This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R2124
Commission Delegated Regulation (EU) 2019/2124 of 10 October 2019 supplementing Regulation (EU) 2017/625 of the European Parliament and of the Council as regards rules for official controls of consignments of animals and goods in transit, transhipment and onward transportation through the Union, and amending Commission Regulations (EC) No 798/2008, (EC) No 1251/2008, (EC) No 119/2009, (EU) No 206/2010, (EU) No 605/2010, (EU) No 142/2011, (EU) No 28/2012, Commission Implementing Regulation (EU) 2016/759 and Commission Decision 2007/777/EC (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat Tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-kontrolli uffiċjali ta’ kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti fit-tranżitu, fit-trasbord u fit-tkomplija tat-trasport fl-Unjoni, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 1251/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010, (UE) Nru 142/2011, (UE) Nru 28/2012, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat Tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-kontrolli uffiċjali ta’ kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti fit-tranżitu, fit-trasbord u fit-tkomplija tat-trasport fl-Unjoni, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 1251/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010, (UE) Nru 142/2011, (UE) Nru 28/2012, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2019/7003
ĠU L 321, 12.12.2019, p. 73–98
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 321/73 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2124
tal-10 ta’ Ottubru 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-kontrolli uffiċjali ta’ kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti fit-tranżitu, fit-trasbord u fit-tkomplija tat-trasport fl-Unjoni, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 1251/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010, (UE) Nru 142/2011, (UE) Nru 28/2012, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 50(4), il-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 51(1), il-punti (c) u (j) tal-Artikolu 77(1) u l-Artikolu 77(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi l-qafas għall-kontrolli uffiċjali u għal attivitajiet uffiċjali oħrajn biex jivverifika l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari. Dak il-qafas jinkludi l-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera magħżula. |
(2) |
L-Artikolu 50(4) tar-Regolament (UE) 2017/625 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta r-regoli li jistabbilixxu l-każijiet meta, u l-kundizzjonijiet li fihom, ikun meħtieġ li fit-tranżitu fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali, ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti dderivati, ta’ ħuxlief u tiben u prodotti komposti, ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra msemmija fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, id-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (CHED) jakkumpanja l-kunsinni sal-post tad-destinazzjoni. |
(3) |
Il-punt (a) tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi li l-Kummissjoni trid tistabbilixxi l-każijiet meta, u l-kundizzjonijiet li fihom, l-awtoritajiet kompetenti tal-postijiet tal-kontroll fuq il-fruntiera jenħtieġ li jkunu jistgħu jawtorizzaw it-tkomplija tat-trasport ta’ kunsinni ta’ ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali, ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti, u ta’ oġġetti oħra msemmija fl-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament lejn il-post tad-destinazzjoni finali tagħhom, sa meta jsiru disponibbli r-riżultati tal-verifiki fiżiċi. |
(4) |
Il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni li tistabbilixxi l-każijiet meta, u l-kundizzjonijiet li fihom, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi tal-kunsinni ttrasbordati u tal-annimali li jaslu bl-ajru jew bil-baħar u li jibqgħu fl-istess mezz ta’ trasport biex jitkompla l-vjaġġ, jistgħu jitwettqu f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera differenti minn dak tal-ewwel wasla fl-Unjoni. Għall-fini li l-kontrolli tal-kunsinni ttrasbordati jkunu effikaċi, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-perjodi tal-ħin u l-arranġamenti li skonthom l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jridu jwettqu l-verifiki tad-dokumenti, tal-identità u fiżiċi. |
(5) |
Il-punt (d) tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi li l-Kummissjoni trid tistabbilixxi l-każijiet meta, u l-kundizzjonijiet li fihom, jenħtieġ li jiġi awtorizzat it-tranżitu fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali, ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti dderivati, ta’ ħuxlief u tiben u prodotti komposti, ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra msemmija fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625. Jipprevedi wkoll li l-Kummissjoni tistabbilixxi r-regoli dwar ċerti kontrolli uffiċjali li jridu jsiru fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera fuq dawn il-kunsinni, fosthom il-każijiet u l-kundizzjonijiet għall-ħżin temporanju tal-oġġetti fl-imħażen doganali, f’imħażen fiż-żoni ħielsa, f’faċilitajiet ta’ ħżin temporanju u f’imħażen li huma speċjalizzati biex ifornu l-bażijiet militari tan-NATO u tal-Istati Uniti tal-Amerka. |
(6) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera jenħtieġ li jkunu jistgħu jawtorizzaw it-tkomplija tat-trasport lejn il-post tad-destinazzjoni finali, sa meta jsiru disponibbli r-riżultati tal-analiżijiet u tat-testijiet tal-laboratorju tal-kunsinni ta’ għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali soġġett għall-miżuri msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 u ta’ kunsinni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra msemmija fil-punti (c) u (e) tal-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament. L-ikel u l-għalf li jkunu magħmulin minnhom il-kunsinni jistgħu jidhru fil-lista tal-oġġetti li huma soġġetti għal żieda temporanja tal-kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul fl-Unjoni stabbilita fil-punt (b) tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 jew jistgħu jkunu soġġetti għal miżura ta’ emerġenza prevista fl-atti adottati skont l-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jew ikunu soġġetti għal kundizzjonijiet addizzjonali għad-dħul fl-Unjoni previsti fl-atti adottati skont l-Artikolu 126 tar-Regolament (UE) 2017/625, jew għal miżuri speċjali dwar id-dħul tagħhom fl-Unjoni previsti fl-atti adottati skont l-Artikolu 128 tar-Regolament (UE) 2017/625. |
(7) |
L-awtorizzazzjoni għat-tkomplija tat-trasport jenħtieġ li tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet sabiex jiġi żgurat kontroll xieraq tar-riskji. B’mod partikolari, biex jiġu ristretti r-riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u tal-pjanti, il-kunsinni ta’ ikel u għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali li huma soġġetti għall-miżuri msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 u l-kunsinni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra msemmija fil-punti (c) u (e) tal-Artikolu 47(1) jenħtieġ li jiġu ttrasportati lejn faċilitajiet għat-tkomplija tat-trasport fil-post tad-destinazzjoni finali magħżula mill-Istat Membru u jinħażnu hemm sakemm joħorġu r-riżultati tal-analiżijiet u tat-testijiet tal-laboratorju. |
(8) |
Il-faċilitajiet għat-tkomplija tat-trasport jenħtieġ li jkunu mħażen doganali jew faċilitajiet tal-ħżin temporanju awtorizzati, magħżulin jew approvati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u sabiex tiġi żgurata l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel u tal-għalf, jenħtieġ li dawn ikunu rreġistrati mal-awtoritajiet kompetenti kif previst fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u fir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), rispettivament. |
(9) |
Ir-riskji għas-saħħa tal-annimali assoċjati ma’ kunsinni ta’ annimali minn pajjiżi terzi li jaslu bl-ajru jew bil-baħar u li jibqgħu fl-istess mezz ta’ trasport biex jitkompla l-vjaġġ lejn il-pajjiż terz jew lejn Stat Membru ieħor, li huma maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni jew maħsuba għat-tranżitu mill-Unjoni, huma aktar baxxi minn dawk assoċjati ma’ kunsinni oħrajn ta’ annimali, inklużi l-kunsinni ttrasbordati fil-portijiet marittimi jew fl-ajruporti. Għalhekk, sakemm ma jkunx hemm suspett ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, jenħtieġ li jsiru l-verifiki fiżiċi u tal-identità ta’ dawn l-annimali fil-post tal-kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni. Barra minn hekk, il-verifiki tad-dokumenti jenħtieġ li jitwettqu fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni fejn l-annimali jiġu ppreżentati għall-kontrolli uffiċjali u li minnu jidħlu fl-Unjoni biex sussegwentement jitqiegħdu fis-suq, jew biex jgħaddu bi tranżitu mit-territorju tal-Unjoni. |
(10) |
Il-vjaġġi t-twal fl-istess mezz tat-trasport jista’ jkun ta’ detriment għall-benessri tal-annimali. Sabiex jiġu rispettati r-rekwiżiti dwar it-trattament xieraq tal-annimali fit-trasport, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (6) sakemm il-kunsinna ta’ annimali tasal fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni. |
(11) |
Sabiex tkun evitata l-introduzzjoni ta’ mard tal-annimali fl-Unjoni, jeħtieġ li jitwettqu l-verifiki tad-dokumenti, tal-identità u fiżiċi fuq kunsinni ta’ annimali ttrasbordati f’portijiet marittimi jew f’ajruporti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera fejn iseħħ l-ewwel trasbord. |
(12) |
Filwaqt li jitqiesu r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali assoċjati mal-kunsinni ttrasbordati ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u tal-prodotti komposti tagħhom, u l-ħtieġa li jiġi żgurat it-tħaddim effiċjenti tal-kontrolli uffiċjali fuq tali kunsinni, jixraq li jiġi stabbilit il-perjodu ta’ ħin li fih jenħtieġ li jitwettqu l-verifiki tad-dokumenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-trasbord. Il-kalkolu tal-ħin tal-perjodu tat-trasbord irid jibda malli l-kunsinna tasal fil-port jew fl-ajruport tal-Istat Membru. Meta jkun hemm suspett ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-trasbord iwettqu l-verifiki tad-dokumenti, tal-identità u fiżiċi. |
(13) |
