This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0424
Commission Regulation (EU) 2019/424 of 15 March 2019 laying down ecodesign requirements for servers and data storage products pursuant to Directive 2009/125/EC of the European Parliament and of the Council and amending Commission Regulation (EU) No 617/2013 (Text with EEA relevance.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/424 tal-15 ta' Marzu 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal servers u prodotti għall-ħażna tad-data skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/424 tal-15 ta' Marzu 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal servers u prodotti għall-ħażna tad-data skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2019/1955
ĠU L 74, 18.3.2019, p. 46–66
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/05/2021
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/46 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/424
tal-15 ta' Marzu 2019
li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal servers u prodotti għall-ħażna tad-data skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikoluo15(1) tagħha,
Wara li kkonsultat lill-Forum ta' Konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2009/125/KE teżiġi li l-Kummissjoni tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw volumi sinifikanti ta' bejgħ u kummerċ, li jħallu impatt ambjentali sinifikanti u li joffru potenzjal sinifikanti għal titjib mil-lat tal-impatt ambjentali tagħhom, mingħajr ma jinvolvu spejjeż eċċessivi. |
(2) |
Il-Kummissjoni wettqet studju ta' tħejjija biex tanalizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi ta' servers u prodotti għall-ħażna tad-data li tipikament jintużaw għal finijiet kummerċjali. Dan l-istudju sar flimkien mal-partijiet konċernati u interessati mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi, u r-riżultati ġew ippubblikati. |
(3) |
Tipikament is-servers u l-prodotti għall-ħażna tad-data jitqiegħdu fis-suq għall-użu f'ċentri tad-data, f'uffiċċji u f'ambjenti korporattivi. |
(4) |
L-aspetti ambjentali tas-servers u l-prodotti għall-ħażna tad-data li ġew identifikati bħala sinifikanti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu u l-effiċjenza tar-riżorsi, b'mod partikolari dwar l-aspetti relatati mar-riparabbiltà, ir-riużabbiltà, l-aġġornabbiltà u r-riċiklabbiltà għas-sigurtà tal-provvista. |
(5) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn jenħtieġ jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija u tal-effiċjenza tar-riżorsi għas-servers u l-prodotti għall-ħażna tad-data madwar l-Unjoni, biex is-suq intern jaħdem aħjar u titjieb il-prestazzjoni ambjentali ta' dawk il-prodotti. |
(6) |
Il-konsum annwali tal-enerġija marbut mas-servers direttament hu mistenni jkun 48 TWh fl-2030, u jiżdied għal 75 TWh meta jiġi inkluż ukoll il-konsum annwali tal-enerġija relatat mal-infrastruttura (eż. is-sistemi tat-tkessiħ u s-sistemi ta' provvista tal-elettriku mingħajr interruzzjoni). Il-konsum annwali tal-enerġija ta' prodotti għall-ħażna tad-data hu mistenni jkun 30 TWh fl-2030, u 47 TWh meta tiġi inkluża wkoll l-infrastruttura. L-istudju ta' tħejjija juri li l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu mis-servers u l-prodotti għall-ħażna tad-data jista' jitnaqqas b'mod sinifikanti. |
(7) |
L-effett tar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti f'dan ir-Regolament hu stmat li sal-2030 jiġġenera ffrankar annwali tal-enerġija ta' madwar 9 TWh (bejn wieħed u ieħor il-konsum annwali tal-elettriku tal-Estonja fl-2014). F'aktar dettall, l-effett tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għas-servers stabbiliti f'dan ir-Regolament hu stmat li sal-2030 jiġġenera ffrankar annwali dirett tal-enerġija ta' madwar 2,4 TWh u ffrankar annwali indirett tal-enerġija (jiġifieri relatat mal-infrastruttura) ta' 3,7 TWh, li b'kollox ifisser iffrankar ta' 6,1 TWh, u li jikkorrispondi għal total ta' 2,1 Mt ta' ekwivalenti tas-CO2. L-effett tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti għall-ħażna tad-data stabbiliti f'dan ir-Regolament hu stmat li sal-2030 jiġġenera ffrankar annwali dirett tal-enerġija ta' madwar 0,8 TWh u ffrankar annwali indirett tal-enerġija (jiġifieri relatat mal-infrastruttura) ta' 2 TWh, li b'kollox ifisser iffrankar ta' 2,8 TWh, u li jikkorrispondi għal 0,9 Mt ta' ekwivalenti tas-CO2. |
(8) |
Skont il-pjan ta' azzjoni tal-Unjoni għal Ekonomija Ċirkolari (2), il-Kummissjoni jenħtieġ tiżgura li issir enfasi speċjali fuq aspetti rilevanti għall-ekonomija ċirkolari, bħad-durabbiltà u r-riparabbiltà, meta tistabbilixxi jew tirrevedi l-kriterji tal-ekodisinn. Għalhekk jenħtieġ jiġu stabbiliti rekwiżiti dwar aspetti mhux relatati mal-enerġija, inkluż l-estrazzjoni ta' komponenti ewlenin u ta' materja prima kritika (CRM), id-disponibbiltà ta' funzjonalità għal tħassir sigur tad-data u l-għoti tal-aħħar verżjoni disponibbli ta' firmwer. |
(9) |
Ir-rekwiżit dwar l-estrazzjoni ta' komponenti ewlenin hu mistenni jrawwem ir-riparabbiltà u l-aġġornabbiltà tas-servers u l-prodotti għall-ħażna tad-data, b'mod partikolari minn partijiet terzi (bħal bħat-tiswija tal-partijiet tal-bdil u l-manutenzjoni). |
(10) |
Il-possibbiltà li r-Regolamenti dwar l-Ekodisinn (inkluż għal servers tal-intrapriża) jindirizzaw is-CRM issemmiet fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, “Rapport dwar Materja Prima Kritika u l-Ekonomija Ċirkolari” (3) ppubblikat dan l-aħħar. |
(11) |
Ir-rekwiżit dwar funzjonalità għal tħassir sigur tad-data jista' jiġi implimentat permezz ta' soluzzjonijiet tekniċi bħal, iżda mhux limitati għal, funzjonalità implimentata fil-firmwer, tipikament fil-BIOS (is-Sistima Bażika tal-Input/Output), f'softwer inkluż f'ambjent awtonomu li kapaċi jibbutja mogħti f'disk kompatta li kapaċi tibbutja, disk diġitali versatili jew apparat tal-ħżin tal-memorja b'bus serjali universali inkluż mal-prodott, jew fis-softwer installabbli fis-sistemi operatorji appoġġati mogħtija mal-prodott. |
(12) |
Ir-rekwiżiti dwar aspetti mhux relatati mal-enerġija huma mistennija jikkontribwixxu b'mod li jtawlu l-ħajja tas-servers għax jagħmluha eħfef li jiġu rinnovati u użati mill-ġdid, filwaqt li tinżamm il-konformità mal-prinċipji tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali kif stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(13) |
Il-konsum tal-enerġija tas-servers u tal-prodotti tal-ħżin tad-data jista' jonqos jekk jiġu applikati teknoloġiji mhux proprjetarji eżistenti mingħajr ma jiżdiedu l-ispejjeż ikkombinati tax-xiri u tat-tħaddim ta' dawn il-prodotti. |
(14) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn jenħtieġ ma jaffettwawx il-funzjonalità jew l-affordabbiltà tas-servers u tal-prodotti tal-ħżin tad-data mill-perspettiva tal-utent finali u jenħtieġ ma jaffettwawx ħażin is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent. |
(15) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-saħħa, b'mod partikolari d-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li tkopri r-riskji kollha tas-saħħa u tas-sikurezza tat-tagħmir elettriku li jopera b'vultaġġ ta' bejn il-50 u l-1 000 V għall-kurrent alternant u bejn il-75 u l-1 500 V għall-kurrent dirett. |
(16) |
L-introduzzjoni tar-rekwiżiti tal-ekodisinn jenħtieġ jagħtu biżżejjed ħin lill-manifatturi biex jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti tagħhom soġġetti għal dan ir-Regolament. Il-ħin jenħtieġ iqis l-impatt fuq l-ispejjeż tal-manifatturi, b'mod partikulari għall-intrapriżi żgħar u medji, u jiżgura li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament jintlaħqu fil-ħin. |
