2003R0998 — MT — 01.07.2013 — 018.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 998/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Mejju 2003

dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE

(ĠU L 146, 13.6.2003, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 592/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004

  L 94

7

31.3.2004

►M2

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tat-13 ta' Settembru 2004

  L 298

22

23.9.2004

 M3

COMMISSION REGULATION (EC) No 1994/2004 of 19 November 2004 (*)

  L 344

17

20.11.2004

 M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2054/2004 tad-29 ta' Novembru 2004

  L 355

14

1.12.2004

 M5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 425/2005 tal-15 ta' Marzu 2005

  L 69

3

16.3.2005

 M6

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1193/2005 tal-25 ta' Lulju 2005

  L 194

4

26.7.2005

 M7

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 18/2006 tas-6 ta’ Jannar 2006

  L 4

3

7.1.2006

 M8

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 590/2006 tat-12 ta’ April 2006

  L 104

8

13.4.2006

►M9

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1467/2006 ta’ l-4 ta' Ottubru 2006

  L 274

3

5.10.2006

►M10

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 245/2007 tat-8 ta’ Marzu 2007

  L 73

9

13.3.2007

►M11

REGOLAMENT (KE) Nru 454/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta’ Mejju 2008

  L 145

238

4.6.2008

►M12

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1144/2008 tat-18 Novembru 2008

  L 308

15

19.11.2008

►M13

REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009

  L 87

109

31.3.2009

►M14

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 898/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009

  L 256

10

29.9.2009

►M15

REGOLAMENT (UE) Nru 438/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta’ Mejju 2010

  L 132

3

29.5.2010

►M16

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1153/2011 tat-30 ta' Awwissu 2011

  L 296

13

15.11.2011

►M17

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 52/2012 tal-20 ta’ Jannar 2012

  L 18

1

21.1.2012

►M18

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

1

10.6.2013



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 998/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Mejju 2003

dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunit Ewopea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 u l-Artikolu 152(4)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ).

Wara li kkunidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 )

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Huma u jaġixxu skond ilproċedura stabbilita l-Artikolu 251 tat-Trattat ( 3 ), fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tar-Rikonċiljazzjoni fit-18 ta’ Frar 2003

Billi:

(1)

Hija meħtieġa l-armonizzazzjoni tal-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets bejn l-Istati Membri u minn pajjiżi terzi u l-miżuri adottati fil-livell Komunitarju biss jistgħu jgħinu li jinkiseb dan il-għan.

(2)

Dan ir-Regolament jirrigwarda l-moviment ta’ l-annimali ħajjin koperti bl-Anness I ta’ mat-Trattat. Uħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu, b’mod partikolari li jirrigwardaw ir-rabbja, għandhom bħala l-għan dirett tagħhom il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, filwaqt li oħrajn jirrigwardaw biss is-saħħa ta’ l-annimali. L-Artikolu 37 u l-Artikolu 152(4)(b) tat-Trattat huma għalhekk il-bażi approprjat.

(3)

Għal dawn l-aħħar 10 snin is-sitwazzjoni tar-rabbja ttejbet b’mod spettakolari matul il-Komunit kollha wara l-implimentazzjoni tal-programmi għat-tilqim mill-fomm tal-volpijiet fir-reġjuni affettwati bl-epidemja tar-rabbja silvatika illi nfirxet fl-Ewropa tal-grigal sa mis-snin ta’ l-1960.

(4)

Dan it-titjib wassal lir-Renju Unit u lill-Isvezja li jabbandunaw is-sistema tal-kwarantina ta’ sitt xhur li huma ilhom japplikaw għal għexieren ta’ snin, favur sistema alternattiva inqas restrittiva li tipprovdi ammont ekwivalenti ta’ sigurt. Għandha għalhekk issir dispożizzjoni fil-livell Komunitarju sabiex tiġi applikata sistema għall-moviment ta’ l-animali tal-gost għal dawn l-Istati Membri għal perjodu transitorju taż-żmien ta’ ħames snin u għall-Kummissjoni, fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba u opinjoni xjentifika mill-Awrorit Ewropea tas-Sigurt fl-Ikel, li tippreżenta rapport fi-żmien f’waqtu bi proposti approprjati. Għandha wkoll issir dispożizzjoni għal proċedura mħaffa sabiex tiġi deċiża estensjoni temporanja tar-regim transitorju msemmi hawn fuq, b’mod partikolari jekk l-istima xjentifika ta’ l-esperjenza miksuba jkollha tagħmel meħtieġ perjodi itwal taż-żmien minn dawk stabbiliti korrentement.

(5)

Il-każijiet tar-rabbja osservati fil-karnivori tal-gost fil-Komunit issa jaffettwaw b’mod ewlieni l-annimali li joriġinaw f’pajjiżi terzi fejn huwa endemiku t-tip urban tar-rabbja. Għandhom għalhekk ikunu iktar strinġenti l-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali ġeneralment applikati sa issa mill-Istati Membri għall-karnivori tal-gost imdaħħla minn dawn il-pajjiżi terzi.

(6)

Madankollu għandhom jiġu kkunsidrati derogi rigward il-moviment minn pajjiżi terzi li, mil-lat tas-saħħa ta’ l-annimali, jappartjienu għall-istess reġjun ġeografiku bħlma hi l-Komunit.