Bil-ħsieb li jiġi żgurat it-tħaddim effiċjenti tal-kontrolli uffiċjali u filwaqt li jitqiesu r-riskji għas-saħħa tal-pjanti assoċjati mal-kunsinni ttrasbordati ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħrajn imsemmija fil-punti (c) u (e) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, jixraq li jiġu stabbiliti l-limiti tal-ħin li warajh ikunu jistgħu jitwettqu l-verifiki tad-dokumenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-trasbord. Il-kalkolu tal-ħin tal-perjodu tat-trasbord irid jibda malli l-kunsinna tasal fil-port jew fl-ajruport tal-Istat Membru. Meta jkun hemm suspett ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-trasbord iwettqu l-verifiki tad-dokumenti, tal-identità u fiżiċi. |
(14) |
Jixraq li jiġi previst li jekk minħabba suspett ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, ma jsirux il-verifiki kollha fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-trasbord fuq il-kunsinni ttrasbordati ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti, u ta’ oġġetti oħra msemmija fil-punti (c) u (e) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 li jkunu maħsubin biex jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jwettqu l-verifiki tad-dokumenti, tal-identità u fiżiċi. |
(15) |
Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-operaturi responsabbli mill-kunsinni ttrasbordati jkunu jistgħu jittrażmettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-trasbord l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni u fejn jinsabu l-oġġetti fil-port jew fl-ajruport, il-ħin stmat tal-wasla, il-ħin stmat tat-tluq u d-destinazzjoni tal-kunsinna tagħhom. F’każ bħal dan, l-Istati Membri għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ informazzjoni biex ikunu jistgħu jikkonsultaw l-informazzjoni pprovduta mill-operaturi u jivverifikaw li l-limitu tal-ħin biex jitwettqu l-verifiki tad-dokumenti ma jkunx inqabeż. |
(16) |
Ir-riskji għas-saħħa tal-annimali u għas-saħħa pubblika huma aktar baxxi fil-każ tal-għalf u l-ikel li mhumiex ta’ oriġini mill-annimali li huma soġġetti għall-miżuri jew għall-atti msemmija fil-punti (d)(e) u (f) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, li jiġu ttrasbordati minn bastiment jew minn inġenju tal-ajru taħt superviżjoni doganali għal bastiment jew inġenju tal-ajru ieħor fl-istess port jew ajruport. Għaldaqstant jixraq li jiġi previst li f’dan il-każ jenħtieġ li l-verifiki tad-dokumenti, tal-identità u fiżiċi ma jitwettqux fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-trasbord, iżda jsiru aktar tard fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni. Għaldaqstant, l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jagħti notifika minn qabel tal-wasla tal-kunsinna billi jimla u jissottometti l-parti rilevanti taċ-CHED fis-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC) għat-trażmissjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni. |
(17) |
Sabiex jiġu protetti s-saħħa u l-benessri tal-annimali, il-kunsinni tal-annimali fi tranżitu minn pajjiż terz għal pajjiż terz ieħor li jgħaddu taħt superviżjoni doganali mit-territorju tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal verifiki tad-dokumenti, tal-identità, u fiżiċi fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla fl-Unjoni, u jenħtieġ li dan it-tranżitu jkun awtorizzat biss soġġett għall-eżitu favorevoli ta’ dawk il-verifiki. |
(18) |
Bil-għan li tiġi protetta s-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, il-kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u tal-prodotti komposti tagħhom fi tranżitu minn pajjiż terz għal pajjiż terz ieħor li jgħaddu mit-territorju tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għall-verifiki tad-dokumenti u tal-identità fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Tali tranżitu għandu jkun awtorizzat soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, inkluż l-eżitu favorevoli tal-verifiki fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, bil-ħsieb li jiġi żgurat il-kontroll xieraq tar-riskji fil-fruntiera u waqt it-tranżitu u, fl-aħħar mill-aħħar, jiġi żgurat li dawn l-oġġetti jitilqu mit-territorju tal-Unjoni. |
(19) |
Sabiex tkun protetta s-saħħa tal-pjanti, jenħtieġ li l-kunsinni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra msemmija fil-punti (c) u (e) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 fi tranżitu minn pajjiż terz għal pajjiż terz ieħor li jgħaddu mit-territorju tal-Unjoni jkunu soġġetti għall-verifiki tad-dokumenti u fiżiċi bbażati fuq ir-riskju fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Jenħtieġ li dan it-tranżitu jkun awtorizzat soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, fosthom l-eżitu favorevoli tal-verifiki fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. |
(20) |
F’ċerti każijiet, il-kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u tal-prodotti komposti tagħhom li jkunu fi tranżitu minn pajjiż terz għal pajjiż terz ieħor li jgħaddu mit-territorju tal-Unjoni jistgħu jinħażnu temporanjament f’imħażen. Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà ta’ kunsinni bħal dawn, tali ħażna temporanja għandha ssir biss f’imħażen approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u li għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-iġjene stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (7). |
(21) |
Fl-interess tat-trasparenza, jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu u jaġġornaw fl-IMSOC lista tal-imħażen approvati kollha, billi jindikaw l-isem u l-indirizz tagħhom, il-kategorija tal-oġġetti li għalihom huma approvati u n-numru tal-approvazzjoni. Jenħtieġ li l-imħażen approvati jkunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali regolari mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti bil-ħsieb li jkun żgurat li jinżammu l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tagħhom. |
(22) |
Sabiex jiġi żgurat li l-kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u tal-prodotti komposti tagħhom jittellgħu abbord il-bastimenti realment, fost dawn, fuq il-bastimenti militari, li joħorġu mill-Unjoni, jenħtieġ li malli titwassal abbord il-kunsinna, l-awtorità kompetenti tal-port tad-destinazzjoni jew ir-rappreżentant tal-kaptan tal-bastiment jikkonfermaw li twasslet il-kunsinna lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jew tal-maħżen fejn inħażnu temporanjament tali oġġetti. Din il-konferma għandha ssir permezz billi jiġi kontroffirmat iċ-ċertifikat uffiċjali jew permezz ta’ mezzi elettroniċi. Meta l-kunsinni ma jitwasslux lill-bastiment, minħabba li ma jkunux laħqu l-bastiment fil-port jew minħabba problemi loġistiċi, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-maħżen jew tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni tingħata l-permess li tawtorizza r-ritorn tal-kunsinna lejn il-post tad-dispaċċ. |
(23) |
F’xi Stati Membri, minħabba s-sitwazzjoni ġeografika, it-tranżitu tal-annimali u l-oġġetti jsir skont kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fir-regoli dwar id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali, u prodotti li joriġinaw mill-annimali. Il-proċeduri u l-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ kontroll għalhekk huma meħtieġa sabiex jappoġġjaw l-infurzar ta’ dawk ir-rekwiżiti. |
(24) |
Jeħtieġ li jiġu stipulati l-kundizzjonijiet skont liema l-kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u tal-prodotti komposti tagħhom li tkun ingħatatilhom l-awtorizzazzjoni għat-tranżitu mit-territorju tal-Unjoni, iżda li jiġu rrifjutati mill-pajjiż terz tad-destinazzjoni jridu jitħallew jirritornaw direttament lejn il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera li awtorizza t-tranżitu tagħhom fl-Unjoni, jew lejn l-imħażen fejn dawn l-oġġetti nħażnu fit-territorju tal-Unjoni qabel ma ġew irrifjutati mill-pajjiż terz. |
(25) |
Minħabba r-riskji għas-saħħa u għall-benesseri tal-bnedmin u tal-annimali, il-kunsinni tal-annimali, il-prodotti li joriġinaw mill-annimali, il-prodotti ġerminali, il-prodotti sekondarji tal-annimali, il-ħuxlief u t-tiben u l-prodotti komposti li jinġarru mit-territorju tal-Unjoni għal parti oħra tat-territorju tal-Unjoni u li jgħaddu mit-territorju ta’ pajjiż terz għandhom ikunu soġġetti għall-verifiki tad-dokumenti u tal-identità mill-awtoritajiet kompetenti tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera qabel ma jerġgħu jiddaħħlu fl-Unjoni. Il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li jkunu ġew ippakkjati u ttrasportati b’mod xieraq kif imsemmi fl-Artikolu 47(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) ma għandhomx ikunu soġġetti għall-verifiki fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul mill-ġdid, billi r-riskju li jiġu introdotti organiżmi ta’ ħsara huwa baxx. |
(26) |
Bil-għan li jiġu żgurati komunikazzjoni xierqa u t-tqassim tar-responsabbiltajiet bejn awtoritajiet u operaturi differenti, għandha titlesta l-parti rilevanti taċ-CHED. Jenħtieġ li l-Parti I timtela mill-persuna responsabbli mill-kunsinna u tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera qabel il-wasla tal-kunsinna. Jenħtieġ li l-Parti II timtela mill-awtoritajiet kompetenti malli jitwettqu l-verifiki msemmija f’dan ir-Regolament u tkun ittieħdet deċiżjoni dwar il-kunsinna li tiġi rreġistrata hemmhekk. Jenħtieġ li l-Parti III timtela mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ħruġ jew tad-destinazzjoni finali, jew awtorità kompetenti lokali malli jkunu twettqu l-verifiki msemmija f’dan ir-Regolament. |
(27) |
Sabiex jiġi żgurat li l-kunsinni tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u tal-prodotti komposti tagħhom li jkunu ġejjin mit-territorju tal-Kroazja u li jgħaddu mit-territorju tal-Bożnija-Ħerzegovina f’Neum (“il-kuritur ta’ Neum”) ikunu intatti qabel ma jidħlu fit-territorju tal-Kroazja mill-punti tad-dħul fi Klek jew f’Zaton Doli, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti twettaq il-verifiki fuq is-siġilli tal-vetturi jew tal-kontejners tat-trasport u tirreġistra d-data u l-ħin tat-tluq u tal-wasla tal-vetturi li jittrasportaw l-oġġetti. |
(28) |
Meta l-kunsinni ta’ ċerti oġġetti msemmija fil-punti (b), (c), (d), (e) u (f) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jkunu maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni jew biex jgħaddu mill-Unjoni, f’ċerti każijiet, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tistipula li t-trasport tagħhom mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla lejn l-istabbiliment fil-post tad-destinazzjoni jew lejn il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ħruġ, u l-wasla tagħhom fil-post tad-destinazzjoni għandu jiġi ssorveljat. Sabiex jiġi evitat kull riskju għas-saħħa pubblika u għas-saħħa tal-annimali, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jissorveljaw li l-kunsinni jaslu fid-destinazzjoni fi żmien 15-il jum. |
(29) |