(17) |
Il-parametri tal-prodott jenħtieġ jitkejlu u jiġu kkalkulati b'metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u li jqisu l-aktar metodi avvanzati tal-kejl u tal-kalkolu rrikonoxxuti inkluż, meta disponibbli, standards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni wara talba mingħand il-Kummissjoni, skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
(18) |
B'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament jispeċifika liema proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità japplikaw. |
(19) |
Biex jeħfiefu l-kontrolli tal-konformità, il-manifatturi jenħtieġ jipprovdu l-informazzjoni li jkun hemm fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE safejn dik l-informazzjoni tkun relatata mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
(20) |
Minbarra r-rekwiżiti vinkolanti legalment stabbiliti f'dan ir-Regolament, jenħtieġ jiġu stabbiliti parametri indikattivi ta' referenza għall-aqwa teknoloġiji disponibbli biex ikun żgurat li l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tas-servers u tal-prodotti tal-ħżin tad-data tkun disponibbli b'mod wiesa' u aċċessibbli faċilment. |
(21) |
Jenħtieġ jiġi emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 (7) biex jeskludi s-servers tal-kompjuters mill-kamp tal-applikazzjoni tiegħu ħalli tkun evitata kull koinċidenza mal-istess prodotti fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(22) |
Id-definizzjonijiet ta' dan ir-Regolament relatati mal-prodotti tal-ħżin tad-data huma konsistenti mat-terminoloġija żviluppata mill-Inizjattiva tal-Ħżin Ekoloġiku li ħadet l-Assoċjazzjoni tal-Industrija tan-Netwerking tal-Ħażna (SNIA), kif definit fit-tassonomija Emerald tal-SNIA. |
(23) |
B'mod partikolari, id-definizzjoni ta' prodotti żgħar tal-ħżin tad-data tikkorrispondi għat-tagħmir 1 online kif stabbilit fit-tassonomija Emerald tal-SNIA, u d-definizzjoni ta' prodotti kbar tal-ħżin tad-data tikkorrispondi għat-tagħmir 5 u 6 online kif stabbilit fit-tassonomija Emerald tal-SNIA. |
(24) |
Id-definizzjonijiet ta' dan ir-Regolament relatati ma' tipi ta' prodotti tas-servers, l-effiċjenza tas-servers, il-prestazzjoni tas-servers u l-potenza massima, huma konsistenti mat-terminoloġija adottata f'EN 303 470:2018. Il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu għall-effiċjenza tas-servers huma konsistenti mal-metodi adottati f'EN 303 470:2018. |
(25) |
Il-klassijiet tal-kundizzjonijiet operatorji, u l-karatteristiċi tagħhom, huma konsistenti mal-klassifikazzjoni stabbilita fil-Linji Gwida Termali għall-Ambjenti tal-Ipproċessar tad-Data mis-Soċjetà Amerikana tal-Inġiniera tar-Riskaldament u r-Refriġerazzjoni u l-Kundizzjonament tal-Arja. B'mod partikolari, il-kundizzjonijiet limitu ta' kull klassi tal-kundizzjonijiet operatorji (bħalma huma t-temperatura u l-umdità) huma konformi mal-firxiet ambjentali permissibbli skont il-Linji Gwida Termali għall-Ambjenti tal-Ipproċessar tad-Data, meta l-manifatturi jittestjaw l-apparat tagħhom biex jivverifikaw li se jaħdem fi ħdan dawk il-limiti. |
(26) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq u għad-dħul fis-servizz ta' servers u prodotti online tal-ħżin tad-data.
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-prodotti li ġejjin:
(a) |
servers maħsuba għal applikazzjonijiet integrati; |
(b) |
servers klassifikati bħala servers fuq skala żgħira f'termini tar-Regolament (UE) Nru 617/2013; |
(c) |
servers b'aktar minn erba' sokits tal-proċessur; |
(d) |
apparati tas-servers; |
(e) |
servers kbar; |
(f) |
servers tolleranti għalkollox għall-ħsarat; |
(g) |
servers tan-netwerks; |
(h) |
prodotti żgħar tal-ħżin tad-data; |
(i) |
prodotti kbar tal-ħżin tad-data. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“server” tfisser prodott ta' kompjutazzjoni li jipprovdi servizzi u jimmaniġġja riżorsi imqabbdin f'netwerk għal apparati tal-klijenti, bħal kompjuters desktop, kompjuters notebook, terminals ħfief desktop, telefowns tal-protokoll tal-Internet, smartphones, tablets, telekomunikazzjoni, sistemi awtomatizzati jew servers oħra, aċċessat primarjament permezz ta' konnessjonijiet tan-netwerk, u mhux permezz ta' apparati ta' input dirett mill-utent, bħal tastieri jew maws u b'dawn il-karatteristiċi li ġejjin:
|
(2) |
“server b'aktar minn erba' sokits tal-proċessur” tfisser server li fih aktar minn erba' interfaċċji ddisinjati għall-installazzjoni ta' proċessur. Għas-servers multinodi, dan it-terminu jirreferi għal server li jkollu aktar minn erba' sokits tal-proċessur f'kull nodu tas-servers; |
(3) |
“applikazzjoni integrata” tfisser applikazzjoni ta' softwer li tinsab b'mod permanenti f'apparat industrijali jew tal-konsumatur, tipikament maħżuna f'memorja mhux volatili bħal ROM (read-only memory) jew memorja flash; |
(4) |
“apparat tas-server” tfisser server li mhux maħsub biex jeżekwixxi softwer fornut mill-utent, jipprovdi servizzi permezz ta' netwerk wieħed jew aktar, hu mmaniġġat tipikament b'interfaċċja fuq l-Internet jew ta' linja tal-kmand u fih sistema operatorja u s-softwer tal-applikazzjoni installati minn qabel li jintuża biex iwettaq funzjoni apposta jew sett ta' funzjonijiet marbutin flimkien; |
(5) |
“server reżiljenti” tfisser server iddisinjat b'karatteristiċi estensivi ta' affidabbiltà, disponibbiltà, servizzibbiltà u skalabbiltà integrati fil-mikroarkitettura tas-sistema, unità tal-ipproċessar ċentrali (CPU) u ċipset. |
(6) |
“server kbir” tfisser server reżiljenti li jiġi konsenjat bħala sistema integrata minn qabel/ittestjata minn qabel f'qafas wieħed komplut jew aktar u li jinkludi subsistema tal-input/output ta' konnettività għolja b'mill-inqas 32 slott tal-input/output apposta; |
(7) |
“server multinodi” tfisser server iddisinjat b'żewġ nodi tas-server indipendenti jew aktar li jikkondividu kompartiment wieħed u unità waħda jew aktar tal-provvista tal-enerġija. F'server multinodi, l-enerġija tiġi distribwita fin-nodi kollha permezz ta' unitajiet kondiviżi tal-provvista tal-enerġija. In-nodi tas-servers f'server multinodi mhumiex iddisinjati biex ikollhom faċilità ta' hotswap; |
(8) |
“server tolleranti għalkollox għall-ħsarat” tfisser server iddisinjat b'ħardwer komplut addizzjonali (biex jeżekwixxi simultanjament u repetitivament tagħbija tax-xogħol waħda għal disponibbilità kontinwa f'applikazzjonijiet b'missjoni kritika), fejn kull komponent tal-kompjutazzjoni jiġi replikat bejn żewġ nodi li jeżekwixxu tagħbijiet tax-xogħol identiċi u fl-istess ħin (jiġifieri, jekk nodu minnhom jieqaf jew ikollu l-ħsara, it-tieni nodu jkun jista' jeżekwixxi t-tagħbija tax-xogħol waħdu u jevita l-perjodi ta' waqfien); |
(9) |
“server tan-netwerks” tfisser prodott ta' netwerk li fih l-istess komponenti bħala server flimkien ma' aktar minn 11-il port tan-netwerk bi throughput totali tar-rata ta' fluss ta' 12 Gb/s jew aktar, il-kapaċità li jirrikonfigura b'mod dinamiku l-portijiet u l-veloċità, u jagħti appoġġ għal ambjent ta' netwerk virtwalizzat permezz ta' netwerk definit tas-softwer; |
(10) |
