This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019L0879
Directive (EU) 2019/879 of the European Parliament and of the Council of 20 May 2019 amending Directive 2014/59/EU as regards the loss-absorbing and recapitalisation capacity of credit institutions and investment firms and Directive 98/26/EC
Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u d-Direttiva 98/26/KE
Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u d-Direttiva 98/26/KE
PE/48/2019/REV/1
ĠU L 150, 7.6.2019, p. 296–344
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 07/06/2019
7.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 150/296 |
DIRETTIVA (UE) 2019/879 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta' Mejju 2019
li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u d-Direttiva 98/26/KE
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1)
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Fid-9 ta' Novembru 2015, il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja ippubblika d-Dokument dwar il-Kondizzjonijiet tal-Kapaċità Totali ta' Assorbiment tat-Telf (TLAC) (“l-istandard TLAC”), li ġie approvat mill-G-20 f'Novembru 2015. L-objettiv tal-istandard TLAC huwa li jiżgura li l-banek dinjija ta' importanza sistemika, magħrufa bħala istituzzjonijiet dinjija ta' importanza sistemika (“G-SIIs”) fil-qafas tal-Unjoni, ikollhom il-kapaċità neċessarja ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni sabiex jgħinu biex jiġi żgurat li, f'riżoluzzjoni u eżatt warajha, dawk l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jissoktaw jaqdu l-funzjonijiet kritiċi mingħajr ma jitpoġġew fir-riskju l-fondi tal-kontribwenti, jiġifieri l-fondi pubbliċi, jew l-istabbiltà finanzjarja. Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-24 ta' Novembru 2015, “Lejn it-tlestija tal-Unjoni Bankarja”, il-Kummissjoni impenjat ruħha li sal-aħħar tal-2016 tressaq proposta leġislattiva sabiex l-istandard TLAC ikun jista' jiġi implimentat fil-liġi tal-Unjoni sal-iskadenza miftiehma internazzjonalment tal-2019. |
(2) |
L-implimentazzjoni tal-istandard TLAC fil-liġi tal-Unjoni trid tieħu kont tar-rekwiżit minimu eżistenti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (“MREL”) speċifiku għall-istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment (istituzzjonijiet) kollha stabbiliti fl-Unjoni, kif ukoll għal kwalunkwe entità oħra kif stabbilit fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (entitajiet). Peress li l-istandard TLAC u l-MREL jsegwu l-istess objettiv li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet stabbiliti fl-Unjoni jkollhom kapaċità biżżejjed ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni, iż-żewġ rekwiżiti għandhom ikunu elementi kumplimentari ta' qafas komuni. Operazzjonalment, jenħtieġ li l-livell minimu armonizzat tal-istandard TLAC għall-G-SIIs (“ir-rekwiżit minimu tat-TLAC”) jiġi introdott fil-leġislazzjoni tal-Unjoni permezz ta' emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (5), filwaqt li s-supplimentazzjoni speċifika għall-istituzzjonijiet għall-G-SIIs u r-rekwiżit speċifiku għall-istituzzjonijiet għal dawk li mhumiex G-SIIs, magħruf bħala l-MREL għandhom jiġu indirizzati permezz ta' emendi mmirati għad-Direttiva 2014/59/UE u għar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/59/UE, kif emendata minn din id-Direttiva, dwar il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet jiġu applikati b'mod konsistenti ma' dawk fir-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 806/2014 u fid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
(3) |
In-nuqqas ta' regoli armonizzati tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istandard TLAC fl-Unjoni joħloq spejjeż addizzjonali u inċertezza legali u jrendi l-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna (bail-in) għal istituzzjonijiet u entitajiet transkonfini aktar diffiċli. In-nuqqas ta' regoli tal-Unjoni armonizzati jirriżulta wkoll f'distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern minħabba li l-ispejjeż biex l-istituzzjonijiet u l-entitajiet jikkonformaw mar-rekwiżiti eżistenti u l-istandard TLAC jistgħu jkunu konsiderevolment differenti mal-Unjoni kollha. Jenħtieġ għalhekk li jitneħħew dawk l-ostakli għall-funzjonament tas-suq intern u li jkunu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw min-nuqqas ta' regoli tal-Unjoni armonizzati fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istandard TLAC. Konsegwentement, il-bażi legali adatta għal din id-Direttiva huwa l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
(4) |
F'konformità mal-istandard TLAC, huwa meħtieġ li d-Direttiva 2014/59/UE tkompli tirrikonoxxi kemm l-istrateġija ta' riżoluzzjoni tal-Punt ta' Dħul Uniku (SPE) kif ukoll dik tal-Punti Multipli ta' Dħul (MPE). Taħt l-istrateġija ta' riżoluzzjoni SPE, entità ta' grupp wieħed biss, ġeneralment l-impriża omm, hija riżolta filwaqt li entitajiet ta' grupp oħra, ġeneralment sussidjarji operattivi, ma jitqiegħdux f'riżoluzzjoni, iżda jgħaddu t-telf u l-ħtiġijiet ta' rikapitalizzazzjoni tagħhom lill-entità li għandha tiġi riżolta. Taħt l-istrateġija ta' riżoluzzjoni MPE, aktar minn entità ta' grupp waħda tista' tiġi riżolta. Huwa importanti, li jkun hemm identifikazzjoni ċara tal-entitajiet li ser jiġu riżolti (“entitajiet ta' riżoluzzjoni”), jiġifieri tal-entitajiet li għalihom jistgħu jiġu applikati azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, flimkien ma' sussidjarji li jappartjenu lilhom (“gruppi ta' riżoluzzjoni”), sabiex l-istrateġija ta' riżoluzzjoni mixtieqa tiġi applikata b'mod effettiv. Dik l-identifikazzjoni hija rilevanti wkoll għad-determinazzjoni tal-livell ta' applikazzjoni tar-regoli dwar il-kapaċità tal-assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni li huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet japplikaw. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu introdotti l-kunċetti ta' “entità ta' riżoluzzjoni” u ta' “grupp ta' riżoluzzjoni” u li tiġi emendata d-Direttiva 2014/59/UE dwar ippjanar ta' riżoluzzjoni ta' grupp biex l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu espliċitament mitluba jidentifikaw l-entitajiet ta' riżoluzzjoni u l-gruppi ta' riżoluzzjoni fi ħdan grupp u jikkunsidraw kif xieraq l-implikazzjonijiet ta' kwalunkwe azzjoni ppjanata fi ħdan il-grupp biex tkun żgurata riżoluzzjoni ta' grupp effettiva. |
(5) |
Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet ikollhom kapaċità suffiċjenti ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni biex ikun żgurat assorbiment mingħajr xkiel u rapidu ta' telf u rikapitalizzazzjoni b'impatt minimu fuq il-kontribwenti u fuq l-istabbiltà finanzjarja. Huwa meħtieġ li dan jinkiseb permezz ta' konformità mill-istituzzjonijiet ma' MREL kif stabbilit fid-Direttiva 2014/59/UE. |
(6) |
Biex id-denominaturi li jkejlu l-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet jiġu allinjati ma' dawk provduti fl-istandard TLAC, huwa meħtieġ li l-MREL ikun espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju u tal-miżura tal-iskopertura totali tal-istituzzjoni jew entità rilevanti, u huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet jilħqu simultanjament il-livelli li jirriżultaw miż-żewġ kjiel. |
(7) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-ippjanar fit-tul għall-ħruġ ta' strumenti u sabiex tiġi stabbilita ċertezza fir-rigward tar-riżervi neċessarji, is-swieq jeħtieġu ċarezza f'waqtha dwar il-kriterji ta' eliġibbiltà meħtieġa sabiex l-istrumenti jiġu rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet eliġibbli ta' TLAC jew tal-MREL. |
(8) |
Sabiex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-istituzzjonijiet u entitajiet stabbiliti fl-Unjoni, inkluż fuq livell globali, il-kriterji ta' eliġibbiltà għal obbligazzjonijiet minn kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna għall-MREL jenħtieġ li jkunu allinjati mill-qrib ma' dawk imniżżla fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għar-rekwiżit minimu tat-TLAC, iżda soġġetti għall-konformità mal-aġġustamenti u r-rekwiżiti komplementarji introdotti f'din id-Direttiva. B'mod partikolari, huwa meħtieġ li ċerti strumenti ta' dejn b'komponent ta' derivattiv inkorporat, bħal ċerti noti strutturati, ikunu eliġibbli, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet, bħala li jissodisfaw l-MREL sakemm dawn ikollhom ammont kapitali fiss jew dejjem akbar li jinfeda mal-maturità li jkun magħruf minn qabel filwaqt li redditu addizzjonali biss ikun marbut ma' dak il-komponent ta' derivattiv u jiddependi fuq il-prestazzjoni ta' assi ta' referenza. Fid-dawl ta' dawk il-kondizzjonijiet, dawk l-istrumenti ta' dejn huma mistennija li jkollhom kapaċità kbira ta' assorbiment tat-telf u faċilment ikollhom il-kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna waqt riżoluzzjoni. Fejn l-istituzzjonijiet u l-entitajiet ikollhom fondi proprji li jaqbżu r-rekwiżiti tal-fondi proprji, jenħtieġ li dak il-fatt ma jaffettwax minnu nnifsu deċiżjonijiet li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-MREL. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli għall-istituzzjonijiet u l-entitajiet li jissodisfaw kwalunkwe parti tal-MREL tagħhom permezz tal-fondi proprji. |
(9) |
L-ambitu ta' obbligazzjonijiet użati biex jissodisfaw l-MREL jinkludi, fil-prinċipju, l-obbligazzjonijiet kollha minn pretensjonijiet li jirriżultaw minn kredituri ordinarji mhux garantiti (obbligazzjonijiet mhux subordinati) sakemm ma jissodisfawx kriterji speċifiċi ta' eliġibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva. Biex tittejjeb ir-riżolvibbiltà tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet permezz tal-użu effettiv tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jirrikjedu li l-MREL ikun issodisfat b'fondi proprji u b'obbligazzjonijiet subordinati oħrajn, b'mod partikolari meta jkun hemm indikazzjonijiet ċari li kredituri b'rikapitalizzazzjoni interna x'aktarx li jerfgħu t-telf f'riżoluzzjoni li jkun jaqbeż it-telf imġarrab minnhom taħt proċedimenti ta' insolvenza normali. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw il-ħtieġa li jirrikjedu li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet jissodisfaw l-MREL b'fondi proprji u b'obbligazzjonijiet subordinati oħra fejn l-ammont ta' obbligazzjonijiet esklużi mill-applikazzjoni tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna tilħaq ċertu limitu massimu fi klassi ta' obbligazzjonijiet li tinkludi obbligazzjonijiet eliġibbli tal-MREL. Huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet jissodisfaw l-MREL b'fondi proprji u b'obbligazzjonijiet subordinati oħra sa fejn neċessarju sabiex jiġi evitat li l-kredituri tagħhom iġarrbu telf li jkun ogħla minn dak li kieku dawk il-kredituri kienu jġarrbu taħt proċedimenti ta' insolvenza normali. |
(10) |
Huwa meħtieġ li kwalunkwe subordinazzjoni ta' strumenti ta' dejn mitluba mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għall-MREL tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jkun parzjalment issodisfat ir-rekwiżit minimu ta' TLAC bi strumenti ta' dejn mhux subordinat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif permess mill-istandard TLAC. Għal entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' G-SIIs, entitajiet ta' gruppi ta' riżoluzzjoni b'assi 'l fuq minn EUR 100 biljun (banek tal-ogħla grad), u għal entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' ċerti gruppi ta' riżoluzzjoni iżgħar li x'aktarx ikunu meqjusa bħala riskju sistemiku fil-każ ta' falliment, b'kont meħud tal-prevalenza tad-depożiti u n-nuqqas ta' strumenti tad-dejn fil-mudell ta' finanzjament, aċċess limitat għas-swieq kapitali għal obbligazzjonijiet eliġibbli u dipendenza fuq kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni biex jiġi ssodisfat l-MREL, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jirrikjedu li parti mill-MREL ugwali għal-livell tal-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni msemmija fl-Artikoli 37(10) u 44(5) tad-Direttiva 2014/59/UE kif emendata minn din id-Direttiva jkun issodisfat b'fondi proprji u b'obbligazzjonijiet subordinati oħrajn, inklużi fondi proprji użati għal konformità mar-rekwiżit ta' riżerva kombinata stabbilit fid-Direttiva 2013/36/UE. |
