ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.172.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 172

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
2 ta' Lulju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 572/2009 tal-1 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 573/2009 tad-29 ta’ Ġunju 2009 li jniedi reviżjoni ta’ esportatur ġdid tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2006 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-ġilda tal-kamoxxa li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li jirrevoka d-dazju fir-rigward tal-importazzjonijiet minn esportatur wieħed f’dan il-pajjiż u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 574/2009 tat-30 ta’ Ġunju 2009 li jemenda għall-108 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2009 tal-1 ta’ Lulju 2009 li jistipula perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni li jirrifjuta applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor ’il barra mill-kwota

9

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 576/2009 tal-1 ta’ Lulju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 570/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Lulju 2009

10

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 577/2009 tal-1 ta’ Lulju 2009 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni minn tat-22 sa tas-26 ta’ Ġunju 2009 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

13

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari

18

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/77/KE tal-1 ta’ Lulju 2009 li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi chlorsulfuron, cyromazine, dimethachlor, etofenprox, lufenuron, penconazole, tri-allate u triflusulfuron bħala sustanzi attivi ( 1 )

23

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/507/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2009 li taħtar membru ġdid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

34

 

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

 

 

2009/508/KE

 

*

Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2008/20 dwar il-volum ta’ muniti euro li l-Awstrija tista’ toħroġ fl-2009 (BĊE/2009/15)

35

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/509/PESK tal-25 ta' Ġunju 2009 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK dwar il-missjoni ta’ konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

36

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

2.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 572/2009

tal-1 ta’ Lulju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

46,5

MK

23,3

TR

47,0

ZZ

38,9

0707 00 05

MK

27,4

TR

99,3

ZZ

63,4

0709 90 70

TR

94,6

ZZ

94,6

0805 50 10

AR

55,6

TR

64,2

ZA

60,8

ZZ

60,2

0808 10 80

AR

77,2

BR

78,1

CL

95,6

CN

97,8

NZ

108,6

US

93,2

UY

55,1

ZA

86,4

ZZ

86,5

0809 10 00

TR

215,7

US

172,2

XS

120,6

ZZ

169,5

0809 20 95

SY

197,7

TR

330,2

ZZ

264,0

0809 30

TR

90,5

US

175,8

ZZ

133,2

0809 40 05

IL

169,6

US

196,2

ZZ

182,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


2.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 573/2009

tad-29 ta’ Ġunju 2009

li jniedi reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2006 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-ġilda tal-kamoxxa li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li jirrevoka d-dazju fir-rigward tal-importazzjonijiet minn esportatur wieħed f’dan il-pajjiż u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’ mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   TALBA GHAL REVIŻJONI

(1)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għal reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. L-applikazzjoni tressqet minn Henan Prosper Skins & Leather Enterprise Co., Ltd. (“l-applikant”), produttur esportatur fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”).

B.   Il-PRODOTT

(2)

Il-prodott li qiegħed jiġi rivedut huwa ġilda tal-kamoxxa u ġilda mħallta tal-kamoxxi, sew jekk maqtugħa skont il-qies, sew jekk le, inklużi ġilda iebsa tal-kamoxxi u ġilda iebsa mħallta tal-kamoxxi, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”), normalment iddikjarat fil-kodiċi NM 4114 10 10 u 4114 10 90.

C.   MIŻURI EŻISTENTI

(3)

Il-miżuri li hemm fis-seħħ bħalissa huma dazji anti-dumping definittivi imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2006 (2) li permezz tiegħu l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-Repubblika tal-Popolari taċ-Ċina, u prodotti mill-kumpanija, huma soġġetti għal dazju definittiv anti-dumping ta’ 58,9 %.

D.   RAĠUNIJIET GĦAR-REVIŻJONI

(4)

L-applikant jallega li jopera f’kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq kif iddefiniti fl-Artikolu 2(7) (c) tar-Regolament bażiku jew alternattivament jitlob trattament individwali konformi mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Hu jkompli jallega li ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu kienu bbażati l-miżuri anti-dumping, jiġifieri l-perjodu mill-1 ta’ April 2004 sat-31 ta’ Marzu 2005 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali”) u li mhu relatat mal-ebda produtturi esportaturi tal-prodott li huma suġġetti għall-miżuri anti-dumping imsemmija hawn fuq.

(5)

L-applikant ikompli jallega li beda jesporta l-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità wara tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali.

E.   PROĊEDURA

(6)

Il-produtturi Komunitarji magħrufa li huma kkonċernati kienu infurmati bl-applikazzjoni ta’ hawn fuq u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw.

(7)

Wara li eżaminat il-provi disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm provi biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ reviżjoni ta’ “esportatur ġdid”, skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku Wara li tasal it-talba msemmija hawn taħt fil-premessa (13), ikun iddeterminat jekk l-applikant joperax taħt kondizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq kif iddefinit fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku jew alternattivament jekk l-applikant jissodisfax ir-rekwiżiti biex ikollu dazju individwali stabbilit skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Jekk inhu hekk, il-marġini individwali ta’ dumping tal-applikant ikun ikkalkolat u, jekk jinstab li sar dumping, il-livell tad-dazju li għalih għandha tkun suġġetta l-importazzjoni tieghu fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat għandu jiġi determinat.

(8)

Jekk jiġi deċiż li l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti biex jiġi stabbilit dazju individwali, jista’ jinħtieġ li ssir emenda fuq ir-rata ta’ dazju applikabbli bħalissa għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi l-oħra kollha jiġifieri d-dazju speċifikat bħalissa, fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2006, kif japplika lill-“pajjiżi kollha” fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(a)   Il-kwestjonarji

(9)

Biex tkun tista’ tikseb it-tagħrif li hija tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarju lill-applikant.

(b)   Il-ġabra tal-informazzjoni u s-smigħ ta’ seduti

(10)

Il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta’ sostenn.

(11)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati, dejjem jekk jagħmlu talba bil-miktub li turi li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu.

(12)

Qed tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependu minn jekk il-parti tippreżentax ruħha matul il-perjodu stipulat minn dan ir-Regolament.

(c)   Trattament ta’ ekonomija tas-suq/ trattament individwali

(13)

F’każ li l-applikant jipprovdi biżżejjed evidenza li turi li huwa jopera taħt kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq, jiġifieri li jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, il-valur normali jkun iddeterminat skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, għandhom jintbagħtu talbiet sostanzjati kif xieraq fil-limitu taż-żmien speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni se tibgħat formoli ta’ talba lill-applikant, kif ukoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Din il-formula għat-talbiet tista’ tintuża mill-applikant biex jitlob trattament individwali, jiġifieri li dan jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(d)   L-għażla tal-pajjiż b’ekonomija tas-suq

(14)

F’każ li l-applikant ma jingħatax stat ta’ ekonomija tas-suq imma jissodisfa r-rekwiżiti li jkollu dazju individwali stabbilit skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, jintuża pajjiż addattat b’ekonomija tas-suq għall-fini li jiġi stabbilit valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni bi ħsiebha terġa’ tuża lill-Istati Uniti tal-Amerika għal dan il-għan kif kien sar fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkummentaw dwar kemm din l-għażla hija xierqa, fil-limitu taż-żmien speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament.

(15)

Barra minn hekk, f’każ li l-applikant jingħata trattament ta’ ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni tista’, jekk meħtieġ, tuża wkoll sejbiet li jikkonċernaw il-valur normali stabbilit f’pajjiż addattat b’ekonomija tas-suq, eż. għall-fini li jinbidlu kull elementi ta’ spiża jew prezz li mhux affidabbli fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma meħtieġa biex jiġi stabbilit il-valur normali, jekk ma tkunx disponibbli d-data affidabbli meħtieġa fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-Kummissjoni bi ħsiebha tuża lill-Istati Uniti tal-Amerika għal dan il-għan ukoll.

F.   REVOKA TAD-DAZJU FIS-SEHH U REĠISTRAZZJONI TA’ IMPORTAZZJONIJIET

(16)

Skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, id-dazju anti-dumping fis-seħħ għandu jiġi rrevokat fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li huma prodotti u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mill-applikant. Fl-istess ħin, dawn l-importazzjonijiet għandhom isiru suġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, sabiex jiġi assigurat li, jekk ir-riżultat tar-reviżjoni juri sejba ta’ dumping fir-rigward tal-applikant, id-dazji anti-dumping jistgħu jiġu imposti retroattivament mid-data tal-bidu ta’ din ir-reviżjoni. L-ammont li għalih l-applikant jista’ jkun responsabbli fil-futur ma jistax jiġi stmat f’dan l-istadju tal-proċediment.