“prodott tal-ħżin tad-data” tfisser sistema tal-ħżin funzjonali għalkollox li tforni servizzi tal-ħażna tad-data lil klijenti u apparati mehmuża direttament jew permezz ta' netwerk. Komponenti u subsistemi li huma parti integrali tal-arkitettura tal-prodott tal-ħżin tad-data (eż. biex jipprovdu komunikazzjoni interna bejn il-kontrolluri u d-disks) jitqiesu parti mill-prodott tal-ħżin tad-data. B'kuntrast, il-komponenti li normalment huma assoċjati ma' ambjent tal-ħażna fil-livell taċ-ċentru tad-data (eż. apparati meħtieġa għall-operazzjoni ta' netwerk estern tal-erja tal-ħażna) ma jitqisux parti mill-prodott tal-ħżin tad-data. Prodott tal-ħżin tad-data jista' jkun magħmul minn kontrolluri integrati tal-ħażna, apparati tal-ħżin tad-data, elementi integrati tan-netwerk, softwer, u apparati oħra; |
(11) |
“Disk Riġida” (HDD) tfisser apparat tal-ħżin tad-data li jaqra u jikteb fuq plater wieħed jew bosta tad-disk manjetiku rotanti; |
(12) |
“Disk ta' Stat Solidu” (SSD) tfisser apparat tal-ħżin tad-data li jaqra u jikteb fuq memorja ta' stat solidu mhux volatili minflok minn fuq plater manjetiku rotanti għall-ħżin tad-data; |
(13) |
“apparat tal-ħżin tad-data” tfisser apparat li jipprovdu ħżin mhux volatili tad-data, għajr l-elementi tal-ħżin aggreganti bħal subsistemi ta' arrays addizzjonali ta' disks indipendenti, libreriji ta' tejps robotiċi, filers, u servers tal-fajls u apparati tal-ħżin li mhumiex aċċessibbli direttament minn programmi ta' applikazzjonijiet tal-utent finali, u minflok jintużaw bħala għamla ta' cache interna; |
(14) |
“prodott online tal-ħżin tad-data” tfisser prodott tal-ħżin tad-data iddisinjat għal aċċess aleatorju online tad-data, aċċessibbli b'mod aleatorju jew sekwenzjali, b'ħin massimu għall-ewwel data ta' inqas minn 80 millisekonda; |
(15) |
“prodott żgħir tal-ħżin tad-data” tfisser prodott tal-ħżin tad-data li fih sa erba' apparati tal-ħżin tad-data; |
(16) |
“prodott kbir tal-ħżin tad-data” tfisser prodott tal-ħażin tad-data mainframe jew ta' livell għoli li jappoġġa aktar minn 400 apparat tal-ħżin tad-data fil-konfigurazzjoni massima tiegħu u b'dawn l-attributi meħtieġa li ġejjin: mingħajr punti uniċi ta' falliment, u b'servizzibbiltà mhux imfixkla u b'kontrollur integrat tal-ħażna. |
2. Għall-finijiet tal-Annessi II sa V, hemm aktar definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-ekodisinn u skeda taż-żmien
1. Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għal servers u prodotti online tal-ħżin tad-data huma stabbiliti fl-Anness II.
2. Mill-1 ta' Marzu 2020, is-servers għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fil-punti 1.1.1, 1.2.1, 1.2.2, 2.1, 2.2, 3.1, 3.3 u 3.4. tal-Anness II.
3. Mill-1 ta' Marzu 2020, il-prodotti online tal-ħżin tad-data għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fil-punti 1.1.1, 1.2.1, 1.2.2, 3.2, 3.3 u 3.4 tal-Anness II.
(a) |
Mill-1 ta' Marzu 2021, is-servers u l-prodotti online tal-ħżin tad-data għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fil-punt 1.2.3 tal-Anness II. |
(b) |
Mill-1 ta' Jannar 2023, is-servers u l-prodotti online tal-ħżin tad-data għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fil-punt 1.1.2 tal-Anness II. |
(c) |
Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont il-metodi stabbiliti fl-Anness III. |
Artikolu 4
Valutazzjoni tal-konformità
1. Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun il-kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta' dik id-Direttiva jew is-sistema ta' ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta' dik id-Direttiva.
2. Għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fil-punt 3.4 tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika stabbilita fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament meta jwettqu l-kontrolli ta' sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE.
Artikolu 6
Evażjoni
Il-manifattur jew l-importatur ma għandux iqiegħed prodotti fis-suq li ġew iddisinjati biex ikunu kapaċi jindunaw li qed jiġu ttestjati (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxu b'mod speċifiku billi jbiddlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom matul it-test bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kull wieħed mill-parametri ddikjarat mill-manifattur jew mill-importatur fid-dokumentazzjoni teknika jew inkluż fi xi dokumentazzjoni pprovduta.
Artikolu 7
Parametri indikattivi ta' referenza
L-Anness V jistabbilixxi l-parametri indikattivi ta' referenza għas-servers u l-prodotti tal-ħżin tad-data li jkollhom l-aqwa prestazzjoni u li jkunu disponibbli fis-suq fis-7 ta' April 2019.
Artikolu 8
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dan ir-Regolament u għandha tippreżenta r-riżultati ta' din il-valutazzjoni, inkluż, jekk xieraq, abbozz ta' proposta għal reviżjoni, lill-Forum ta' Konsultazzjoni sa Marzu 2022. Din il-valutazzjoni għandha tirrivedi r-rekwiżiti fid-dawl tal-progress teknoloġiku u għandha tindirizza b'mod partikolari l-adegwatezza li:
(a) |
jiġu aġġornati r-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn b'rabta mal-effiċjenza tal-istat attiv tas-servers; |
(b) |
jiġu aġġornati r-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għas-servers b'rabta mal-potenza fl-istat inattiv; |
(c) |
jiġu aġġornati d-definizzjonijiet jew il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament; |
(d) |
jiġu aġġornati r-rekwiżiti tal-effiċjenza tal-materjali għal servers u prodotti għall-ħażna tad-data, inkluż ir-rekwiżiti tal-informazzjoni dwar materja prima kritika addizzjonali (tantalu, gallju, disprożju u palladju), filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tar-riċiklaturi; |
(e) |
jiġu eżentati l-apparati tas-servers, is-servers kbar, is-servers tolleranti għalkollox għall-ħsarat u s-servers tan-netwerks mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament, |
(f) |
jiġu esklużi s-servers reżiljenti, is-servers HPC (tal-Komputazzjoni ta' Prestazzjoni Għolja) u s-servers b'APA integrata mir-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati fl-Anness II, il-punt 2.1 u l-punt 2.2; |
(g) |
jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-Funzjoni tal-Proċessur tal-Ġestjoni tal-Enerġija tas-servers; |
(h) |
jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn dwar il-klassi tal-kundizzjonijiet operatorji; |
(i) |
jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn dwar l-effiċjenza, il-prestazzjoni u d-domanda għall-enerġija tal-prodotti tal-ħżin tad-data. |
Artikolu 9
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 617/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 617/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 3 Rekwiżiti tal-ekodisinn Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kompjuters huma stabbiliti fl-Anness II. Il-konformità tal-kompjuters mar-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għandha titkejjel skont il-metodi stabbiliti fl-Anness III.”; |
(4) |
fl-Artikolu 7, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Il-konformità tal-kompjuters mar-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għandha tiġi verifikata skont il-proċedura ta' verifika stabbilita fil-punt 2 tal-Anness III ta' dan ir-Regolament.”; |
(5) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, l-Artikolu 9 għandu japplika mill-1 ta' Marzu 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(2) COM(2015) 614 final.
(3) SWD(2018) 36 final.
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(5) Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 tas-26 ta' Ġunju 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ekodisinn għall-kompjuters u s-servers informatiċi (ĠU L 175, 27.6.2013, p. 13).