(11) |
Fuq talba ta' entità ta' riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jnaqqsu l-parti tal-MREL li jkun meħtieġ li jkun issodisfat b'fondi proprji u b'obbligazzjonijiet subordinati oħrajn sa' limitu li jirrappreżenta l-proporzjon tat-tnaqqis possibbli taħt l-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżit minimu tat-TLAC stipulat f'dak ir-Regolament. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jesiġu, f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, li l-MREL ikun issodisfat b'fondi proprji u b'obbligazzjonijiet subordinati oħrajn sal-punt li l-livell ġenerali tas-subordinazzjoni meħtieġa fil-forma ta' elementi ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli minħabba l-obbligu tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet li josservaw ir-rekwiżit minimu tat-TLAC, l-MREL u, fejn applikabbli, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata skont id-Direttiva 2013/36/UE ma jaqbiżx l-akbar mill-livell ta' assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni msemmija fl-Artikoli 37(10) u 44(5) tad-Direttiva 2014/59/UE kif emendata minn din id-Direttiva jew il-formula stipulatat f'din id-Direttiva bbażata fuq ir-rekwiżiti prudenzjali tal-Pilastru 1 u l-Pilastru 2 u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata. |
(12) |
Għal banek speċifiċi tal-ogħla grad, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, soġġetti għall-kondizzjonijiet li għandhom jiġu vvalutati mill-awtorità ta' riżoluzzjoni, jillimitaw il-livell tar-rekwiżit minimu tas-subordinazzjoni għal ċertu limitu massimu, b'kont meħud ukoll tar-riskju possibbli li jkun hemm impatt b'mod sproporzjonat fuq il-mudell tan-negozju ta' dawk l-istituzzjonijiet. Dik il-limitazzjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġi stabbilitrekwiżit ta' subordinazzjoni ogħla minn dan il-limitu permezz tar-rekwiżit ta' subordinazzjoni taħt il-Pilastru 2, soġġett ukoll għall-kondizzjonijiet li japplikaw għall-Pilastru 2, abbażi ta' kriterji alternattivi jiġifieri impedimenti għar-riżolvibbiltà, jew il-fattibbiltà u l-kredibbiltà tal-istrateġija tar-riżoluzzjoni, jew ir-riskju tal-istituzzjoni. |
(13) |
Huwa meħtieġ li l-MREL jippermetti li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet jassorbu t-telf mistenni f'riżoluzzjoni jew fil-punt ta' nonvijabbiltà, kif xieraq, u li jiġu rikapitalizzati wara l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet previsti fil-pjan ta' riżoluzzjoni jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni. Huwa meħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, abbażi tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni magħżula minnhom, jiġġustifikaw kif xieraq il-livell impost tal-MREL u għandu jirrieżamina mingħajr dewmien mhux ġustifikat dak il-livell biex jirrifletti kwalunkwe bidla fil-livell tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE. Bħala tali, huwa meħtieġ li dak il-livell impost tal-MREL ikun is-somma tal-ammont tat-telf mistenni fir-riżoluzzjoni li jikkorrispondi għar-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni u l-entità u l-ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti li l-istituzzjoni u l-entità, wara r-riżoluzzjoni jew wara l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, tkun tista' tissodisfa r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħha meħtieġa sabiex tkun awtorizzata biex tkompli bl-attivitajiet tagħha taħt l-istrateġija ta' riżoluzzjoni magħżula. Jenħtieġ li l-awtorità ta' riżoluzzjoni taġġusta 'l isfel jew 'il fuq l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni għal kwalunkwe tibdil li jirriżulta mill-azzjonijiet stipulati fil-pjan ta' riżoluzzjoni. |
(14) |
Jenħtieġ li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun tista' żżid l-ammont ta' rikapitalizzazzjoni biex tiġi żgurata biżżejjed fiduċja tas-suq fl-istituzzjoni jew l-entità wara l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta' riżoluzzjoni. Jenħtieġ li l-livell mitlub tar-riżerva għall-fiduċja tas-suq jippermetti lill-istituzzjoni jew l-entità li tkompli tissodisfa l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għal perijodu xieraq ta' żmien inkluż billi jippermetti lill-istituzzjoni jew l-entità sabiex tkopri l-ispejjeż relatati mar-ristrutturar tal-attivitajiet tagħha wara r-riżoluzzjoni, u sabiex issostni fiduċja suffiċjenti fis-suq. Ir-riżerva għall-fiduċja tas-suq għandha tiġi stabbilita b'referenza għal parti mir-rekwiżit ta' riżerva kombinata taħt id-Direttiva 2013/36/UE. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jaġġustaw 'l isfel il-livell tar-riżerva tal-fiduċja fis-suq jekk livell aktar baxx huwa biżżejjed biex tiġi żgurata biżżejjed fiduċja fis-suq jew jeħtieġ li jaġġustaw 'il fuq dak il-livell fejn livell ogħla huwa neċessarju biex ikun żgurat li, wara l-azzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta' riżoluzzjoni, l-entità tkompli tissodisfa l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tagħha għal perijodu xieraq u ssostni fiduċja suffiċjenti fis-suq. |
(15) |
Jenħtieġ li f'konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1075 (8) l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jeżaminaw il-bażi tal-investituri tal-istrumenti għall-MREL ta' istituzzjoni jew entità individwali. Jekk parti sinifikanti mill-istrumenti għall-MREL ta' istituzzjoni jew entità tkun miżmuma minn investituri individwali li jaf ma jkunux irċevew indikazzjoni adatta tar-riskji rilevanti, dan jista' minnu nnifsu jkun impediment għar-riżolvibbiltà. Barra minn hekk, jekk parti kbira mill-istrumenti għall-MREL ta' istituzzjoni jew entità tkun miżmuma minn istituzzjonijiet jew entitajiet oħra, l-implikazzjonijiet sistemiċi ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni jistgħu wkoll jikkostitwixxu impediment għar-riżolvibbiltà. Meta awtorità ta' riżoluzzjoni ssib impediment għar-riżolvibbiltà bħala riżultat tad-daqs u n-natura ta' ċerta bażi ta' investituri, jenħtieġ li tkun tista' tirrakkomanda lil istituzzjoni jew entità biex tindirizza tali impediment. |
(16) |
Sabiex jiġi żgurat li l-investituri individwali ma jinvestux eċċessivament f'ċerti strumenti ta' dejn li huma eliġibbli għall-MREL, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-ammont ta' denominazzjoni minima ta' tali strumenti jkun relattivament għoli jew li l-investiment fi strumenti bħal dawn ma jirrappreżentax sehem eċċessiv tal-portafoll ta' investitur. Jenħtieġ li dan ir-rekwiżit japplika biss għal strumenti maħruġa wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva. Dan ir-rekwiżit mhuwiex kopert biżżejjed fid-Direttiva 2014/65/UE, u għalhekk jenħtieġ li jkun infurzabbli skont id-Direttiva 2014/59/UE u jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' protezzjoni tal-investitur previsti fid-Direttiva 2014/65/UE. Fejn matul il-qadi ta' dmirijiethom, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jsibu evidenza dwar ksur potenzjali tad-Direttiva 2014/65/UE, jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali mal-awtoritajiet ta' kondotta fis-suq għall-finijiet tal-infurzar ta' dik id-Direttiva. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun ukoll possibbli għall-Istati Membri li jkomplu jillimitaw aktar il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta' ċerti strumenti lil ċerti investituri. |
(17) |
Biex itejbu r-riżolvibbiltà tagħhom, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom ikunu jistgħu jimponu MREL speċifiku għal istituzzjoni fuq G-SIIs flimkien mar-rekwiżit minimu ta' TLAC stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Jenħtieġ li dak il-MREL speċifiku għall-istituzzjoni jiġi impost biss fejn ir-rekwiżit minimu tat-TLAC ma jkunx biżżejjed biex jiġi assorbit it-telf u G-SII tiġi rikapitalizzata taħt l-istrateġija ta' riżoluzzjoni magħżula. |
(18) |
Meta jiġi stabbilit il-livell tal-MREL, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jikkunsidraw il-grad ta' relevanza sistemika ta' istituzzjoni jew entità u l-impatt potenzjali negattiv tal-falliment tagħha fuq l-istabbiltà finanzjarja. Huwa meħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jieħdu f'kunsiderazzjoni l-ħtieġa ta' kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn G-SIIs u istituzzjonijiet jew entitajiet oħra paragunabbli b'relevanza sistemika fi ħdan l-Unjoni. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-MREL ta' istituzzjonijiet jew entitajiet li ma humiex G-SIIs iżda li r-relevanza sistemika tagħhom fi ħdan l-Unjoni tkun paragunabbli mar-relevanza sistemika ta' G-SIIs ma tvarjax b'mod sproporzjonat mil-livell u l-għamla tal-MREL li tkun ġeneralment iffissata għal G-SIIs. |
(19) |
F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet li jiġu identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni jkunu soġġetti għall-MREL biss fil-livell ta' grupp ta' riżoluzzjoni konsolidat. Dan ifisser li sabiex jissodisfaw l-MREL tagħhom huwa meħtieġ li l-entitajiet ta' riżoluzzjoni jkunu obbligati joħorġu strumenti u elementi eliġibbli lil kredituri ta' parti terzi esterni li jkunu rikapitalizzati internament (bailed-in) fil-każ li l-entità ta' riżoluzzjoni tidħol f'riżoluzzjoni. |
(20) |
Huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni jikkonformaw mal-MREL fil-livell individwali. Huwa meħtieġ li l-ħtiġijiet ta' telf ta' assorbiment u ta' rikapitalizzazzjoni ta' dawk l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet ġeneralment ikunu provduti mill-entitajiet ta' riżoluzzjoni rispettivi tagħhom permezz tal-akkwiżizzjoni diretta jew indiretta minn dawk l-entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' strumenti ta' fondi proprji u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli minn dawk l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet u l-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni tagħhom fi strumenti ta' appartenenza fil-punt fejn dawk l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet ma għadhomx aktar vijabbli. Bħala tali, huwa meħtieġ li l-MREL applikabbli għal istituzzjonijiet jew entitajiet li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni jkunu applikati flimkien u b'mod konsistenti mar-rekwiżiti applikabbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni. Dak għandu jippermetti lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni biex jirriżolvu grupp ta' riżoluzzjoni mingħajr ma jqiegħdu xi wħud mis-sussidjarji tiegħu taħt riżoluzzjoni, u hekk jiġu evitati effetti li jistgħu potenzjalment ifixklu s-suq. Huwa meħtieġ li l-applikazzjoni tal-MREL għal istituzzjonijiet jew entitajiet li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni jikkonformaw mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni magħżula, b'mod partikolari ma għandhiex tbiddel ir-relazzjoni ta' appartenenza bejn l-istituzzjonijiet jew entitajiet u l-grupp ta' riżoluzzjoni tagħhom wara li dawk l-istituzzjonijiet jew entitajiet ikunu ġew rikapitalizzati. |
(21) |
Jekk kemm l-entità ta' riżoluzzjoni jew l-impriża omm kif ukoll is-sussidjarji tagħha jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru u jkunu jagħmlu parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun tista' tirrinunzja l-applikazzjoni tal-MREL applikabbli għal dawk is-sussidjarji li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni jew tippermetti li huma jissodisfaw l-MREL b'garanziji kollateralizzati bejn l-impriża omm u s-sussidjarji tagħha, li jistgħu jiġu skattati meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet ta' twaqqif ekwivalenti għal dawk li jippermettu l-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta' obbligazzjonijiet eliġibbli. Il-kollateral ta' appoġġ għall-garanzija jenħtieġ li jkun ferm likwidu u jkollu riskju minimu ta' kreditu u tas-suq. |