G.   LIMITI TA’ ŻMIEN

(17)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandhom jiġu stabbiliti limiti ta’ żmien li fi ħdanhom:

il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw irwieħhom lill-Kummissjoni, iressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jissottomettu t-tweġibiet għall-kwestjonarju msemmi fil-premessa (9) ta’ dan ir-Regolament jew jipprovdu kwalunkwe tagħrif ieħor li għandu jitqies matul l-investigazzjoni,

il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni,

il-partijiet interessati jistgħu jikkummentaw dwar l-adegwadezza tal-Istati Uniti tal-Amerika li, f’każ li l-applikant ma jingħatax status ta’ ekonomija tas-suq, tkun meqjusa bħala pajjiż b’ekonomija tas-suq għall-għan li jiġi stabbilit valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina,

l-applikant għandu jissottometti talba ssostanzjata kif xieraq għal trattament ta’ ekonomija tas-suq u/jew għal trattament individwali skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

H.   NUQQAS TA’ KOOPERAZZJONI

(18)

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għal informazzjoni meħtieġa, jew ma tipprovdihiex fiż-żmien preskritt, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, imsejsa fuq il-fatti disponibbli.

(19)

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni għandha titwarrab u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b’mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

I.   IPPROĊESSAR TA’ DEJTA PERSONALI

(20)

Ġie nnotat li kwalunkwe dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tkun ittrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tat-18 ta’ Diċembru 2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-dejta (3).

J.   UFFIĊJAL GĦAS-SEDUTI TAS-SMIGĦ

(21)

Ta’ min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom, dawn ikunu jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal għas-Seduti tad-DĠ għall-Kummerċ. Huwa jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn meħtieġ, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw lill-ħarsien tal-interessi tiegħek f’dan il-proċediment, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limitu taż-żmien u t-trattament ta’ preżentazzjonijiet tal-fehmiet oralment u/jew bil-miktub. Għal aktar tagħrif u dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni elettroniċi tal-Uffiċjal għas-Seduti fuq il-websajt tad-DĠ għall-Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’dan qed titnieda reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1338/2006 skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 biex jiġi ddetermiat jekk u sa liema punt l-importazzjonijiet tal-ġilda tal-kamoxxa u ġilda mħallta tal-kamoxxi, sew jekk maqtugħa skont il-qies, sew jekk le, inklużi ġilda iebsa tal-kamoxxi ta’ u ġilda iebsa mħallta tal-kamoxxi, jaqgħux taħt il-kodiċi NM 4114 10 10 and 4114 10 90, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, prodott jew mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Komunità minn Henan Prosper Skins & Leather Enterprise Co., Ltd (Kodiċi addizzjonali TARIC A957) għandhom ikunu suġġetti għad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KE) Nru 1338/2006.

Artikolu 2

Id-dazju antidumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2006 huwa rrevokat permezz ta’ dan ta’ hawnhekk fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-awtoritajiet doganali huma hawnhekk ordnati, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament. Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

1.   Il-partijiet interessati li jridu li r-rappreżentazzjonijiet tagħhom jiġu kkunsidrati għandhom jippreżentaw irwieħhom lill-Kummissjoni u jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju msemmi fil-premessa (9) ta’ dan ir-Regolament jew kwalunkwe tagħrif ieħor, sakemm mhux speċifikat mod ieħor, fi żmien 40 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fi żmien l-istess limitu ta’ 40 jum.

2.   Il-partijiet involuti fl-investigazzjoni li jridu jikkummentaw dwar jekk l-Istati Uniti tal-Amerika hijiex xierqa li titqies bħala pajjiż terz b’ekonomija tas-suq għall-għan li jiġi stabbilit valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għandhom iressqu l-kummenti tagħhom fi żmien għaxart ijiem mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Talbiet sostanzjati kif xieraq għal trattament ta’ ekonomija tas-suq u/jew trattament individwali għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 40 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

4.   Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati jridu jsiru bil-miktub (mhux b’format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Kull sottomissjoni bil-miktub, li tinkludi l-informazzjoni mitluba f’dan ir-Regolament, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandha tkun immarkata bħala “Ristretta (4)” u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, għandha tkun akkumpanjata b’verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”.

Kwalunkwe tagħrif li għandu x’jaqsam mal-kwistjoni u/jew kwalunkwe talba għal seduta għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate H

Office: N105 4/92

B-1049 Brussell

Faks (32 2) 295 65 05

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Catherine ASHTON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 251, 14.9.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(4)  Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim Anti-dumping).


2.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 574/2009

tat-30 ta’ Ġunju 2009

li jemenda għall-108 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban tal-Afganistan (1), u b’ mod partikolari fl-ewwel inċiż tiegħu tal-Artikolu 7(1),

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-18 ta' Ġunju 2009, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni naturali u legali, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi billi jiżdiedu erba' persuni mal-lista fid-dawl tal-informazzjoni dwar ir-rabta tagħhom mal-Al-Qaida. Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ipprovda d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tad-deċiżjoni tal-elenkar.

(3)

L-Anness I għandu jiġi emendat kif jixraq.

(4)

Sabiex jiġi garantit li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament.

(5)

Il-Kummissjoni se tikkomunika lill-individwi kkonċernati l-bażi li fuqha hu msawwar dan ir-Regolament, u se tagħtihom l-opportunità li jikkumentaw dwar din il-bażi u jirrevedu dan ir-Regolament fid-dawl tal-kummenti u l-informazzjoni addizzjonali li jista' jkun hemm,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura ‘Persuni naturali’:

“Atilla Selek (magħruf bħala Muaz). Indirizz: Kauteräckerweg 5, 89077 Ulm, Germany. Post tat-twelid: 28.2.1985. Post tat-twelid: Ulm, Germany. il-Ġermanja. Ċittadinanza: Ġermaniża. Numru tal-passaport: 7020142921 (Passaport Ġermaniż maħruġ f'Ulm, il-Ġermanja, validu sas-3.12.2011). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 702092811 (Karta tal-identità Ġermaniża (Bundespersonalausweis), maħruġa f'Ulm, il-Ġermanja, validu sas-6.4.2010). Tagħrif ieħor: Il-ħabs fil-Ġermanja sa mill-20.11.2008 (sa Mejju 2009). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 18.6.2009.”


2.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 575/2009

tal-1 ta’ Lulju 2009

li jistipula perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni li jirrifjuta applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor ’il barra mill-kwota

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7e 9(1)(b) flimkien mal-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 61, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, iz-zokkor prodott matul is-sena tas-suq u li jaqbeż il-kwota msemmija fl-Artikolu 56 ta’ dak ir-Regolament jista’ jiġi esportat biss fil-limitu kwantitattiv stipulat mill-Kummisjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 924/2008 tad-19 ta' Settembru 2008 li jistipula l-limitu kwantitattiv tal-esportazzjoni taz-zokkor u l-isoglukożju ’l barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2008/2009 (3) jistipula l-limiti msemmija hawn fuq.

(3)

Il-kwantitajiet ta' zokkor koperti minn applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni jaqbżu l-limitu kwantitattiv iffissat bir-Regolament (KE) Nru 924/2008. Għaldaqstant għandu jiġi stabbilit perċentwal ta' aċċettazzjoni għall-kwantitajiet li għalihom tressqu applikazzjonijiet fi 22, 23, 24, 25 u 26.6.2009. Kull applikazzjoni għal liċenzja tal-esportazzjoni għaz-zokkor imressqa wara 29.6.2009 għaldaqstant ma għandhiex tintlaqa', u t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandu jkun sospiż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor ’il barra mill-kwota li l-applikazzjonijiet għalihom tressqu bejn it-22 ta’ Ġunju 2009 u s-26 ta’ Ġunju 2009, għandhom jinħarġu għall-kwantitajiet mitluba, multiplikati b'perċentwali ta' aċċettazzjoni ta' 76,30317 %.

2.   L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor ’il barra mill-kwota li tressqu fid-29 ta’ Ġunju, fit-30 ta’ Ġunju, fl-1 ta’ Lulju, fit-2 ta’ Lulju u fit-3 ta’ Lulju 2009 huma b'dan irrifjutati.