ANNESS I
Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi II sa V
Għall-għanijiet tal-Annessi II sa V japplikaw id-defenizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“server b'sokit wieħed tal-proċessur jew bi tnejn” tfisser server li fih interfaċċja waħda jew żewġ interfaċċdatai ddisinjati għall-installazzjoni ta' proċessur. Għas-servers multinodi, dan it-terminu jirreferi għal server li jkollu sokit wieħed tal-proċessur jew żewġ sokits tal-proċessur f'kull nodu tas-servers; |
(2) |
“apparat tal-input/output (apparat I/O)” tfisser apparat li jipprovdi kapaċita ta' data tal-input u tal-output bejn server jew prodott tal-ħżin tad-data u apparati oħra. Apparat I/O jista' jkun integrali fuq il-motherboard tas-server jew jista' jkun konness mal-motherboard permezz ta' slottijiet tal-espansjoni (bħall-hekk imsejħa Peripheral Component Interconnect, jew Peripheral Component Interconnect Express); |
(3) |
“motherboard” tfisser il-bord prinċipali taċ-ċirkwit tas-server. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-motherboard tinkludi konnetturi biex jitwaħħlu bords addizzjonali u tipikament ikollha dawn il-komponenti li ġejjin: proċessur, memorja, BIOS, u slottijiet tal-espansjoni; |
(4) |
“Proċessur” tfisser sistema ta' ċirkwiti loġiku li tirrispondi għal u tipproċessa l-istruzzjonijiet bażiċi li jħaddmu server. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-proċessur hu l-unità ċentrali tal-ipproċessar (CPU) tas-server. CPU tipiku hu pakkett fiżiku li jrid jiġi installat fuq il-motherboard tas-server permezz ta' sokit jew hemża diretta bis-solder. Il-pakkett tas-CPU jista' jinkludi core wieħed jew aktar tal-proċessur; |
(5) |
“memorja” tfisser parti minn server li hi esterna mill-proċessur li fiha tinħażen l-informazzjoni għal użu immedjat mill-proċessur, espressa f'Gigabytes (Gb); |
(6) |
“kard ta' espansjoni” tfisser komponent intern konness permezz ta' konnessjoni max-xifer fuq interfaċċja komuni/standard bħal Peripheral Component Interconnect Express biex tagħti funzjonalità addizzjonali; |
(7) |
“kard tal-grafika” tfisser kard ta' espansjoni li fiha unità waħda jew aktar tal-ipproċessar tal-grafika b'interfaċċja ta' kontrollur tal-memorja lokali u memorja lokali speċifika għall-grafika; |
(8) |
“kanal b'rata tad-data doppja (DDR) ibbaferjat” tfisser mezz jew port tal-memorja li jikkonnetta kontrollur tal-memorja ma' għadd definit ta' apparati tal-memorja f'server. Server tipiku jista' jkollu ħafna kontrolluri tal-memorja, li min-naħa tagħhom ikunu jappoġġaw kanal DDR ibbaferjat wieħed jew aktar. Bħala tali, kull kanal DDR ibbaferjat jaqdi biss frazzjoni tal-ispazju tal-memorja totali indirizzabbli f'server; |
(9) |
“server tal-blade” tfisser server iddisinjat biex jintuża f'xażi tal-blade. Server tal-blade hu apparat b'densità għolja li jiffunzjona bħala server indipendenti u fih mill-inqas proċessur wieħed u memorja tas-sistema, iżda jiddependi fuq riżorsi kondiviżi tax-xażi tal-blade (eż. unitajiet tal-provvista tal-enerġija, tkessiħ) biex ikun jista' jopera. Proċessur jew modulu tal-memorja mhux se titqies bħala server tal-blade meta d-dokumentazzjoni teknika għall-prodott ma tindikax li jikber f'server awtonomu; |
(10) |
“xażi tal-blade” tfisser kompartiment li fih riżorsi kondiviżi għat-tħaddim ta' servers tal-blade, ħażniet tal-blade, u apparti oħra tal-blade li huma fattur tal-forma. Riżorsi kondiviżi mogħtija minn xażi tal-blade jistgħu jinkludu unitajiet tal-provvista tal-enerġija, ħażniet tad-data, u ħardwer għal distribuzzjoni tal-enerġija DC, ġestjoni termali, ġestjoni tas-sistema, u servizzi tan-netwerk; |
(11) |
“server b'Kompjutazzjoni ta' Prestazzjoni Għolja (HPC)” tfisser server iddisinjat u ottimizzat biex jeżegwixxi applikazzjonijiet parallelli ħafna, għal kompjutazzjoni ta' prestazzjoni ogħla jew għal applikazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali għal tagħlim profond. Is-servers HPC jridu jissodisfaw dawn il-kriterji kollha li ġejjin:
|
(12) |
“familja ta' prodott tas-server” tfisser deskrizzjoni ta' livell għoli li tirreferi għal grupp ta' servers li jikkondividu kombinazzjoni waħda ta' xażi u motherboard li jista' jkun fiha aktar konfigurazzjonijiet ta' ħardwer u softwer. Il-konfigurazzjonijiet kollha f'familja ta' prodott tas-servers iridu jikkondividu dawn l-attributi komuni li ġejjin:
|
(13) |
“unità tal-provvista tal-enerġija” (PSU) tfisser apparat li jikkonverti l-enerġija tal-input b'kurrent alternat (AC) jew b'kurrent dirett (DC) għal enerġija tal-output waħda jew aktar b'kurrent dirett (DC) biex jixgħel server jew prodott tal-ħżin tad-data. PSU ta' server jew ta' prodott tal-ħżin tad-data jrid ikun indipendenti u separabbli fiżikament mill-motherboard u jrid ikun konness mas-sistema permezz ta' konnessjoni elettrika li tista' titneħħa jew permanenti. |
(14) |
“fattur tal-potenza” tfisser il-proporzjon tal-potenza reali kkunsmata f'Watts mal-potenza apparenti f'Volt Amperes; |
(15) |
“PSU b'output singolu” tfisser PSU ddisinjata biex twassal il-maġġoranza tal-enerġija tal-output nominali tagħha lejn output DC primarju wieħed biex tixgħel server jew prodott tal-ħżin tad-data. PSUs b'output singolu jistgħu joffru output standby wieħed jew aktar li jibqgħu attivi kull meta jkunu konnessi ma' sors tal-enerġija tal-input. L-output tal-enerġija nominali totali minn xi output addizzjonali tal-PSU li mhux output primarju jew standby, ma għandux ikun iżjed minn 20 W. PSUs li joffru outputs multipli bl-istess vultaġġ bħall-output primarju jitqiesu bħala PSUs b'output uniku sakemm dawk l-outputs:
|
(16) |
“PSU b'output multipli” tfisser PSU ddisinjata biex twassal il-maġġoranza tal-enerġija tal-output nominali tagħha lejn aktar minn output DC primarju wieħed biex tixgħel server jew prodott tal-ħżin tad-data. Il-PSUs b'output multipli jistgħu joffru output ta' stennija wieħed jew aktar li jibqgħu attivi kull meta jkunu konnessi ma' sors tal-input tal-enerġija. L-output tal-enerġija nominali totali minn xi output addizzjonali tal-PSU li mhux output primarju jew standby, ma għandux ikun ta' 20 W jew iżjed. |
(17) |
“server b'kurrent dirett” tfisser server iddisinjat biss biex jaħdem fuq sors tal-enerġija DC; |
(18) |
“prodott tal-ħżin tad-data b'kurrent dirett” tfisser prodott tal-ħżin tad-data ddisinjat biss biex jaħdem fuq sors tal-enerġija DC; |