Wieħed mill-iskopijiet tar-Regolament (UE) 2017/625 huwa li r-regoli jkunu stabbiliti f’att wieħed minflok ma jkunu mxerrda f’diversi atti, dan jagħmilha aktar faċli biex dawk ir-regoli jinftiehmu u jiġu applikati. Dan ir-Regolament isegwi l-istess sistema u jevita l-ħtieġa li jsiru għadd ta’ kontroreferenzi bejn l-atti diversi, u b’hekk tiżdied it-trasparenza. Diversi regoli supplimentari stipulati f’dan l-abbozz tal-att huma marbutin ma’ xulxin u jridu jiġu applikati flimkien. Dan huwa l-każ b’mod speċjali għar-regoli dwar it-tranżitu, u dawn ir-regoli jibdew japplikaw fl-istess data. Billi dawn ir-regoli supplimentari se jkunu stabbiliti f’att wieħed, dan jevita r-riskju ta’ rduppjar tar-regoli. |
(30) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/208/KE (9), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/571/KE (10) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/215/UE (11) jistipulaw regoli dwar oqsma li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, biex ma jsirx irduppjar tar-regoli, jenħtieġ li dawk l-atti jitħassru. |
(31) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (12), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (13), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 (14), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009 (15), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (16), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 (17), ir-Regolament (UE) Nru 142/2011, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2012 (18) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 (19) jenħtieġ li jiġu emendati biex ikun żgurat li r-regoli stipulati f’dawk l-atti jkunu konsistenti mar-regoli stipulati f’dan ir-Regolament. |
(32) |
Billi r-Regolament (UE) 2017/625 jibda japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika wkoll minn dik id-data, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Kapitolu I
Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistipula:
(a) |
ir-regoli li jistabbilixxu l-każijiet meta u l-kundizzjonijiet li fihom, l-awtoritajiet kompetenti ta’ post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jistgħu jawtorizzaw it-tkomplija tat-trasport ta’ kunsinni tal-kategoriji ta’ oġġetti li ġejjin lejn il-post tad-destinazzjoni finali fl-Unjoni, sakemm isiru disponibbli r-riżultati tal-analiżijiet u tat-testijiet tal-laboratorju mwettqa bħala parti mill-verifiki fiżiċi msemmija fl-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2017/625:
|
(b) |
ir-regoli li jistabbilixxu l-każijiet meta, u l-kundizzjonijiet li fihom, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi tal-annimali li jaslu bl-ajru jew bil-baħar u li jibqgħu fl-istess mezz ta’ trasport biex jitkompla l-vjaġġ jistgħu jitwettqu f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera differenti minn dak tal-ewwel wasla fl-Unjoni; |
(c) |
ir-regoli speċifiċi għall-kontrolli uffiċjali f’postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera ta’ kunsinni ttrasbordati tal-annimali u tal-kategoriji ta’ oġġetti li ġejjin:
|
(d) |
regoli speċifiċi għall-kontrolli ta’ kunsinni tal-annimali u tal-kategoriji ta’ oġġetti fi tranżitu li ġejjin:
|
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-annimali vertebrati u invertebrati minbarra:
(a) |
l-annimali domestiċi kif inhuma ddefiniti fl-Artikolu 4(11) tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20); u |
(b) |
l-annimali invertebrati maħsubin għal skopijiet xjentifiċi kif imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2122 (21). |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“dokument sanitarju komuni tad-dħul” jew “CHED” tfisser id-dokument sanitarju komuni tad-dħul, li jintuża għan-notifika minn qabel tal-wasla ta’ kunsinni fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, u li jintuża biex jirreġistra l-eżitu tal-kontrolli uffiċjali li twettqu u tad-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-kunsinna li jkun qed jakkompanja; |
(2) |
“kunsinni ttrasbordati” tfisser kunsinni ta’ annimali jew ta’ oġġetti li jidħlu fl-Unjoni bil-baħar jew bl-ajru minn pajjiż terz, meta dawk l-annimali jew l-oġġetti jinħattu minn bastiment jew minn inġenju tal-ajru u jiġu ttrasportati taħt superviżjoni doganali għal fuq bastiment jew inġenju tal-ajru ieħor fl-istess port jew ajruport bi tħejjija għat-tkomplija tal-vjaġġ; |
(3) |
“maħżen” tfisser:
|
(4) |
“it-tkomplija tat-trasport” tfisser il-ġarr ta’ kunsinni ta’ oġġetti minn post ta’ kontroll fuq il-fruntiera lejn il-post tad-destinazzjoni finali fl-Unjoni, sakemm isiru disponibbli r-riżultati tal-analiżijiet u tat-testijiet tal-laboratorju; |
(5) |
“faċilità ta’ tkomplija tat-trasport” tfisser il-faċilità fil-post tad-destinazzjoni finali fl-Unjoni jew f’post li jinsab taħt il-mandat tal-istess awtorità kompetenti bħall-post tad-destinazzjoni finali, magħżula mill-Istat Membru tad-destinazzjoni għall-ħżin ta’ kunsinni ta’ oġġetti li jkunu soġġetti għat-tkomplija tat-trasport qabel ma jiġu rilaxxati l-kunsinni għaċ-ċirkolazzjoni libera; |
(6) |
“sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali” jew “IMSOC” tfisser is-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 131 tar-Regolament (UE) 2017/625; |
(7) |
“post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni” tfisser il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera fejn l-annimali u l-oġġetti jiġu ppreżentati għall-kontrolli uffiċjali u li minnu jidħlu fl-Unjoni għat-tqegħid sussegwenti fis-suq jew għat-tranżitu mit-territorju tal-Unjoni u li jista’ jkun post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla fl-Unjoni; |
(8) |
“pest irregolat mill-Unjoni li mhuwiex ta’ kwarantina” tfisser pest li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha elenkati fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2016/2031; |
(9) |
“maħżen approvat” tfisser maħżen approvat mill-awtoritajiet kompetenti kif previst fl-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament; |
(10) |
“bajd speċifikat bħala ħieles mill-patoġeni” tfisser bajd għat-tifqis li jkun ittieħed minn qatgħat ta’ tiġieġ li jkunu ħielsa minn patoġeni speċifikati, kif hemm deskritt fil-Farmakopea Ewropea (22), u li jkun maħsub biss għall-użu fid-dijannostikar, fir-riċerka jew għall-użu farmaċewtiku. |
Kapitolu II
It-tkomplija tat-trasport ta’ kunsinni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra, u ta’ għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali, kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1)
Taqsima 1
Il-kundizzjonijiet għat-tkomplija tat-trasport
Artikolu 3
L-obbligi tal-operaturi qabel l-awtorizzazzjoni tat-tkomplija tat-trasport
1. It-talbiet għall-awtorizzazzjoni li jitkompla t-trasport għandhom isiru mill-operaturi responsabbli mill-kunsinni tal-oġġetti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni qabel il-wasla tal-kunsinni fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Dawn it-talbiet għandhom isiru permezz ta’ notifika kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 56(3) tar-Regolament (UE) 2017/625 billi timtela l-Parti I taċ-CHED.
2. Għall-kunsinni tal-oġġetti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) li jintgħażlu għall-kampjunar u għall-analiżijiet fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, l-operatur responsabbli mill-kunsinni jista’ jitlob l-awtorizzazzjoni għat-tkomplija tat-trasport mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni billi jimla l-Parti I taċ-CHED.
Artikolu 4
L-awtorizzazzjoni tat-tkomplija tat-trasport
L-awtoritajiet kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jistgħu jawtorizzaw it-tkomplija tat-trasport tal-kunsinna tal-oġġetti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-eżitu tal-verifiki tad-dokumenti, tal-verifiki tal-identità u tal-verifiki fiżiċi, għajr dak tal-analiżijiet u t-testijiet fil-laboratorju li jitwettqu bħala parti minn dawk il-verifiki fiżiċi, imwettqa fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, ikun sodisfaċenti; |
(b) |
l-operatur responsabbli mill-kunsinna jkun talab it-tkomplija tat-trasport kif previst fl-Artikolu 3. |
Artikolu 5
L-obbligi tal-operaturi wara li tinkiseb l-awtorizzazzjoni għat-tkomplija tat-trasport
Meta l-awtoritajiet kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jawtorizzaw it-tkomplija tat-trasport tal-kunsinna tal-oġġetti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1), l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu:
(a) |
jimla l-Parti I ta’ CHED separat għall-istess kunsinna, marbuta fl-IMSOC maċ-CHED imsemmi fl-Artikolu 3, billi hemm jiddikjara l-mezz tat-trasport u d-data tal-wasla tal-kunsinna fil-faċilità magħżula għat-tkomplija tat-trasport; |
(b) |
jissottometti ċ-CHED imsemmi fil-punt (a) fl-IMSOC għat-trażmissjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera li jkunu awtorizzaw it-tkomplija tat-trasport. |
Artikolu 6
Il-kundizzjonijiet għat-trasportazzjoni u l-ħżin ta’ kunsinni soġġetti għat-tkomplija tat-trasport
1. L-operatur responsabbli mill-kunsinni li jkunu awtorizzati għat-tkomplija tat-trasport skont l-Artikolu 4 għandhom jiżguraw li:
(a) |
il-kunsinna ma tiġi mbagħbsa bl-ebda mod, kemm waqt it-trasport lejn il-faċilità ta’ tkomplija tat-trasport, kif ukoll waqt li tkun maħżuna fiha; |
(b) |
il-kunsinna ma tkun soġġetta għal ebda alterazzjoni, ipproċessar, sostituzzjoni jew tibdil fl-imballaġġ; |
(c) |
il-kunsinna ma toħroġx mill-faċilità ta’ tkomplija tat-trasport sakemm tittieħed id-deċiżjoni dwar il-kunsinna mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera b’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2017/625. |
2. L-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jittrasportaha taħt is-superviżjoni doganali direttament mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni lejn il-faċilità ta’ tkomplija tat-trasport, mingħajr ma jinħattu l-oġġetti waqt it-trasport, u għandu jaħżinha fil-faċilità ta’ tkomplija tat-trasport.
3. L-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jiżgura li l-imballaġġ jew il-mezz tat-trasport tal-kunsinna tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra msemmija fil-punti (a)(i) u (ii) tal-Artikolu 1(1) ikun magħluq jew issiġillat b’tali mod li, waqt it-trasport tagħha lejn il-faċilità ta’ tkomplija tat-trasport u waqt il-ħżin hemmhekk:
(a) |
ma jikkawżawx infestazzjoni f’pjanti, f’prodotti mill-pjanti jew f’oġġetti oħra, ta’ pesti elenkati bħala pesti ta’ kwarantina tal-Unjoni jew bħala pesti rregolati mill-Unjoni li mhumiex ta’ kwarantina; |
(b) |
ma jiġux infestati jew infettati huma b’pesti li mhumiex ta’ kwarantina. |
4. L-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jiżgura li jkun hemm kopja stampata jew kopja elettronika, taċ-CHED imsemmi fl-Artikolu 3 mal-kunsinna mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni sal-faċilità ta’ tkomplija tat-trasport.