3.   It-tressiq ta' applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor ’il barra mill-kwota għandu jiġi sospiż għall-perjodu bejn is-6 ta’ Lulju 2009 u it-30 ta' Settembru 2009.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Edizzjoni Spċejali bil-Malti ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 86.

(3)  ĠU L 252, 20.9.2008, p. 7.


2.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 576/2009

tal-1 ta’ Lulju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 570/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Lulju 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2009 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 570/2009 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 570/2009.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 570/2009 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 570/2009 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-2 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 171, 1.7.2009, p. 3.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mit-2 ta’ Lulju 2009

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

51,26

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

30,13

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

30,13

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

56,25


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

30.6.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

196,08

98,74

Prezz FOB USA

207,47

197,47

177,47

88,62

Tariffa fuq il-Golf

13,16

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

8,67

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

19,99  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

17,16  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


2.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 577/2009

tal-1 ta’ Lulju 2009

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni minn tat-22 sa tas-26 ta’ Ġunju 2009 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi, għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, regoli dettaljati għall-applikazzjoni għall-importazzjoni u l-irfinar ta' prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji u ċerti ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tressqu lill-awtoritajiet kompetenti fil-perjodu minn tat-22 sa tas-26 ta’ Ġunju 2009 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew ir-Regolament (KE) Nru 508/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjonijiet fil-Bulgarija u r-Rumanija taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għal provvista lil raffineriji fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 (3), għal kwantità totali li hija daqs, jew aktar minn, dik disponibbli għan-numru tas-serje 09.4331 u 09.4337 (2008-2009) u 09.4341 (Lulju-Settembru 2009).

(2)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skont il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u/jew tinforma lill-Istati Membri li jkun intlaħaq il-limitu li kien iffissat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa minn tat-22 sa tas-26 ta’ Ġunju 2009 f'konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007, għandhom jinħarġu liċenzji fil-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 122, 11.5.2007, p. 1.


ANNESS

Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja

Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 22.6.2009-26.6.2009

Limitu

09.4331

Il-Barbados

100

Intlaħqu

09.4332

Il-Beliż

100

 

09.4333

Il-Kosta tal-Avorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

100

 

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Il-Ġeorġja

100

 

09.4337

L-Indja

100

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

100

 

09.4341

Il-Malawi

100

 

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

100

 

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Surinam

 

09.4346

Is-Sważiland

100

 

09.4347

It-Tanzanija

0

Intlaħqu

09.4348

Trinidad u Tobago

100

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

100

 


Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja

Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq Lulju-Settembru 2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 22.6.2009-26.6.2009

Limitu

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliż

100

 

09.4333

Il-Kosta tal-Avorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

100

 

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Il-Ġeorġja

100

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

100

 

09.4341

Il-Malawi

75,1969

Intlaħqu

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

100

 

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Surinam

 

09.4346

Is-Sważiland

100

 

09.4347

It-Tanzanija

100

 

09.4348

Trinidad u Tobago

100

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

0

Intlaħqu


Zokkor kumplementari

Il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 22.6.2009-26.6.2009

Limitu

09.4315

L-Indja

 

09.4316

Pajjiżi firmatarji tal-Protokoll AKP

 


Zokkor konċessjonijiet CXL

Il-Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 22.6.2009-26.6.2009

Limitu

09.4317

L-Awstralja

0

Intlaħqu

09.4318

Il-Brażil

0

Intlaħqu

09.4319

Kuba

0

Intlaħqu

09.4320

Pajjiżi terzi oħra

0

Intlaħqu


Zokkor Balkani

Il-Kapitolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 22.6.2009-26.6.2009

Limitu

09.4324

L-Albanija

100

 

09.4325

Il-Bożnja u Ħerzegovina

0

Intlaħqu

09.4326

Is-Serbja u l-Kosovo (*)

100

 

09.4327

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

100

 

09.4328

Il-Kroazja

100

 


Zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali u industrijali

Il-Kapitolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Tip

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 22.6.2009-26.6.2009

Limitu

09.4380

Eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

100

 


Zokkor APE supplimentari

Il-Kapitolu VIII bis tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 22.6.2009-26.6.2009

Limitu

09.4431

Il-Komoros, Il-Madagaskar, Il-Mawrizju, is-Seychelles, Iż-Żambja, iż-Żimbabwe

100

 

09.4432

Il-Burundi, il-Kenja, ir-Rwanda, it-Tanzanija, l-Uganda

100

 

09.4433

Is-Sważiland

100

 

09.4434

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4435

Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Beliż, Dominika, ir-Repubblika id-Dominikana, Grenada, il-Gujana, Ħaiti, il-Ġamajka, Saint Kitts u Nevis, Santa Luċija, u l-Grenadini, is-Surinam, it-Trinidad u Tobago

0

Intlaħqu

09.4436

Ir-Repubblika Dominikana

0

Intlaħqu

09.4437

Il-Fiġi, il-Papwa-Ginea Ġdida

100

 


L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Tip

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 22.6.2009-26.6.2009

Limitu

09.4365

Il-Bulgarija

0

Intlaħqu

09.4366

Ir-Rumanija

0

Intlaħqu


(*)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.


DIRETTIVI

2.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/18


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2009/71/EURATOM

tal-25 ta’ Ġunju 2009

li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija Atomika Ewopea, u b’mod partikolari l-Artikoli 31 u 32 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, imfassla wara li ttieħdet l-opinjoni ta’ grupp ta’ persuni maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku minn fost l-esperti xjentifiċi fl-Istati Membri,u wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 2(b) tat-Trattat jipprevedi għall-istabbiliment ta’ standards uniformi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali.

(2)

L-Artikolu 30 tat-Trattat jipprevedi għall-istabbiliment ta’ standards bażiċi fil-Komunità għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjonijiet jonizzanti.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (3) tistabbilixxi l-istandards bażiċi tas-sigurtà. Id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva ġew supplimentati minn leġislazzjoni aktar speċifika.

(4)

Kif ġie rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Qorti tal-Ġustizzja”) fil-każistika tagħha (4), il-Komunità tikkondividi l-kompetenzi flimkien mal-Istati Membri tagħha, fl-oqsma koperti mill-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Nukleari (5).

(5)

Kif ġie rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-każistika tagħha, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3 tat-Trattat, relatat mas-saħħa u s-sigurtà, jifformaw intier koerenti li jikkonferixxi fuq il-Kummissjoni setgħat ta’ ambitu konsiderevoli għall-ħarsien tal-popolazzjoni u l-ambjent kontra riskji ta’ kontaminazzjoni nukleari.

(6)

Kif ġie rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-każistika tagħha, il-kompiti imposti fuq il-Komunità bl-Artikolu 2(b) tat-Trattat li jiġu stabbiliti standards uniformi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-popolazzjoni u l-ħaddiema ma jfissirx li, ladarba jiġu definiti tali standards, Stat Membru ma jistax jipprovdi miżuri ta’ ħarsien aktar strett.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/600/Euratom tal-14 ta’ Diċembru 1987 dwar arranġamenti tal-Komunità għal skambju kmieni ta’ informazzjoni fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika (6) stabbilixxiet qafas għan-notifikazzjoni u l-provvista ta’ informazzjoni li għandu jintuża mill-Istati Membri sabiex jitħares il-pubbliku ġenerali fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika. Id-Direttiva tal-Kunsill 89/618/Euratom tas-27 ta’ Novembru 1989 dwar kif il-pubbliku ġenerali jkun infurmat dwar miżuri għal ħarsien tas-saħħa li għandhom ikunu applikati u passi li għandhom jittieħdu fil-każ ta’emerġenza radjoloġika (7) imponiet obbligi fuq l-Istati Membri biex jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika.

(8)

Ir-responsabbiltà nazzjonali tal-Istati Membri għas-sigurtà nukleari tal-installazzjonijiet nukleari hija l-prinċipju fundamentali li fuqu ġiet żviluppata r-regolamentazzjoni dwar is-sigurtà nukleari fil-livell internazzjonali, kif approvat mill-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Nukleari. Dak il-prinċipju ta’ responsabbiltà nazzjonali, kif ukoll il-prinċipju ta’ responsabbiltà ewlenija tad-detentur tal-liċenzja għas-sigurtà nukleari ta’ installazzjoni nukleari taħt is-superviżjoni tal-awtorità regolatorja kompetenti tiegħu, għandhom jissaħħu u r-rwol u l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandu jissaħħaħ permezz ta’ din id-Direttiva.