(19) |
“stat inattiv” tfisser stat operazzjonali fejn is-sistema operatorja u softwer ieħor ikunu llowdjati u lesti, is-server ikun kapaċi jlesti t-tranżazzjonijiet tat-tagħbija tax-xogħol, iżda ma jkunux intalbu tranżazzjonijiet tat-tagħbija tax-xogħol jew ikunu għandhom pendenti fis-sistema (jiġifieri, is-server ikun operazzjonali, iżda ma jkunx qed iwettaq xogħol utli). Għas-servers meta japplikaw l-istandards tal-Interfaċċja Avvanzata tal-Konfigurazzjoni u tal-Enerġija, l-istat inattiv jikkorrispondi biss għal Livell tas-Sistema S0; |
(20) |
“potenza fl-istat inattiv” (Pinattiv) hi domanda tal-potenza, f'Watts, waqt l-istat inattiv; |
(21) |
“konfigurazzjoni bi prestazzjoni inferjuri” ta' familja ta' prodott tas-server tfisser il-kombinazzjoni ta' żewġ apparti tal-ħżin tad-data, proċessur bl-inqas multiplikazzjoni ta' għadd ta' core u frekwenza (f'GHz) u kapaċità tal-memorja (f'GB) li tal-inqas tkun daqs il-multiplikazzjoni tal-għadd ta' kanali tal-memorja u l-inqas kapaċità DIMM (modulu tal-memorja inline doppju) (f'GB) offruta fuq is-server li jirrappreżentaw il-mudell tal-prodott bl-anqas prestazzjoni fil-familja ta' prodott tas-servers. Kull kanal tal-memorja għandu jimtela bl-istess disinn u kapaċità tal-kard DIMM mhux ipproċessata; |
(22) |
“konfigurazzjoni bi prestazzjoni superjuri” ta' familja ta' prodott tas-server tfisser il-kombinazzjoni ta' żewġ apparti tal-ħżin tad-data, proċessur bl-ogħla multiplikazzjoni ta' għadd ta' core u frekwenza u kapaċità tal-memorja (f'GB) li hi daqs jew 3 darbiet iżjed mill-multiplikazzjoni tal-għadd ta' CPUs, cores u threads tal-ħardwer li jirrappreżentaw il-mudell tal-prodott bl-akbar prestazzjoni fil-familja tal-prodott. Kull kanal tal-memorja għandu jimtela bl-istess disinn u kapaċità tal-kard DIMM mhux ipproċessata; |
(23) |
“thread tal-ħardwer” tfisser ir-riżorsi tal-ħardwer f'core ta' CPU biex jeżekwixxu fluss ta' struzzjonijiet tas-softwer. Core ta' CPU jista' jkollu r-riżorsi biex jeżekwixxi aktar minn thread waħda fl-istess ħin; |
(24) |
“effiċjenza tal-istat attiv” (Effserver) tfisser il-valur numeriku għall-effiċjenza server kif imkejla u kkalkulata skont l-Anness III, il-punt 3; |
(25) |
“stat attiv” tfisser l-istat operazzjonali li fih is-server ikun qed iwettaq ix-xogħol bħala tweġiba għal talbiet esterni preċedenti jew fl-istess ħin (eż. struzzjoni min-naħa tan-netwerk). Stat attiv jinkludi kemm l-ipproċessar attiv u t-tiftix/irkupru tad-data minn memorja, cache jew ħażna interna/esterna waqt l-istennija għal aktar input min-naħa tan-netwerk; |
(26) |
“prestazzjoni tas-server” tfisser l-għadd ta' tranżazzjonijiet għal kull unità tal-ħin imwettqa mis-server waqt ittestjar standardizzat tal-komponenti diskreti tas-sistema (eż. proċessuri, memorja u ħażna) u s-subsistemi (eż. RAM u CPU); |
(27) |
“qawwa massima” (Pmass) tfisser l-akbar potenza, f'Watts, irreġistrata fuq il-ħdax-il punteġġ tal-worklet skont l-istandard; |
(28) |
“prestazzjoni tas-CPU (PresCPU)” tfisser l-għadd ta' tranżazzjonijiet għal kull unità tal-ħin imwettqa mis-server waqt ittestjar standardizzat tas-subsistema tas-CPU; |
(29) |
“Aċċelleratur Awżiljarju tal-Ipproċessar (APA)” tfisser proċessur speċjalizzat u subsistema assoċjata li jipprovdu żieda fil-kapaċità kompjutazzjonali bħal unitajiet tal-ipproċessar grafiku jew gate-arrays programmabbli mill-utent. APA ma jistax jaħdem f'server mingħajr CPU. L-APAs jistgħu jiġu installati f'server fuq kards addizzjonali tal-grafika jew ta' estensjoni installati fis-slottijiet tal-espansjoni addizzjonali għal użu ġenerali jew integrati f'komponent tas-server bħalma hi l-motherboard; |
(30) |
“APA ta' espansjoni” tfisser APA li jinsab fuq kard addizzjonali installata fi slott addizzjonali tal-espansjoni. Kard addizzjonali tal-APA ta' espansjoni tista' tinkludi APA waħda jew aktar u/jew swiċċijiet separati u ddedikati li jistgħu jitneħħew; |
(31) |
“APA integrata” tfisser APA li jkun integrat mal-motherboard jew mal-pakkett tas-CPU; |
(32) |
“tip ta' prodott” tfisser id-disinn tas-server jew tal-prodott tal-ħżin tad-data, inkluż ix-xażi (rack, torri jew blade), l-għadd ta' sokits u, għas-servers, jekk ikunx server reżiljenti, server tal-blade, server multinodi, server HPC, server b'APA integrat, server b'kurrent dirett jew l-ebda waħda mill-kategoriji preċedenti; |
(33) |
“żarmar” tfisser proċess li bih oġġett jiġi żarmat b'tali mod li sussegwentement ikun jista' jiġi mmuntat u jitħaddem; |
(34) |
“firmwer” tfisser sistema, ħardwer, komponent, jew ipprogrammar periferali mogħti mal-prodott biex jipprovdi struzzjonijiet bażiċi għall-ħardwer biex jaħdem b'mod inklużiv għal kull aġġornament applikabbli fl-ipprogrammar u fil-ħardwer; |
(35) |
“tħassir sigur tad-data” tfisser tħassir effettiv tat-traċċi kollha tad-data eżistenti minn apparat tal-ħżin tad-data, u jikteb data fuqha kollha kemm hi b'mod li l-aċċess għad-data oriġinali, jew għal partijiet minnha, ma jibqax fattibbli għal livell partikolari ta' sforz. |
ANNESS II
Rekwiżiti tal-ekodisinn
1. IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TAL-EKODISINN GĦAS-SERVERS U L-PRODOTTI ONLINE TAL-ĦŻIN TAD-DATA
1.1. Ir-rekwiżiti b'rabta mal-effiċjenza u l-fattur tal-potenza tal-PSU
1.1.1. Mill-1 ta' Marzu 2020, għas-servers u għall-prodotti online tal-ħżin tad-data, għajr għas-servers b'kurrent dirett u għall-prodotti tal-ħżin tad-data b'kurrent dirett, l-effiċjenza tal-PSU ta' 10 %, 20 %, 50 % u 100 % fil-livell tat-tagħbija nominali, u l-fattur tal-potenza ta' 50 % fil-livell tat-tagħbija nominali ma għandhomx ikunu inqas miċ-ċifri rrappurtati fit-Tabella 1.
Tabella 1
Rekwiżiti minimi b'rabta mal-effiċjenza u l-fattur tal-potenza tal-PSU mill-1 ta' Marzu 2020
|
L-effiċjenza minima tal-PSU |
Fattur tal-potenza minimu |
|||
% tat-tagħbija nominali |
10 % |
20 % |
50 % |
100 % |
50 % |
Output multipli |
— |
88 % |
92 % |
88 % |
0,90 |
Output Singolu |
— |
90 % |
94 % |
91 % |
0,95 |
1.1.2. Mill-1 ta' Jannar 2023, għas-servers u għall-prodotti online tal-ħżin tad-data, għajr għas-servers b'kurrent dirett u għall-prodotti tal-ħżin tad-data b'kurrent dirett, l-effiċjenza tal-PSU ta' 10 %, 20 %, 50 % u 100 % fil-livell tat-tagħbija nominali, u l-fattur tal-potenza ta' 50 % fil-livell tat-tagħbija nominali ma għandhomx ikunu inqas miċ-ċifri rrappurtati fit-Tabella 2.