(7)

L-Artikolu 299(6)(ċ) tat-Trattat u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 706/73 tat-12 ta’ Marzu 1973 li jirrigwarda l-arranġamentri Komunitarji li japplikaw għaċ-Channel Islands u għall-Isle of Man dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli ( 4 ) jipprovdu illi l-leġislazzjoni veterinarja Komunitarja tapplika għaċ-Channel Islands u għall-Isle of Man, li, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, iridu għalhekk jiġu kkunsidrati bħala parti mir-Renju Unit.

(8)

Għandu jiġi stabbilit ukoll qafas legali għall-ħtiġet tas-saħħa ta’ l-annimali li japplika għall-moviment mhux kummerċjali ta’ l-ispeċji ta’ l-annimali mhux affettwati mir-rabbja jew ta’ ebda sinifikat epidemjoloġiku rigward ir-rabbja u rigward il-mard l-ieħor li jaffettwa l-ispeċji ta’ l-annimali elenkati fl-Anness I.

(9)

Huwa approprjat illi dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolamnt tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ l-ispeċji tal-fawna u tal-flora billi jiġi rregolat il-kummerċ fihom ( 5 ).

(10)

Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għalbiex jiġu eżerċitati l-poteri ta’ implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni ( 6 ).

(11)

Il-ħtiġet Komunitarji eżistenti dwar is-saħħa ta’ l-annimali u b’mod iktar speċifiku d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ fi, u l-importazjoni fil-Komunit tas-semen, il-bajd u l-embrijoni ta’ l-annimali mhux soġġetti għall-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali stabbiliti f’regoli speċifiċi Komunitarji riferiti fl-Anness A(I) mad-Direttiva 90/425/KEE ( 7 ), japplikaw biss b’mod ġenerali għall-kummerċ. Sabiex jiġi evitat illi l-movimenti ta’ l-annimali jiġu ttravestiti b’mod frawdolenti bħala movimenti tal-pets mhux kummerċjali fit-tifsira ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid bil-ħsieb tat-tiswija tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/65/KEE dwar il-moviment ta’ l-annimali ta’ l-ispeċji speċifikati fil-partijiet A u B ta’ l-Anness I, bil-għan li tiġi żġurata l-uniformit tagħhom mar-regoli ddikjarata f’dan ir-Regolament. Bl-istess mira, għandha ssir dispożizzjoni għall-possibbilt li jiġi speċifikat numru massimu ta’ annimali li jistgħu jkunu bla ħsara għall-moviment fit-tifsira ta’ dan ir-Regolament li ‘l fuq minnu jridu jappklikaw ir-regoli li jirrigwardaw il-kummerċ.

(12)

Il-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma ddisinjati għalbiex jiżguraw livell suffiċjenti ta’ sigurt fir-rigward ta’ dawn ir-riskji għas-saħħa involuti. Dawn ma jikkostitwixxux ostakoli mhux iġġustifikati għall-moviment li jidħol fil-kamp ta’ l-applikazzjoni tiegħu, ġaladarba jkunu msejsa fuq il-konklużjonijiet tal-gruppi ta’ l-esperti kkonsultati dwar il-materja u b’mod partikolari fuq rapport mill-Kumitat Xjentifiku Veterinarju ppubblikat fis-16 ta’ Settembru 1997,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:



Il-KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u r-regoli li japplikaw għall-kontrolli fuq dan il-moviment.

Artikolu 2

Dan ir-Regokament japplika għall-moviment bejn l-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi ta’ annimali tal-gost elenkati fl-Anness I.

Għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-Reglament (KE) Nru 338/97.

Id-dispożizzjonijiet imsejsa fuq kondizzjonijiet oħra għajr dawk li għandhom x’jaqsmu mal-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali, u maħsuba għalbiex jirrestrinġu l-movimnt ta’ ċerti speċji jew razez tal-pets, ma għandhomx jiġu affettwati b’dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) “annimali tal-gost” tfisser l-annimali ta’ l-ispeċji elenkati fl-Anness I li jkunu jakkumpanjaw lis-sidien tagħhom jew persuna naturali responsabbli minn dawn l-annimali f’isem is-sid matul il-moviment tagħhom u ma jkunux maħsuba li jinbigħu jew li jiġu ttrasferiti għal għand sid ieħor;

(b) “passaport” ifisser kull dokument li jgħin lill-annimal tal-gost li jkun identifikat biċ-ċar u jinkludi l-punti li jgħinu li jiġi ċċekkjat l-istatus tiegħu rigward dan ir-Regolament, li jrid jitfassal skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 17;

(ċ) “moviment” ifisser kull moviment ta’ annimal tal-gost bejn l-Istati Membri jew id-dħul tiegħu jew id-dħul mill-ġdid fit-territorju tal-Komunità minn pajjiż terz.

Artikolu 4

1.  Matul perjodu transitorju taż-żmien ta’ tmien snin l li jibda mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-annimali ta’ l-ispeċji elenkati fil-partijiet A u B ta’ l-Anness I għandhom jiġu meqjusa identifikati meta jġorru:

(a) jew tatwaġġ li jista’ jinqara biċ-ċar; jew

(b) sistema elettronika ta’ l-idenitifikazzjoni (transponder).