(9)

Kull Stat Membru jista’ jiddeċiedi dwar it-taħlita tal-enerġija tiegħu f’konformità mal-linji ta’ politika nazzjonali rilevanti.

(10)

Fl-iżvilupp tal-qafas nazzjonali adatt taħt din id-Direttiva, ser jittieħed kont taċ-ċirkostanzi nazzjonali.

(11)

L-Istati Membri diġà implimentaw miżuri li jippermettulhom li jiksbu livell għoli ta’ sigurtà nukleari fil-Komunità.

(12)

Filwaqt li din id-Direttiva prinċipalment tikkonċerna s-sigurtà nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari huwa wkoll importanti biex tiġi żgurata ġestjoni sigura tal-karburant użat u skart radjuattiv, inkluż f’faċilitajiet ta’ ħżin u rimi.

(13)

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw, fejn adatt, il-prinċipji ta’ sigurtà fundamentali rilevanti stabbiliti mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (8) li għandhom jikkostitwixxu qafas ta’ prattiki li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw meta jimplimentaw din id-Direttiva.

(14)

Huwa utli li jkun hemm kontinwità mill-proċess fejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà tal-Istati Membri b’impjanti tal-enerġija nukleari fit-territorju tagħhom ilhom jaħdmu flimkien fil-kuntest tal-Assoċjazzjoni tar-Regolaturi Nukleari tal-Ewropa tal-Punent (WENRA) u ddefinixxew bosta livelli ta’ referenza tas-sigurtà għal reatturi tal-enerġija.

(15)

B’segwitu għall-istedina tal-Kunsill li jiġi stabbilit Grupp ta’ Livell Għoli fil-Livell tal-UE, kif imniżżel fil-Konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2007 dwar is-sigurtà nukleari u l-ġestjoni tal-karburant użat u l-iskart radjuattiv, il-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej fil-qasam tas-Sigurtà Nukleari (ENSREG) ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/530/Euratom tas-17 ta’ Lulju 2007 dwar it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Livell Għoli Ewropew dwar is-Sigurezza Nukleari u l-Ġestjoni tal-Iskart (9) biex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi Komunitarji fil-qasam tas-sigurtà nukleari.

(16)

Huwa utli li tiġi stabbilita struttura unifikata għal rapporti ta’ Stati Membri lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Fid-dawl tal-esperjenza wiesgħa tal-membri tiegħu l-ENSREG jista’ jagħmel kontribut ta’ valur f’dan ir-rigward, u b’hekk tiġi ffaċilitata l-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni ta’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

(17)

Fil-15 ta’ Ottubru 2008 fil-5 laqgħa tiegħu l-ENSREG adotta għaxar prinċipji li għandhom jintużaw meta titfassal Direttiva dwar is-sigurtà nukleari, kif imniżżel fil-minuti tiegħu datati l-20 ta’ Novembru 2008.

(18)

Avvanzi fit-teknoloġija nukleari, lezzjonijiet meħuda minn esperjenza operattiva u riċerka dwar is-sigurtà u titjib f’oqfsa regolatorji jista’ jkollhom il-potenzjal li jtejbu aktar is-sigurtà. F’konformità mal-impenn li tinżamm u tittejjeb is-sigurtà, l-Istati Membru għandhom jieħdu kont ta’ dawk il-fatturi meta jestendu l-programm tagħhom ta’ enerġija nukleari jew meta jiddeċiedu li jużaw l-enerġija nukleari għall-ewwel darba.

(19)

L-istabbiliment ta’ kultura ta’ sigurtà b’saħħitha f’installazzjoni nukleari huwa wieħed mill-prinċipji fundamentali ta’ ġestjoni tas-sigurtà meħtieġ għall-kisba tal-funzjonament sigur tagħha.

(20)

Iż-żamma u l-iżvilupp ulterjuri ta’ kompetenza u ħiliet fis-sigurtà nukleari għandhom ikunu bbażati, inter alia, fuq proċess ta’ tagħlim minn esperjenza operattiva tal-imgħoddi u l-użu ta’ żviluppi fil-metodoloġija u x-xjenza, kif adegwat.

(21)

Fl-imgħoddi, twettqu awtovalutazzjonijiet fl-Istati Membri f’rabta mill-qrib ma’ evalwazzjonijiet inter pares internazzjonali taħt l-awspiċji tal-IAEA bħala missjonijiet tat-Tim Internazzjonali għar-Reviżjoni tar-Regolamentazzjoni jew tas-Servizz ta’ Reviżjoni Integrat tar-Regolamentazzjoni. Dawn l-awtovalutazzjonijiet twettqu u dawn il-missjonijiet ġew offruti minn Stati Membri fuq bażi volontarja fl-ispirtu ta’ ftuħ u trasparenza. L-awtovalutazzjonijiet u l-evalwazzjonijiet inter pares li jakkumpanjawhom tal-infrastruttura leġislattiva, regolatorja u organizzattiva għandhom ikunu mmirati li jsaħħu u jtejbu l-qafas nazzjonali tal-Istati Membri, filwaqt li jiġu rikonoxxuti l-kompetenzi tagħhom fl-iżgurar tas-sigurtà nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari fuq it-territorju tagħhom. L-awtovalutazzjonijiet segwiti minn evalwazzjonijiet inter pares internazzjonali la huma spezzjoni u lanqas verifika, iżda mekkaniżmu ta’ tagħlim reċiproku li jaċċetta approċċi differenti għall-organizzazzjoni u l-prattiki ta’ awtorità regolatorja kompetenti, filwaqt li jiġu kkunsidrati kwistjonijiet regolatorji, tekniċi u ta’ politika ta’ Stat Membru li jikkontribwixxu għall-iżgurar ta’ sistema ta’ sigurtà nukleari b’saħħitha. L-evalwazzjonijiet inter pares internazzjonali għandhom jitqiesu bħala opportunità biex tiġi skambjata esperjenza professjonali u biex jiġu kondiviżi tagħlimiet meħuda u prattiki tajba fi spirtu miftuħ u kooperattiv permezz ta’ parir minn pari aktar milli minn kontroll jew ġudizzju. Filwaqt li jirrikonoxxi ħtieġa għal flessibbiltà u adegwatezza fir-rigward ta’ sistemi eżistenti differenti fl-Istati Membri, Stat Membru għandu jkun liberu li jiddetermina l-fergħat tas-sistema tiegħu li huma soġġetti għar-reviżjoni inter pares speċifika msejħa, bil-għan li tittejjeb kontinwament is-sigurtà nukleari.

(22)

Skont il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (10), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interessi tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess li juru, sa fejn huwa possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni u jagħmluhom pubbliċi,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU 1

OBJETTIVI, DEFINIZZJONIJIET U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

Objettivi

L-objettivi ta’ din id-Direttiva huma:

(a)

li jiġi stabbilit qafas Komunitarju sabiex jinżamm u jiġi promoss it-titjib kontinwu tas-sigurtà nukleari u r-regolamentazzjoni tagħha;

(b)

li jiġi żgurat li l-Istati Membri għandhom jipprovdu arranġamenti nazzjonali adatti għal livell għoli ta’ sigurtà nukleari għall-ħarsien tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jirriżultaw minn radjazzjonijiet jonizzanti minn installazzjonijiet nukleari.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal kwaqlunkwe installazzjon nukleari ċivili li topera b’ liċenzja kif definit fl-Artikolu 3(4) fl-istadji kollha koperti b’din il-liċenzja.

2.   Din id-Direttiva ma tostakolax lill-Istati Membri milli jieħdu miżuri ta’ sigurtà aktar stretti fil-qasam kopert b’din id-Direttiva, f’konformità mal-liġi Komunitarja.

3.   Din id-Direttiva tissupplimenta l-istandards bażiċi msemmijin fl-Artikolu 30 tat-Trattat fir-rigward tas-sigurtà nukleari tal-installazzjonijiet nukleari u hija mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/29/Euratom.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“installazzjoni nukleari” tfisser:

(a)

impjant ta’ arrikkament, impjant ta’ manifattura ta’ karburant nukleari, impjant tal-enerġija nukleari, impjant ta’ riproċessar, faċilità ta’ reattur ta’ riċerka, faċilità għall-ħżin ta’ karburant użat; u

(b)

faċilitajiet għall-ħżin għal skart radjuattiv li huma fuq l-istess sit u huma relatati direttament mal-installazzjonijiet nukleari elenkati taħt il-punt (a).