(22) |
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprevedi li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirrinunzjaw l-applikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti ta' solvenza u likwidità għal istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali (“netwerks kooperattivi”)fejn jiġu sodisfatti ċerti kondizzjonijiet speċifiċi. Sabiex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet ta' tali netwerks kooperattivi, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu wkoll jirrinunzjaw l-applikazzjoni tal-MREL li tapplika għal tali istituzzjonijiet ta' kreditu u l-korp ċentrali taħt kondizzjonijiet simili għal dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-korp ċentrali huma stabbiliti fl-istess Stat Membru. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu, skont id-diskrezzjoni tagħhom, jittrattaw l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-korp ċentrali bħala ħaġa waħda meta jivvalutaw il-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjonijiet skont il-karatteristiċi tal-mekkaniżmu ta' solidarjetà. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jiżguraw il-konformità mar-rekwiżit tal-MREL estern tal-grupp ta' riżoluzzjoni fl-intier tiegħu b'modi differenti, skont il-karatteristiċi tal-mekkaniżmu ta' solidarjetà ta' kull grupp, billi jingħaddu l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entitajiet li, f'konformità mal-pjan ta' riżoluzzjoni, huma mitluba mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni biex joħorġu strumenti eliġibbli għall-MREL barra l-grupp ta' riżoluzzjoni. |
(23) |
Biex ikunu żgurati livelli adatti tal-MREL għal finijiet ta' riżoluzzjoni, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet responsabbli mill-istabbiliment tal-livell tal-MREL tkun l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, li hija l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-impriża omm aħħarija, u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' entitajiet oħra tal-grupp ta' riżoluzzjoni. Huwa meħtieġ li kwalunkwe tilwima bejn l-awtoritajiet tkun soġġetta għas-setgħat tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) soġġett għall-kondizzjonijiet u l-limitazzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva. |
(24) |
Huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jindirizzaw b'mod xieraq u jirrimedjaw kwalunkwe ksur tar-rekwiżit minimu tat-TLAC u tal-MREL. Minħabba li ksur ta' dawk ir-rekwiżiti jista' jikkostitwixxi impediment għal riżolvibbiltà ta' istituzzjoni jew grupp, huwa meħtieġ li l-proċeduri eżistenti biex jitneħħew l-impedimenti għal riżolvibbiltà jitqassru biex jiġi indirizzat kwalunkwe ksur tar-rekwiżiti malajr. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu wkoll jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet jimmodifikaw il-profili ta' maturità ta' strumenti u elementi eliġibbli u li jħejju u jimplimentaw pjanijiet biex jirristawraw il-livell ta' dawk ir-rekwiżiti. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu wkoll jipprojbixxu ċertu distribuzzjonijiet meta jqisu li istituzzjoni jew entità ma tkunx qed tilħaq ir-rekwiżiti ta' riżerva kombinata taħt id-Direttiva 2013/36/UE meta kkunsidrati addizzjonalment għall-MREL. |
(25) |
Biex jiżguraw applikazzjoni trasparenti tal-MREL, huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti u ta' riżoluzzjoni tagħhom u jiżvelaw regolarment lill-pubbliku l-MREL tagħhom, il-livelli ta' obbligazzjonijiet eliġibbli tal-kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna u l-kompożizzjoni ta' dawk l-obbligazzjonijiet, inkluż il-profil ta' maturità tagħhom u l-klassifikazzjoni fi proċedimenti ta' insolvenza normali. Għal istituzzjonijiet jew entitajiet soġġetti għar-rekwiżit minimu tat-TLAC, għandu jkun hemm konsistenza fil-frekwenza tar-rappurtar superviżorju u d-divulgazzjoni tal-MREL speċifiku għall-istituzzjoni kif previst f'din id-Direttiva ma' dawk previsti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għar-rekwiżit minimu tat-TLAC. Filwaqt li eżenzjonijiet totali jew parzjali mill-obbligi ta' rappurtar u ta' divulgazzjoni għal istituzzjonijiet jew entitajiet speċifiċi jenħtieġ li jkun permess f'ċerti każijiet speċifikati f'din id-Direttiva, jenħtieġ li dawn l-eżenzjonijiet ma jillimitawx is-setgħat tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jitolbu informazzjoni għall-finijiet tal-qadi ta' dmirijiethom skont id-Direttiva 2014/59/UE kif emendata minn din id-Direttiva. |
(26) |
Huwa meħtieġ li r-rekwiżit li jkun inkluż rikonoxximent kuntrattwali tal-effetti tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna fi ftehimiet jew strumenti li joħloq obbligazzjonijiet regolati mil-liġijiet ta' pajjiżi terzi jiffaċilita u jtejjeb il-proċess għar-rikapitalizzazzjoni interna ta' dawk l-obbligazzjonijiet fil-każ ta' riżoluzzjoni. L-arranġamenti kuntrattwali, meta jkunu abbozzati sew u adottati b'mod wiesa', jistgħu joffru soluzzjoni f'każijiet ta' riżoluzzjoni transkonfinali li taħdem sa meta jiġi viluppat approċċ statutorju taħt id-dritt tal-Unjoni jew sa meta jiġu żviluppati inċentivi biex jintgħażel il-liġi ta' Stat Membru bħala d-dritt applikabbli għall-kuntratti jew oqfsa ta' rikonoxximent statutorji biex tkun possibbli riżoluzzjoni transkonfinali effettiva fil-ġurisdizzjonijiet tal-pajjiżi terzi kollha. Anki jekk ikun hemm stabbiliti oqfsa ta' rikonoxximent statutorji, huwa meħtieġ li l-arranġamenti ta' rikonoxximent kuntrattwali jgħinu biex ikun rinfurzat l-għarfien tal-kredituri taħt arranġamenti kuntrattwali li mhumiex regolati mid-dritt tal-Unjoni dwar azzjoni ta' riżoluzzjoni possibbli fir-rigward ta' istituzzjonijiet jew entitajiet li huma regolati bil-liġi ta' Stat Membru. Madankollu, jista' jkun hemm każijiet fejn ma jkunx prattiku li l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet jinkludu dawk it-termini kuntrattwali fi ftehimiet jew strumenti li joħolqu ċerti obbligazzjonijiet, b'mod partikolari obbligazzjonijiet li mhumiex esklużi mill-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna skont id-Direttiva 2014/59/UE, depożiti koperti jew strumenti ta' fondi proprji. Pereżempju, taħt ċerti ċirkustanzi, jista' jkun ikkunsidrat mhux prattiku li jiġu nklużi klawżoli ta' rikonoxximent kuntrattwali ta' obbligazzjonijiet f'każijiet fejn huwa illegali taħt il-liġi tal-pajjiż terz li istituzzjoni jew entità tinkludi tali klawżoli fi ftehimiet jew strumenti li joħolqu obbligazzjonijiet regolati mil-liġijiet ta' dak il-pajjiż terz, fejn istituzzjoni jew entità ma għandha l-ebda setgħa fuq livell individwali biex temenda t-termini kuntrattwali kif inhuma imposti mill-protokolli internazzjonali jew huma bbażati fuq termini standard miftiehma internazzjonalment, jew fejn ir-responsabbiltà li tkun soġġetta għar-rekwiżit ta' rikonoxximent kuntrattwali hija kontinġenti fuq ksur ta' kuntratt jew tirriżulta minn garanziji, kontragaranziji jew strumenti oħra użati fil-kuntest ta' operazzjonijiet ta' finanzjament tal-kummerċ. Madankollu, rifjut mill-kontroparti li taqbel li tkun marbuta mill-klawżola ta' rikonoxximent kuntrattwali ta' rikapitalizzazzjoni interna m'għandux per se jiġi kkunsidrat bħala kawża ta' imprattikabbiltà. Jenħtieġ li l-EBA tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 10 u 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tidentifika bi preċiżjoni akbar każijiet ta' imprattikabilità. Meta tapplika dawk l-istandards tekniċi regolatorji u b'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet tas-suq ikkonċernat, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tispeċifika, fejn tqis li jkun meħtieġ, kategoriji ta' obbligazzjonijiet fejn jista' jkun hemm raġunijiet għal imprattikabbiltà. F'dak il-qafas, għandu jkun f'idejn istituzzjoni jew entità biex tiddetermina jekk id-dħul ta' klawżola ta' rikonoxximent ta' rikapitalizzazzjoni interna f'kuntratt jew klassi ta' kuntratti huwa imprattikabbli. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet jipprovdu aġġornamenti regolari lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, sabiex iżommuhom infurmati dwar il-progress lejn l-implimentazzjoni tat-termini ta' rikonoxximent kuntrattwali. F'dan il-kuntest, l-istituzzjonijiet u l-entitajiet għandhom jindikaw il-kuntratti jew il-klassijiet ta' kuntratti li għalihom tkun imprattikabbli li tiddaħħal klawżola ta' rikonoxximent ta' rikapitalizzazzjoni interna u jindikaw raġuni għal din il-valutazzjoni. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom, f'qafas ta' żmien raġonevoli, jivvalutaw id-determinazzjoni li ssir minn istituzzjoni jew entità li jkun imprattikabbli li jiġu inklużi klawżoli ta' rikonoxximent kuntrattwali f'kuntratti ta' obbligazzjonijiet u jieħdu azzjoni biex jindirizzaw kwalunkwe valutazzjoni u impediment żbaljati għar-riżolvibbiltà bħala riżultat ta' klawżoli ta' rikonoxximent kuntrattwali mhux inklużi. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet jitħejjew biex jiġġustifikaw id-determinazzjoni li ssir minnhom jekk mitluba jagħmlu hekk mill-awtorità ta' riżoluzzjoni. Barra minn hekk, biex ikun żgurat li r-riżolvibbiltà tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet ma tkunx affettwata, l-obbligazzjonijiet li għalihom id-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti mhumiex inklużi ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-MREL. |
(27) |
Huwa utli u neċessarju li tiġi aġġustata s-setgħa tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jiġu sospiżi, għal perijodu limitat, ċerti obbligi kuntrattwali ta' istituzzjonijiet u entitajiet. B'mod partikolari, jenħtieġ li jkun possibbli li awtorità tar-riżoluzzjoni teżerċita dik is-setgħa qabel istituzzjoni jew entità titqiegħed f'riżoluzzjoni, mill-mument meta ssir id-determinazzjoni li l-istituzzjoni jew entità qed tfalli jew x'aktarx li tfalli, jekk miżura tas-settur privat li, fl-opinjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni, tipprevjeni, f'qafas ta' żmien raġonevoli, l-falliment tal-istituzzjoni jew entità ma tkunx disponibbli minnufih u jekk l-eżerċizzju ta' dik is-setgħa jkun meqjus meħtieġ sabiex tiġi evitata d-deterjorazzjoni ulterjuri tal-kondizzjonijiet finanzjarji tal-istituzzjoni jew entità. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jeżerċitaw dik is-setgħa jekk ma jkunux sodisfatti b'miżura proposta tas-settur privat li tkun immedjatament disponibbli. Is-setgħa ta' sospensjoni ta' ċerti obbligi kuntrattwali tippermetti wkoll lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni biex jistabbilixxu jekk azzjoni ta' riżoluzzjoni hijiex fl-interess pubbliku, biex jagħżlu l-għodod ta' riżoluzzjoni l-aktar xierqa, jew biex jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta' għodda ta' riżoluzzjoni waħda jew aktar. Id-durata tas-sospensjoni għandha tkun limitata għal massimu ta' jumejn ta' negozju. Sa dak il-massimu, is-sospensjoni tista' tibqa' tapplika wara li tittieħed id-deċiżjoni ta' riżoluzzjoni. |
(28) |
Sabiex is-setgħa ta' sospensjoni ta' ċerti obbligi kuntrattwali tintuża b'mod proporzjonat, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandu jkollhom il-possibbiltà li jieħdu kont taċ-ċirkostanzi ta' kull każ individwali u li jiddeterminaw l-ambitu tas-sospensjoni kif meħtieġ. Barra minn hekk, huma għandhom ikunu jistgħu jawtorizzaw ċerti ħlasijiet – b'mod partikolari, iżda mhux limitati għal, spejjeż amministrattivi tal-istituzzjoni jew entità kkonċernata - abbażi ta' każ b'każ. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li s-setgħa ta' sospensjoni tkun tista' tapplika wkoll għad-depożiti eliġibbli. Madankollu, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jivvalutaw bir-reqqa l-adegwatezza tal-applikazzjoni ta' dik is-setgħa għal ċerti depożiti eliġibbli, b'mod partikolari depożiti kopert miżmuma minn persuni fiżiċi u impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, u jenħtieġ li jivvalutaw ir-riskju jekk l-applikazzjoni ta' sospensjoni fir-rigward ta' depożiti bħal dawn tfixkilx b'mod gravi l-funzjonament tas-swieq finanzjarji. Fejn is-setgħa ta' sospensjoni ta' ċerti obbligi kuntrattwali tiġi eżerċitata fir-rigward ta' depożiti koperti, jenħtieġ li dawk id-depożiti ma jitqisux bħala mhux disponibbli għall-finijiet tad-Direttiva Nru 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Sabiex jiġi żgurat li, matul il-perijodu ta' sospensjoni, id-depożitanti ma jiltaqgħux ma' diffikultajiet finanzjarji, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu li huma permessi ċertu ammont ta' prelevamenti kuljum |