Tabella 2
Rekwiżiti minimi b'rabta mal-effiċjenza u l-fattur tal-potenzaa tal-PSU mill-1 ta' Jannar 2023
|
L-effiċjenza minima tal-PSU |
Fattur tal-potenza minimu |
|||
% tat-tagħbija nominali |
10 % |
20 % |
50 % |
100 % |
50 % |
Output multipli |
— |
90 % |
94 % |
91 % |
0,95 |
Output Singolu |
90 % |
94 % |
96 % |
91 % |
0,95 |
1.2. Rekwiżiti tal-effiċjenza tal-materjali
1.2.1. Mill-1 ta' Marzu 2020, il-manifatturi għandhom jiżguraw li it-tekniki li jgħaqqdu, iwaħħlu jew jissiġillaw ma jkunux ixekklu ż-żarmar għal finijiet ta' tiswija jew użu mill-ġdid ta' dawn il-komponenti li ġejjin, meta jkunu preżenti:
(a) |
l-apparati tal-ħżin tad-data; |
(b) |
il-memorja; |
(c) |
il-proċessur (CPU); |
(d) |
il-motherboard; |
(e) |
il-kard ta' espansjoni/il-kard grafika; |
(f) |
PSU; |
(g) |
Xażi; |
(h) |
batteriji. |
1.2.2. Mill-1 ta' Marzu 2020, għandu jkun hemm funzjonalità għat-tħassir sigur tad-data ħalli titħassar id-data li jkun hemm fl-apparati tal-ħżin tad-data kollha tal-prodott.
1.2.3. Mill-1 ta' Marzu 2021, l-aħħar verżjoni disponibbli tal-firmwer għandha tkun disponibbli minn sentejn wara t-tqegħid fis-suq tal-ewwel prodott ta' ċertu mudell tal-prodott għal perjodu minimu ta' tmien snin wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar prodott ta' ċertu mudell tal-prodott, mingħajr ħlas jew bi spiża ġusta, trasparenti u mhux diskriminatorji. L-aħħar aġġornament ta' sigurtà disponibbli tal-firmwers għandu jkun disponibbli minn meta mudell tal-prodott jitqiegħed fis-suq u mill-inqas sa tmien snin wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar prodott ta' ċertu mudell tal-prodott, mingħajr ħlas.
2. IR-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TAL-EKODISINN BISS GĦAS-SERVERS B'SOKIT WIEĦED TAL-PROĊESSUR JEW BI TNEJN
2.1. Potenza fl-istat inattiv
Mill-1 ta' Marzu 2020, il-potenza fl-istat inattiv (Pinattiv) tas-servers, għajr għas-servers reżiljenti, is-servers HPC u s-servers b'APA integrat, ma għandhiex taqbeż iċ-ċifra kkalkulata b'din l-ekwazzjoni li ġejja:
Pinattiv = Pbażi+ΣPżid_i
fejn Pbażi hi l-konċessjoni bażi tal-potenza fl-istat inattiv fit-Tabella 3, u ΣPżid_i hi s-somma tal-konċessjonijiet tal-potenza fl-istat inattiv għall-komponenti addizzjonali applikabbli, kif tiddetermina t-Tabella 4. Għas-servers tal-blade, Pinattiv hi kkalkulata bħala l-potenza mkejla totali diviża bl-għadd ta' servers tal-blade installati fix-xażi tal-blade ittestjat. Għas-servers multinodi, l-għadd ta' sokits jingħaddu għal kull nodu, filwaqt li Pinattiv hi kkalkulata bħala l-potenza mkejla totali diviża bl-għadd ta' nodi installati fil-kompartiment ittestjat.
Tabella 3
Il-konċessjoni bażi tal-potenza fl-istat inattiv
Tip ta' prodott |
Il-konċessjoni bażi tal-potenza fl-istat inattiv, Pbażi (W) |
servers b'sokit wieħed (1) (la servers multinodi u lanqas tal-blade). |
25 |
servers b'żewġ sokits (2) (la servers multinodi u lanqas tal-blade). |
38 |
Servers tal-blade jew multinodi: |
40 |
Tabella 4
Konċessjonijiet Addizzjonali tal-Potenza fl-Istat Inattiv għall-Komponenti Addizzjonali
Karatteristiċi tas-sistema |
Tapplika għal |
Konċessjoni Addizzjonali tal-Potenza fl-Istat Inattiv |
Prestazzjoni tas-CPU |
Is-servers kollha |
Sokit wieħed (1): 10 × PresCPU W Żewġ sokits (2): 7 × PresCPU W |
PSU addizzjonali |
PSU installata espliċitament għall-enerġija addizzjonali |
10 W għal kull PSU |
HDD jew SSD |
Għal kull HDD jew SSD installati |
5,0 W għal kull HDD jew SSD |
Memorja addizzjonali |
Memorja installata akbar minn 4 GB |
0,18 W għal kull GB |
Kanal DDR ibbaferjat addizzjonali: |
Kanali DDR ibbaferjati installati b'akbar minn 8 kanali |
4,0 W għall kull kanal DDR ibbaferjat |
Apparati I/O addizzjonali |
Apparati installati b'aktar minn żewġ portijiet ≥ 1Gbit, abbord Ethernet |
< 1 Gb/s: Ebda konċessjoni |
= 1 Gb/s: 2,0 W/Port attiv |
||
> 1 Gb/s u < 10 Gb/s: 4,0 W/Port attiv |
||
≥ 10 Gb/s u < 25Gb/s: 15,0 W/Port attiv |
||
≥ 25 Gb/s u < 50Gb/s: 20,0 W/Port attiv |
||
≥ 50 Gb/s 26,0 W/Port attiv |
2.2. L-effiċjenza fi stat attiv
Mill-1 ta' Marzu 2020, il-potenza fl-istat inattiv (Effserver) tas-servers, għajr għas-servers reżiljenti, is-servers HPC u s-servers b'APA integrat, ma għandhomx ikunu inqas miċ-ċifri fit-Tabella 5.
Tabella 5
Ir-rekwiżiti tal-effiċjenza fi stat inattiv
Tip ta' prodott |
Effiċjenza minima fi stat attiv |
Servers b'sokit wieħed (1) |
9,0 |
Servers b'żewġ sokits (2) |
9,5 |
Servers tal-blade jew multinodi |
8,0 |
3. INFORMAZZJONI LI JRIDU JAGĦTU L-MANIFATTURI
3.1. Mill-1 ta' Marzu 2020, għajr għas-servers magħmula għall-eżiġenzi tal-individwu u fuq bażi ta' darba, għandha tingħata din l-informazzjoni li ġejja dwar is-servers, fil-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti finali (meta jkun preżenti mal-prodott), u fuq is-siti web b'aċċess liberu tal-manifatturi, tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u tal-importaturi minn meta mudell tal-prodott jitqiegħed fis-suq u tal-inqas sa tmien snin wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar prodott ta' ċertu mudell tal-prodott:
(a) |
tip ta' prodott; |
(b) |
isem il-manifattur, l-isem kummerċjali rreġistrat u l-indirizz kummerċjali rreġistrat fejn jistgħu jiġu kkuntattjati; |
(c) |
in-numru tal-mudell tal-prodott, u jekk ikun applikabbli n-numri tal-mudell b'konfigurazzjoni tal-prestazzjoni inferjuri u b'konfigurazzjoni tal-prestazzjoni superjuri; |
(d) |
is-sena tal-manifattura; |
(e) |
l-effiċjenza tal-PSU ta' 10 % (jekk applikabbli), ta' 20 %, 50 % u 100 % tal-potenza tal-output nominali, għajr għas-servers tal-kurrent dirett, espressa bħala persentaġġ u mqarrba għal ċifra waħda wara l-punt deċimali; |
(f) |
il-fattur tal-potenza ta' 50 % fil-livell tat-tagħbija nominali, għajr għas-servers tal-kurrent dirett, imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali; |
(g) |
l-output tal-potenza nominali (Watts) tal-PSU, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ. Jekk mudell tal-prodott ikun parti minn familja ta' prodott tas-servers, il-PSUs kollha offruti f'familja ta' prodott tas-servers għandhom jiġu rapportati mal-informazzjoni speċifikata fil-punti (e) u (f); |
(h) |
il-potenza fl-istat inattiv, espressa f'Watts u mqarrba għal ċifra waħda wara l-punt deċimali; |
(i) |
lista tal-komponenti kollha għal konċessjonijiet addizzjonali tal-potenza fl-istat inattiv, jekk ikun hemm (PSU addizzjonali, HDDs jew SSDs, memorja addizzjonali, kanali DDR ibbaferjati addizzjonali, apparati I/O addizzjonali); |
(j) |
il-potenza massima, espressa f'Watts u mqarrba għal ċifra waħda wara l-punt deċimali; |
(k) |
il-klassi ddikjarata tal-kundizzjonijiet operatorji, kif deskritt fit-Tabella 6; |
(l) |
il-potenza fl-istat inattiv (Watts) fl-ogħla temperatura tal-konfini tal-klassi ddikjarata tal-kundizzjonijiet operatorji; |
(m) |
l-effiċjenza fl-istat attiv u l-prestazzjoni fl-istat attiv tas-server; |
(n) |
informazzjoni dwar il-funzjonalità għat-tħassir sigur tad-data msemmija fil-punt 1.2.2 ta' dan l-Anness, inkluż struzzjonijiet dwar kif tintuża l-funzjonalità, it-tekniki użati u l-istandard(s) appoġġati għat-tħassir sigur tad-data, jekk ikun hemm; |
(o) |
għas-servers tal-blade, lista ta' kombinazzjonijiet rakkomandati ma' xażi kompatibbli; |
(p) |
jekk mudell tal-prodott ikun parti minn familja ta' prodott tas-server, tista' tingħata lista tal-konfigurazzjonijiet tal-mudell kollha li huma rrappreżentati mill-mudell. |
Jekk mudell tal-prodott ikun parti minn familja ta' prodott tas-server, għandha tiġi rrapportata l-informazzjoni meħtieġa dwar il-prodott għall-oġġetti e) sa m) fil-punt 3.1 għall-konfigurazzjonijiet tal-prestazzjoni superjuri u inferjuri tal-familja ta' prodott tas-servers.