(2)

“sigurtà nukleari” tfisser il-ksib ta’ kondizzjonijiet operattivi adatti, il-prevenzjoni ta’ aċċidenti u t-tnaqqis ta’ konsegwenzi tal-aċċidenti, li jirriżultaw fil-ħarsien tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali minn perikli minn radjazzjonijiet jonizzanti minn installazzjonijiet nukleari.

(3)

“awtorità regolatorja kompetenti” tfisser awtorità jew sistema ta’ awtoritajiet maħtura fi Stat Membru fil-qasam tar-regolazzjoni tas-sigurtà nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari kif imsemmi fl-Artikolu 5;

(4)

“liċenzja” tfisser kull dokument legali mogħti taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru biex tingħata r-responsabbiltà għall-għażla tas-sit, il-proġettazzjoni, il-kostruzzjoni, l-ikkommissjonar u -operat jew id-dekommissjonar ta’ installazzjoni nukleari;

(5)

“detentur ta’ liċenzja” tfisser persuna ġuridika jew fiżika li jkollha responsabbiltà ġenerali għall-installazzjoni nukleari kif speċifikat f’liċenzja.

KAPITOLU 2

OBBLIGI

Artikolu 4

Qafas leġislattiv, regolatorju u organizzattiv

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu qafas leġislattiv, regolatorju u organizzattiv nazzjonali (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-qafas nazzjonali”) għas-sigurtà nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari li jalloka r-responsabbiltajiet u jipprovdi għall-koordinazzjoni bejn il-korpi rilevanti tal-istat. Il-qafas nazzjonali għandu jistabbilixxi responsabbiltajiet għal:

(a)

l-adozzjoni ta’ rekwiżiti nazzjonali ta’ siġurtà nukleari. L-iddeterminar dwar kif huma adottati u b’liema strument huma applikati tibqa’ fil-kompetenza tal-Istati Membri;

(b)

il-provvediment ta’ sistema ta’ liċenzjar u l-projbizzjoni tal-operat ta’ installazzjonijiet nukleari mingħajr liċenzja;

(c)

Il-provvediment ta’ sistema ta’ superviżjoni ta’ siġurtà nukleari;

(d)

azzjonijiet ta’ infurzar, inkluż is-sospensjoni tal-operat u l-modifika jew ir-revoka ta’ liċenzja.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jinżamm u jittejjeb meta jkun adatt, b’kont meħud tal-esperjenza operattiva, l-għarfien miksub minn analiżi tas-sigurtà għall-installazzjonijiet nukleari operattivi, l-iżvilupp tat-teknoloġija u r-riżultati ta’ riċerka dwar is-sigurtà, meta disponibbli u rilevanti.

Artikolu 5

Awtorità regolatorja kompetenti

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu awtorità regolatorja kompetenti fil-qasam tas-sigurtà nukleari tal-installazzjonijiet nukleari.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja kompetenti tkun funzjonalment separata minn kull korp jew organizzazzjoni oħra kkonċernata mill-promozzjoni jew l-użu ta’ enerġija nukleari, inkluża l-produzzjoni elettronika, sabiex tiġi żgurata l-indipendenza effettiva minn influwenza mhux dovuta fit-teħid ta’ deċiżjonijiet regolatorji.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja kompetenti tingħata s-setgħat legali u r-riżorsi umani u finanzjarji meħtiġin biex tissodisfa l-obbligi tagħha b’rabta mal-qafas nazzjonali deskritt fl-Artikolu 4(1) bi prijorità dovuta għas-sigurtà. Dan jinkludi s-setgħat u r-riżorsi biex:

(a)

id-detentur tal-liċenzja jkun meħtieġ jikkonforma mar-rekwiżiti nazzjonali ta’ sigurtà nukleari u t-termini tal-liċenzja rilevanti;

(b)

tkun meħtieġa turija ta’ din il-konformità, inklużi r-rekwiżiti stipulati taħt il-paragrafi 1 sa 5 tal-Artikolu 6;

(c)

din il-konformità tiġi verifikata permezz ta’ valutazzjonijiet u ispezzjonijiet regolatorji; u

(d)

jitwettqu azzjonijiet regolatorji ta’ infurzar, inkluż is-sospensjoni tal-operat ta’ installazzjoni nukleari skont il-kondizzjonijiet definiti mill-qafas nazzjonali msemmi fl-Artikolu 4(1).

Artikolu 6

Detenturi ta’ liċenzja

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabbiltà ewlenija għas-sigurtà nukleari ta’ installazzjoni nukleari tkun tad-detentur ta’ liċenzja. Din ir-responsabbiltà ma tistax tkun iddelegata.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali stabbilit jesiġi li d-detenturi ta’ liċenzja, taħt is-superviżjoni tal-awtorità regolatorja kompetenti, jivvalutaw u jivverifikaw regolarment, u jtejbu kontinwament, sakemm ikun raġonevolment possibbli, is-sigurtà nukleari tal-installazzjonijiet nukleari tagħhom b’mod sistematiku u verifikabbli.

3.   Il-valutazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2 għandhom jinkludu verifika li huma stabbiliti miżuri għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti u mitigazzjoni ta’ konsegwenzi ta’ aċċidenti, inkluż il-verifika tal-ostakoli fiżiċi u l-proċeduri amministrattivi ta’ ħarsien tad-detentur tal-liċenzja li jkollhom ifallu qabel ma l-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali jkunu affettwati b’mod sinifikattiv mir-radjazzjonijiet jonizzanti.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali stabbilit jesiġi li d-detenturi ta’ liċenzja jistabbilixxu u jimplimentaw sistemi ta’ ġestjoni li jagħtu prijorità dovuta għas-sigurtà nukleari u li huma vverifikati regolarment mill-awtorità regolatorja kompetenti.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali stabbilit jesiġi li d-detenturi ta’ liċenzja jipprevedu u jżommu riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex jiġu sodisfatti l-obbligi tagħhom fir-rigward tas-sigurtà nukleari ta’ installazzjoni nukleari, stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4.

Artikolu 7

Kompetenza u ħiliet fis-sigurtà nukleari

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali stabbilit jesiġi li jsiru arranġamenti adegwati għall-edukazzjoni u t-taħriġ mill-partijiet kollha għall-persunal tagħhom li għandu responsabbiltajiet relatati mas-sigurtà nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari sabiex tinżamm u tiġi żviluppata aktar il-kompetenza u l-ħiliet fis-sigurtà nukleari.

Artikolu 8

Informazzjoni għall-pubbliku

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni fir-rigward tar-regolamentazzjoni tas-sigurtà nukleari ssir disponibbli lill-ħaddiema u lill-pubbliku ġenerali. Dan l-obbligu jinkludi l-iżgurar li l-awtorità regolatorja kompetenti tinforma lill-pubbliku fl-oqsma ta’ kompetenza tagħha. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli lill-pubbliku skont il-leġislazzjoni nazzjonali u l-obbligi internazzjonali, sakemm dan ma jipperikolax interessi oħrajn, bħal, inter alia, is-sigurtà, rikonoxxuti fil-leġislazzjoni nazzjonali jew f’obbligi internazzjonali.

Artikolu 9

Rappurtar

1.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għall-ewwel darba sat-22 ta' Lulju 2014, u wara dan kull tliet snin, waqt li jieħdu vantaġġ miċ-ċikli ta’ reviżjoni u rappurtar taħt il-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Nukleari.

2.   Abbażi tar-rapporti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

3.   Mill-anqas kull għaxar snin, l-Istati Membri għandhom jaħsbu għal awtovalutazzjonijiet perijodiċi tal-qafas nazzjonali tagħhom u tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti u jsejħu reviżjoni internazzjonali inter pares ta’ elementi rilevanti tal-qafas nazzjonali tagħhom u/jew awtoritajiet bil-għan li tittejjeb kontinwament is-sigurtà nukleari. Ir-riżultati ta’ kwalunkwe reviżjoni inter pares għandhom jiġu rrappurtati lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, meta jkunu disponibbli.

KAPITOLU 3

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 10

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-22 ta' Lulju 2011. Għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva u kwalunkwe emenda sussegwenti għal dawk id-dispożizzjonijiet.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 12

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

L. MIKO


(1)  L-Opinjoni tal-10 ta’ Ġunju 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ April 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1.