▼M15

Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, meta t-transponder ma jikkonformax mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness Ia, is-sid jew il-persuna fiżika responsabbli mill-pet f’isem is-sid jeħtieġ li tipprovdi l-mezzi neċessarji sabiex jinqara t-transponder kull meta ssir spezzjoni.

▼B

2.  Tieħu liema għamla tieħu s-sistema ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-annimal, għndha ssir dispożizzjoni wkoll sabiex tindika d-dettalji li jidentifikaw l-isem u l-indirizz ta’ sid l-annimal.

3.  L-Istati Membri li jeħieġu li l-annimali li jidħlu fit-territorju tagħhom, minflok fil-kwarantina, ikunu identifikati skond il-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu1 jistgħu jissoktaw jagħmlu dan matul il-perjodu transitorju taż-żmien.

4.  Wara l-perjodu transitorju taż-żmien, il-metodu riferit fil-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 biss għandu jiġi aċċettat bħala l-mezz li jidentifika annimal.



Il-KAPITOLU II

Id-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-moviment bejn l-Istati Membri

Artikolu 5

1.  Meta jkunu qegħdin jiġu mċaqalqa ninn post għall-ieħor, l-annimali tal-gost ta’ l-ispeċji elenkati fil-partijiet A u B ta l-Anness I iridu, mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 6:

(a) jiġu identifikati skond l-Artikolu 4, u

▼M15

(b) għandhom ikunu akkumpanjati minn passaport maħruġ minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti li jiċċertifika li:

(i) l-annimal inkwistjoni jkun ingħata tilqima valida kontra r-rabbja skont l-Anness Ib,

(ii) fejn ikun meħtieġ, ikunu ttieħdu miżuri tas-saħħa preventivi kontra mard ieħor fir-rigward tal-annimal inkwistjoni.

▼M15

Sabiex jiġi żgurat il-kontroll tal-mard l-ieħor minbarra r-rabbja, li x’aktarx jinxtered minħabba l-moviment tal-pets, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 19b u suġġetti għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 19c u 19d, il-miżuri tas-saħħa preventivi msemmija fil-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu. Dawk il-miżuri għandhom ikunu ġġustifikati xjentifikament u għandhom ikunu proporzjonati mar-riskju li dak il-mard jinxtered minħabba dak il-moviment.

▼B

2.  L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-moviment ta’ l-annimali elenkati fil-partijiet A u B ta’ l-Anness I li jkunu ta’ tliet xhur għomor u mhux imlaqqma, jekk ikunu akkumpanjati minn passaport u jkunu għexu fil-post fejn twieldu mit-twelid tagħhom mingħajr kuntatt ta’ l-annimali selvaġġi li x’aktarx ikunu ġew esposti għall-infezzjoni jew ikunu akkumpanjati minn ommhom li fuqha jkunu għadhom dipendenti.

Artikolu 6

▼M15

1.  Sal-31 ta’ Diċembru 2011, id-dħul tal-pets elenkati fil-Parti A tal-Anness I fit-territorju tal-Irlanda, Malta, l-Iżvezja u r-Renju Unit għandu jkun suġġett għall-ħtiġiet li ġejjin:

 dawn għandhom jiġu identifikati skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1), sakemm, sa tmiem il-perijodu tranżitorju ta’ tmien snin previst fl-Artikolu 4(1), l-Istat Membru ta’ destinazzjoni jirrikonnoxxi wkoll l-identifikazzjoni skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1), u

▼B

 iridu jkunu akkumpanjati b’passaport maħruġ minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti li jiċċertifika, b’żieda mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(b), titrazzjoni ta’ antikorp newtralizzati mill-inqas ekwivalenti għal 0,5 IU/ml imwettqa f’laboratorju approvat fuq kampjun ġewwa l-perjodi taż-żmien stabbiliti fir-regoli nazzjonali fis-seħħ fid-data speċifikata fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 25.

Din it-titrazzjoni ta’ l-antikorp ma teħtieġx li tiġi mtennija fuq annimal li, wara din it-titrazzjoni, ikun ġie mlaqqam mill-ġdid b’mod regolari fl-intervalli taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 5(1) mingħajr waqfa fil-protokoll tat-tilqim meħtieġa mil-laboratorju tal-fabbrikazzjoni.

L-Istat Membru tad-destinazzjoni jista’ jeżenta l-annimali tal-gost huma u jimxu bejn ►M2  dawn l-erba' Stati Membri ◄ mill-ħtiġiet tat-tilqim u t-titrazzjoni ta’ l-antikorp ipprovvduti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, skond ir-regoli nazzjonali fis-seħħ fid-data speċifikata fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 25.

2.  Għajr meta l-awtorità kompetenti tikkonċedi deroga f’każijiet speċifiċi, il-wasliet taħt il-għomor ta’ tliet xhur ta’ l-ispeċji elenkati fil-parti A ta’ l-Anness I ma jistgħux jiġu mċaqalqa minn post għall-ieħor qabel ma jkunu laħqu l-għomor meħtieġ għat-tilqim u, meta pprovvdut fir-regoli, ikunu għaddew minn eżami sabiex jistabbilixxi t-titrazzjoni ta’ l-antikorp.