3.2. Mill-1 ta' Marzu 2020, għajr għall-prodotti tal-ħżin tad-data magħmula għall-eżiġenzi tal-individwu u fuq bażi ta' darba, għandha tingħata din l-informazzjoni li ġejja dwar il-prodotti online tal-ħżin tad-data, fil-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti finali (meta jkun preżenti mal-prodott), u fuq is-siti web b'aċċess liberu tal-manifatturi, tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u tal-importaturi minn meta mudell tal-prodott jitqiegħed fis-suq u tal-inqas sa tmien snin wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar prodott ta' ċertu mudell tal-prodott:
(a) |
tip ta' prodott; |
(b) |
isem il-manifattur, l-isem kummerċjali rreġistrat u l-indirizz kummerċjali rreġistrat fejn jistgħu jiġu kkuntattjati; |
(c) |
in-numru tal-mudell tal-prodott; |
(d) |
is-sena tal-manifattura; |
(e) |
l-effiċjenza tal-PSU ta' 10 % (jekk applikabbli), ta' 20 %, 50 % u 100 % tal-potenza tal-output nominali, għajr għall-prodotti online tal-ħżin tad-data tal-kurrent dirett, espressa bħala persentaġġ u mqarrba għal ċifra waħda wara l-punt deċimali; |
(f) |
il-fattur tal-potenza ta' 50 % fil-livell tat-tagħbija nominali, għajr għall-prodotti online tal-ħżin tad-data tal-kurrent dirett, imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali; |
(g) |
il-klassi ddikjarata tal-kundizzjonijiet operatorji, kif deskritt fit-Tabella 6; għandu wkoll jiġi indikat ukoll li “Dan il-prodott ġie ttestjat biex jiġi vverifikat li se jaħdem fil-konfini (bħalma huma t-temperatura u l-umdità) tal-klassi ddikjarata tal-kundizzjonijiet operatorji”; |
(h) |
informazzjoni dwar l-għodda għat-tħassir tad-data msemmija fil-punt 1.2.2 ta' dan l-Anness, inkluż struzzjonijiet dwar kif tintuża l-funzjonalità, it-tekniki użati u l-istandard(s) appoġġati għat-tħassir sigur tad-data, jekk ikun hemm. |
3.3. Mill-1 ta' Marzu 2020, għandha tingħata din l-informazzjoni li ġejja dwar is-servers u l-prodotti online tal-ħżin tad-data minn meta mudell tal-prodott jitqiegħed fis-suq u tal-inqas satmien snin wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar prodott ta' ċertu mudell tal-prodott, mingħajr ħlas mill-manifatturi, mir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u mill-importaturi lil partijiet terzi li jieħdu ħsieb il-manutenzjoni, it-tiswija, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-aġġornament tas-servers (inkluż lil sensara, min isewwi l-ispareparts, fornituri tal-ispareparts, riċiklaturi u partijiet terzi li jagħmlu manutenzjoni) malli ssir ir-reġistrazzjoni min-naħa tal-parti terza interessata fuq is-sit web mogħti:
(a) |
firxa tal-piż indikattiva (inqas minn 5 g, bejn 5 g u 25 g, aktar minn 25 g) fil-livell tal-komponenti, tal-materja prima kritika li ġejja:
|
(b) |
struzzjonijiet dwar l-operazzjonijiet ta' żarmar imsemmija fil-punt 1.2.1 ta' dan l-Anness, inkluż, għal kull operazzjoni neċessarja u komponent:
|
Jekk, għas-servers, il-mudell ta' prodott hu parti minn familja ta' prodott tas-server, l-informazzjoni meħtieġa dwar il-prodott għall-oġġetti a) u b) fil-punt 3.3 għandhom jiġu rrapportati għall-mudell ta' prodott jew inkella għall-konfigurazzjonijiet superjuri u inferjuri parti tal-familja ta' prodott tas-server.
3.4. Mill-1 ta' Marzu 2020, għas-servers u għall-prodotti online tal-ħżin tad-data għandha tingħata din l-informazzjoni dwar il-prodott; din għandha tingħata fid-dokumentazzjoni teknika għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4:
(a) |
l-informazzjoni elenkata fil-punti 3.1 u 3.3, fil-każ tas-servers |
(b) |
l-informazzjoni elenkata fil-punti 3.2 u 3.3, fil-każ tal-prodotti online tal-ħżin tad-data |
Tabella 6
Il-klassijiet tal-kundizzjonijiet operatorji
|
Temperatura b'termometru niexef fi gradi Celsius |
Firxa tal-umdità, mingħajr kondensazzjoni |
|
|
||
Klassi tal-kundizzjonijiet operatorji |
Firxa permessibbli |
Firxa rakkomandata |
Firxa permessibbli |
Firxa rakkomandata |
Punt massimu tan-nida (°C) |
Rata massima ta' bidla (°C/hr) |
A1 |
15-32 |
18-27 |
– 12 °C Punt tan-Nida (DP) u 8 % umdità relattiva (RH) sa 17 °C DP u 80 % RH |
– 9 °C DP sa 15 °C DP u 60 % RH |
17 |
5/20 |
A2 |
10-35 |
18-27 |
– 12 °C DP u 8 % RH sa 21 °C DP u 80 % RH |
L-istess bħal A1 |
21 |
5/20 |
A3 |
5-40 |
18-27 |
– 12 °C DP u 8 % RH sa 24 °C DP u 85 % RH |
L-istess bħal A1 |
24 |
5/20 |
A4 |
5-45 |
18-27 |
– 12 °C DP u 8 % RH sa 24 °C DP u 90 % RH |
L-istess bħal A1 |
24 |
5/20 |
ANNESS III
Kejl u kalkoli
1. |
Għall-finijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru bi standards armonizzati li n-numru ta' referenza tagħhom ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew b'metodi oħra affidabbli, preċiżi, riproduċibbli li ġeneralment huma rikonoxxuti bħala mill-aktar avvanzati, u li jiksbu riżultati meqjusa mill-anqas inċerti. |
2. |
Is-servers għandhom jiġu ttestjati fil-konfigurazzjoni tal-mudell tal-prodott individwali tagħhom, jew għas-servers li huma parti minn familja ta' prodotti tas-servers, il-konfigurazzjoni tal-prestazzjoni inferjuri u l-konfigurazzjoni tal-prestazzjoni superjuri kif iddikjarati għall-Anness II, il-punt 3.1(p), li tinkludi kemm il-konfigurazzjoni tal-ħardwer kif ukoll is-settings tas-sistema, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-konfigurazzjonijiet kollha offruti f'familja ta' prodott tas-servers għandu jkollhom l-istess għadd ta' soskits tal-proċessur mimlija użati waqt l-ittestjar. Familja ta' prodott tas-servers tista' tiġi definita għal server b'sokits mimlija parzjalment biss (eż. proċessur wieħed mimli f'server b'żewġ sokits) sakemm il-konfigurazzjoni(jiet) huma ttestjati bħala familja ta' prodott tas-servers separata, kif meħtieġ, u jkunu jissodisfaw l-istess rekwiżiti għall-għadd ta' sokits mimlija f'dik il-familja ta' prodott tas-servers separata. Għas-servers b'APA ta' espansjoni, l-unità fit-test għandha tiġi ttestjata bl-APA ta' espansjoni mneħħi, meta jkunu qed jitkejlu l-potenza fl-istat inattiv, l-effiċjenza tas-server u l-prestazzjoni tas-server fi stat attiv. Meta APA ta' espansjoni jistrieħ fuq swiċċ separat tal-Peripheral Component Interconnect Express biex issir komunikazzjoni bejn l-APA u s-CPU, il-kard(s) jew ir-riser(s) tal-Peripheral Component Interconnect Express għandhom jitneħħew waqt l-ittestjar fi Stat Attiv u fi Stat Inattiv ta' kull konfigurazzjoni. Għal servers multinodi, l-unità fit-test għandha tiġi ttestjata għall-konsum tal-enerġija għal kull nodu bil-konfigurazzjoni tax-xażi mimli kollu. Is-servers multinodi kollha fix-xażi multinodi għandhom jikkondividu l-istess konfigurazzjoni (omoġenja). Għas-servers tal-blade, l-unità fit-test għandha tiġi ttestjata għall-konsum tal-enerġija tas-server tal-blade bil-konfigurazzjoni tax-xażi nofsu mimli, u x-xażi għandu jimtela kif ġej:
|
3. |
Id-data għall-kalkolu tal-effiċjenza fi stat attiv (Effserver) u l-potenza fi stat inattiv (Pinattiv) għandha titkejjel waqt l-istess test skont l-istandard rilevanti, fejn il-potenza fi stat inattiv tista' titkejjel qabel jew wara l-parti tal-attivazzjoni tat-test għall-effiċjenza fl-istat attiv.
