • Fi Frar tal-2014, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet komunikazzjoni li fiha bdiet id-dibattitu dwar l-approċċ tal-UE fir-rigward tat-traffikar tal-organiżmi selvaġġi. Din kienet segwita minn pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni dwar it-traffikar ta' organiżmi selvaġġi fi Frar tal-2016.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-1 ta' Ġunju 1997.

SFOND

Għal aktar tagħrif, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 61, 3.3.1997, pp. 1–69)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 338/97 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha biss valur ta' dokumentazzjoni.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 166, 19.6.2006, pp. 1-69)

Ara l-verżjoni konsolidata

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 tat-23 ta' Awwissu 2012 lli jistipula regoli għat-tfassil ta’ permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (ĠU L 242, 7.9.2012, pp. 13-45)

Ara l-verżjoni konsolidata

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/451 tas-6 ta' Marzu 2015 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) (ĠU L 75, 19.3.2015, pp. 1-3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/736 tas-7 ta' Mejju 2015 li jipprojbixxi l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' eżemplari ta' ċerti speċijiet ta' fawna u flora selvaġġi (ĠU L 117, 8.5.2015, pp. 25-44)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-Approċċ tal-UE kontra t-traffikar ta’ Organiżmi Salvaġġi (COM(2014) 64 final, 7.2.2014)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta’ Organiżmi Selvaġġi (COM(2016) 87 final, 26.2.2016)

l-aħħar aġġornament 27.7.2017

Top