5. L-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti fil-post tad-destinazzjoni finali bil-wasla tal-kunsinna fil-faċilità ta’ tkomplija tat-trasport.
6. Wara li l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jkunu awtorizzaw it-tkomplija tat-trasport tal-kunsinna lejn il-faċilità ta’ tkomplija tat-trasport, l-operatur responsabbli mill-kunsinna ma għandux jittrasporta l-kunsinna lejn faċilità ta’ tkomplija tat-trasport differenti minn dik indikata fiċ-CHED, dment li l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni ma jawtorizzawx il-bidla f’konformità mal-Artikolu 4, u dment li jiġu rispettati l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 7
Il-kompiti li jridu jwettqu l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera wara li jkunu awtorizzaw it-tkomplija tat-trasport
1. Meta jawtorizzaw it-tkomplija tat-trasport f’konformità mal-Artikolu 4, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti fil-post tad-destinazzjoni finali li l-kunsinna qed tiġi ttrasportata billi jissottomettu ċ-CHED imsemmi fl-Artikolu 3 fl-IMSOC.
2. Mal-finalizzazzjoni taċ-CHED imsemmi fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 56(5) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni għandhom jinnotifikaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti fil-post tad-destinazzjoni finali permezz tal-IMSOC.
3. Meta l-kunsinna ma tikkonformax mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni għandhom tieħu l-miżuri skont l-Artikolu 66(3) sa (6) ta’ dak ir-Regolament.
4. Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni ma jirċevux konferma tal-wasla ta’ kunsinna mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-post tad-destinazzjoni f’perjodu ta’ 15-il jum mid-data ta’ meta ġiet awtorizzata l-kunsinna għat-tkomplija tat-trasport lejn il-faċilità ta’ tkomplija tat-trasport, huma għandhom:
(a) |
jivverifikaw mal-awtoritajiet kompetenti fil-post tad-destinazzjoni, il-kunsinna waslitx jew le fil-faċilità ta’ tkomplija tat-trasport; |
(b) |
jinfurmaw lill-awtoritajiet doganali jekk il-kunsinna ma tkunx waslet; |
(c) |
iwettqu aktar investigazzjonijiet biex jiddeterminaw fejn realment tinsab il-kunsinna b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali u ma’ awtoritajiet oħrajn f’konformità mal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
Artikolu 8
Il-kompiti li jridu jwettqu l-awtoritajiet kompetenti fil-post tad-destinazzjoni finali
1. L-awtoritajiet kompetenti fil-post tad-destinazzjoni finali għandhom jikkonfermaw il-wasla tal-kunsinna fil-faċilità ta’ tkomplija tat-trasport billi jimlew fl-IMSOC il-Parti III taċ-CHED imsemmi fl-Artikolu 3.
2. L-awtorità kompetenti fil-post tad-destinazzjoni finali għandha tqiegħed il-kunsinni li ma jikkonformawx mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 taħt detenzjoni uffiċjali f’konformità mal-Artikolu 66(1) ta’ dak ir-Regolament, u għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex timplimenta l-miżuri ordnati mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-Artikolu 66(3) u (4) ta’ dak ir-Regolament.
Taqsima 2
Faċilitajiet ta’ tkomplija tat-trasport
Article 9
Kundizzjonijiet għall-għażla ta’ faċilitajiet ta’ tkomplija tat-trasport
1. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu faċilità ta’ tkomplija tat-trasport għall-kunsinni ta’ kategorija waħda jew ta’ diversi kategoriji ta’ oġġetti kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1), dment li dawn jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
ikunu mħażen doganali jew faċilitajiet ta’ ħżin temporanju kif imsemmija fl-Artikoli 240(1) u 147(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, rispettivament; |
(b) |
meta l-għażla tikkonċerna:
|
(c) |
ikollhom it-teknoloġija u t-tagħmir meħtieġa għat-tħaddim effikaċi tal-IMSOC. |
2. Meta l-faċilitajiet ta’ tkomplija tat-trasport ma jibqgħux jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
jissospendu temporanjament il-ħatra, sakemm jiġu implimentati l-azzjonijiet korrettivi, jew inkella jirtiraw il-ħatra b’mod permanenti għal ċerti kategoriji ta’ oġġetti, jew għall-kategoriji kollha, li għalihom tkun saret il-ħatra; |
(b) |
jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-faċilitajiet ta’ tkomplija tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 10 tiġi aġġornata kif xieraq. |
Artikolu 10
Ir-reġistrazzjoni tal-faċilitajiet ta’ tkomplija tat-trasport magħżulin fl-IMSOC
L-Istati Membri għandhom iżommu aġġornata fl-IMSOC il-lista ta’ faċilitajiet ta’ tkomplija tat-trasport magħżulin f’konformità mal-Artikolu 9(1), filwaqt li jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-isem u l-indirizz tal-faċilità ta’ tkomplija tat-trasport; |
(b) |
il-kategorija tal-oġġetti li għaliha tkun intgħażlet. |
Kapitolu III
It-tkomplija tal-vjaġġ tal-annimali li jibqgħu fl-istess mezz ta’ trasport u tal-kunsinni trasbordati ta’ annimali u oġġetti
Artikolu 11
Verifiki tad-dokumenti, verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi ta’ kunsinni ta’ annimali li jibqgħu fl-istess mezz ta’ trasport
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera għandhom iwettqu l-verifiki tad-dokumenti fuq iċ-ċertifikati jew id-dokumenti uffiċjali oriġinali jew fuq kopji tagħhom li huma meħtieġa li jakkumpanjaw il-kunsinni tal-annimali li jaslu bl-ajru jew bil-baħar u li jibqgħu fl-istess mezz ta’ trasport biex ikomplu jivvjaġġaw, meta dawn l-annimali jkunu maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni jew biex jgħaddu mill-Unjoni.
2. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jagħtu lura ċ-ċertifikati jew id-dokumenti uffiċjali li fuqhom ikunu wettqu l-verifiki lill-operatur responsabbli mill-kunsinna biex dawn iċ-ċertifikati jew id-dokumenti uffiċjali jkunu jistgħu jibqgħu mal-kunsinni għat-tkomplija tal-vjaġġ.
3. Meta jkun hemm suspett ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera għandhom iwettqu l-verifiki tad-dokumenti, tal-identità u fiżiċi fuq il-kunsinni.
Għandhom isiru l-verifiki tad-dokumenti fuq iċ-ċertifikati jew id-dokumenti uffiċjali oriġinali li huma meħtieġa li jakkumpanjaw il-kunsinna tal-annimali kif previst mir-regoli msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.
4. L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni għandhom iwettqu l-verifiki tad-dokumenti, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi, ħlief meta dawn il-verifiki jkunu twettqu f’post ieħor ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-paragrafu 3.
Artikolu 12
Il-verifiki tad-dokumenti, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi ta’ kunsinni ta’ annimali ttrasbordati
L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-trasbord għandhom iwettqu l-verifiki tad-dokumenti, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi ta’ kunsinni ta’ annimali ttrasbordati.
Artikolu 13
Verifiki tad-dokumenti, verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi ta’ kunsinni ttrasbordati ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u tal-prodotti komposti tagħhom
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-trasbord għandhom iwettqu tad-dokumenti fuq iċ-ċertifikati jew id-dokumenti uffiċjali oriġinali jew fuq kopji tagħhom, li huma meħtieġa jakkumpanjaw il-kunsinni ttrasbordati ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u tal-prodotti komposti tagħhom fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
għall-oġġetti li huma soġġetti għar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali u għar-regoli għall-prevenzjoni u l-minimizzazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali li jirriżultaw minn prodotti sekondarji tal-annimali u minn prodotti dderivati msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, meta l-perjodu tat-trasbord:
|
(b) |
għal oġġetti oħra għajr dawk imsemmijin fil-punt (a), meta l-perjodu tat-trasbord jaqbeż id-90 jum. |
2. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jagħtu lura ċ-ċertifikati jew id-dokumenti uffiċjali li fuqhom ikunu wettqu l-verifiki lill-operatur responsabbli mill-kunsinna biex dawn iċ-ċertifikati jew id-dokumenti uffiċjali jkunu jistgħu jibqgħu mal-kunsinni għat-tkomplija tal-vjaġġ.
3. Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-trasbord jissuspettaw li hemm nuqqas ta’ konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, għandhom iwettqu l-verifiki tad-dokumenti, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi fuq il-kunsinna.
Dawk il-verifiki tad-dokumenti għandhom jitwettqu fuq iċ-ċertifikati jew id-dokumenti uffiċjali oriġinali meta dawn iċ-ċertifikati jew id-dokumenti uffiċjali huma meħtieġa li jakkumpanjaw il-kunsinna, kif previst mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.
4. Meta kunsinna li tkun maħsuba biex tintbagħat lejn pajjiż terz taqbeż il-perjodu tal-ħin imsemmi fil-paragrafu 1, u meta din il-kunsinna ma tikkonformax mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera għandhom jordnaw li l-operatur jeqred il-kunsinna jew jiżgura li titlaq mill-Unjoni mingħajr dewmien.
5. L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni għandhom iwettqu l-verifiki tad-dokumenti, tal-identità u fiżiċi previsti fl-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 fuq l-oġġetti li jkunu maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, ħlief meta l-verifiki tad-dokumenti, il-verifiki tal-identità, u l-verifiki fiżiċi jkunu twettqu f’post ieħor ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-paragrafu 3.
6. L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni għandhom iwettqu l-verifiki msemmija fl-Artikolu 19 fuq l-oġġetti maħsuba għat-tranżitu mit-territorju tal-Unjoni, ħlief meta dawn il-verifiki kollha jkunu twettqu f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera ieħor f’konformità mal-paragrafu 3.