3.  Il-perjodu transitorju taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 1 jista’ jiġi mtawwal mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, huma u jaġixxu fuq proposta mill-Kummissjoni skond it-Trattat.

▼M13

Artikolu 7

Il-moviment bejn l-Istati Membri jew minn territorju elenkat fit-taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II ta' annimali ta' speċi elenkati fil-Parti Ċ tal-Anness I m'għandu jkun suġġett għall-ebda rekwiżit li għandu x'jaqsam mar-rabja. Il-Kummissjoni għandha tfassal, jekk meħtieġ, rekwiżiti speċifiċi, inkluż il-possibilità ta' limitu fuq in-numru ta' annimali, fir-rigward ta' mard ieħor. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament blli jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(4). Jista' jitfassal ukoll mudell ta' ċertifikat li jintbagħat mal-annimal skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 24(2).

▼B



Il-KAPITOLU III

Il-kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-movimenti minn pajjiżi terzi

Artikolu 8

1.  Fiż-żmien tal-moviment, l-annimali tal-gost t l-ispeċji elenkati fil-partijiet A u B ta’ l-Anness għandhom:

(a) meta jiġu minn pajjiż terz elenkat fit-taqsima 2 tal-parti B u fil-parti Ċ ta’ l-Anness II, u jidħlu:

(i) f’ wieħed mill-Istati Membri elenkati fit-taqsima I tal-parti B ta’ l-Anness II, jissodisfaw il-ħiġiet ta’ l-Artikolu 5(1);

▼M15

(ii) sal-31 ta’ Diċembru 2011, f’wieħed mill-Istati Membri elenkati fil-parti A tal-Anness II, jew direttament jew inkella wara tranżitu f’wieħed mit-territorji elenkati fil-parti B tal-Anness II, jissodisfaw il-ħtiġiet tal-Artikolu 6;

▼B

(b) meta jiġu minn pajjiż terz u jidħlu:

(i) f’wieħed mill-Istati Membri elenkati fit-taqsima 1 tal-parti B ta’ l-Anness II:

 jiġu identifikati permezz tas-sistema ta’ l-identifikazzjoni ddefinita fl-Artikolu 4, u

 jkunu għaddew minn:

 

 tilqim kontra r-rabbja skond il-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 5,

 titrazzjoni ta’ antikorp newtralizzanti mill-inqas egwali għal 0,5 IU/ml imwettqa fuq kampjun meħud minn veterinarju awtorizzat mill-inqas 30 jum wara t-tilqima u tliet xhur qabel jiġi mċaqlaq minn post għall-ieħor.

 It-titrazzjoni ta’ l-antikorp ma għandhiex għalfejn tiġi mġedda fuq annimal tal-gost li jkun reġa’ ġie mlaqqam fl-intervalli taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 5(1).

 Dan il-perjodu taż-żmien ta’ tliet xhur ma għandux japplika għad-dħul mill-ġdid ta’ annimal tal-gost li l-passaport tiegħu jiċċertifika illi tewttqet titrazzjoni, b’riżultat pożittv, qabel ma l-annimal ikun ħalla t-territorju tal-Komunità;

▼M15

(ii) sal-31 ta’ Diċembru 2011, f’wieħed mill-Istati Membri elenkati fil-parti A tal-Anness II, jew direttament jew inkella wara tranżitu f’wieħed mit-territorji elenkati fil-parti B tal-Anness II, jitpoġġew taħt kwarantina sakemm ma jkunux inġiebu f’konformità mal-ħtiġiet tal-Artikolu 6 wara d-dħul tagħhom fl-Unjoni.

▼B

2.  L-annimali tal-gost iridu jkunu akkumpanjati b’ċertifikat maħruġ minn veterinarju uffiċjali jew, mad-dħul mill-ġdid, b’passaport li jiċċertifika l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1.

3.  Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq:

(a) l-annimali tal-gost mit-territorji elenkati fit-taqsima 2 tal-parti B ta’ l-Anness II li għalihom ġie stabbilit, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2), illi dawn it-territorji japplikaw regoli mill-inqas ekwivalenti għar-regoli Komunitarji kif ipprovvduti f’dan il-Kapitolu, għandhom ikunu bla ħsara għar-regoli stabbiliti il-Kapitolu II;

(b) il-moviment tal-pets bejn, rispettivament, San Marino, il-Vatikan, l-Italja, Monaco u Franza, Andorra u Franza jew Spanja, u n-Norveġja u l-Isveżja jista’ jissokta taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti bir-regoli nazzjonali fis-seħħ fid-data stabbilita fit-tieni paragrafu ta l-Artikolu 25;

(ċ) skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2) u bil-kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti, jista’ jiġi awtorizzat id-dħul ta’ annimali tal-gost mhux imlaqqma taħt il-għomor ta’ tliet xhur ta’ l-ispeċji elenkati fil-parti A ta’ l-Anness I mill-pajjiżi terzi elenkati fil-partijiet B u Ċ ta’ l-Anness II meta s-sitwazzjoni tar-rabbja fil-pajjiż intressat hekk titlob

4.  L-arranġamenti sabiex jiġi implimentat dan l-Artikolu, u b’mod partikolari ċ-ċertifikat mudell, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2).

