EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2016/794 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Objettivi

L-objettivi tal-Europol huma li tappoġġja u ssaħħaħ:

  • azzjoni mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE);
  • il-kooperazzjoni reċiproka fost l-Istati Membri biex jipprevjenu u jiġġieldu t-terroriżmu, il-kriminalità serja li tkun qed taffettwa żewġ Stati Membri jew aktar u forom ta’ kriminalità li jaffettwaw interess komuni kopert minn politika tal-UE.

Kompiti

Ir-regolament jistabbilixxi numru ta’ kompiti speċifiċi sabiex jissodisfa dawk l-objettivi, inkluż:

  • il-ġbir, il-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju ta’ informazzjoni inkluż intelligenza kriminali;
  • in-notifika lill-Istati Membri, permezz ta’ unitajiet nazzjonali tal-Europol dwar kwalunkwe informazzjoni u konnessjoni bejn ir-reati kriminali li jikkonċernawhom;
  • il-koordinazzjoni, l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet investigattivi u operazzjonali sabiex l-azzjonijiet mill-awtoritajiet tal-Istati Membri jkunu appoġġjati u jissaħħu;
  • il-preparazzjoni ta’ valutazzjonijiet ta’ theddid, analiżi strateġika u operazzjonali u rapporti tas-sitwazzjoni ġenerali;
  • il-parteċipazzjoni fi skwadri ta’ investigazzjoni konġunti;
  • l-iżvilupp ta’ċentri tal-UE ta’ għarfien speċjalizzat għall-ġlieda kontra ċerti tipi ta’ kriminalità, pereżempju ċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità;
  • l-appoġġ tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-kriminalità permessa, promossa jew imwettqa bl-użu tal-internet.

Skrutinju

Is-setgħat tal-Europol huma akkumpanjati mis-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data, kontroll demokratiku u mekkaniżmi tal-akkontabiltà biex tiżgura li l-attivitajiet u l-kompiti tal-aġenzija jitwettqu b’konformità sħiħa mad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali kif stabbilit fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

  • Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data (EDPS) jimmonitorja l-ipproċesssar tal-Europol ta’ data personali u hemm proċedura ċara għaċ-ċittadini sabiex jindirizzaw talbiet skont il-liġi tal-UE.
  • Ix-xogħol tal-Europol huwa ssorveljat minn Grupp ta’ Skrutinju Parlamentari Konġunt, b’membri sew tal-Parlament Ewropew kif ukoll tal-parlamenti nazzjonali.

Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2022/991

Ir-Regolament Emendatorju:

  • isaħħaħ il-kapaċità operazzjonali tal- Europol għal kooperazzjoni ma’ partijiet privati (regoli dwar l-iskambju ta’ data personali ma’ partijiet privati u analiżi ta’ din id-data);
  • jippermetti lill-Europol biex taqsam data personali ma’ ċerti partijiet privati biex tipprevjeni d-disseminazzjoni ta’:
    • kontenut online relatat ma’ terroriżmu jew estremiżmu vjolenti f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, u
    • materjal online ta’ abbuż sesswali tat-tfal;
  • jistabbilixxi regoli dwar l-analitika tal-big data (settijiet ta’ data li huma kbar wisq biex tieħu ħsieb b’software tradizzjonali tal-ipproessar tad-data) konformi mal-bżonnijiet operazzjonali tal-Europol u b’konformità mad-drittijiet fundamentali, inklużi bażi legali ġdida għall-Europol biex tipproċessa big data b’appoġġ ta’ investigazzjoni kriminali kontinwa;
  • isaħħaħ is-superviżjoni esterna tal-Europol mill-EDPS u s-superviżjoni interna tal-Europol mill-funzjoni tal-protezzjoni tad-data tagħha u jintroduċi r-rwol ġdid ta’ uffiċjal tad-drittijiet fundamentali;
  • jagħti lill-Europol setgħat ġodda:
    • jipproponi l-bidu ta’ investigazzjoni kriminali fi Stat Membru għal kriminalitajiet li jaffettwaw interess komuni kopert minn politika tal-UE, mingħajr ħtieġa ta’ dimensjoni transnazzjonali tal-kriminalità involuta — madanakollu, l-Istat Membru involut mhux meħtieġ jinforma lill-Europol jekk jiddeċiedi li ma jilqax il-proposta,
    • jipproponi li Stati Membri jdaħħlu allerti dwar informazzjoni fis-sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen
  • isaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) billi jintroduċi sistema hit/no-hit li tippermetti lill-UPPE biex ikollu aċċess indirett għad-data tal-Europol relatata ma’ reati ġol-mandat tal-UPPE.
  • fir-rigward ta’ riċerka u innovazzjoni, jintroduċi regoli dwar l-użu ta’ teknoloġiji emerġenti, jesplora approċċi ġodda u jiżviluppa soluzzjonijiet teknoloġiċi komuni — inklużi fir-rigward ta’ żvilupp, taħriġ, ittestjar u validazzjoni ta’ algoritmi;
  • fir-rigward tal-qafas tal-protezzjoni tad-data applikabbli għall-Europol, jinkorpora fir-regolament ir-regoli rilevanti fir-Regolament (UE) 2018/1725 (ara sommarju) dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali operazzjonali;
  • iżid il-kontroll parlamentari u akkontabiltà bil-parteċipazzjoni, bħala osservaturi, ta’ żewġ membri tal-Grupp ta’ Skrutinju Parlamentari Konġunt fil-laqgħat tal-Bord tal-Maniġment tal-Europol biex jiddiskuti affarijiet mhux operazzjonali, u jsaħħaħ l-obbligi ta’ rappurtar tal-Europol;
  • joffri lill-Europol il-possibbiltà li jittrasferixxi d-data personali lil pajjiżi mhux tal-UE f’sitwazzjonijiet speċifiċi u debitament ġustifikati u fejn jeżistu salvagwardi xierqa.

Azzjoni ġudizzjarja tal-EDPS, Settembru 2022

F’Settembru 2022, l-EDPS talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biex l-Artikoli 74a u 74b tar-Regolament tal-Europol (ir-Regolament (UE) 2016/794 bħala r-Regolament emendatorju ġdid (UE) 2022/991) li jiċċaraw li r-regoli l-ġodda stabbiliti mill-ko-leġiżlaturi għall-ipproċessar ta’ big data japplikaw għad-data kollha li l-Europol iżżomm legalment fil-mument tal-applikazzjoni tar-regolament emendatorju (jiġifieri t-28 ta’ Ġunju 2022).

Dawn l-artikoli jibqgħu fis-seħħ sakemm tittieħed deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.

Revoka

Ir-Regolament iħassar u jissostitwixxi d-deċiżjoni ta’ qabel tal-Europol, id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Mejju 2017, ħlief għal ċerti regoli li ilhom japplikaw mit-13 ta’ Ġunju 2016.

  • ftehimiet u kuntratti legali konklużi skont id-Deċiżjoni 2009/371/UE — l-Artikolu 71.
  • arranġamenti transizzjonali dwar il-bord tat-tmexxija) — l-Artikolu 72 u
  • arranġamenti transizzjonali dwar il-persunal — l-Artikolu 73.

It-tibdil introdott bir-Regolament emendatorju (UE) 2022/991 ilu japplika mit-28 ta’ Ġunju 2022.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, pp. 53-114).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2016/794 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, pp. 39-98).

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, pp. 1-71).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/465/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar skwadri ta’ investigazzjoni konġunti (ĠU L 162, 20.6.2002, pp. 1-3).

l-aħħar aġġornament 18.01.2023

Top