Artikolu 14
Il-ħżin ta’ kunsinni ttrasbordati ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u tal-prodotti komposti tagħhom
L-operaturi għandhom jiżguraw li l-kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u tal-prodotti komposti tagħhom, matul il-perjodu tat-trasbord jinħażnu biss:
(i) |
fiż-żona doganali jew fiż-żona ħielsa tal-istess port jew ajruport f’kontejners issiġillati; jew |
(ii) |
f’faċilitajiet tal-ħżin kummerċjali taħt il-kontroll tal-istess post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(11) u (12) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 (23). |
Artikolu 15
Verifiki tad-dokumenti, verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi ta’ kunsinni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra ttrasbordati
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-trasbord għandha twettaq il-verifiki tad-dokumenti fuq bażi ta’ riskju tal-kunsinni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra ttrasbordati msemmija fil-punt (c)(ii) u (iii) tal-Artikolu 1(1) meta l-perjodu tat-trasbord ikun ta’ aktar minn tlett ijiem fl-ajruport jew 30 jum fil-port.
2. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jagħtu lura ċ-ċertifikati jew id-dokumenti uffiċjali li jkunu vverifikaw lill-operatur responsabbli mill-kunsinna biex dawn iċ-ċertifikati jew id-dokumenti uffiċjali jkunu jistgħu jibqgħu mal-kunsinni għat-tkomplija tal-vjaġġ.
3. Meta jkun hemm suspett ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-trasbord għandha twettaq il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi fuq il-kunsinna.
4. Il-verifiki tad-dokumenti, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi għandhom jitwettqu fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni, ħlief meta dawn il-verifiki tad-dokumenti, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi jkunu twettqu f’post ieħor ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-paragrafu 3.
Artikolu 16
In-notifika tal-informazzjoni qabel jiskadi l-perjodu tat-trasbord
1. Għall-kunsinni li jkunu maħsuba għat-trasbord fil-perjodi tat-trasbord imsemmija fl-Artikoli 13(1) u 15(1), l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jibgħat notifika qabel il-wasla tal-kunsinna lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-trasbord permezz tal-IMSOC jew permezz ta’ sistema ta’ informazzjoni oħra magħżula mill-awtoritajiet kompetenti għal dak l-għan, filwaqt li jindika dawn li ġejjin:
(a) |
l-informazzjoni meħtieġa biex il-kunsinna tiġi identifikata, u fejn tkun tinsab fl-ajruport jew fil-port; |
(b) |
l-identifikazzjoni tal-mezzi tat-trasport; |
(c) |
il-ħin stmat tal-wasla u tat-tluq tal-kunsinna; |
(d) |
id-destinazzjoni tal-kunsinna. |
2. Għall-finijiet tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu sistema ta’ informazzjoni li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-trasbord:
(a) |
jikkonsultaw l-informazzjoni pprovduta mill-operaturi; |
(b) |
għal kull kunsinna jivverifikaw li l-perjodi tat-trasbord stipulati fl-Artikoli 13(1) u 15(1) ma jinqabżux. |
3. Minbarra n-notifika minn qabel prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fil-każijiet li jidhru hawn taħt, l-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jinnotifika wkoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-trasbord billi jimla u jissottometti l-parti rilevanti taċ-CHED fl-IMSOC, kif previst fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2017/625:
(a) |
meta jkun skada l-perjodu tat-trasbord imsemmi fl-Artikoli 13(1) u 15(1); jew |
(b) |
meta l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-trasbord jinfurmaw lill-operatur responsabbli mill-kunsinna bid-deċiżjoni li jkunu ħadu li jwettqu l-verifiki tad-dokumenti, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi minħabba li jkollhom suspett li ma hemmx konformità mal-perjodu tat-trasbord stipulat fl-Artikolu 13(3) jew fl-Artikolu 15(3). |
Artikolu 17
Verifiki tad-dokumenti, verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi ta’ kunsinni ta’ ikel u għalf li mhux ta’ oriġini mill-annimali ttrasbordati
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni għandhom iwettqu l-verifiki tad-dokumenti, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi fuq il-kunsinni ttrasbordati ta’ għalf u ikel mhux ta’ oriġini mill-annimali li jkunu soġġetti għall-miżuri previsti mill-atti msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625.
2. L-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jagħti notifika minn qabel tal-wasla tal-kunsinna tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu kif previst fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament 2017/625, lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni.
Kapitolu IV
It-tranżitu ta’ annimali u ta’ oġġetti minn pajjiż terz għal pajjiż terz ieħor, li jgħaddu mit-territorju tal-Unjoni
Taqsima 1
Kontrolli uffiċjali fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni
Artikolu 18
Verifiki tad-dokumenti, verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi ta’ kunsinni ta’ annimali ttrasbordati
L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni għandhom jawtorizzaw biss it-tranżitu ta’ kunsinni ta’ annimali minn pajjiż terz għal pajjiż terz ieħor, li jgħaddu mit-territorju tal-Unjoni meta l-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi jkunu favorevoli.
Artikolu 19
Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tat-tranżitu ta’ kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u tal-prodotti komposti tagħhom
L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jistgħu jawtorizzaw it-tranżitu ta’ kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u tal-prodotti komposti tagħhom, biss jekk dawn jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
li l-oġġetti jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli stipulati fir-regoli msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625; |
(b) |
li lill-kunsinna jkunu sarulha l-verifiki tad-dokumenti, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera b’riżultati tajbin; |
(c) |
li l-kunsinna jkunu sarulha l-verifiki fiżiċi fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera fejn kien issuspettat li ma kinitx tikkonforma mar-regoli msemmijin fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625; |
(d) |
li l-kunsinna jkollha magħha ċ-CHED u titlaq mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’vetturi jew f’kontejners tat-trasport issiġillati mill-awtorità fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera; |
(e) |
il-kunsinna trid tiġi ttrasportata direttament taħt is-superviżjoni doganali, mingħajr ma jinħattu jew jinfirdu l-oġġetti, f’perjodu massimu ta’ 15-il jum mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera lejn waħda mid-destinazzjonijiet li ġejjin:
|
Artikolu 20
Miżuri ta’ segwitu mill-awtoritajiet kompetenti
L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni li f’perjodu ta’ 15-il jum mid-data ta’ meta ġie awtorizzat it-tranżitu fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, ma jkunux irċevew konferma tal-wasla ta’ kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u tal-prodotti komposti tagħhom f’waħda mid-destinazzjonijiet imsemmijin fil-punti (e)(i) sa (iv) tal-Artikolu 19, għandhom:
(a) |
jivverifikaw mal-awtoritajiet kompetenti fil-post tad-destinazzjoni, il-kunsinna waslitx jew le fil-post tad-destinazzjoni; |
(b) |
jinfurmaw lill-awtoritajiet doganali jekk il-kunsinna ma tkunx waslet; |
(c) |
iwettqu aktar investigazzjonijiet biex jiddeterminaw fejn realment tinsab il-kunsinna b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali u ma’ awtoritajiet oħrajn f’konformità mal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
Artikolu 21
It-trasport tal-kunsinni lejn bastiment li jkun se jitlaq mit-territorju tal-Unjoni
1. Meta kunsinna ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 19 tkun iddestinata għal bastiment li jkun se jitlaq mit-territorju tal-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni, minbarra ċ-CHED għandhom joħorġu ċertifikat uffiċjali li jaqbel mal-mudell stipulat fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2128 (24), li għandu jakkumpanja l-kunsinna għal fuq il-bastiment.
2. Fil-każ meta jkun hemm diversi kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u tal-prodotti komposti tagħhom jintbagħtu flimkien għal fuq l-istess bastiment, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jistgħu joħorġu ċertifikat uffiċjali wieħed kif imsemmi fil-paragrafu 1 li għandu jakkumpanja tali kunsinni għal fuq il-bastiment, dment li jkunu indikaw ir-referenza taċ-CHED għal kull kunsinna.
Artikolu 22
Verifiki tad-dokumenti u verifiki fiżiċi ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħrajn fi tranżitu
1. Meta jiġu ppreżentati għat-tranżitu kunsinni f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni kunsinni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħrajn imsemmija fil-punt (d)(ii) u (iii) tal-Artikolu 1(1), l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jistgħu jawtorizzaw it-tranżitu ta’ tali pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn, dment li l-kunsinni jiġu ttrasportati taħt is-superviżjoni doganali.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iwettqu l-verifiki li ġejjin fuq bażi tar-riskju:
(a) |
verifiki tad-dokumenti tad-dikjarazzjoni ffirmata msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031; |
(b) |
verifiki fiżiċi tal-kunsinna biex jiżguraw li din tkun ippakkjata u ttrasportata b’mod xieraq skont kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 47(1)tar-Regolament (UE) 2016/2031. |
3. Meta jitwettqu l-kontrolli uffiċjali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtorizzaw it-tranżitu tal-oġġetti msemmijin fil-paragrafu 1, dment li l-kunsinni:
(a) |
jikkonformaw mal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2016/2031; |
(b) |
jinġarru lejn il-punt tal-ħruġ mill-Unjoni taħt is-superviżjoni doganali. |
4. L-operatur responsabbli minn kunsinni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiżgura li l-imballaġġ jew il-mezz tat-trasport tal-kunsilli jkunu magħluqin jew issiġillati b’mod li waqt it-trasport lejn l-imħażen u l-ħżin fihom:
(a) |
il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra ma jikkawżawx infestazzjoni jew infezzjoni f’pjanti oħrajn, f’prodotti mill-pjanti oħrajn jew f’oġġetti oħra, ta’ pesti elenkati bħala pesti ta’ kwarantina tal-Unjoni jew bħala pesti rregolati mill-Unjoni li mhumiex ta’ kwarantina msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 rispettivament u, fil-każ taż-żoni protetti, bil-pesti rispettivi mniżżlin fil-listi stabbiliti skont l-Artikolu 32(3) ta’ dak ir-Regolament; |
(b) |
il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra ma jistgħux jiġu infestati jew infettati bil-pesti msemmijin fil-punt (a). |
Taqsima 2
Il-kundizzjonijiet għall-ħżin ta’ kunsinni fi tranżitu f’imħażen approvati
Artikolu 23
Il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-imħażen
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japprovaw l-imħażen għall-ħżin ta’ kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u ta’ prodotti komposti tagħhom li għalihom ġie awtorizzat it-tranżitu f’konformità mal-Artikolu 19.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japprovaw biss l-imħażen imsemmija fil-paragrafu 1 li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
l-imħażen li jaħżnu prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti komposti, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom iridu jkunu konformi ma’:
|
(b) |
jeħtieġ li jkunu ġew awtorizzati, approvati jew magħżulin mill-awtoritajiet doganali f’konformità mal-Artikoli 147(1), 240(1) u 243(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013; |
(c) |
l-imħażen iridu jikkonsistu minn spazju magħluq li l-bibien tad-dħul u tal-ħruġ tiegħu jkunu soġġetti għall-kontroll permanenti mill-operaturi; |
(d) |
l-imħażen irid ikollhom kmamar għall-ħżin jew għar-refriġerazzjoni li jippermettu ħżin separat tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1; |
(e) |
l-imħażen irid ikollhom arranġamenti għar-reġistrazzjoni ta’ kuljum tal-kunsinni kollha li jidħlu fil-faċilitajiet jew li jitilqu minnhom, bid-dettalji tan-natura u tal-kwantità tal-oġġetti, l-isem u l-indirizz tad-destinatarji u kopji taċ-CHED u taċ-ċertifikati li jakkumpanjaw il-kunsinni; l-imħażen iridu jżommu dawk ir-rekords għal mill-inqas tliet snin; |
(f) |
l-oġġetti kollha msemmija fil-paragrafu 1 jeħtieġ li jkunu identifikati permezz ta’ tikkettar jew b’mezzi elettroniċi bin-numru ta’ referenza taċ-CHED li jakkumpanja l-kunsinna; dawk l-oġġetti jeħtieġ li ma jkunux soġġetti għall xi alterazzjoni, ipproċessar, sostituzzjoni jew tibdil fl-imballaġġ; |
(g) |
l-imħażen irid ikollhom it-teknoloġija u t-tagħmir meħtieġa għat-tħaddim effiċjenti tal-IMSOC; |
(h) |
l-operaturi tal-imħażen għandhom jipprovdu l-postijiet u l-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu l-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħrajn b’mod effikaċi, jekk jintalbu jagħmlu hekk mill-awtorità kompetenti. |
3. Meta l-imħażen ma jibqgħux jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tirtira jew tissospendi temporanjament l-approvazzjoni tal-maħżen.
