EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0650

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta' Settembru 2004 li temenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet ta' pulizija sanitarja applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali ta' annimali ta' kumpanija sabiex titqies l-adeżjoni ta' Malta Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 298, 23.9.2004, p. 22–22 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 142M, 30.5.2006, p. 270–270 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 060 P. 21 - 21
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 060 P. 21 - 21
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 043 P. 11 - 11

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/12/2014; Imħassar b' 32013R0576

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/650/oj

30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

270


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta' Settembru 2004

li temenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet ta' pulizija sanitarja applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali ta' annimali ta' kumpanija sabiex titqies l-adeżjoni ta' Malta

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2004/650/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57 tiegħu,

Billi:

(1)

Għal ċerti atti adottati mill-Unjoni Ewropea, li jibqgħu validi wara l-1 ta' Mejju 2004, u li jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, ma ġewx provduti l-adattamenti meħtieġa fl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003, b'mod partikolari f'Anness II ta' dan.

(2)

Fost dawn l-atti hemm ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet veterinarji li japplikaw, b'mod partikolari, għal movimenti mhux kummerċjali ta' klieb, qtates u nimsa domestiċi.

(3)

Malta li qabel kella sistema ta' 6 xhur kwarantina għall-ispeċi kkonċernati importati abbandunat din is-sistema sabiex titrasponi u timplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 mit-3 ta' Lulju 2004.

(4)

Fil-proċess tan-negozjati tat-tkabbir kien aċċettat li peress li Malta hija gżira bi status ta' saħħa ħieles mir-rabja bħal dak ta' l-Irlanda, ir-Renju Unit u l-Iżvezja, għandha tiġi ttrattata fl-istess kategorija bħal dawn it-tliet Stati Membri.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jaqsam l-Istati Membri f'żewġ kategoriji skond l-istorja tal-kontrolli tagħhom kontra r-rabja, u jagħti lill-Isvezja, l-Irlanda u r-Renju Unit perjodu ta' transizzjoni ta' ħames snin għal kontrolli fuq klieb, qtates u nimsa li jkunu deħlin fit-territorju tagħhom.

(6)

Għalhekk Malta għandha tiżdied fil-lista ta' Stati Membri li ngħataw perjodu ta' transizzjoni bis-saħħa ta' Regolament (KE) Nru 998/2003.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandu għalhekk jiġi emendat f'dan is-sens.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 hu emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 6 paragrafu 1:

fl-ewwel linja ta' l-ewwel sentenza l-kliem “minn Malta”, jiżdiedu wara l-kelma “Irlanda”;

fit-tielet paragrafu l-kliem “dawn it-tliet Stati Membri” jiġu sostitwiti bil-kliem “dawn l-erba' Stati Membri”.

2.

F' Anness II, “Lista ta' pajjiżi u territorji”, parti A, il-kelma “Malta” tiżdied wara l-kelma “l-Irlanda”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ għoxrin jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, nhar it-13 ta' Settembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. R. BOT


(1)  ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 33.

(2)  ĠU L 146, tat-13.6.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 592/2004 (ĠU L 94, tal-31.3.2004, p. 7).


Top