▼M13

Artikolu 9

Il-kondizzjonijiet applikabbli għall-moviment ta' annimali tal-ispeċi elenkati fil-Parti Ċ tal-Anness I minn pajjiżi terzi għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament blli jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(4). Il-mudell ta' ċertifikat li għandu jakkumpanja l-moviment ta' annimali għandu jkun imfassal skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 24(2).

▼B

Artikolu 10

►M13  Il-lista ta' pajjiżi terzi prevista fil-parti Ċ tal-Anness II għandha tiġi mfassla mill-Kummissjoni. Biex ikun inkluż f'dik il-lista, pajjiż terz jeħtieġ li l-ewwel juri l-istatus tiegħu dwar ir-rabbja u li: ◄

(a) hija obbligatorja n-notifika lill-awtoritajiet dwar is-suspett tar-rabbja;

(b) l-istruttura u l-organizzazzjoni tas-servizzi veterinarji tiegħu huma biżżejjed għalbiex jiggarantixu l-validità taċ-ċertifikati;

(ċ) ġew implimentati l-miżuri kollha regolatorji sabiex jipprevjienu u jikkontrollaw ir-rabbja, inklużi r-regoli dwar l-importazzjoni;

(d) jinsabu fis-seħħ ir-regolamenti dwar il-marketing tat-tilqim ta’ kontra r-rabbja (lista tat-tilqim awtorizzat u tal-laboratorji).

▼M13

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(5).

▼B

Artikolu 11

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubbliku b’tagħrif ċar u aċċessibbli bla xkiel li jirrigwarda l-ħtiġiet tas-saħħa li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets fit-territorju Komunitarju u l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jidħlu jew jidħlu mill-ġdid f’dan it-territorju. Għandhom ukoll jiżguraw illi l-personal fuq il-punti tad-dħul ikun imgħarraf għal kollox b’dawn ir-regoli u jkun kapaċi jimplimentahom.

Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-annimali tal-gost imdaħħla fit-territorju Komunitarji minn pajjiż terz għajr dawk elenkati fit-taqsima 2 tal-parti B ta’ l-Annes II ikunu bla ħsara għal

(a) jekk ikun hemm ħames annimali tal-gost jew inqas, il-kontrolli dokumentarji u ta’ l-identità mill-awtoritajiet kompetenti fil-punt tad-dħul tal-vjaġġatur fit-territorju Komunitarju

(b) jekk ikun hemm iktar minn ħames annimali tal-gost, il-ħtiġiet u l-kontrolli stabbiliti fid-Direttiva 92/65/KEE.

L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet responsabbli għal dawn il-kontrolli u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom minnufih.

Artikolu 13

Kull wieħed mill-Istati Membri għandhu jfassal lista tal-postijiet tad-dħul riferiti fl-Artikolu 12 u jibgħatha lill-Istati Membru l-oħra u lill-Kummissjoni.

Artikolu 14

Fi żmien kull moviment, is-sid jew il-persuna naturali responsabbli mill-annimal tal-gost iridu jkunu kapaċi li jippreżentaw lill-awtoritajiet responsabbli b’passaport jew iċ-ċertifikat ipprovvdut fl-Artikolu 8(2) li jiċċertifika illi l-annimal jissodisfa l-ħtiġiet stabbiliti għal dan il-moviment.

▼M15

Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1), meta t-transponder ma jkunx konformi mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness Ia, is-sid jew il-persuna fiżika responsabbli mill-pet f’isem is-sid jeħtieġ li tipprovdi l-mezzi neċessarji sabiex jinqara t-transponder kull meta ssir spezzjoni.

▼B

Meta dawn il-kontrolli jiżvelaw illi l-annimal ma jissodisfax il-ħtiġiet stabbilit f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu f’konsultazzjoni mal-veterinarju uffiċjali:

(a) li jibagħtu lura l-annimal lejn il-pajjiż ta’ l-oriġini;

(b) li jiżolaw l- taħt il-kontroll uffiċjali għaż-żmien meħtieġ għalih sabiex jissodisfa l-ħtiġiet tas-saħħa, bl-ispejjeż għas-sid jew il-persuna responsabbli minnu; jew

(ċ) bħala l-aħħar riżors, li jinqatel l-annimal, mingħajr kumpens finanzjarju, meta ma jistgħux jiġu previsti r-ritorn jew l-iżolazzjoni tiegħu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-annimali li jkun ġew irrifjutati l-awtorizzazzjoni sabiex jidħlu fit-territrorju Komunitarju jingħataw kenn taħt il-kontroll uffiċjali sakemm jiġu mibgħuta lura lejn il-pajjiż ta’ l-oriġini jew tittieħed kull deċiżjoni oħra amministrattiva.



Il-KAPITOLU IV

Disposizzonijiet komuni u finali

Artikolu 15

Meta l-ħtiġiet li japplikaw għall-moviment jipprovdu għal titrazjoni ta’ antikorp għar-rabbja, il-kampjun irid jittieħed minn veterinarju awtorizzat u t-test irid jitwettaq f’laboratorju approvat skond id-Deċiżjoni tal-Kumsill 2000/250/KE tal-20 ta’ Marzu 2000 li tinnomina istitut speċifiku responabbli li jistabbilixxi l-kriterji sabiex jiġu standardizzati t-testijiet seroloġiċi sabiex jimmonitorjaw l-effikaċja tat-tilqim għar-rabbja ( 8 ).