Artikolu 24
It-trasport tal-oġġetti mill-imħażen
L-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jittrasporta l-kunsinna tal-oġġetti msemmija fl-Artikolu 23(1) mill-maħżen approvat lejn waħda mid-destinazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
post ta’ kontroll fuq il-fruntiera sabiex titlaq mit-territorju tal-Unjoni biex tmur:
|
(b) |
lejn maħżen approvat ieħor; |
(c) |
lejn bażi militari tan-NATO jew tal-Istati Uniti li tinsab fit-territorju tal-Unjoni; |
(d) |
lejn bastiment li jkun se jitlaq mill-Unjoni, meta l-kunsinna tkun maħsuba biex tforni l-bastiment; |
(e) |
post fejn jintremew il-kunsinni f’konformità mal-Kapitolu II tat-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25). |
Artikolu 25
Iż-żamma u l-aġġornar tal-lista tal-imħażen approvati
L-Istati Membri għandhom iżommu u jaġġornaw fl-IMSOC il-lista ta’ mħażen approvati, filwaqt li jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-isem u l-indirizz ta’ kull maħżen; |
(b) |
il-kategoriji tal-oġġetti li għalihom ikun ġie approvat. |
Artikolu 26
Kontrolli uffiċjali fl-imħażen
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kontrolli uffiċjali regolari fl-imħażen biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti tal-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 23.
2. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-kontrolli uffiċjali fl-imħażen approvati għandhom jivverifikaw l-effikaċja tas-sistemi li jkunu qed jitħaddmu biex jiżguraw it-traċċabbiltà tal-kunsinni, fost l-oħrajn billi jqabblu l-kwantitajiet tal-oġġetti li jidħlu fl-imħażen mal-kwantitajiet li joħorġu.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-kunsinni ttrasportati lejn l-imħażen, jew maħżuna fihom ikollhom magħhom iċ-CHED rilevanti u kopja stampata jew elettronika awtentikata taċ-ċertifikat uffiċjali kif imsemmi fl-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.
4. Meta l-kunsinni jaslu fl-imħażen approvati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
(a) |
iwettqu verifika tal-identità biex jikkonfermaw li l-kunsinna tikkorrispondi mal-informazzjoni rilevanti fiċ-CHED li jkun magħha; |
(b) |
jivverifikaw li s-siġilli mwaħħla fuq il-vetturi jew fuq il-kontejners tat-trasport għadhom intatti f’konformità ma’ mal-punt (d) tal-Artikolu 19 jew mal-punt (d) tal-Artikolu 28; |
(c) |
jirreġistraw l-eżitu tal-verifiki tal-identità fil-parti III taċ-CHED u jikkomunikaw dik l-informazzjoni permezz tal-IMSOC. |
Artikolu 27
L-obbligi tal-operaturi fl-imħażen
1. L-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti bil-wasla fil-maħżen approvat tal-kunsinna.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ teżenta lill-operatur responsabbli mill-maħżen approvat mill-obbligu li jinforma lill-awtoritajiet kompetenti bil-wasla tal-kunsinna fil-maħżen, dment li l-operatur ikun approvat mill-awtoritajiet doganali bħala operatur ekonomiku awtorizzat imsemmi fl-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
3. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ teżenta l-kunsinni mill-verifiki tal-identità dment li l-operatur responsabbli mill-kunsinna jkun approvat mill-awtoritajiet doganali bħala operatur ekonomiku awtorizzat imsemmi fl-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
4. L-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jiżgura li l-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 li nġarru lejn, jew inħażnu fl-imħażen ikollhom magħhom iċ-CHED rilevanti u kopja stampata jew elettronika awtentikata taċ-ċertifikat uffiċjali kif imsemmi fl-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.
Artikolu 28
Il-kundizzjonijiet għat-trasport tal-oġġetti mill-imħażen lejn pajjiżi terzi, lejn imħażen oħrajn u lejn postijiet fejn jintremew
L-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jittrasporta l-oġġetti msemmija fl-Artikolu 23(1) mill-maħżen approvat lejn waħda mid-destinazzjonijiet imsemmija fil-punti (a)(ii), (b) u (e) tal-Artikolu 24, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
l-operatur responsabbli mill-kunsinna jissottometti ċ-CHED permezz tal-IMSOC għall-kunsinna kollha u jiddikjara fih il-mezz tat-trasport u l-post tad-destinazzjoni; meta l-kunsinna oriġinali tinfired fil-maħżen, l-operatur responsabbli mill-kunsinna jrid jissottometti ċ-CHED permezz tal-IMSOC għal kull parti tal-kunsinna mifruda u jiddikjara fih il-kwantità, il-mezz tat-trasport u l-post tad-destinazzjoni għall-parti rilevanti tal-kunsinna mifruda; |
(b) |
l-awtoritajiet kompetenti jridu jawtorizzaw il-moviment u jiffinalizzaw iċ-CHED għal:
|
(c) |
l-operatur responsabbli mill-kunsinna jrid jiżgura li, barra miċ-CHED li jkun mal-kunsinna, ikun hemm kopja awtentikata taċ-ċertifikat uffiċjali li jkun akkumpanja l-kunsinna lejn il-maħżen, kif imsemmi fl-Artikolu 27(4), li tkompli l-vjaġġ mal-kunsinna, dment li ma tkunx ittellgħet kopja elettronika taċ-ċertifikat uffiċjali fl-IMSOC li ġiet ivverifikata mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni; meta l-kunsinna oriġinali tinfired u l-kopja taċ-ċertifikat uffiċjali ma tkunx ittellgħet fl-IMSOC mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti jagħtu lill-operatur responsabbli mill-kunsinna kopji awtentikati taċ-ċertifikat uffiċjali sabiex dawn jakkumpanjaw il-partijiet tal-kunsinna mifruda lejn id-destinazzjonijiet tagħhom; |
(d) |
l-operatur responsabbli mill-kunsinna jittrasporta l-oġġetti taħt is-superviżjoni doganali mill-imħażen f’vetturi jew f’kontejners tat-trasport issiġillati mill-awtoritajiet kompetenti; |
(e) |
l-operatur responsabbli mill-kunsinna jittrasporta l-oġġetti direttament mill-maħżen lejn il-post tad-destinazzjoni mingħajr ma jinħattu jew jinfirdu, f’perjodu massimu ta’ 15-il jum mid-data tal-awtorizzazzjoni għat-trasport. |
Artikolu 29
Il-kundizzjonijiet għat-trasportazzjoni tal-oġġetti mill-imħażen lejn bażijiet militari tan-NATO jew tal-Istati Uniti u lejn bastimenti li jkunu se jitilqu mill-Unjoni
L-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jittrasporta l-oġġetti msemmija fl-Artikolu 23(1) mill-imħażen approvati lejn waħda mid-destinazzjonijiet imsemmijin fil-punti (a)(i),(c) u (d) tal-Artikolu 24, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
l-operatur responsabbli mill-maħżen jiddikjara l-moviment tal-oġġetti lill-awtoritajiet kompetenti billi jimla l-Parti I taċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fil-punt (c); |
(b) |
l-awtorità kompetenti tawtorizza l-moviment tal-oġġetti u lill-operatur responsabbli mill-kunsinna tagħtih iċ-ċertifikat uffiċjali ffinalizzat imsemmi fil-punt (c), li jista’ jintuża għat-twassil tal-kunsinna li jkun fiha oġġetti dderivati minn iktar minn kunsinna waħda tal-oriġini jew iktar minn kategorija waħda ta’ prodotti; |
(c) |
l-operatur responsabbli mill-kunsinna jiżgura li ċertifikat uffiċjali f’konformità mal-mudell stipulat fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2128 [adottat abbażi tal-Artikolu 77(3)(a) u tal-Artikolu 90(a) tar-Regolament (UE) 2019/20191105-002] jakkumpanja l-kunsinna sad-destinazzjoni tagħha; |
(d) |
l-operatur responsabbli mill-kunsinna jittrasporta l-oġġetti taħt is-superviżjoni doganali; |
(e) |
l-operatur responsabbli mill-kunisinna jittrasporta l-oġġetti mill-imħażen f’vetturi jew f’kontejners tat-trasport li kienu ssiġillati taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti. |
Artikolu 30
Miżuri ta’ segwitu mill-awtoritajiet kompetenti
L-awtoritajiet kompetenti ta’ maħżen li f’perjodu ta’ 15-il jum mid-data ta’ meta ġie awtorizzat it-tranżitu mill-maħżen, ma jkunux irċevew konferma tal-wasla ta’ kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u tal-prodotti komposti tagħhom f’waħda mid-destinazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 24, għandhom:
(a) |
jivverifikaw mal-awtoritajiet kompetenti fil-postijiet tad-destinazzjoni, il-kunsinna waslitx jew le; |
(b) |
jinfurmaw lill-awtoritajiet doganali jekk il-kunsinna ma tkunx waslet; |
(c) |
iwettqu aktar investigazzjonijiet biex jiddeterminaw fejn realment jinsabu l-oġġetti b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali u ma’ awtoritajiet oħrajn f’konformità mal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
Artikolu 31
Il-monitoraġġ tat-twassil tal-oġġetti lil bastiment li jkun se jitlaq mit-territorju tal-Unjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jew tal-maħżen għandha tinnotifika li l-kunsinni tal-oġġetti msemmija fl-Artikolu 19 u fl-Artikolu 23(1) ikunu ntbagħtu u tinnotifika l-post tad-destinazzjoni tagħhom lill-awtorità kompetenti tal-port tad-destinazzjoni, permezz tal-IMSOC.