(29) |
Matul il-perijodu tas-sospensjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jikkunsidraw ukoll, fost l-oħrajn abbażi tal-pjan ta' riżoluzzjoni għall-istituzzjoni jew l-entità, il-possibbiltà li l-istituzzjoni jew l-entità fl-aħħar mill-aħħar ma titpoġġiex taħt riżoluzzjoni iżda li minflok tiġi stralċjata skont il-liġi nazzjonali. F'dawn il-każijiet, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti li jidhrilhom xierqa biex jiksbu l-koordinazzjoni adegwata mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti u jiġi żgurat li s-sospensjoni ma tfixkilx l-effettività tal-proċess ta' stralċ.. |
(30) |
Is-setgħa li obbligazzjonijiet ta' ħlas jew ta' konsenja jiġu sospiżi ma għandhiex tapplika għal obbligi dovuti lil sistemi jew operaturi ta' sistemi deżinjati skont id-Direttiva 98/26/KE, jew lil banek ċentrali, lil kontropartijiet ċentrali awtorizzati (CCPs), jew lil CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA). Id-Direttiva 98/26/KE tnaqqas ir-riskju assoċjat mal-parteċipazzjoni f'sistemi ta' saldu ta' ħlasijiet u titoli, b'mod partikolari billi tnaqqas it-tħarbit fil-każ tal-insolvenza ta' parteċipant f'tali sistema. Biex jiġi żgurat li dawk il-protezzjonijiet japplikaw b'mod adatt f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, filwaqt li tinżamm ċertezza adatta għall-operaturi ta' sistemi ta' ħlas u ta' titoli u għal parteċipanti oħra tas-suq, id-Direttiva 2014/59/UE għandha tiġi emendata biex tipprovdi li miżura ta' prevenzjoni ta' kriżi, sospensjoni ta' obbligu taħt l-Artikolu 33a jew miżura ta' ġestjoni ta' kriżi ma għandhiex bħala tali titqies bħala li jikkostitwixxu proċedimenti ta' insolvenza fis-sens tad-Direttiva 98/26/KE, dment li l-obbligi sostantivi skont il-kuntratt ikomplu jitwettqu. Minkejja dan, ma hemm xejn fid-Direttiva 2014/59/UE li jippreġudika t-tħaddim ta' sistema deżinjata skont id-Direttiva 98/26/KE jew id-dritt għal titolu kollaterali garantit minn dik id-Direttiva. |
(31) |
Aspett ċentrali ta' riżoluzzjoni effettiva huwa li jiġi żgurat li, ladarba istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jidħlu f'riżoluzzjoni, il-kontropartijiet tagħhom fil- kuntratti finanzjarji oħra ma jistgħux itemmu l-pożizzjonijiet tagħhom sempliċiment minħabba li dawk l-istituzzjonijiet jew entitajiet ikunu daħlu f'riżoluzzjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jingħataw is-setgħa li jissospendu l-obbligazzjonijiet ta' ħlas jew ta' konsenja dovuti taħt kuntratt ma' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jirrestrinġu, għal perijodu limitat, id-drittijiet tal-kontropartijiet biex jagħlqu, jgħaġġlu jew inkella jtemmu kuntratti finanzjarji. Dawk ir-rekwiżiti ma għandhomx japplikaw direttament għal kuntratti taħt il-liġi ta' pajjiż terz. Fin-nuqqas ta' qafas statutorju għar-rikonoxximent transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jinkludu terminu kuntrattwali f'kuntratti finanzjarji rilevanti li jagħraf li l-kuntratt jista' jiġi soġġett għall-eżerċizzju ta' setgħat mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jissospendu ċerti obbligi ta' ħlas u kunsinna, jew jirrestrinġu l-infurzar ta' interessi ta' sigurtà jew temporanjament jiġu sospiżi d-drittijiet ta' terminazzjoni u li jkunu marbuta bir-rekwiżiti tal-Artikolu 68 bħal li kieku l-kuntratt finanzjarju kien regolat bil-liġi tal-Istat Membru rilevanti. Jenħtieġ li tali obbligu jkun previst sa fejn il-kuntratt jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet. Għalhekk, l-obbligu li jiġi inkluż it-terminu kuntrattwali ma jirriżultax fir-rigward tal-Artikoli 33a, 69, 70 u 71 tad-Direttiva 2014/59/UE kif emendati b'din id-Direttiva, pereżempju f'kuntratti b'kontropartijiet ċentrali jew operaturi ta' sistemi deżinjati għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE, billi fir-rigward ta' dawn il-kuntratti, anke meta jkunu regolati bil-liġi tal-Istat Membru rilevanti, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma jkollhomx is-setgħat f'dawk l-Artikoli. |
(32) |
L-esklużjoni ta' obbligazzjonijiet speċifiċi ta' istituzzjonijiet jew entitajiet mill-applikazzjoni tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna jew mis-setgħat li jkunu sospiżi ċerti obbligi, li jiġi ristrett l-infurzar ta' interessi ta' sigurtà jew li temporanjament jiġu sospiżi d-drittijiet ta' terminazzjoni kif previsti fid-Direttiva 2014/59/UE, jenħtieġ li tkopri ukoll l-obbligazzjonijiet fir-rigward ta' CCPs stabbiliti fl-Unjoni u fir-rigward ta' CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA. |
(33) |
Sabiex ikun żgurat intendiment komuni tat-termini użati f'diversi strumenti legali, jixraq li fid-Direttiva 98/26/KE jiġu inkorporati d-definizzjonijiet u l-kunċetti introdotti mir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) fir-rigward ta' “kontroparti ċentrali” jew “CCP” jew “parteċipant”. |
(34) |
Id-Direttiva 98/26/KE tnaqqas ir-riskju assoċjat mal-parteċipazzjoni ta' istituzzjonijiet u entitajiet oħra f'sistemi ta' saldu ta' ħlasijiet u titoli, b'mod partikolari billi tnaqqas it-tħarbit fil-każ tal-insolvenza ta' parteċipant f'tali sistema. Il-premessa (7) ta' dik id-Direttiva tikkjarifika li l-Istati Membri għandhom l-għażla li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva lill-istituzzjonijiet domestiċi li jipparteċipaw direttament fis-sistemi rregolati mil-liġi ta' pajjiż terz u għal sigurtà kollaterali pprovduta inkonnessjoni mal-parteċipazzjoni f'tali sistemi. Fid-dawl tad-daqs globali ta', u l-attivitajiet fi, xi sistemi regolati mil-liġijiet ta' pajjiż terz u żieda fil-parteċipazzjoni ta' entitajiet stabbiliti fl-Unjoni f'sistemi bħal dawn, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrevedi kif l-Istati Membri japplikaw l-għażla prevista fil-premessa (7) ta' din id-Direttiva u tivvaluta l-ħtieġa għal aktar emendi għal dik id-Direttiva fir-rigward ta' tali sistemi. |
(35) |
Sabiex jippermettu l-applikazzjoni effettiva tas-setgħat li jnaqqsu, il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta' elementi ta' fondi proprji mingħajr ma jinkisru s-salvagwardji tal-kredituri skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pretensjonijiet li jirriżultaw minn elementi ta' fondi proprji jikklassifikaw fi proċedimenti ta' insolvenza normali taħt kwalunkwe pretensjoni subordinata oħra. Strumenti li huma biss parzjalment rikonoxxuti bħala fondi proprji jenħtieġ li xorta jkunu trattati bħala pretensjonijiet li jirriżultaw minn fondi proprji għall-ammont sħiħ tagħhom. Pereżempju r-rikonoxximent parzjali jista' jkun riżultat tal-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet ta' anterjorità li parzjalment tirtira r-rikonoxximent ta' strument jew ikun riżultat tal-applikazzjoni ta' kalendarju ta' amortizzazzjoni stabbilit għal strumenti ta' Grad 2 fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
(36) |
Peress li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu stabbiliti regoli uniformi dwar qafas ta' rkupru u riżoluzzjoni għal istituzzjonijiet u entitajiet, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb dak l-objettiv. |
(37) |
Sabiex l-Istati Membri jkollhom perijodu ta' żmien xieraq għat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġijiet nazzjonali tagħhom, huma għandhom jkollhom tmintax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha biex jagħmlu dan. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar id-divulgazzjoni pubblika għandhom jiġu applikati mill-1 ta' Jannar 2024 sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet madwar l-Unjoni jingħataw perijodu xieraq biex jilħqu l-livell meħtieġ tal-MREL b'mod ordnat, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2014/59/UE
Id-Direttiva 2014/59/UE hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 2(1) huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
l-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
jiżdied l-Artikolu li ġej: “Artikolu 16a Setgħa li jiġu pprojbiti ċerti distribuzzjonijiet 1. Fejn entità tkun f'sitwazzjoni fejn tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien ma' kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 141a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, iżda ma tissodisfax dak ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 45c u 45d ta' din id-Direttiva, meta kkalkolat f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 45(2) ta' din id-Direttiva, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' dik l-entità għandha jkollha s-setgħa, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, li tipprojbixxi entità milli tiddistribwixxi aktar mill-Ammont Massimu Distribwibbli relatat mar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (‘M-MDA’) ikkalkolat f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, permezz ta' kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
Fejn entità tinsab fis-sitwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandha tinnotifika immedjatament lill-awtorità ta' riżoluzzjoni dwar dan. 2. Fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tivvaluta jekk teżerċitax is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1, b'kont meħud tal-elementi kollha li ġejjin:
L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tirrepeti l-valutazzjoni tagħha dwar jekk għandhiex teżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 mill-inqas kull xahar matul iż-żmien li fih l-entità tkun fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. 3. Jekk l-awtorità ta' riżoluzzjoni ssib li l-entità tkun għadha fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien disa' xhur wara li sitwazzjoni bħal din tkun ġiet innotifikata mill-entità, l-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, għandha teżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ħlief fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni ssib, wara valutazzjoni, li jiġu ssodisfati tal-anqas tnejn mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
Fejn tkun tapplika l-eċċezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha u tispjega l-valutazzjoni tagħha bil-miktub. Kull xahar l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tirrepeti l-valutazzjoni jekk hijiex applikabbli l-eċċezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. 4. L-M-MDA għandu jiġi applikat billi tiġi mmultiplikata s-somma kkalkolata skont il-paragrafu 5 bil-fattur iddeterminat skont il-paragrafu 6. L-M-MDA għandu jitnaqqas bi kwalunkwe ammont li jirriżulta minn kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1. 5. Is-somma li tkun immultiplikata skont il-paragrafu 4 għandha tikkonsisti fi:
6. Il-fattur imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jiġi ddeterminat kif ġej:
Il-livelli inferjuri u superjuri ta' kull kwart tar-rekwiżit ta' riżerva għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
fejn “Qn” = in-numru ordinali tal-kwart ikkonċernat.”; |
(7) |
l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