▼M15

Artikolu 16

Sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-Finlandja, l-Irlanda, Malta, l-Iżvezja u r-Renju Unit, għal dik li hija ekinokoċċosi, u l-Irlanda, Malta u r-Renju Unit, għal dak li huwa qurdien, jistgħu jagħmlu d-dħul ta’ pets fit-territorju tagħhom suġġett għal konformità mar-regoli speċjali applikabbli fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 17

▼M13

Għall-moviment ta' annimali tal-ispeċi elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I, il-Kummissjoni tista' tadotta rekwiżiti ta' natura teknika barra dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(4).

▼B

Il-passaporti mudell li jridu jakkumpanjaw lill-annimali ta’ l-ispeċji elenkati fil-partijiet A u B ta’ l-Anness I li jkunu qegħdin jiċċaqalau minn post għall-ieħor għandhom jiġu mfassla skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2).

Artikolu 18

Għandhom japplikaw il-miżuri tas-salvagward ipprovvduti bid-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KE tas-26 ta Ġunju 1990 li tirrigwrda l-kontrolli veterinarji u zootekniċi li japplikaw għall-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern ( 9 ), u d-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-1 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE ( 10 ).

B’mod partikolari, fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, meta s-sitwazzjoni tar-rabbja fi Stat Membru jew f’pajjiż terz hekk titlob, tista’ tittieħed deċiżjoni, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(3), illi l-annimali ta’ l-speċji elenkati fil-partijiet A u B ta’ l-Anness I li jkunu ġejjin minn dan it-teritorju jridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(1)(b).

▼M13

Artikolu 19

Il-Parti Ċ tal-Anness I u l-partijiet B u Ċ tal-Anness II jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni biex iqisu l-iżviluppi fis-sitwazzjoni fil-Komunità jew fil-pajjiżi terzi rigward il-mard li jaffettwa l-ispeċi tal-annimali koperti b'dan ir-Regolament, b'mod partikolari r-rabbja, u, jekk ikun hemm il-ħtieġa, jillimitaw, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, in-numru ta' annimali li jkunu jistgħu jiċċaqalqu minn post għall-ieħor. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(4).

▼M15

Artikolu 19a

1.  Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 19b u suġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 19c u 19d, emendi għall-ħtiġiet tekniċi għall-identifikazzjoni kif stabbilit fl-Anness Ia.

2.  Sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi rigward it-tilqim ta’ kontra r-rabbja, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 19b u suġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 19c u 19d, emendi għall-ħtiġiet tekniċi għat-tilqim ta’ kontra r-rabbja kif stabbilit fl-Anness Ib.

3.  Meta tadotta dawn l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha taġixxi f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 19b

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 19a għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin wara t-18 ta’ Ġunju 2010. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport fir-rigward tas-setgħat delegati mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delegazzjoni tas-setgħat għandha tiġġedded awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jirrevokawha skont l-Artikolu 19c.

2.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 19c u 19d.

Artikolu 19c

1.  Id-delega ta’ setgħat imsemmijin fl-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 19a jistgħu jiġu revokati fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.  L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix revokata d-delega ta’ setgħat għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu suġġetti għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.

3.  Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. Din m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ. Din għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 19d

1.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat fi żmien perijodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika.

Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perijodu għandu jittawwal b’xahrejn.

2.  Jekk, meta jiskadi dan il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stabbilita fih.

L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx.

3.  Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal att delegat, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att delegat.

▼B

Artikolu 20

Kull miżura ta’ implimentazzjoni ta’ natura teknika għandha tiġi adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2).

▼M13

Artikolu 21

“Kull dispożizzjoni tranżitorja tista' tiġi adottata mill-Kummissjoni sabiex tippermetti l-bidla mill-arranġamenti attwali għall-arranġamenti stabbiliti b'dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(4).

▼B

Artikolu 22

L-Artikolu 92 tad-Deċiżjoni 65/424/KEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1) fl-Artikolu 10:

(a) fil-paragrafu 1 għandha titħassar il-kelma “nemsijiet”

(b) il-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

“2.  Biex ikunu l-oġġett tal-kummerċ, il-klieb, il-qtates u n-nemsijiet iridu jissodisfaw il-ħtiġiet iddikjarati fl-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2002 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-moviment mhux kummerċjali ta’ l-annimli tal-gost u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE ( 11 ).

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-annimali irid ukoll jikkonferma illi, 24 siegħa qabel id-dispaċċ ta’ l-annimali, twettaq eżami kliniku minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti li juri illi l-annimali kienu b’saħħithom u kapaċi jissaportu l-ġarr għad-destinazzjoni tagħhom.

