Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea

 

SOMMARJU TA’:

L-Artikolu 8 tat-Trattat Euratom

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN L-ARTIKOLU TAT-TRATTAT?

Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), stabbilit taħt l-Artikolu 8 tat-Trattat Euratom, huwa s-servizz tax-xjenza u tal-għarfien tal-Kummissjoni Ewropeali jipprovdi pariri u appoġġ xjentifiku indipendenti għall-politika tal-Unjoni Ewropea (UE).

Għalkemm oriġinarjament ġie stabbilit bl-għan li jwettaq riċerka nukleari, maż-żmien ġie inkarigat iwettaq attivitajiet oħrajn.

PUNTI EWLENIN

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-1989 u xi konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1994 jissupplimentaw l-Artikolu 8 biex jiċċaraw ir-rwol u l-finanzjament tal-JRC fil-qasam mhux nukleari. Il-konklużjonijiet, b’mod partikolari, jirrinfurzaw il-mixja tal-JRC lejn attivitajiet mhux nukleari u jippromwovu l-valutazzjoni komparattiva ma’ organizazzjonijet tax-xjenza ta’ klassi dinjija, u l-approċċ kompetittiv tiegħu.

Il-ħidma xjentifika tal-JRC tappoġġja diversi politiki tal-UE b’evidenza xjentifika indipendenti. Dawn il-politiki għandhom x’jaqsmu ma’ aspetti bħal:

Il-ġestjoni tal-għarfien

Bħala s-servizz tal-għarfien u tax-xjenza tal-Kummissjoni, il-JRC għandu rwol ċentrali fil-ħolqien, fil-ġestjoni u fil-fehim ta’ għarfien xjentifiku kollettiv għal politiki tal-UE aqwa.

Ir-rwol tal-JRC

Ix-xogħol tal-JRC jikkontribwixxi għad-direzzjoni strateġika u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ riċerka u taħriġ (Orizzont Ewropa u l-programm ta’ riċerka u taħriġ ta’ Euratom) permezz tal-azzjonijiet diretti tiegħu.

Baġit

Il-JRC huwa ffinanzjat mill-programm qafas ta’ riċerka (attivitajiet nukleari u mhux nukleari). Barra minn hekk, huwa jiġġenera parti mill-baġit tiegħu permezz ta’ attivitajiet għal pagament, kif ipprovdut fid-Deċiżjoni 89/340/KEE li jikkonċerna x-xogħol għal partijiet terzi mwettaq mill-JRC rilevanti għall-Komunità Ekonomika Ewropea mill-Artikolu 24 tar-regolament finanzjarju (ara s-sommarju).

Riorganizzazzjoni

Il-JRC huwa organizzat bħala Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni. Kif reġa’ ġie organizzat mid-Deċiżjoni 96/282/Euratom, id-Direttur Ġenerali huwa assistit minn Bord ta’ Gvernaturi nnominati mill-Istati Membri tal-UE u maħtura mill-Kummissjoni. Il-Bord jgħin lid-Direttur Ġenerali fit-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma pluriennali u l-pjanijiet ta’ ħidma.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (KEEA - Euratom), Titolu II — Dispożizzjonijiet maħsuba biex jinkuraġġixxu l-progress fil-qasam tal-energija nukleari — Kapitolu I: Promozzjoni tar-riċerka — l-Artikolu 8.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/282/Euratom tal-10 ta’ April 1996 dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid taċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunt (ĠU L 107, 30.4.1996, p. 12–15).

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ April 1994 dwar ir-rwol taċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka (JRC) (ĠU C 126, 7.5.1994, p. 1–4).

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ April 1992 dwar l-attivitajiet li għandhom jitwettqu miċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka (ĠU C 118, 9.5.1992, p. 8–10).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/340/KEE tat-3 ta’ Mejju 1989 dwar ħidma għal partijiet terzi mwettqa miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka rilevanti għall-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU L 142, 25.5.1989, p. 10).

l-aħħar aġġornament 28.10.2021

Top