L-effiċjenza fl-istat attiv (Effserver) tas-servers għandha tiġi kkalkulata bħala: Effserver = esp [Wcpu × ln (Effcpu) + WMemorja × ln (EffMemorja) + WĦażna × ln (EffĦażna)] fejn: WCPU , WMemorja u WĦażna huma l-ponderazzjonijiet applikati għall-worklets tas-CPU, tal-Memorja u tal-Ħażna rispettivament, kif ġej:
u
fejn:
fejn:
fejn:
u
fejn
Sabiex jinħoloq metriċi uniku tal-effiċjenza enerġetika għal server, iċ-ċifri tal-effiċjenza b'intervall għal kull worklet differenti għandhom jiġu kkombinati bl-użu tal-proċedura li ġejja:
|
ANNESS IV
Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
It-tolleranzi tal-verifika definiti f'dan l-Anness għandhom x'jaqsmu biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti ċ-ċifri fid-dokumentazzjoni teknika jew għall-interpretazzjoni ta' dawn iċ-ċifri ħalli tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar b'xi mezz.
Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b'mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu matul it-test bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kull wieħed mill-parametri speċifikat f'dan ir-Regolament jew inkluż fid-dokumentazzjoni teknika jew f'xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell għandu jitqies li mhux konformni.
Meta tkun qed tiġi vverifikata l-konformità ta' mudell tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura li ġejja:
1. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell, jew jekk ir-rapporti tal-manifattur dwar familja ta' prodott tas-servers, il-konfigurazzjoni tal-mudell. Jekk il-verifika issir fuq il-konfigurazzjoni tal-prestazzjoni inferjuri jew superjuri, iċ-ċifri ddikjarati għandhom ikunu ċ-ċifri għall-konfigurazzjoni rispettiva. Jekk il-verifika ssir fuq konfigurazzjoni tal-mudell magħżula jew ordnata b'mod aleatorju, iċ-ċifri ddikjarati għandhom ikunu ċ-ċifri għall-konfigurazzjoni tal-prestazzjoni superjuri. |
2. |
Il-mudell jew il-konfigurazzjoni tal-mudell għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:
|
3. |
Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew 2(b), il-mudell u kull konfigurazzjoni tal-mudell koperta mill-istess informazzjoni dwar il-prodott (skont il-punti 3.1(p) tal-Anness II) għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament. |
4. |
Jekk ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c) ma jinkisibx:
|
5. |
Il-mudell jew il-konfigurazzjoni tal-mudell għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika taċ-ċifri stabbiliti tkun konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 7. |
6. |
Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 4(b), il-mudell u kull konfigurazzjoni tal-mudell koperta mill-istess informazzjoni dwar il-prodott (skont il-punti 3.1(p) tal-Anness II) għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament. |
7. |
Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 7 ta' dan l-Anness u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. Ma għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra.
Tabella 7
It-tolleranzi tal-verifika
Parametri |
Tolleranzi tal-verifika |
Effiċjenza tal-PSU (%) |
Iċ-ċifra stabbilita ma għandhiex tkun inqas miċ-ċifra dikjarata b'aktar minn 2 %. |
Fattur tal-potenza |
Iċ-ċifra stabbilita ma għandhiex tkun inqas miċ-ċifra dikjarata b'aktar minn 10 %. |
Il-potenza fi stat inattiv, Pinattiv u l-potenza massima (W) |
Iċ-ċifra stabbilita ma għandhiex tkun iżjed miċ-ċifra dikjarata b'aktar minn 10 %. |
L-effiċjenza fl-istat attiv u l-prestazzjoni fi stat attiv |
Iċ-ċifra stabbilita ma għandhiex tkun inqas miċ-ċifra dikjarata b'aktar minn 10 %. |
ANNESS V
Il-parametri indikattivi ta' referenza msemmija fl-Artikolu 6
Dawn il-parametri indikattivi ta' referenza li ġejjin huma identifikati għall-finijiet tal-punt 2 tal-Parti 3 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/125/KE.
Dawn jirreferu għall-aqwa teknoloġija disponibbli sas-7 ta' April 2019.
Il-parametri indikattivi ta' referenza għall-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għas-servers u l-prodotti online tal-ħżin tad-data huma kif ġej.
Tabella 8
Parametru ta' referenza għall-potenza fl-istat inattiv, l-effiċjenza tas-server u l-kundizzjoni operatorja
Tip ta' prodott |
Il-potenza fi stat inattiv, W |
L-effiċjenza fi stat attiv |
Klassi tal-kundizzjonijiet operatorji |
Tower server, sokit wieħed (1) |
21,3 |
17 |
A3 |
Rack server, sokit wieħed (1) |
18 |
17,7 |
A4 |
Rack server, żewġ sokits (2), prestazzjoni baxxa |
49,9 |
18 |
A4 |
Rack server, żewġ sokits (2), prestazzjoni għolja |
67 |
26,1 |
A4 |
Rack server, erba' sokits (4) |
65,1 |
34,8 |
A4 |
Server tal-blade, żewġ sokits (2) |
75 |
47,3 |
A3 |
Server tal-blade, erba' sokits (4) |
63,3 |
21,9 |
A3 |
Server reżiljenti, żewġ sokits (2) |
222 |
9,6 |
A3 |
Prodotti tal-ħżin tad-data |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
A3 |
Tabella 9
Parametru ta' referenza għall-effiċjenza tal-PSU fil-livell tat-tagħbija ta' 10 %, 20 %, 50 % u 100 % u b'fattur tal-potenza fil-livell tat-tagħbija ta' 20 % jew 50 %
Potenza tan-nameplate tal-PSU |
10 % |
20 % |
50 % |
100 % |
< 750 W |
91,17 % |
93,76 % |
94,72 % Fattur tal-potenza > 0,95 |
94,14 % |
≥ 750 W |
95,02 % |
95,99 % Fattur tal-potenza > 0,95 |
96,09 % |
94,69 % |