(4)  C-187/87 (1988 Ġabra p. 5013), C-376/90 (1992 Ġabra I-6153), C-29/99 (2002 Ġabra I-11221).

(5)  ĠU L 318, 11.12.1999, p. 21.

(6)  ĠU L 371, 30.12.1987, p. 76.

(7)  ĠU L 357, 7.12.1989, p. 31.

(8)  Il-Prinċipji Fundamentali tal-IAEA: Prinċipji fundamentali tas-sigurtà, Standard tas-Sigurtà tal-IAEA Nru SF-1 (2006).

(9)  ĠU L 195, 27.7.2007, p. 44.

(10)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


2.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/23


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/77/KE

tal-1 ta’ Lulju 2009

li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi chlorsulfuron, cyromazine, dimethachlor, etofenprox, lufenuron, penconazole, tri-allate u triflusulfuron bħala sustanzi attivi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-ħsieb li jiġu possibilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi chlorsulfuron, cyromazine, dimethachlor, etofenprox, lufenuron, penconazole, tri-allate u triflusulfuron

(2)

Għal dawn is-sustanzi attivi l-effetti fuq saħħet il-bniedem u fuq l-ambjent ġew ivvalutati skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 1490/2002 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikanti. Barra minn hekk, dawk ir-Regolamenti jinnominaw lill-Istati Membri relaturi li għandhom iressqu r-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) b’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Għall-chlorsulfuron u s-cyromazine, l-Istat Membru relatur kien il-Greċja u l-informazzjoni rilevanti kollha tressqet fis-27 ta’ Lulju 2007 u fil-31 ta’ Awwissu 2007. Għad-dimethachlor u l-penconazole l-Istat Membru relatur kien il-Ġermanja u l-informazzjoni kollha rilevanti tressqet fit-2 ta’ Mejju 2007 u fid-19 ta’ Ġunju 2007 rispettivament. Għall-etofenprox l-Istat Membru relatur kien l-Italja u kull informazzjoni rilevanti tressqet fil-15 ta Lulju 2005. Għal-lufenuron l-Istat Membru relatur kien il-Portugall u tressqet l-informazzjoni kollha rilevanti fl-20 ta’ Settembru 2006. Għat-tri-allate, l-Istat Membru relatur kien ir-Renju Unit u tressqet l-informazzjoni kollha rilevanti fis-6 ta’ Awwissu 2007. Għat-triflusulfuron l-Istat Membru relatur kien Franza u tressqet l-informazzjoni kollha rilevanti fis-26 ta’ Lulju 2007.

(3)

Ir-rapporti ta’ valutazzjoni kienu riveduti b’mod inter pares mill-Istati Membri u mill-EFSA u mressqa quddiem il-Kummissjoni fis-26 ta’ Novembru 2008 għall-chlorsulfuron, fis-17 ta’ Settembru 2008 għas-cyromazine u għad-dimethachlor, u fid-19 ta’ Diċembru 2008 għall-etofenprox, fit-30 ta’ Settembru 2008 għal-lufenuron u t-triflusulfuron, fil-25 ta’ Settembru 2008 għall-penconazole u fis-26 ta’ Settembru 2008 għat-tri-allate fil-format tar-Rapporti Xjentifiċi tal-EFSA (4). Dawn ir-rapporti ġew riveduti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fis-26 ta’ Frar 2009 fil-format tar-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-chlorsulfuron, is-cyromazine, id-dimethachlor, il-lufenuron, il-penconazole, it-tri-allate u t-triflusulfuron u fit-13 ta’ Marzu 2009 għall-etofenprox.

(4)

Jidher mid-diversi eżaminazzjonijiet li saru, li l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-chlorsulfuron, is-cyromazine, id-dimethachlor, l-etofenprox, il-lufenuron, il-penconazole, it-tri-allate u t-triflusulfuron jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u ddettaljati fir-rapporti tar-reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li dawn is-sustanzi attivi jkunu inklużi fl-Anness I, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi jkunu jistgħu jingħataw skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb iktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tkun suġġetta għal xi kundizzjonijiet. Għalhekk, għal-lufenuron, id-dimethachlor u l-chlorsulfuron in-notifikanti għandhom jintalbu jressqu tagħrif ulterjuri rigward l-ispeċifikazzjoni kimika tas-sustanzi attivi kif immanifatturati. Barra minn hekk, għas-cyromazine u l-penconazole huwa xieraq li n-notifikanti jintalbu jressqu informazzjoni ulterjuri rigward id-destin u l-imġiba tal-metabolit tal-ħamrija NOA 435343 (għas-cyromazine) u U1 (għall-penconazole) rigward ir-riskju tal-organiżmi akkwatiċi. Barra minn hekk, huwa xieraq fir-rigward tat-tri-allate, li jintalab li n-notifikant iressaq informazzjoni ulterjuri rigward il-metaboliżmu ewlieni tal-pjanti, id-destin u l-imġiba tal-metabolit tal-ħamrija diisopropylamine, il-potenzjal ta’ bijomanjifikazzjoni fi ktajjen alimentari akkwatiċi, ir-riskju għall-mammiferi li jieklu l-ħut u r-riskju fit-tul għall-ħniex. Barra minn hekk, huwa xieraq li għall-etofenprox jintalab li n-notifikant iressaq tagħrif ulterjuri dwar ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi inkluż ir-riskju għall-annimali li jgħixu fis-sediment, studji ulterjuri dwar il-potenzjal ta’ xkiel endokrinali f’organiżmi akkwatiċi (studju dwar iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-ħut) u bijomanjifikazzjoni. Finalment, għad-dimethachlor, il-chlorsulfuron u t-triflusulfuron, in-notifikanti għandhom jintalbu jressqu informazzjoni ulterjuri rigward ir-rilevanza tossikoloġika tal-metaboliti f’każ li s-sustanza tkun ikklassifikata bħala kategorija karċinoġenika 3.

(6)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I biex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(7)

Bla ħsara għall-obbligi definiti mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-chlorsulfuron, is-cyromazine, id-dimethachlor, l-etofenprox, il-lufenuron, il-penconazole, it-tri-allate u t-triflusulfuron sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, u b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif ikun xieraq, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mill-iskadenza stabbilita hawn fuq, għandu jiġi stipulat perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tal-fajl komplut tal-Anness III ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi eżaminati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (5) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti b’relazzjoni għall-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni jkollu x’juri li għandu aċċess għall-fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ din id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponix xi obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew dawk li għandhom l-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati s’issa li jemendaw l-Anness I.

(9)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom b’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn hemm bżonn, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-chlorsulfuron, is-cyromazine, id-dimethachlor, l-etofenprox, il-lufenuron, il-penconazole, it-tri-allate u t-triflusulfuron bħala sustanzi attivi sat-30 ta’ Ġunju 2010.

Sa dik id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li jikkonċernaw il-chlorsulfuron, is-cyromazine, id-dimethachlor, l-etofenprox, il-lufenuron, il-penconazole, it-tri-allate u t-triflusulfuron, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tikkonċerna dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu, jew ikollu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

2.   Bħala deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-chlorsulfuron, is-cyromazine, id-dimethachlor, l-etofenprox, il-lufenuron, il-penconazole, it-tri-allate u t-triflusulfuron jew bħala l-unika sustanza attiva jew bħala waħda minn diversi sustanzi attivi li kollha kemm huma ġew elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009, l-Istati Membri għandhom jirrivalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li tikkonċerna l-chlorsulfuron, is-cyromazine, id-dimethachlor, l-etofenprox, il-lufenuron, il-penconazole, it-tri-allate u t-triflusulfuron rispettivament. Fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara dik id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-chlorsulfuron, is-cyromazine, id-dimethachlor, l-etofenprox, il-lufenuron, il-penconazole, it-tri-allate u t-triflusulfuron bħala l-unika sustanza attiva, fejn hemm bżonn, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2014; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih il-chlorsulfuron, is-cyromazine, id-dimethachlor, l-etofenprox, il-lufenuron, il-penconazole, it-tri-allate u t-triflusulfuron bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn hemm bżonn, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2014 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar ta’ din ix-xorta fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema minnhom tkun l-iktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 201, Konkluzjoni dwar ir-revizjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva chlorsulfuron (iffinalizzata fis-26 ta’ Novembru 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 168, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva cyromazine (iffinalizzata fis-17 ta’ Settembru 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 169, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva dimethachlor (iffinalizzata fis-17 ta’ Settembru 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 213, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva etofenprox (iffinalizzata fid-19 ta’ Diċembru 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 189, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva lufenuron (iffinalizzata fit-30 ta’ Settembru 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 175, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva penconazole (iffinalizzata fil-25 ta’ Settembru 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 195, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva triflusulfuron (iffinalizzata fit-30 ta’ Settembru 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 181, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva tri-allate (iffinalizzata fis-26 ta’ Settembru 2008).