2. L-operatur jista’ jħott il-kunsinni ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 19 u fl-Artikolu 23(1) fil-port tad-destinazzjoni qabel ma jitwasslu fil-bastiment li jkun se jitlaq mit-territorju tal-Unjoni, dment li l-operazzjoni tkun awtorizzata u ssorveljata mill-awtorità doganali, u li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tat-twassil indikati fin-notifika msemmija fil-paragrafu 1.
3. Malli l-kunsinna tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 titwassal abbord il-bastiment, l-awtorità kompetenti tal-port tad-destinazzjoni jew ir-rappreżentant tal-kaptan tal-bastiment għandhom jikkonfermaw il-wasla tal-kunsinna lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jew tal-maħżen, permezz ta’:
(a) |
il-kontroffirmar taċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 29, jew |
(b) |
l-użu ta’ mezz elettroniku, fost l-oħrajn l-IMSOC jew sistemi nazzjonali eżistenti. |
4. Ir-rappreżentant imsemmi fil-paragrafu 3 jew l-operatur responsabbli biex iwassal il-kunsinna lill-bastiment li jkun se jitlaq mit-territorju tal-Unjoni għandu jirritorna, fi żmien 15-il jum, iċ-ċertifikat uffiċjali kontroffirmat imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3, lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jew tal-maħżen.
5. L-awtorità kompetenti tal-port tad-destinazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jew l-awtorità kompetenti tal-maħżen għandha tivverifika li l-konferma tal-kunsinna msemmija fil-paragrafu 3 hija rreġistrata fl-IMSOC jew li d-dokumenti kontroffirmati msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 jintbagħtu lura lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew lill-awtorità kompetenti tal-maħżen.
Taqsima 3
Kontrolli uffiċjali fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera minn fejn jitilqu l-oġġetti mit-territorju tal-Unjoni
Artikolu 32
L-obbligi tal-operatur li jippreżenta l-oġġetti li jkunu se joħorġu mit-territorju tal-Unjoni għall-kontrolli uffiċjali
1. L-operaturi għandhom jippreżentaw il-prodotti li joriġinaw mill-annimali, il-prodotti ġerminali, il-prodotti sekondarji tal-annimali, il-prodotti dderivati minnhom, il-ħuxlief u t-tiben u l-prodotti komposti tagħhom li jitilqu mit-territorju tal-Unjoni biex jiġu ttrasportati lejn pajjiż terz għall-kontrolli uffiċjali lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera indikat fiċ-CHED, f’post indikat minn dawk l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera.
2. L-operaturi għandhom jippreżentaw l-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu se joħorġu mit-territorju tal-Unjoni biex jintbagħtu lejn bażi militari tan-NATO jew tal-Istati Uniti li tinsab f’pajjiż terz, għall-kontrolli uffiċjali lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera indikat fiċ-ċertifikat uffiċjali f’konformità mal-mudell stipulat fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/XXX [adottat abbażi tal-Artikolu 77(3)(a) u tal-Artikolu 90(a) tar-Regolament (UE) 2019/2128.
Artikolu 33
Kontrolli uffiċjali fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera minn fejn jitilqu l-oġġetti mit-territorju tal-Unjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera fejn il-prodotti li joriġinaw mill-annimali, il-prodotti ġerminali, il-prodotti sekondarji tal-annimali, il-prodotti dderivati minnhom, il-ħuxlief u t-tiben u l-prodotti komposti tagħhom jitilqu mit-territorju tal-Unjoni, għandhom jagħmlu verifika tal-identità biex jiżguraw li l-kunsinna ppreżentata tikkorrispondi mal-kunsinna msemmija fiċ-CHED jew fiċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 29(c) li jkun mal-kunsinna. B’mod partikolari, għandhom jivverifikaw li s-siġilli mwaħħla fuq il-vetturi jew fuq il-kontejners tat-trasport, f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 19, mal-punt (d) tal-Artikolu 28, jew mal-punt (e) tal-Artikolu 29, għadhom intatti.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera minn fejn l-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 joħorġu mit-territorju tal-Unjoni għandhom jirreġistraw l-eżitu tal-kontrolli uffiċjali fil-parti III taċ-CHED jew fil-parti III taċ-ċertifikat uffiċjali f’konformità mal-mudell stipulat fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2128. L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera responsabbli mill-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jirreġistraw l-eżitu ta’ dawn il-kontrolli fl-IMSOC.
Taqsima 4
Derogi għall-kunsinni fi tranżitu
Artikolu 34
It-tranżitu ta’ ċerti annimali u ta’ ċerti oġġetti
1. B’deroga mill-Artikoli 18 u 19, l-awtoritajiet kompetenti tal-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni jistgħu jawtorizzaw it-tranżitu mit-territorju tal-Unjoni tal-kunsinni li ġejjin, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2:
(a) |
It-tranżitu bit-triq mil-Litwanja ta’ kunsinni ta’ annimali bovini għat-tnissil u l-produzzjoni, li jkunu ġejjin mir-reġjun Russu ta’ Kaliningrad u li jintbagħtu lejn destinazzjoni barra mill-Unjoni, li jidħlu u joħorġu mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera magħżula tal-Litwanja. |
(b) |
It-tranżitu bit-triq jew bil-ferrovija mill-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura, bejn postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja, li jkunu ġejjin mir-Russja u li jkunu ddestinati għar-Russja, direttament jew minn pajjiż terz ieħor. |
(c) |
It-tranżitu bit-triq jew bil-ferrovija mill-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti komposti, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini, ekwini, bajd speċifikat bħala ħieles mill-patoġeni, bejn postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja, li jkunu ġejjin mir-Russja u li jkunu destinati għar-Russja, direttament jew minn pajjiż terz ieħor. |
(d) |
It-tranżitu bit-triq jew bil-ferrovija ta’ kunsinni ta’ bajd, ta’ prodotti tal-bajd u ta’ laħam tat-tjur, bejn il-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera fil-Litwanja, li jkunu ġejjin mill-Belarus u li jkunu ddestinati għar-reġjun Russu ta’ Kaliningrad. |
(e) |
It-tranżitu bit-triq mill-Kroazja ta’ kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti komposti, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti ġerminali ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini, ekwini, bajd speċifikat bħala ħieles mill-patoġeni li jkunu ġejjin mill-Bożnija-Ħerzegovina, li jidħlu fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-triq ta’ Nova Sela u li joħorġu mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-port ta’ Ploče. |
2. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
L-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni għandha:
|
(b) |
L-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jiżgura li l-kunsinni jiġu ttrasportati direttament taħt is-superviżjoni doganali, mingħajr ma jinħattu, lejn il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera fejn il-kunsinni jkunu se jitilqu mit-territorju tal-Unjoni. |
(c) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera fejn l-oġġetti joħorġu mit-territorju tal-Unjoni għandhom:
|
(d) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli bbażati fuq ir-riskju biex jiżguraw li l-għadd ta’ kunsinni u l-kwantitajiet ta’ annimali u oġġetti li jkunu ħerġin mit-territorju tal-Unjoni jkunu jaqblu mal-għadd u mal-kwantitajiet li jkunu deħlin fit-territorju tal-Unjoni. |
Artikolu 35
It-tranżitu tal-oġġetti lejn bażi militari tan-NATO jew tal-Istati Uniti li tinsab fit-territorju tal-Unjoni
1. Il-prodotti li joriġinaw mill-annimali, il-prodotti ġerminali, il-prodotti sekondarji tal-annimali, il-prodotti dderivati minnhom, il-ħuxlief u t-tiben u l-prodotti komposti tagħhom iddestinati għal bażi militari tan-NATO jew tal-Istati Uniti li tinsab fit-territorju tal-Unjoni għandhom jiġu ppreżentati mill-operatur responsabbli mill-kunsinna, għall-kontrolli uffiċjali fil-bażi militari tan-NATO jew tal-Istati Uniti indikata fiċ-ċertifikat uffiċjali ta’ akkumpanjament f’konformità mal-mudell stipulat fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2128.
2. L-awtorità kompetenti responsabbli mill-kontrolli fil-bażi militari tan-NATO jew tal-Istati Uniti fid-destinazzjoni għandha tagħmel verifika tal-identità biex tikkonferma li l-kunsinna tikkorrispondi ma’ dik koperta miċ-CHED jew miċ-ċertifikat uffiċjali ta’ akkumpanjament f’konformità mal-mudell stipulat fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2128. B’mod partikolari, hija għandha tivverifika li s-siġilli mwaħħla fuq il-vetturi jew il-kontenituri tat-trasport, f’konformità mal-Artikoli 19(d) u 29(e), għadhom intatti. L-awtorità kompetenti responsabbli mill-kontrolli fil-bażi militari tan-NATO jew tal-Istati Uniti għandha tirreġistra l-eżitu ta’ dawn il-kontrolli fl-IMSOC.
