Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0269

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/269 tal-4 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/427 fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tal-emendi ta’ ċerti regoli ta’ produzzjoni dettaljati għall-prodotti organiċi fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/8462

    ĠU L 60, 22.2.2021, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/269/oj

    22.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 60/24


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/269

    tal-4 ta’ Diċembru 2020

    li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/427 fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tal-emendi ta’ ċerti regoli ta’ produzzjoni dettaljati għall-prodotti organiċi fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 12(2)(e), 14(2)(c) u 15(2)(a) u (d) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi tas-saħħa pubblika relatata, ir-Regolament (UE) 2020/1693 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ippospona b’sena d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848, flimkien ma’ dati relatati oħrajn imsemmija fir-Regolament (UE) 2018/848.

    (2)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/427 (3) emenda r-Regolament (UE) 2018/848 fir-rigward ta’ ċerti regoli ta’ produzzjoni dettaljati għall-prodotti organiċi. Fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li dawk ir-regoli ta’ produzzjoni japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848.

    (3)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2020/427 jiġi emendat skont dan,

    (4)

    Peress li dan ir-Regolament jeħtieġ japplika b’urġenza, jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u japplika mill-1 ta’ Jannar 2021,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/427, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament (UE) 2020/1693 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Novembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/848 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tiegħu u ta’ ċerti dati oħra msemmija f’dak ir-Regolament (ĠU L 381, 13.11.2020, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/427 tat-13 ta’ Jannar 2020 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ ċerti regoli ta’ produzzjoni dettaljati għall-prodotti organiċi (ĠU L 87, 23.3.2020, p. 1).


    Top