(5)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.


ANNESS

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżied fl-aħħar tat-tabella tal-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“287

Chlorsulfuron

CAS Nru 64902-72-3

CIPAC Nru 391

1-(2-chlorophenylsulfonyl)-3-(4-methoxy-6-methyl-1,3,5-triazin-2-yl)urea

≥ 950 g/kg

Impuritajiet:

2-Chlorobenzenesulfonamide (IN-A4097) mhux iktar minn 5 g/kg u

4-methoxy-6-methyl-1,3,5-triazin-2-amine (IN-A4098) mhux iktar minn 6 g/kg

l-1 ta’ Jannar 2010

il-31 ta’ Diċembru 2019

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-chlorsulfuron, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-26 ta’ Frar 2009.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti:

għall-protezzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi u pjanti mhux fil-mira; b’rabta ma’ dawn ir-riskji identifikati, miżuri għat-tnaqqis tar-riskji, fosthom żoni ta’ lqugħ, għandhom jiġu applikati fejn xieraq.

għall-protezzjoni tal-ilma taħt l-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet tal-klima vulnerabbli.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom:

jiżguraw li n-notifikant jibgħat lill-Kummissjoni studji ulterjuri dwar l-ispeċifikazzjoni sal-1 ta’ Jannar 2010.

Jekk il-chlorsulfuron huwa kklassifikat bħala kategorija karċinoġenika 3 b’konformità mal-punt 4.2.1. tal-Anness VI tad-Direttiva 67/548/KEE, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu t-tressiq ta’ iktar informazzjoni dwar ir-rilevanza tal-metaboliti IN-A4097, IN-A4098, IN-JJ998, IN-B5528 u IN-V7160 fir-rigward tal-kankru u jiżguraw li n-notifikant jipprovdi dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur min-notifika tad-deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni li tikkonċerna dik is-sustanza.

288

Cyromazine

CAS Nru 66215-27-8

CIPAC Nru 420

N-cyclopropyl-1,3,5-triazine-2,4,6-triamine

≥ 950 g/kg

l-1 ta’ Jannar 2010

il-31 ta’ Diċembru 2019

PARTI A

L-użi bħala insettiċida fis-serer biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-cyromazine għal użi li mhumiex fit-tadam, jiġifieri fir-rigward tal-espożizzjoni tal-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(1)(b), u għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta kwalunkwe dejta u informazzjoni meħtieġa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar is-cyromazine, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-26 ta’ Frar 2009.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti:

għall-protezzjoni tal-ilma taħt l-art, meta s-sustanza attiva tkun applikata fir-reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet ta’ klima vulnerabbli;

għall-protezzjoni tal-organiżmi akkwatiċi;

għall-protezzjoni ta’ impollinaturi.

Il-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju, fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu t-tressiq ta’ aktar informazzjoni dwar id-destin u l-imġiba tal-metabolit tal-ħamrija NOA 435343 u dwar ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi. Huma għandhom jiżguraw li n-notifikant li fuq talba tiegħu s-cyromazine ġiet inkluża f’dan l-Anness jipprovdu informazzjoni bħal din lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011.

289

Dimethachlor

CAS Nru 50563-36-5

CIPAC Nru 688

2-chloro-N-(2-methoxyethyl)acet-2′,6′-xylidide

≥ 950 g/kg

Impurità 2,6-dimethylaniline: Mhux iktar minn 0,5 g/kg

l-1 ta’ Jannar 2010

il-31 ta’ Diċembru 2019

PARTI A

L-użi bħala erbiċidi f’applikazzjoni ta’ massimu ta’ 1.0 kg/ha unikament kull tielet sena fl-istess għalqa biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar id-dimethachlor, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-26 ta’ Frar 2009.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti:

għas-sikurezza tal-operaturi u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali adegwat;

għall-protezzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi u pjanti mhux fil-mira; b’rabta ma’ dawn ir-riskji identifikati, miżuri għat-tnaqqis tar-riskji, fosthom żoni ta’ lqugħ, għandhom jiġu applikati fejn xieraq;

għall-protezzjoni tal-ilma taħt l-art, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet tal-klima vulnerabbli.

Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju u għandhom jinbdew programmi ta’ sorveljanza biex tiġi vverifikata l-kontaminazzjoni potenzjali tal-ilma taħt l-art mill-metaboliti CGA 50266, CGA 354742, CGA 102935 u SYN 528702 f’żoni vulnerabbli, fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom:

jiżguraw li n-notifikant jibgħat lill-Kummissjoni studji ulterjuri dwar l-ispeċifikazzjoni sal-1 ta’ Jannar 2010;

Jekk id-dimethachlor huwa kklassifikat bħala kategorija karċinoġenika 3 b’konformità mal-punt 4.2.1. tal-Anness VI tad-Direttiva 67/548/KEE, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu t-tressiq ta’ iktar informazzjoni dwar ir-rilevanza tal-metaboliti CGA 50266, CGA 354742, CGA 102935 u SYN 528702 fir-rigward tal-kankru u jiżguraw li n-notifikant jipprovdi dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur min-notifika ta’ deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni li tikkonċerna dik is-sustanza.

290

Etofenprox

CAS Nru 80844-07-1

CIPAC Nru 471

2-(4-ethoxyphenyl)-2-methylpropyl 3-phenoxybenzyl

ether

≥ 980 g/kg

l-1 ta’ Jannar 2010

il-31 ta’ Diċembru 2019

PARTI A

L-użi bħala insettiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar l-etofenprox, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-26 ta’ Frar 2009.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti:

għas-sikurezza tal-operaturi u l-ħaddiema u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali adegwat;

għall-protezzjoni tal-organiżmi akkwatiċi; b’rabta ma’ dawn ir-riskji identifikati, miżuri għat-tnaqqis tar-riskji, fosthom żoni ta’ lqugħ, għandhom jiġu applikati fejn xieraq;

għall-protezzjoni ta’ naħal u artropodi mhux fil-mira; b’rabta ma’ dawn ir-riskji identifikati, miżuri għat-tnaqqis tar-riskji, fosthom żoni ta’ lqugħ, għandhom jiġu applikati fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom

jiżguraw li n-notifikant jibgħat informazzjoni ulterjuri lill-Kummissjoni dwar ir-riskju lill-organiżmi akkwatiċi inkluż ir-riskju għall-annimali li jgħixu fis-sediment u l-bijomanjifikazzjoni;

jiżguraw it-tressiq ta’ studji ulterjuri dwar potenzjal ta’ xkiel endokrinali f’organiżmi akkwatiċi (studju dwar iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-ħut).

Huma għandhom jiżguraw li n-notifikanti jipprovdu dawn l-istudji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011.

291

Lufenuron

CAS Nru 103055-07-8

CIPAC Nru 704

(RS)-1-[2,5-dichloro-4-(1,1,2,3,3,3-hexafluoro-propoxy)-phenyl]-3-(2,6-difluorobenzoyl)-urea

≥ 970 g/kg

l-1 ta’ Jannar 2010

il-31 ta’ Diċembru 2019

PARTI A

L-użi fuq ġewwa jew użu fi stazzjonijiet ta’ lixka fuq barra bħala insettiċida biss huma awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-lufenuron u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-26 ta’ Frar 2009.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti:

għall-persistenza għolja fl-ambjent u r-riskju għoli ta’ bijoakkumulazzjoni u għandhom jiżguraw li l-użu tal-lufenuron m’għandu l-ebda effetti ħżiena fit-tul fuq l-organiżmi li mhumiex fil-mira;

għall-protezzjoni tal-għasafar, il-mammiferi, l-organiżmi fil-ħamrija li mhumiex fil-mira, in-naħal, l-antropodi li mhumiex fil-mira, l-organiżmi akkwatiċi u dawk tal-ilmijiet tal-wiċċ f’sitwazzjonijiet vulnerabbli.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom:

jiżguraw li n-notifikant jibgħat lill-Kummissjoni studji ulterjuri dwar l-ispeċifikazzjoni sal-1 ta’ Jannar 2010.

