Sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS)

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (KE) Nru 458/2007 dwar is-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS)

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi s-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS). Din is-sistema tipprovdi regoli legali maħsuba biex itejbu l-utilità tal-ġabriet tad-dejta attwali f’termini ta’ puntwalità, kopertura u komparabilità.

PUNTI EWLENIN

Dan ir-regolament jistabbilixxi sistema Ewropea ta’ statistika integrata tal-ħarsien soċjali, imsejħa ESSPROS. Huwa jipprovdi għal:

L-istatistika relatata mas-sistema ewlenija tal-ESSPROS għandha tkopri l-flussi finanzjarji fuq l-infiq u d-dħul tal-ħarsien soċjali (dejta kwantitattiva u kwalitattiva). Dawn jikkonċernaw l-iskemi ta’ protezzjoni soċjali differenti.

Minbarra s-sistema ewlenija, żdiedu moduli li jkopru informazzjoni statistika supplimentari dwar aspetti partikolari ta’ ħarsien soċjali.

Il-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema

L-ESSPROS tkopri statistiċi dwar il-flussi finanzjarji tan-nefqa u d-dħul tas-sigurtà soċjali.

Id-dejta qed tinġabar mill-bidu tas-sena 2008 bħala perjodu ta’ referenza.

Modulu dwar il-benefiċjarji tal-pensjoni

Modulu dwar il-benefiċjarji tal-pensjoni kellu jiżdied mas-sistema ewlenija mill-2008 bħala perjodu ta’ referenza.

Moduli addizzjonali

Sabiex jiġi introdott modulu dwar il-benefiċċji netti tal-ħarsien soċjali*, il-ġabriet ta’ dejta pilota għas-sena 2005 kellhom jitwettqu fil-pajjiżi kollha tal-UE sal-aħħar tal-2008.

Abbażi ta’ sinteżi ta’ dawn il-ġabriet ta’ dejta pilota nazzjonali, ittieħdet deċiżjoni biex jiġi introdott dan il-modulu u għat-tnedija ta’ ġabra sħiħa ta’ dejta, iżda mhux qabel l-2010.

Sorsi tad-dejta

L-istatistika għandha tkun ibbażata fuq reġistri u sorsi amministrattivi oħra, stħarriġ u stimi, skont id-disponibbiltà tagħhom fil-pajjiżi tal-UE u skont il-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali.

Arranġamenti għall-implimentazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea adottat regolamenti speċifiċi biex timplimenta r-regolament ESPROSS. Dawn jikkonċernaw:

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-20 ta’ Mejju 2007.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Benefiċċji għall-ħarsien soċjali: trasferimenti, fi flus jew in natura, minn skemi ta’ ħarsien soċjali lil familji u individwi biex jeħilsuhom mill-piż ta’ wieħed jew aktar mir-riskji jew ħtiġijiet bħal:

Il-benefiċċji netti tal-ħarsien soċjali jqisu l-valur ta’ dawn il-benefiċċji wara kwalunkwe taxxa u kontribuzzjoni soċjali mħallsa mir-riċevitur.

DOKUMENT EWLIENI

Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ April 2007 dwar is-sistema Ewropea ta’ l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) (ĠU L 113, 30.4.2007, pp. 3-8)

DOKUMENTI RELATATI

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 263/2011 tas-17 ta’ Marzu 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) fir-rigward tat-tnedija ta’ ġabra kompluta ta’ dejta għall-modulu tal-ESSPROS dwar il-benefiċċji ta’ ħarsien soċjali netti (ĠU L 71, 18.3.2011, pp. 4-8)

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2011 tat-8 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-sistema Ewropea tal-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESPROSS) fir-rigward tal-formati xierqa għat-trażmissjoni tad-dejta, ir-riżultati li għandhom jiġu trażmessi u l-kriterji għall-kejl tal-kwalità għall-modulu ESSPROS dwar il-benefiċċji tal-ħarsien soċjali netti (ĠU L 34, 9.2.2011, pp. 29-32)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 10/2008 tat-8 ta’ Jannar 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea ta’ l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) fir-rigward tad-definizzjonijiet, il-klassifikazzjonijiet dettaljati u l-aġġornament tar-regoli għat-tixrid tas-sistema ċentrali ta’ l-ESSPROS u l-modulu dwar il-benefiċjarji ta’ pensjoni (ĠU L 5, 9.1.2008, pp. 3-12)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1322/2007 tat-12 ta’ Novembru 2007 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-sistema Ewropea ta’ statistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) fir-rigward tal-formati xierqa għat-trasmissjoni, ir-riżultati li għandhom jiġu trasmessi u l-kriterji għall-kejl tal-kwalità għas-sistema prinċipali ESSPROS u l-modulu dwar il-benefiċjarji tal-pensjonijiet (ĠU L 294, 13.11.2007, pp. 5-10)

l-aħħar aġġornament 19.04.2018