3.  1. Bħala deroga mill-paragrafu 2, meta l-kummerċ ikun lejn l-Irlanda, ir-Renju Unit jew l-Isvezja, il-klieb, il-qtates u n-nemsijiet għandhom ikunu bla ħsara għall-kondizzjonijiet iddikjarati fl-Artikoli 6 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

2. Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-annimali irid ukoll jikkonferma illi, 24 siegħa qabel id-dispaċċ ta’ l-annimali, twettaq eżami kliniku minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti li juri illi l-annimali kienu b’saħħithom u kapaċi jissaportu l-ġarr għad-destinazzjoni tagħhom.

(ċ) fil-paragrafu 4, għandu jiżdied dan li ġej wara l-kelma “karnivori”:

“bl-eċċezzjoni għall-ispeċji riferiti fil-paragrafi 2 u 3”;

(d) il-paragrafu 8 għandu jitħassar.

2) is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda ma’ l-Artikolu 16:

“Rigward il-qtates, il-klieb u n-nemsijiet, il-kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni jridu jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-annimali irid ukoll jikkonferma illi, 24 siegħa qabel id-dispaċċ ta’ l-annimali, twettaq eżami kliniku minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti li juri illi l-annimali kienu b’saħħithom u kapaċi jissaportu l-ġarr għad-destinazzjoni tagħhom.”

Artikolu 23

Qabel l-1 ta’ Frar 2007 il-Kummissjoni, wara li tkun irċeviet l-opinoni ta’ l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel dwar il-ħtieġa li jinżamm it-test seroloġiku, għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport, imsejjes fuq l-esperjenza miksuba u dwar il-valutazzjoni tar-riskju, flimkien ma’ proposti approprjati sabiex jiġi sabbilit ir-reġim li jid jiġi applikat b’effett mill- ►M11  1 ta’ Lulju 2010 ◄ għall-Artikoli 6, 8 u 16.

Artikolu 24

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu taż-żmien riferit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu taż-żmien riferit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ 15-il jum.

▼M13

4.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

▼M13

5.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u (5)(b) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodi stabbiliti fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta' xahrejn, xahar u xahrejn rispettivament.

▼B

Artikolu 25

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




L-ANNESS I

L-ISPEĊI TA’ L-ANNIMALI

IL-PARTI A

Il-Klieb

Il-Qtates

IL-PARTI B

In-Nemsijiet

IL-PARTI Ċ

L-Invertebrati (għajr għan-naħal u l-krustaċji), il-ħut tropikali ornamentali, l-amfibji, ir-rettili.

Il-Għasafar: l-ispeċji kollha (għajr it-tjur koperti bid-Direttivi tal-Kunsill 90/539/KEE ( 12 ) u 92/65/KEE)

Il-Mammiferi: l-annimali li jgerrmu u l-fniek domestiċi.

▼M15




ANNESS Ia

Ħtiġiet tekniċi għall-identifikazzjoni

Għall-għanijiet tal-Artikolu 4(1), is-sistema standard ta' identifikazzjoni elettronika għandha tkun apparat ta' identifikazzjoni bi frekwenza radju passiva li tista' biss tinqara (transponder):

1. li tkun konformi mal-Istandard ISO 11784 u li tapplika t-teknoloġija HDX jew FDX-B;

2. li tkun tista' tinqara permezz ta' apparat tal-qari kompatibbli mal-Istandard ISO 11785.




ANNESS Ib

Ħtiġiet tekniċi għat-tilqima kontra r-rabbja (Imsemmija fl-Artikolu 5(1)(b)(i))

Għall-għanijiet tal-Artikolu 5(1), tilqima kontra r-rabbja għandha titqies bħala valida jekk tikkonforma mal-ħtiġiet li ġejjin:

1. It-tilqima kontra r-rabbja għandha:

(a) tkun tilqima għajr tilqima modifikata bil-virus ħaj u tkun taqa' fi ħdan waħda minn dawn il-kategoriji:

(i) tilqima inattivata b'tal-anqas unità antiġenika waħda għal kull doża (l-istandard tad-WHO); jew

(ii) tilqima rikombinanti li tesprimi l-glikoproteina immunizzanti tal-virus tar-rabbja f'vettur tal-virus ħaj;

(b) jekk tkun amministrata fi Stat Membru, tkun ingħatat awtorizzazzjoni biex titqiegħed fis-suq b'konformità ma':

(i) id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji ( 13 ); jew;

(ii) ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ( 14 );

(c) jekk tkun amministrata f'pajjiż terz, tkun tissodisfa tal-anqas il-ħtiġiet stabbiliti fil-Parti C tal-Kapitolu 2.1.13 tal-Edizzjoni tal-2008 tal-Manwal tat-Testijiet Djanjostiċi u t-Tilqimiet għall-Annimali li Jgħixu fuq l-Art, maħruġ mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali.