292

Penconazole

CAS Nru 66246-88-6

CIPAC Nru 446

(RS) 1-[2-(2,4-dichloro-phenyl)-pentyl]-1H-[1,2,4] triazole

≥ 950 g/kg

l-1 ta’ Jannar 2010

il-31 ta’ Diċembru 2019

PARTI A

L-użi bħala fungiċida fis-serer biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-penconazole u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-26 ta’ Frar 2009.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti:

għall-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art, meta s-sustanza attiva tkun applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet ta’ klima vulnerabbli.

Il-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju, fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu l-preżentazzjoni ta’ studji ulterjuri dwar id-destin u l-imġiba tal-metabolit tal-ħamrija U1. Huma għandhom jiżguraw li n-notifikant li fuq talba tiegħu ġie inkluż il-penconazole f’dan l-Anness jipprovdi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011.

293

Tri-allate

CAS Nru 2303-17-5

CIPAC Nru 97

S-2,3,3-trichloroallyl di-isopropyl

(thiocarbamate)

≥ 940 g/kg

NDIPA (Nitroso-diisopropylamine)

massimu ta’ 0,02 mg/kg

l-1 ta’ Jannar 2010

il-31 ta’ Diċembru 2019

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar it-tri-allate u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-26 ta’ Frar 2009.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti:

għas-sikurezza tal-operaturi u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali adegwat;

għall-espożizzjoni djetetika tal-konsumaturi għar-residwu ta’ tri-allate f’għelejjel ittrattati kif ukoll f’għelejjel rotazzjonali suċċessivi u fi prodotti ta’ oriġini mill-annimali;

għall-protezzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi u ta’ pjanti li mhumiex fil-mira u jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju bħal żoni ta’ lqugħ.

il-possibilità ta’ kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art mill-prodotti ta’ degredazzjoni TCPSA meta s-sustanza attiva tiġi applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonjiet tal-klima vulnerabbli. Il-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jridu jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li n-notifikant jippreżenta lill-Kummissjoni:

informazzjoni ulterjuri biex tivvaluta l-metaboliżmu ewlieni tal-pjanti;

informazzjoni ulterjuri dwar id-destin u l-imġiba tal-metabolit tal-ħamrija diisopropylamine;

informazzjoni ulterjuri dwar il-potenzjal għal bijomanjifikazzjoni fil-ktajjen alimentari akkwatiċi;

informazzjoni biex ikompli jiġi indirizzat ir-riskju għall-mammiferi li jieklu l-ħut u r-riskju fit-tul għall-ħniex.

Huma għandhom jiżguraw li n-notifikant jipprovdi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011.

294

Triflusulfuron

CAS Nru 126535-15-7

CIPAC Nru 731

2-[4-dimethylamino-6-(2,2,2-trifluoroethoxy)-1,3,5-triazin-2-ylcarbamoylsulfamoyl]-m-toluic acid

≥ 960 g/kg

N,N-dimethyl-6-(2,2,2-trifluoroethoxy)-1,3,5-triazine-2,4-diamine

Massimu ta’ 6 g/kg

l-1 ta’ Jannar 2010

il-31 ta’ Diċembru 2019

PARTI A

L-użi bħala erbiċida f’applikazzjoni fuq pitravi taz-zokkor u tal-għalf ta’ massimu ta’ 60 g/ha kull tielet sena fl-istess għalqa biss jistgħu jkunu awtorizzati. Il-weraq tal-għelejjel ittrattati ma jistgħux jintemgħu lill-bhejjem.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar it-triflusulfuron u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-26 ta’ Frar 2009.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti:

għall-espożizzjoni djetetika tal-konsumaturi għar-residwu tal-metaboliti IN-M7222 u IN-E7710 f’għelejjel rotazzjonali suċċessivi u fi prodotti ta’ oriġini mill-annimali;

għall-protezzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi u ta’ pjanti akkwatiċi mir-riskju li ġej mit-triflusulfuron u l-metabolit IN-66036 u jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju bħal żoni ta’ lqugħ;

il-possibilità ta’ kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art mill-prodotti ta’ degredazzjoni IN-M7222 u IN-W6725 meta s-sustanza attiva tiġi applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonjiet tal-klima vulnerabbli. Il-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jridu jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

Jekk it-triflusulfuron huwa kklassifikat bħala kategorija karċinoġenika 3 b’konformità mal-punt 4.2.1 tal-Anness VI tad-Direttiva 67/548/KEE, l-Istat Membru kkonċernat għandu jitlob it-tressiq ta’ iktar informazzjoni dwar ir-rilevanza tal-metaboliti IN-M7222, IN-D8526 u IN-E7710 fir-rigward tal-kankru. Huma għandhom jiżguraw li n-notifikant jipprovdi dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur min-notifika tad-deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni li tikkonċerna s-sustanza.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport ta' reviżjoni.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

2.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/34


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Ġunju 2009

li taħtar membru ġdid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(2009/507/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 128 tiegħu,

Billi:

F’ittra datata 25 ta’ Ġunju 2009, Ms Dalia GRYBAUSKAITĖ irriżenjat mill-kariga tagħha bħala membru tal-Kummissjoni. Għandha tiġi sostitwita għall-bqija tal-mandat tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Algirdas Gediminas ŠEMETA huwa b’dan maħtur membru tal-Kummissjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sal-31 ta’ Ottubru 2009.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fl-1 ta’ Lulju 2009.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KOHOUT


Il-Bank Ċentrali Ewropew

2.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/35


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-25 ta’ Ġunju 2009

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2008/20 dwar il-volum ta’ muniti euro li l-Awstrija tista’ toħroġ fl-2009

(BĊE/2009/15)

(2009/508/KE)

Il-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 106(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta’ Jannar 1999, biex japprova l-volum ta’ muniti li joħorġu l-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa ‘l quddiem l-“Istati Membri parteċipanti”).

(2)

Fis-26 ta’ Mejju 2009 l-Oesterreichische Nationalbank talab lill-BĊE li japprova żieda ta’ EUR 160 miljun fil-volum ta’ muniti euro li l-Awstrija tista’ toħroġ fl-2009,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Żieda fil-volum tal-muniti euro

Il-BĊE japprova ż-żieda fil-volum ta’ muniti euro li l-Awstrija tista’ toħroġ fl-2009.

Bħala riżultat, it-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/20 tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tinbidel b’dan li gej:

(EUR miljuni)

 

“Ħruġ ta’ muniti intiżi għaċ-ċirkulazzjoni u l-ħruġ ta’ muniti għall-kollezzjonisti (mhux intiżi għaċ-ċirkulazzjoni) fl-2009

Il-Belġju

105,4

Il-Ġermanja

632,0

L-Irlanda

65,5

Il-Greċja

85,7

Spanja

390,0

Franza

252,5

L-Italja

234,3

Ċipru

22,5

Il-Lussemburgu

42,0

Malta

15,4

L-Olanda

68,5

L-Awstrija

376,0

Il-Portugall

50,0

Is-Slovenja

27,0

Is-Slovakkja

131,0

Il-Finlandja

60,0 ”

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri parteċipanti.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Ġunju 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 58.


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

2.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/36


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/509/PESK

tal-25 ta' Ġunju 2009

li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK dwar il-missjoni ta’ konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK (1) dwar il-missjoni tal-Unjoni Ewropea li tipprovdi konsulenza u assistenza għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) li ssosstitwixxiet il-missjoni stabbilita preċedentement mill-Azzjoni Konġunta 2005/355/PESK (2).

(2)

Fis-26 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/491/PESK (3) li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK sat-30 ta’ Ġunju 2009.

(3)

Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet Kongoliżi u partijiet oħra kkonċernati, tidher il-ħtieġa li l-missjoni tiġi estiża għal perijodu ulterjuri, u fit-12 ta’ Mejju 2009, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda li l-missjoni tiġi estiża bi tliet xhur addizzjonali.

(4)

L-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja biex tkun koperta n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009 għandu jkun ta’ EUR 8 450 000.”;

(2)

it-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Għandha tapplika sat-30 ta’ Settembru 2009.”.

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

L. MIKO


(1)  ĠU L 151, 13.6.2007, p. 52.

(2)  ĠU L 112, 3.5.2005, p. 20.

(3)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 42.