Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0828

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/828 tal-14 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/127 rigward ir-rekwiżiti għall-vitamina D fil-formula tat-trabi u għall-aċidu eruċiku fil-formula tat-trabi u fil-formula ta' prosegwiment (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    C/2019/1883

    ĠU L 137, 23.5.2019, p. 12–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/828/oj

    23.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 137/12


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/828

    tal-14 ta' Marzu 2019

    li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/127 rigward ir-rekwiżiti għall-vitamina D fil-formula tat-trabi u għall-aċidu eruċiku fil-formula tat-trabi u fil-formula ta' prosegwiment

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 (2) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, ir-regoli dwar il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-formula tat-trabi u tal-formula ta' prosegwiment.

    (2)

    Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/127 jistipula speċifikament li l-formula tat-trabi jrid ikun fiha ammonti ta' vitamina D fil-firxa ta' 2 sa 3 μg/100 kcal.

    (3)

    Tqajjem tħassib li jekk ikun hemm konsum għoli tal-formola li jkun fiha 3 μg/100 kcal ta' vitamina D, flimkien ma' konsum addizzjonali ta' vitamina D mis-supplimenti, xi trabi jistgħu jispiċċaw jieħdu wisq vitamina D, f'ammonti li jistgħu jkunu ta' periklu għas-saħħa. Sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' protezzjoni tat-trabi, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) tivvaluta s-sikurezza tal-konsum mit-trabi ta' formuli li jkun fihom 3 μg/100 kcal ta' vitamina D.

    (4)

    Fl-Opinjoni Xjentifika tagħha tat-28 ta' Ġunju 2018 dwar l-aġġornament tal-livell massimu tollerabbli tal-konsum tal-vitamina D għat-trabi (3), l-Awtorità kkonkludiet li l-użu ta' formula tat-trabi li jkun fiha 3 μg/100 kcal ta' vitamina D jista' jwassal biex xi trabi li jkollhom inqas minn erba' xhur jieħdu ammonti ta' vitamina D li jkunu ogħla mil-livell massimu tollerabbli tal-konsum anki mill-formula biss.

    (5)

    Din l-opinjoni tikkonkludi wkoll li l-użu ta' kontenut massimu ta' vitamina D ta' 2,5 μg/100 kcal fil-formula tat-trabi ma jwassalx għal konsum ta' vitamina D li jkun ogħla mil-livell massimu tollerabbli tal-konsum mill-formula waħedha. Abbażi ta' dik l-opinjoni, il-kontenut massimu ta' vitamina D li hu permess skont ir-Regolament Delegat (UE) 2016/127 għall-formula tat-trabi jenħtieġ li jitnaqqas għal 2,5 μg/100 kcal, b'konformità mal-Artikolu 6 u mal-Artikolu 9(1) sa (4) tar-Regolament (UE) Nru 609/2013.

    (6)

    Il-livelli massimi tal-aċidu eruċiku fil-formuli tat-trabi u fil-formuli tal-prosegwiment ġew stabbiliti bir-Regolament Delegat (UE) 2016/127.

    (7)

    L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika dwar il-preżenza tal-aċidu eruċiku fl-għalf u fl-ikel (4). Dik l-opinjoni tikkonkludi li l-95 perċentil tal-livell ta' esponiment dijetetiku kien l-ogħla fit-trabi u fi tfal oħrajn u dan jista' jindika riskju għal individwi żgħar b'livell għoli ta' esponiment għall-aċidu eruċiku.

    (8)

    Filwaqt li jitqiesu l-konklużjonijiet tal-opinjoni, jixraq li jitnaqqsu l-livelli massimi tal-aċidu eruċiku fil-formula tat-trabi u fil-formula tal-prosegwiment.

    (9)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi I u II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/127 jiġu emendati skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/127 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 tal-25 ta' Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-formula tat-trabi u tal-formula ta' prosegwiment u fir-rigward ta' rekwiżiti dwar l-informazzjoni dwar it-tmigħ tat-trabi u tat-tfal żgħar (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 1).

    (3)  EFSA Journal 2018; 16(8):5365, 118-il paġna.

    (4)  EFSA Journal 2016;14(11):4593, 173 paġna.


    ANNESS

    L-Annessi I u II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/127 huma emendati kif ġej:

    (1)

    L-Anness I huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-punt 11, l-entrata għall-vitamina D tinbidel b'dan li ġej:

     

    Għal kull 100 kJ

    Għal kull 100kcal

    Minimu

    Massimu

    Minimu

    Massimu

    “Vitamina D (μg)

    0,48

    0,6

    2

    2,5”

    (b)

    il-punt 5.3 jinbidel b'dan li ġej:

    “5.3.

    L-ammont ta' aċidu eruċiku ma għandux ikun aktar minn 0,4 % tal-ammont totali tal-kontenut ta' xaħam.”

    (2)

    Fl-Anness II, il-punt 4.3 jinbidel b'dan li ġej:

    “4.3.

    L-ammont ta' aċidu eruċiku ma għandux ikun aktar minn 0,4 % tal-ammont totali tal-kontenut ta' xaħam.”

    Top