2. Tilqima kontra r-rabbja tista' titqies bħala valida biss jekk tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) it-tilqima tkun ġiet amministrata f'data imniżżla fi:

(i) it-Taqsima IV tal-passaport; jew

(ii) it-taqsima adatta taċ-ċertifikat akkumpanjanti dwar saħħet l-annimal;

▼M16

(b) id-data msemmija fil-punt (a) ma tistax tkun qabel id-data tal-mikroċippa jew tat-tatwaġġ imniżżla:

(i) fit-Taqsima III(2) jew III(5) tal-passaport; jew

(ii) fit-taqsima rilevanti taċ-ċertifikat dwar saħħet l-annimal li jkun qed jakkompanjah;

▼M15

(c) iridu tal-anqas ikunu skorrew 21 jum mindu jkun tlesta l-protokoll dwar it-tilqim mitlub mill-manifattur għat-tilqima primarja skont l-ispeċifikazzjoni teknika tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq imsemmija fil-punt 1(b) għat-tilqima kontra r-rabbja fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz li fih tingħata t-tilqima;

(d) il-perijodu ta' validità tat-tilqima, kif preskritt fl-ispeċifikazzjoni teknika tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għat-tilqima kontra r-rabbja fl-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn tingħata t-tilqima, jeħtieġ li jiddaħħal mill-veterinarju awtorizzat fi:

(i) it-Taqsima IV tal-passaport; jew

(ii) it-taqsima adatta taċ-ċertifikat akkumpanjanti dwar saħħet l-annimal;

(e) tilqima mill-ġdid (booster) għandha titqies bħala tilqima primarja jekk ma tkunx ingħatat fil-perijodu ta' validità msemmi fil-punt (d) ta' tilqima preċedenti.

▼M9




L-ANNESS II

LISTA TA' PAJJIŻI U TERRITORJI

PARTI A

IE

l-Irlanda

MT

Malta

SE

l-Iżvezja

UK

ir-Renju Unit

PARTI B

Taqsima 1

DK

id-Danimarka, inklużi GL — Greenland u FO — Il-Gżejjer Faeroe;

ES

Spanja, inklużi l-Gżejjer Baleariċi, il-Gżejjer Kanarji, Ceuta u Melilla;

FR

Franza, inklużi GF — il-Ginea Franċiża, GP — Guadeloupe, MQ — Martinique u RE — Réunion;

GI

Ġibiltà;

PT

Il-Portugall, inklużi l-Gżejjer Azzorri u l-Gżejjer ta' Madejra;

Stati Membri minbarra dawk elenkati fil-Parti A u l-punti (a), (b) (c) u (e) ta’ din it-Taqsima.

Taqsima 2

AD

Andorra

CH

l-Iżvizzera

▼M18 —————

▼M9

IS

l-Iżlanda

LI

il-Liechtenstein

MC

Monako

NO

in-Norveġja

SM

San Marino

VA

l-Istat tal-Belt tal-Vatikan

PARTI C

AC

il-Gżira ta’ Ascension

AE

L-Emirati Għarab Magħqudas

AG

Antigwa u Barbuda

AN

L-Antilli Olandiżi

AR

l-Arġentina

AU

l-Awstralja

AW

Aruba

BA

il-Bosnja u Ħerzegovina

BB

Barbados

▼M10 —————

▼M9

BH

Baħrejn

BM

Bermuda

BY

il-Belarus

CA

il-Kanada

CL

Iċ-Ċilì

FJ

Fiġi

FK

Il-Gżejjer Falkland

HK

Ħong Kong

▼M12 —————

▼M9

JM

il-Ġamajka

JP

il-Ġappun

KN

Saint Kitts u Nevis

KY

il-Gżejjer Cajman

▼M14

LC

Saint Lucia

▼M9

MS

Montserrat

MU

il-Mawrizju

MX

il-Messiku

▼M10

MY

il-Malasja

▼M9

NC

New Caledonia

NZ

New Zealand

PF

il-Polineżja Franċiża

PM

Saint Pierre u Miquelon

▼M10 —————

▼M9

RU

il-Federazzjoni Russa

SG

Singapor

SH

Sant’ Elena

TT

Trinidad u Tobago

TW

it-Tajwan

▼M17

US

L-Istati Uniti tal-Amerika (inkluż AS – Is-Samoa Amerikana, GU – Il-Gwam, MP – Il-Gżejjer Marjana tat-Tramuntana, PR – Puerto Riko u VI – Il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti)

▼M9

VC

Saint Vincent u l-Grenadines

VG

Il-British Virgin Islands

VU

Vanuatu

WF

Wallis u Futuna

YT

Mayotte



( 1 ) ĠU C 29 E, tat-30.1.2001, p. 239 u ĠU C 270, tal-25.9.2001, p. 109.

( 2 ) ĠU C 116, tal-20.4.2001, p. 54.

( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Mejju 2001 (ĠU C 27, tal-31.1.2002, p. 55), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 (ĠU C 275 E, tat-12.11.2002, p. 42) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Ottibru 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2002 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ April 2003.

( 4 ) ĠU L 68, tal-15.3.1973, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1174/86 (ĠU L 107, ta’ l-24.4.1984, p.1)

( 5 ) ĠU L 61, tat-3.3.1997, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2476/2001 (ĠU L 334, tat-18.12.2001, p. 3).

( 6 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

( 7 ) ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2002 (ĠU L 187, tas-16.7.2002, p. 3).

( 8 ) ĠU L 79, tat-30.3.2000, p. 40.

( 9 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE (ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49).

( 10 ) ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/43/KE (ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1).

( 11 ) ĠU L 146, tat-13.6.2003, p. 1.”;

( 12 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis (ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/867/KE (ĠU L 323, tas-7.12.2001, p. 29).

( 13 ) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.

( 14 ) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.