Artikolu 36
It-tranżitu tal-oġġetti rrifjutati minn pajjiż terz wara t-tranżitu tagħhom mill-Unjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tat-triq jew tal-ferrovija tal-introduzzjoni fl-Unjoni tista’ tawtorizza t-tranżitu suċċessiv mill-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u ta’ prodotti komposti minnhom, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-kunsinna tal-oġġetti tkun ġiet irrifjutata minn pajjiż terz minnufih wara t-tranżitu tagħha mill-Unjoni jew is-siġilli mqiegħda mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 19, fil-punt (d) tal-Artikolu 28 jew fil-punt (e) tal-Artikolu 29, fil-vettura jew fil-kontejner tat-trasport għadhom intatti; |
(b) |
il-kunsinna tikkonforma mar-regoli stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 19. |
2. L-awtoritajiet kompetenti tat-triq jew tal-ferrovija tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni għandhom jerġgħu jissiġillaw il-kunsinna wara l-verifiki msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 19.
3. L-operaturi għandhom jittrasportaw il-kunsinna direttament lejn waħda mid-destinazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera li awtorizza t-tranżitu mill-Unjoni; jew |
(b) |
il-maħżen fejn inħażnet qabel ir-rifjut minn pajjiż terz. |
Kapitolu V
It-tranżitu ta’ annimali u oġġetti mit-territorju tal-Unjoni lejn parti oħra tat-territorju tal-Unjoni, li jgħaddu mit-territorju ta’ pajjiż terz
Artikolu 37
It-tranżitu ta’ annimali, ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u ta’ prodotti komposti tagħhom
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kunsinni ta’ annimali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u ta’ prodotti komposti tagħhom, li jiġu ttrasportati minn parti mit-territorju tal-Unjoni lejn parti oħra tat-territorju tal-Unjoni, li jgħaddu mit-territorju ta’ pajjiż terz, jiġu ttrasportati taħt is-superviżjoni doganali.
2. L-operaturi responsabbli mill-kunsinni msemmijin fil-paragrafu 1 li jkunu għaddew mit-territorju ta’ pajjiż terz, meta dawn il-kunsinni jerġgħu jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni għandhom jippreżentawhom:
(a) |
lill-awtoritajiet kompetenti ta’ post ta’ kontroll fuq il-fruntiera magħżul għal kwalunkwe kategorija tal-annimali u l-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1; jew |
(b) |
f’post indikat mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt (a), li jkun qrib il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. |
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni mill-ġdid fl-Unjoni għandhom:
(a) |
iwettqu l-verifiki tad-dokumenti biex jivverifikaw l-oriġini tal-annimali u tal-oġġetti li hemm fil-kunsinna; |
(b) |
fejn ikun meħtieġ mir-regoli msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, jivverifikaw l-istat tas-saħħa tal-annimali tal-pajjiżi terzi li minnhom ikunu għaddew il-kunsinni u ċ-ċertifikati u d-dokumenti uffiċjali ta’ akkumpanjament rilevanti; |
(c) |
fejn ikun meħtieġ mir-regoli msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, iwettqu verifika tal-identità biex jivverifikaw li s-siġilli mqiegħda fuq il-vetturi jew il-kontejners tat-trasport għadhom intatti. |
4. Meta jkun hemm suspett ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni mill-ġdid fl-Unjoni għandhom iwettqu wkoll il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi minbarra dawk stipulati fil-paragrafu 3.
5. L-operaturi għandhom jippreżentaw il-kunsinni ta’ annimali li jiġu ttrasportati minn parti mit-territorju tal-Unjoni lejn parti oħra tat-territorju tal-Unjoni u li jgħaddu mit-territorju ta’ pajjiż terz, għall-verifiki uffiċjali fil-punt tal-ħruġ mit-territorju tal-Unjoni.
6. L-awtorità kompetenti fil-punt tal-ħruġ mill-Unjoni għandha:
(a) |
meta jkun meħtieġ twettaq il-verifiki stipulati fir-regoli msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625; |
(b) |
tittimbra ċ-ċertifikat uffiċjali li jkun mal-kunsinna bil-kliem li ġej “GĦAT-TRANŻITU BISS BEJN PARTIJIET DIFFERENTI TAL-UNJONI EWROPEA LI JGĦADDI MINN [l-isem tal-pajjiż terz]”. |
Artikolu 38
Il-Kuritur ta’ Neum
1. Meta jkun hemm kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’prodotti sekondarji tal-annimali, ta’ prodotti dderivati minnhom, ta’ ħuxlief u tiben u ta’ prodotti komposti tagħhom li jkunu ġejjin mit-territorju tal-Kroazja għat-tranżitu mit-territorju tal-Bożnija-Ħerzegovina fil-kuritur ta’ Neum u qabel ma dawn joħorġu mit-territorju tal-Kroazja mill-punti tad-dħul ta’ Klek jew Zaton Doli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Kroazja għandhom:
(a) |
jissiġillaw il-vetturi jew il-kontejners tat-trasport qabel ma jgħaddu mill-kuritur ta’ Neum; |
(b) |
jirreġistraw id-data u l-ħin tat-tluq tal-vetturi li jittrasportaw il-kunsinni. |
2. Meta l-kunsinni msemmija fil-paragrafu 1 jerġgħu jidħlu fit-territorju tal-Kroazja fil-punti tad-dħul ta’ Klek jew Zaton Doli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Kroazja għandhom:
(a) |
jivverifikaw li s-siġilli fuq il-vetturi jew il-kontejners tat-trasport għadhom intatti, |
(b) |
jirreġistraw id-data u l-ħin tal-wasla tal-vetturi li jittrasportaw il-kunsinni. |
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Kroazja għandhom jieħdu l-miżuri x-xierqa skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2017/625 jekk:
(a) |
is-siġill imsemmi fil-paragrafu 1 ikun inqasam waqt it-tranżitu mill-kuritur ta’ Neum; jew |
(b) |
il-ħin tat-tranżitu jaqbeż il-ħin meħtieġ għall-ivvjaġġar bejn il-punti tad-dħul ta’ Klek u Zaton Doli. |
Kapitolu VI
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 39
Tħassir
Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2000/208/KE u 2000/571/KE u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/215/UE jitħassru b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019.
Artikolu 40
Emendi għad-Deċiżjoni 2007/777/KE
Id-Deċiżjoni 2007/777/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 6a huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 41
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 798/2008
L-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-paragrafu 1, tħassru l-punti (b), (c) u (d); |
(2) |
fil-paragrafu 2, tħassru l-punti (b), (c) u (d); |
(3) |
tħassru l-paragrafi 3 u 4. |
Artikolu 42
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1251/2008
L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-paragrafu 1, tħassru l-punti (b), (c) u (d); |
(2) |
tħassru l-paragrafi 2 u 3. |
Artikolu 43
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 119/2009
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 119/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-paragrafu 1, tħassru l-punti (b), (c) u (d); |
(2) |
tħassru l-paragrafi 2 u 3. |
Artikolu 44
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 206/2010
Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 12 a huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 17 a huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 45
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 605/2010
Ir-Regolament (UE) Nru 605/2010 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fl-Artikolu 7a, tħassru l-paragrafi 2 u 3. |
Artikolu 46
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 142/2011
Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 29 a huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 47
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 28/2012
Ir-Regolament (UE) Nru 28/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 5 a huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 48
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/759
L-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/759 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-paragrafu 1, tħassru l-punti (b), (c) u (d); |
(2) |
tħassru l-paragrafi 2 u 3. |
Artikolu 49
Id-dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/208/KE tal-24 ta’ Frar 2000 li tistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex tiġi applikata d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tirrigwarda t-transitu tal-prodotti ta’ origini mill-annimali minn pajjiż terz għall-ieħor bit-triq biss fil-Komunità Ewropea (ĠU L 64, 11.3.2000, p. 20).
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/571/KE tat-8 ta’ Settembru 2000 li tistabbilixxi l-metodi ta’ ċċekkjar veterinarju għal prodotti minn pajjiżi barra l-Komunità destinati għall-introduzzjoni fiż-żoni ħielsa, fi mħażen ħielsa, fi mħażen doganali jew operaturi li jissuplixxu mezzi mal-fruntieri ta’ trasport bil-baħar (ĠU L 240, 23.9.2000, p. 14).
(11) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/215/UE tal-4 ta’ April 2011 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE dwar it-trasbord fil-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni tal-kunsinni ta’ prodotti maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni jew għal pajjiżi terzi (ĠU L 90, 6.4.2011, p. 50).
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika, kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).
(13) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).
(14) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41).
(15) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009 tad-9 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minnhom, għall-importazzjoni fil-Komunità, jew għat-tranżitu minnha, ta’ laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 39, 10.2.2009, p. 12).
(16) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikolari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).
(17) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika, kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1).
(18) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2012 tal-11 ta’ Jannar 2012, li jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-importazzjoni għall-Unjoni u tat-tranżitu minn ġol-Unjoni ta’ ċerti prodotti komposti u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE u r-Regolament (KE) Nru 1162/2009 (ĠU L 12, 14.1.2012, p. 1).
(19) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 tat-28 ta’ April 2016 li jfassal listi tal-pajjiżi terzi, il-partijiet ta’ pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, li jistabbilixxi ċertifikati, rekwiżiti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u li jħassar id-Deċiżjoni 2003/812/KE (ĠU L 126, 14.5.2016, p. 13).
(20) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).
(21) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2122 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri, kontrolli speċifiċi fuq il-bagalji personali tal-passiġġieri u fuq kunsinni żgħar ta’ oġġetti mibgħuta lil persuni fiżiċi li mhumiex maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 (Ara paġna 45 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(22) http://www.edqm.eu (l-aħħar edizzjoni).
(23) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1014 tat-12 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar rekwiżiti minimi għall-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, inklużi ċ-ċentri ta’ spezzjoni, u għall-format, il-kategoriji u l-abbrevjazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-elenkar ta’ postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u ta’ punti ta’ kontroll (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 10).
(24) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2128 li jistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali u r-regoli għall-ħruġ ta’ ċertifikati uffiċjali għall-oġġetti li jintbagħtu lejn bastimenti li jkunu se jitilqu mill-Unjoni, u li jkunu maħsubin biex ifornu l-bastiment jew maħsubin għall-konsum mill-ekwipaġġ u mill-passiġġieri, jew ikunu qed jintbagħtu lejn bażi militari tan-NATO jew tal-Istati Uniti tal-Amerka (Ara paġna 114 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(25) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).