fl-Artikolu 18, il-paragrafi 1 sa 7 huma sostitwiti b'dan li ġej: “1. L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, flimkien mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarji, wara konsultazzjoni mal-kulleġġ superviżorju u mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu l-fergħat sinifikattivi sa fejn huwa rilevanti għall-fergħa sinifikattiva, għandha tikkunsidra l-valutazzjoni mitluba mill-Artikolu 16 fi ħdan il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni u għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tittieħed deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni ta' miżuri identifikati f'konformità mal-Artikolu 17(4) fir-rigward tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni kollha u s-sussidjarji tagħhom li huma entitajiet msemmija fl-Artikolu 1(1) u li huma parti mill-grupp. 2. L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, f'kooperazzjoni mas-superviżur konsolidattiv u l-EBA skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, għandha tħejji u tippreżenta rapport lill-impriża omm tal-Unjoni, lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarji, li għandhom jipprovduh lis-sussidjarji taħt is-superviżjoni tagħhom, u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu fergħat sinifikanti. Ir-rapport għandu jitħejja wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, u għandu janalizza l-impedimenti sostantivi għall-applikazzjoni effettiva tal-għodda ta' riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-grupp, kif ukoll fir-rigward tal-gruppi ta' riżoluzzjoni fejn grupp ikun magħmul minn aktar minn grupp ta' riżoluzzjoni wieħed. Ir-rapport għandu jikkunsidra l-impatt fuq il-mudell ta' negozju tal-grupp u jirrakkomanda kwalunkwe miżura proporzjonata u mmirata li, fl-opinjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, hija meħtieġa jew adatta sabiex jitneħħew dawk l-impedimenti. Fejn impediment għar-riżolvibbiltà tal-grupp huwa dovut għal sitwazzjoni ta' entità ta' grupp imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(3), l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandha tinnotifika l-valutazzjoni tagħha ta' dak l-impediment lill-impriża omm tal-Unjoni wara li tkun ikkonsultat mal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet sussidjarji tagħha. 3. Fi żmien erba' xhur mid-data tar-riċevuta tar-rapport, l-impriża omm tal-Unjoni tista' tippreżenta osservazzjonijiet u tipproponi miżuri alternattivi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp biex tirrimedja l-impedimenti identifikati fir-rapport. Meta l-impedimenti identifikati fir-rapport ikunu dovuti għal sitwazzjoni ta' entità ta' grupp imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(3) ta' din id-Direttiva, l-impriża omm tal-Unjoni għandha tipproponi, fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi notifika li tkun saret skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp miżuri possibbli u l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom biex jiġi żgurat li l-entità ta' grupp tikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 45e jew 45f ta' din id-Direttiva espressi bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, fejn applikabbli, mar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, u mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 45e u 45f ta' din id-Direttiva espressi bħala perċentwal tal-miżura tal-iskopertura totali msemmija fl-Artikoli 429 u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni ta' miżuri proposti taħt it-tieni subparagrafu għandha tieħu kont tar-raġunijiet għall-impediment sostantiv. L-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, għandha tivvaluta jekk dawk il-miżuri effettivament jindirizzawx jew ineħħux l-impediment sostantiv. 4. L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tikkomunika kwalunkwe miżura proposta mill-impriża omm tal-Unjoni lis-superviżur konsolidattiv, lill-EBA, lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu fergħat sinifikattivi sa fejn ikun rilevanti għall-fergħa sinifikattiva. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' ġurisdizzjonijiet fejn jinstabu fergħat sinifikanti, għandhom jagħmlu kull ma huwa fis-setgħa tagħhom sabiex jieħdu deċiżjoni konġunta fi ħdan il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-impedimenti sostantivi, u jekk ikun meħtieġ, il-valutazzjoni tal-miżuri proposti mill-impriża omm tal-Unjoni u l-miżuri mitluba mill-awtoritajiet sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti, li għandhom jikkunsidraw l-impatt potenzjali tal-miżuri fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp. 5. Id-deċiżjoni konġunta għandha tittieħed fi żmien erba' xhur mis-sottomissjoni ta' kwalunkwe osservazzjoni mill-impriża omm tal-Unjoni. Meta l-impriża omm tal-Unjoni ma tkun ippreżentat ebda osservazzjoni, id-deċiżjoni konġunta għandha tittieħed fi żmien xahar mill-iskadenza tal-perijodu ta' erba' xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3. Id-deċiżjoni konġunta dwar l-impediment għal riżolvibbiltà minħabba sitwazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(3) għandha tittieħed fi żmien ġimagħtejn mill-preżentazzjoni ta' kwalunkwe osservazzjoni mill-impriża omm tal-Unjoni f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Id-deċiżjoni konġunta għandha tkun iġġustifikata u mniżżla f'dokument li għandu jiġi provdut mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp lill-impriża omm tal-Unjoni. L-EBA tista', fuq it-talba tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, tgħin lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jilħqu deċiżjoni konġunta skont il-punt (c) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 6. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta fil-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tieħu d-deċiżjoni proprja dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu skont l-Artikolu 17(4) fil-livell ta' grupp. Id-deċiżjoni għandha tkun kompletament iġġustifikata u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi ta' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni oħrajn. Id-deċiżjoni għandha tingħata lill-impriża omm tal-Unjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp. Jekk, fi tmien il-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe awtorità ta' riżoluzzjoni tkun irreferiet kwistjoni msemmija fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-EBA tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-EBA. Il-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandu jitqies bħala li hu l-perijodu ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-EBA wara t-tmiem tal-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-EBA, id-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandha tapplika. 6a. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta fi żmien il-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni rilevanti għandha tieħu deċiżjoni hija stess dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu skont l-Artikolu 17(4) fil-livell tal-grupp ta' riżoluzzjoni. Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun motivata bis-sħiħ u għandha tieħu kont tal-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' entitajiet oħra tal-istess grupp ta' riżoluzzjoni u l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp. Id-deċiżjoni għandha tingħata lill-entità ta' riżoluzzjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti. Jekk, fi tmien il-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe awtorità ta' riżoluzzjoni tkun irreferiet kwistjoni msemmija fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-EBA tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-EBA. Il-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandu jitqies bħala li hu l-perijodu ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-EBA wara t-tmiem tal-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-EBA, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni. 7. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarji li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom stess dwar il-miżuri adatti li għandhom jittieħdu mis-sussidjarji fil-livell individwali skont l-Artikolu 17(4). Id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħrajn. Id-deċiżjoni għandha tingħata lill-sussidjarja kkonċernata u lill-entità ta' riżoluzzjoni tal-istess grupp ta' riżoluzzjoni, lill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' dik l-entità ta' riżoluzzjoni u, fejn tkun differenti, lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp. Jekk, fi tmien il-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe awtorità ta' riżoluzzjoni tkun irreferiet kwistjoni msemmija fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarja għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-EBA tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-EBA. Il-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandu jitqies bħala li hu l-perijodu ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-EBA wara t-tmiem tal-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-EBA, id-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarja għandha tapplika.”; |
(9) |
fl-Artikolu 32(1), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(10) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 32a Kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni fir-rigward ta' korp ċentrali u istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' korp ċentrali u l-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha permanentement affiljati magħha li huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni meta dak il-grupp ta' riżoluzzjoni jikkonforma bħala ħaġa waħda mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1). Artikolu 32b Proċeduri ta' insolvenza fir-rigward tal-istituzzjonijiet u entitajiet li ma jkunux soġġetti għal azzjoni ta' riżoluzzjoni L-Istati Membri għandhom jiżguraw li istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li fir-rigward tagħhom l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis li l-kondizzjonijiet fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 32(1) huma ssodisfati, iżda li azzjoni ta' riżoluzzjoni ma tkunxfl-interess pubbliku skont il-punt (c) tal-Artikolu 32(1), għandha tiġi stralċjata b'mod ordnat skont il-liġi nazzjonali applikabbli.”; |
(11) |
fl-Artikolu 33, il-paragrafi 2, 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej: “2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), meta dik l-entità tirrispetta l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 32(1). 3. Meta l-istituzzjonijiet sussidjarji ta' kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta huma miżmuma direttament jew indirettament minn kumpanija azzjonarja finanzjarja intermedja, il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jipprovdi li l-kumpanija azzjonarja finanzjarja intermedja tkun identifikata bħala entità ta' riżoluzzjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni għall-finijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp fir-rigward tal-kumpanija azzjonarja finanzjarja intermedja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma jiħdux azzjonijiet ta' riżoluzzjoni għall-finijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp fir-rigward tal-kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta. 4. Soġġett għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u minkejja l-fatt li entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ma tirrispettax il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 32(1), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati:
|
(12) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 33a Setgħa ta' sospensjoni ta' ċerti obbligi 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, wara li jikkonsultaw mal-awtoritajiet kompetenti, li għandhom jirrispondu fi żmien xieraq, ikollhom is-setgħa jissospendu kwalunkwe obbligu ta' ħlas jew ta' konsenja skont kwalunkwe kuntratt li għalih istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tkun parti, fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
2. Is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika għal obbligi ta' ħlas u ta' konsenja lil dawn li ġejjin:
L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jistabbilixxu l-ambitu tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu filwaqt li jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi ta' kull każ. B'mod partikolari, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw bir-reqqa l-adegwatezza ta' estensjoni tas-sospensjoni tad-depożiti eliġibbli skont id-definizzjoni fil-punt (4) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE, speċjalment għal depożiti koperti miżmuma minn persuni fiżiċi jew intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju. 3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fejn is-setgħa tas-sospensjoni tal-obbligazzjonijiet ta' ħlas jew konsenja tiġi eżerċitata fir-rigward ta' depożiti eliġibbli, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li d-depożitanti jkollhom aċċess għal ammonti xierqa ta' kuljum minn dawk id-depożiti. 4. Il-perijodu tas-sospensjoni skont il-paragrafu 1 għandu jkun qasir kemm jista' jkun u ma għandux jeċċedi l-perijodu minimu ta' żmien li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis meħtieġ għall-finijiet indikati fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu u fi kwalunkwe każ ma għandux ikun itwal mill-perijodu mill-pubblikazzjoni ta' avviż ta' sospensjoni skont il-paragrafu 8 sa nofsillejl fl-Istat Membru tal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jew l-entità fi tmiem il-jum tax-xogħol ta' wara l-jum tal-pubblikazzjoni. Meta jiskadi l-perijodu ta' sospensjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, is-sospensjoni għandha ssir bla effett. 5. Meta jeżerċitaw is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom iqisu l-impatt li l-eżerċizzju ta' dik is-setgħa jista' jkollu fuq il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji u għandhom iqisu ir-regoli nazzjonali eżistenti kif ukoll is-setgħat superviżorji u ġudizzjarji, biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-kredituri u t-trattament indaqs tal-kredituri fi proċeduri normali ta' insolvenza. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom b'mod partikolari jikkunsidraw l-applikazzjoni potenzjali tal-proċeduri nazzjonali tal-insolvenza għall-istituzzjoni jew l-entità b'riżultat tad-determinazzjoni fil-punt (c) tal-Artikolu 32(1) u għandhom jagħmlu l-arranġamenti li huma jqisu xierqa biex tkun żgurata koordinazzjoni adegwata mal-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji nazzjonali. 6. Meta l-obbligazzjonijiet ta' ħlas jew konsenja taħt kuntratt jkunu sospiżi skont il-paragrafu 1, l-obbligazzjonijiet ta' ħlas jew ta' konsenja ta' kwalunkwe wieħed mill-kontropartijiet ta' dak il-kuntratt għandhom jiġu sospiżi għall-istess perijodu ta' żmien. 7. Obbligu ta' ħlas jew ta' konsenja li kien ikun dovut matul il-perijodu tas-sospensjoni għandu jkun dovut immedjatament mal-iskadenza ta' dak il-perijodu. 8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jinnotifikaw l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) u lill-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 83(2) mingħajr dewmien meta jeżerċitaw is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu wara li tkun saret determinazzjoni li l-istituzzjoni qed tfalli jew x'aktarx ser tfalli skont il-punt (a) tal-Artikolu 32(1) u qabel ma tittieħed id-deċiżjoni ta' riżoluzzjoni. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tippubblika jew tiżgura l-pubblikazzjoni tal-ordni jew strument li bih l-obbligi huma sospiżi skont dan l-Artikolu u t-termini u l-perijodu ta' sospensjoni permezz tal-mezzi msemmija fl-Artikolu 83(4). 9. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri li jagħtu setgħat ta' sospensjoni ta' obbligazzjonijiet ta' ħlas jew ta' konsenja tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu qabel ma ssir determinazzjoni li dawk l-istituzzjonijiet jew entitajiet qed ifallu jew x'aktarx ifallu taħt il-punt (a) tal-Artikolu 32(1) jew ta' sospensjoni ta' obbligazzjonijiet ta' ħlas jew ta' konsenja ta' istituzzjonijiet jew entitajiet li jridu jiġu stralċjati skont proċedimenti normali ta' insolvenza, u li jeċċedu l-ambitu u d-durata previsti f'dan l-Artikolu. Tali setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont l-ambitu, id-durata u l-kondizzjonijiet previsti fil-liġijiet nazzjonali rilevanti. Il-kondizzjonijiet previsti f'dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet relatati ma' tali setgħa ta' sospensjoni tal-obbligazzjonijiet ta' ħlas jew konsenja. 10. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtorità ta' riżoluzzjoni teżerċita s-setgħa li tissospendi obbligazzjonijiet ta' ħlas jew ta' konsenja fir-rigward ta' istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' wkoll, għat-tul ta' żmien ta' dik is-sospensjoni, teżerċita s-setgħa li:
11. F'każ li, wara li tkun saret determinazzjoni li l-istituzzjoni jew l-entità qed tfalli jew x'aktarx tfalli skont il-punt (a) tal-Artikolu 32(1), awtorità ta' riżoluzzjoni tkun eżerċitat is-setgħa li tissospendi l-obbligazzjonijiet ta' ħlas jew ta' konsenja fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 10 ta' dan l-Artikolu, u jekk l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tittieħed sussegwentement fir-rigward ta' dik l-istituzzjoni jew entità, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ma għandhiex teżerċita s-setgħat tagħha skont l-Artikolu 69(1), 70(1) jew 71(1), fir-rigward ta' dik l-istituzzjoni jew entità.”; |
(13) |
l-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:
|
(14) |
l-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:
|
(15) |
l-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:
|
(16) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 44a Bejgħ ta' obbligazzjonijiet subordinati eliġibbli lil klijenti mhux professjonali 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bejjiegħ ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ħlief għall-punt (b) tal-Artikolu 72a(1) u l-paragrafi 3 sa 5 tal-Artikolu 72b ta' dak ir-Regolament jbigħ tali obbligazzjonijiet lil klijent mhux professjonali, kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, biss fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati:
Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (c) ta' dak is-subparagrafu għandhom japplikaw għal bejjiegħa ta' strumenti oħrajn li jikkwalifikaw bħala fondi proprji jew obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna. 2. Meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ikunu ssodisfati u l-portafoll tal-istrument finanzjarju ta' dak il-klijent mhux professjonali, fil-mument tax-xiri, ma jeċċedix EUR 500 000, il-bejjiegħ għandu jiżgura, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-klijent mhux professjonali skont il-paragrafu 3, li ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti fil-mument tax-xiri:
3. Il-klijent mhux professjonali għandu jipprovdi lill-bejjiegħ b'informazzjoni eżatta dwar il-portafoll tal-istrument finanzjarju tal-klijent mhux professjonali, li tinkludi kwalunkwe investimenti f'obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. 4. Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, il-portafoll tal-istrumenti finanzjarji tal-klijent mhux professjonali għandu jinkludi depożiti ta' flus kontanti u strumenti finanzjarji, iżda għandu jeskludi kwalunkwe strument finanzjarju li jkun ingħata bħala kollateral. 5. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 25 tad-Direttiva 2014/65/UE, u permezz ta' deroga mir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont minimu ta' denominazzjoni ta' mill-inqas EUR 50 000 għal obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet u l-prassi tas-suq ta' dak l-Istat Membru kif ukoll miżuri eżistenti ta' protezzjoni tal-konsumatur fil-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru. 6. Meta l-valur tal-assi totali tal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) li huma stabbiliti fi Stat Membru u li huma soġġetti għar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e ma jaqbiżx EUR 50 biljun, dak l-Istat Membru jista' permezz ta' deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu japplikaw biss ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 2(b) ta' dan l-Artikolu. 7. L-Istati Membri m'għandhomx ikunu meħtieġa li japplikaw dan l-Artikolu għal obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 maħruġa qabel t-28 ta' Diċembru 2020.”; |
(17) |
l-Artikolu 45 huwa sostitwit bl-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 45 Applikazzjoni u kalkolu tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) jissodisfaw, f'kull ħin, ir-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli fejn meħtieġ minn u skont dan l-Artikolu u l-Artikoli 45a sa 45i. 2. Ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi kkalkolat skont l-Artikolu 45c(3), (5) jew (7), kif applikabbli, bħala l-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjoni eliġibbli u espress bħala persentaġġi ta':
Artikolu 45a Eżenzjoni mir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli 1. Minkejja l-Artikolu 45, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jeżentaw mir-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 45(1) lill-istituzzjonijiet ta' kreditu ipotekarju ffinanzjati minn bonds koperti li ma mhumiex permessi jirċievu depożiti taħt il-liġi nazzjonali, sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin kollha huma ssodisfati:
2. L-istituzzjonijiet eżentati mir-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 45(1) ma għandhomx ikunu parti mill-konsolidazzjoni msemmija fl-Artikolu 45e(1). Artikolu 45b Obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni 1. L-obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jiġu inklużi fl-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni biss fejn dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli li ġejjin tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:
B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, meta din id-Direttiva tirreferi għar-rekwiżiti fl-Artikolu 92a jew l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għall-fini ta' dawk l-Artikoli, l-obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jikkonsistu minn obbligazzjonijiet eliġibbli kif iddefiniti fl-Artikolu 72k ta' dak ir-Regolament u determinati skont il-Kapitolu 5a tat-Titolu I tat-Tieni Parti ta' dak ir-Regolament. 2. L-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn strumenti tad-dejn b'derivattivi inkorporati, bħal noti strutturati, li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, ħlief għall-punt (l) tal-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom jiġu inklużi biss fl-ammont ta' fondi proprji u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta tiġi ssodisfata xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
L-istrumenti tad-dejn imsemmija fl-ewwel subparagrafu, inkluż id-derivattivi inkorporati tagħhom, m'għandhomxikunu soġġetti għal xi ftehim ta' netting u l-valutazzjoni ta' tali strumenti m'għandhiex tkun soġġetta għall-Artikolu 49(3). L-obbligazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu inklużi biss fl-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli fir-rigward tal-parti tal-obbligazzjoni li tikkorrispondi għall-ammont prinċipali msemmi fil-punt (a) ta' dak is-subparagrafu jew għall-ammont fiss jew li qed jiżdied imsemmi fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu. 3. Fejn obbligazzjonijiet jinħarġu minn sussidjarja stabbilita fl-Unjoni għal azzjonist eżistenti li ma jkunx parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni, u dik is-sussidjarja tkun parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni bħall-entità ta' riżoluzzjoni, dawk l-obbligazzjonijiet għandhom jiġu inklużi fl-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta' dik l-entità ta' riżoluzzjoni dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
4. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit minimu fl-Artikolu 45c(5) jew fil-punt (a) tal-Artikolu 45d(1), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li parti mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e li tkun daqs 8 % mit-total tal-obbligazzjonijiet, inklużi l-fondi proprji, għandha tiġi ssodisfata minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SII jew li huma entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6) bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tippermetti li livell aktar baxx minn 8 % mit-total tal-obbligazzjonijiet, inklużi fondi proprji, iżda ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-formula (1-X1/X2) x8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, għandu jiġi ssodisfat minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SIIs jew huma entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6) bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dment li jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn, fid-dawl tat-tnaqqis li jkun possibbli taħt l-Artikolu 72b(3) ta' dak ir-Regolament:
Għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikolu 45c(5), fejn l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu twassal għal rekwiżit 'il fuq minn 27 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju, għall-entità ta' riżoluzzjoni kkonċernata, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tillimita l-parti tar-rekwiżit imsemmija fl-Artikolu 45e li għandha tiġi ssodisfata bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, għal ammont daqs 27 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju, jekk l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun sabet mill-valutazzjoni li:
Meta jwettqu l-valutazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tieħu kont ukoll tar-riskju ta' impatt sproporzjonat fuq l-entità ta' riżoluzzjoni kkonċernata. Għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikolu 45c(6), it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma japplikax. 5. Għal entitajiet ta' riżoluzzjoni li la huma G-SII u lanqas entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6), l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tiddeċiedi li parti mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e li tkun sal-ogħla waħda mit-8 % tat-total tal-obbligazzjonijiet, inklużi l-fondi proprji, tal-entità u tal-formula msemmija fil-paragrafu 7, għandha tiġi ssodisfata bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
Fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina li, fi klassi ta' obbligazzjonijiet li tinkludi obbligazzjonijiet eliġibbli, l-ammont tal-obbligazzjonijiet li huma esklużi jew li hemm probabbiltà raġonevoli li jiġu esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu 44(2) jew l-Artikolu 44(3), jammonta għal aktar minn 10 % ta' dik il-klassi, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tivvaluta r-riskju msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. 6. Għall-finijiet tal-paragrafi 4, 5 u 7, l-obbligazzjonijiet derivattivi għandhom jiġu inklużi fl-obbligazzjonijiet totali fuq il-bażi li jingħata rikonoxximent sħiħ lid-drittijiet ta' nettjar tal-kontroparti. Il-fondi proprji ta' entità ta' riżoluzzjoni li jkunu użati għall-konformità mar-rekwiżit ta' riżerva kombinata għandhom ikunu eliġibbli għall-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 4, 5 u 7. 7. B'deroga mill-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tiddeċiedi li r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e ta' din id-Direttiva għandu jiġi ssodisfat minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma GSII jew minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikoli 45c(5) jew (6) ta' din id-Direttiva bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, sal-punt li, minħabba l-obbligu tal-entità ta' riżoluzzjoni li tikkonforma mar-rekwiżit ta' riżerva kombinata u r-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fl-Artikolu 45c(5) u fl-Artikolu 45e ta' din id-Direttiva, is-somma totali ta' dawk il-fondi proprji, strumenti u obbligazzjonijiet ma taqbiżx l-ogħla ta':
8. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jeżerċitaw is-setgħa msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SII jew li huma soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6), li jissodisfaw waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, sa limitu ta' 30 % tal-għadd totali tal-entitajiet kollha ta' riżoluzzjoni li huma G-SII jew li huma soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6) li għalihom l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e. Il-kondizzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni kif ġej:
Għall-finijiet tal-perċentwali msemmijin fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha żżid in-numru li jirriżulta mill-kalkolu sal-eqreb numru sħiħ. L-Istati Membri jistgħu, billi jqisu l-ispeċifiċitajiet tas-settur bankarju nazzjonali tagħhom, inkluż b'mod partikolari n-numru ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SIIs jew li huma soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6) li għalihom l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni tiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e, jiffissaw il-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu fuq livell ogħla minn 30 %. 9. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5 jew 7 biss wara li tikkonsulta mal-awtorità kompetenti. Meta tieħu dawk id-deċiżjonijiet, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tqis ukoll:
Artikolu 45c Determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli 1. Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għandu jiġi determinat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara li tikkonsulta l-awtorità kompetenti, abbażi tal-kriterji li ġejjin:
2. Fejn il-pjan ta' riżoluzzjoni jipprovdi li għandha tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni jew li għandha tiġi eżerċitata s-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikolu 59 fir-rigward ta' strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli, skont ix-xenarju rilevanti msemmi fl-Artikolu 10(3), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għandu jkun daqs ammont suffiċjenti biex ikun żgurat li:
Fejn il-pjan ta' riżoluzzjoni jipprovdi li l-entità trid tiġi stralċjata taħt proċedimenti ta' insolvenza normali jew proċeduri nazzjonali ekwivalenti oħra, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tivvaluta jekk ikunx iġġustifikat li jiġi limitat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għal dik l-entità, sabiex ma jaqbiżx ammont suffiċjenti biex jiġi assorbit it-telf skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu. B'mod partikolari, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tivvaluta l-limitu msemmi fit-tieni subparagrafu fir-rigward ta' kwalunkwe impatt possibbli fuq l-istabbiltà finanzjarja u fuq ir-riskju ta' kontaġju għas-sistema finanzjarja. 3. Fil-każ ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni, l-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jkun dan li ġej:
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 45(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għandu jkun espress f'termini perċentwali bħala l-ammont kkalkolat skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, diviż bl-ammont totali ta' skopertura għar-riskju. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 45(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għandu jkun espress f'termini perċentwali bħala l-ammont kkalkolat skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, diviż bil-miżura tal-iskopertura totali. Meta tistabbilixxi r-rekwiżit individwali previst fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tqis ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 37(10), 44(5) u 44(8). Meta tistabbilixxi l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni msemmijin fis-subparagrafu preċedenti, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha:
L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tkun tista' żżid ir-rekwiżit previst fil-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu b'ammont xieraq neċessarju biex jiġi żgurat li, wara r-riżoluzzjoni, l-entità tkun tista' żżomm fiduċja suffiċjenti fis-suq għal perijodu adegwat li ma għandux ikun aktar minn sena. Fejn ikun japplika s-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-ammont imsemmi f'dak is-subparagrafu għandu jkun fl-istess livell tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata li għandu japplika wara l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni, li minnu jitnaqqas l-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE. L-ammont imsemmi fis-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun aġġustat 'l isfel jekk, wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina li jkun fattibbli u kredibbli li ammont aktar baxx ikun suffiċjenti biex tinżamm il-fiduċja fis-suq u biex tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) u l-aċċess tagħha għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju għajr il-kontribuzzjonijiet minn arranġamenti ta' finanzjament tar-riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 44(5) u (8) u l-Artikolu 101(2), wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni. Dak l-ammont għandu jkun aġġustat 'il fuq jekk, wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina li jkun neċessarju ammont ogħla biex tinżamm il-fiduċja fis-suq u biex tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) kif ukoll l-aċċess għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju għajr il-kontribuzzjonijiet minn arranġamenti ta' finanzjament tar-riżoluzzjoni, skont l- l-Artikolu 44(5) u (8) u l-Artikolu 101(2), għal perijodu adegwat li ma għandux ikun aktar minn sena. 4. L-EBA għandha tfassal abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija li għandha tintuża mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni biex jagħmlu stima tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata għal entitajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni fejn il-grupp ta' riżoluzzjoni ma jkunx soġġett għal dawk ir-rekwiżiti skont dik id-Direttiva. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 5. Għal entitajiet ta' riżoluzzjoni li mhumiex soġġetti għall-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li huma parti minn grupp ta' riżoluzzjoni li l-assi totali tiegħu jaqbżu l-EUR 100 biljun, il-livell tar-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu jkun tal-anqas daqs:
B'deroga mill-Artikolu 45b, l-entitajiet ta' riżoluzzjoni msemmijin fis-subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jilħqu livell tar-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu li huwa daqs 13,5 % meta kkalkolat skont il-punt (a) tal-Artikolu 45(2) u daqs 5 % meta kkalkolat skont il-punt (b) tal-Artikolu 45(2) bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 45b(3) ta' din id-Direttiva. 6. Awtorità ta' riżoluzzjoni tista', wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, tiddeċiedi li tapplika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għal entità ta' riżoluzzjoni li mhix soġġetta għall-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li hija parti minn grupp ta' riżoluzzjoni li l-assi totali tiegħu ma jaqbżux EUR 100 biljun u li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun ivvalutat bħala raġonevolment probabbli li tippreżenta riskju sistemiku fil-każ tal-falliment tagħha. Meta tieħu deċiżjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tqis:
In-nuqqas ta' deċiżjoni skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikolu 45b(5). 7. Għal entitajiet li huma stess mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, l-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jkun dan li ġej:
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 45(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għandu jkun espress f'termini perċentwali bħala l-ammont ikkalkolat skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, diviż bl-ammont totali ta' skopertura għar-riskju. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 45(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għandu jkun espress f'termini perċentwali bħala l-ammont ikkalkolat skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu diviż bil-miżura tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ. Meta tistabbilixxi r-rekwiżit individwali previst fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tqis ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 37(10), 44(5) u 44(8). Meta tistabbilixxi l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni msemmijin fis-subparagrafu preċedenti, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha:
L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tkun kapaċi żżid ir-rekwiżit stipulat fil-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu b'ammont adegwat meħtieġ biex tiżgura li, wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni tal-istrumenti kapitali jew l-obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti skont l-Artikolu 59, l-entità tkun kapaċi żżomm fiduċja suffiċjenti fis-suq għal perijodu adegwat li ma għandux ikun aktar minn sena. Fejn ikun japplika s-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-ammont imsemmi f'dak is-subparagrafu għandu jkun fl-istess livell tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata li għandu japplika wara l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 59 jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni, li minnu jitnaqqas l-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE. L-ammont imsemmi fis-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiġi aġġustat 'l isfel jekk, wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina li jkun fattibbli u kredibbli li ammont aktar baxx ikun suffiċjenti biex jiżgura l-fiduċja fis-suq u jiżgura kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) u l-aċċess tagħha għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju għajr il-kontribuzzjonijiet minn arranġamenti ta' finanzjament tar-riżoluzzjoni, skont il-paragrafi 5 u 8 tal-Artikolu 44 u l-Artikolu 101(2), wara l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 59 jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni. Dak l-ammont għandu jiġi aġġustat 'il fuq jekk, wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina li jkun meħtieġ ammont ogħla biex tiġi sostnuta l-fiduċja fis-suq u tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) u l-aċċess tagħha għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju għajr il-kontribuzzjonijiet minn arranġamenti ta' finanzjament tar-riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 44(5) u (8) u l-Artikolu 101(2) għal perijodu adegwat li ma għandux ikun aktar minn sena. 8. Fejn awtorità ta' riżoluzzjoni tistenna li huwa raġonevolment probabbli li ċerti klassijiet ta' obbligazzjonijiet eliġibbli jiġu esklużi kompletament jew parzjalment minn rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(3) jew jistgħu jiġu trasferiti b'mod sħiħ lil benefiċjarju taħt trasferiment parzjali, ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għandu jiġi ssodisfat bl-użu ta' fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli oħra suffiċjenti biex:
9. Kwalunkwe deċiżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni li timponi rekwiżit minimu ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli taħt dan l-Artikolu għandu jkun fiha r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni, inkluż valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafi 2 sa 8 ta' dan l-Artikolu u għandha tiġi rieżaminata mill-awtorità ta' riżoluzzjoni mingħajr dewmien mhux ġustifikat biex tirrifletti kwalunkwe bidla fil-livell tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE. 10. Għall-finijiet tal-paragrafi 3 u 7 ta' dan l-Artikolu, ir-rekwiżiti kapitali għandhom jiġu interpretati f'konformità mal-applikazzjoni mill-awtorità kompetenti tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati fil-Kapitoli 1, 2 u 4 tat-Titolu I tal-Għaxar Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni nazzjonali li jeżerċitaw l-għażliet mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti minn dak ir-Regolament. Artikolu 45d Determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' G-SIIs u sussidjarji materjali fl-Unjoni ta' G-SIIs mhux tal-UE 1. Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għal entità ta' riżoluzzjoni li hija G-SII jew parti minn G-SII għandha tikkonsisti minn dan li ġej:
2. Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għal sussidjarja materjali fl-Unjoni ta' G-SII mhux tal-UE għandu jikkonsisti minn dan li ġej:
3. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha timponi rekwiżit addizzjonali għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u l-punt (b) tal-paragrafu 2 biss:
4. Għall-finijiet tal-Artikolu 45h(2), fejn aktar minn entità ta' G-SII waħda li tappartjeni għall-istess G-SII tkun entità ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti għandhom jikkalkolaw l-ammont imsemmi fil-paragrafu 3:
5. Kwalunkwe deċiżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni li timponi rekwiżit addizzjonali ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew il-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jkun fiha r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni, inkluż valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmijin fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, u għandha tiġi rieżaminata mill-awtorità ta' riżoluzzjoni mingħajr dewmien mhux ġustifikat biex tirrifletti kwalunkwe bidla fil-livell tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE li japplika għall-grupp ta' riżoluzzjoni jew għas-sussidjarja materjali fl-Unjoni ta' G-SII mhux tal-UE. Artikolu 45e Applikazzjoni tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni 1. L-entitajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 45b sal-Artikolu 45d fuq bażi konsolidata fil-livell tal-grupp ta' riżoluzzjoni. 2. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) ta' entità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp ta' riżoluzzjoni konsolidat skont l-Artikolu 45h, abbażi tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 45b sa 45d u abbażi ta' jekk is-sussidjarji ta' pajjiżi terzi tal-grupp għandhomx jiġu riżolti b'mod separat taħt il-pjan ta' riżoluzzjoni. 3. Għall-gruppi ta' riżoluzzjoni identifikati skont il-punt (b) tal-punt (83b) tal-Artikolu 2(1), l-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti għandha tiddeċiedi, skont il-karatteristiċi tal-mekkaniżmu ta' solidarjetà u skont l-istrateġija preferuta ta' riżoluzzjoni, liema entitajiet fil-grupp ta' riżoluzzjoni huma meħtieġa jikkonformaw mal-Artikolu 45c(3) u (5) u l-Artikolu 45d(1), biex ikun żgurat li l-grupp ta' riżoluzzjoni fl-intier tiegħu jikkonforma mal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, u kif tali entitajiet għandhom jagħmlu dan f'konformità mal-pjan ta' riżoluzzjoni. Artikolu 45f Applikazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet li mhumiex huma stess entitajiet ta' riżoluzzjoni 1. Istituzzjonijiet li huma sussidjarji ta' entità ta' riżoluzzjoni jew entità ta' pajjiż terz, iżda li mhumiex huma stess entitajiet ta' riżoluzzjoni, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 45c fuq bażi individwali. Awtorità ta' riżoluzzjoni tista', wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, tiddeċiedi li tapplika r-rekwiżit stipulat f'dan l-Artikolu għal entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li hija sussidjarja ta' entità ta' riżoluzzjoni iżda li mhijiex entità ta' riżoluzzjoni hija stess. B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-impriżi omm tal-Unjoni li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni huma stess, iżda huma sussidjarji ta' entitajiet ta' pajjiżi terzi, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 45c u 45d fuq bażi konsolidata. Għall-gruppi ta' riżoluzzjoni identifikati skont il-punt (b) tal-punt (83b) tal-Artikolu 2(1), dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu li huma affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali, iżda li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni huma stess, korp ċentrali li mhuwiex entità ta' riżoluzzjoni huwa stess, u kwalunkwe entità ta' riżoluzzjoni li mhijiex soġġetta għar-rekwiżit taħt l-Artikolu 45e(3), għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 45c(7) fuq bażi individwali. Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għal entità msemmija f'dan il-paragrafu għandu jiġi determinat skont l-Artikoli 45h u 89, fejn applikabbli, u abbażi tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 45c. 2. Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għal entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi ssodisfat bl-użu ta' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
3. L-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarja li mhix entità ta' riżoluzzjoni tista' tirrinunzja l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għal dik is-sussidjarja meta:
4. L-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarja li mhix entità ta' riżoluzzjoni tista' tirrinunzja ukoll l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għal dik is-sussidjarja meta:
5. Meta l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 jiġu ssodisfati, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarja tista' tippermetti li r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) jiġi ssodisfat bis-sħiħ jew parzjalment b'garanzija pprovduta mill-entità ta' riżoluzzjoni, li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
Għall-finijiet tal-punt (g) tal-ewwel subparagrafu, fuq talba tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, l-entità ta' riżoluzzjoni għandha tipprovdi opinjoni legali indipendenti bil-miktub u raġunat jew għandha turi b'mod sodisfaċenti li ma hemm l-ebda ostaklu legali, regolatorju jew operattiv għat-trasferiment tal-kollateral mill-entità ta' riżoluzzjoni għas-sussidjarja rilevanti. 6. L-EBA għandha tfassal abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar metodi biex jiġi evitat li l-istrumenti rikonoxxuti għall-finijiet ta' dan l-Artikolu sottoskritti b'mod indirett, parzjalment jew b'mod sħiħ, mill-entità ta' riżoluzzjoni, ifixklu l-implimentazzjoni bla xkiel tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni. Tali metodi għandhom jiżguraw, b'mod partikolari, li t-telf jiġi trasferit b'mod xieraq lejn l-entità ta' riżoluzzjoni u li jiġi trasferit kapital b'mod xieraq mill-entità ta' riżoluzzjoni lejn l-entitajiet li huma parti mill-grupp ta' riżoluzzjoni iżda li huma stess mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, u jipprovdu mekkaniżmu biex jiġi evitat li l-istrumenti eliġibbli rikonoxxuti għall-finijiet ta' dan l-Artikolu jingħaddu darbtejn. Dawn għandhom jikkonsistu minn sistema ta' tnaqqis jew approċċ robust b'mod ekwivalenti u għandhom jiżguraw lill-entitajiet li huma stess mhumiex l-entità ta' riżoluzzjoni eżitu li jkun ekwivalenti għal dak ta' sottoskrizzjoni diretta sħiħa mill-entità ta' riżoluzzjoni tal-istrumenti eliġibbli rikonoxxuti għall-finijiet ta' dan l-Artikolu. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Artikolu 45g Eżenzjoni għal korp ċentrali u istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tirrinunzja parzjalment jew kompletament l-applikazzjoni tal-Artikoli 45f fir-rigward ta' korp ċentrali jew ta' istituzzjoni ta' kreditu affiljata b'mod permanenti ma' korp ċentrali, fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:
Artikolu 45h Proċedura għad-determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli 1. L-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, fejn din tal-aħħar tkun differenti minn dik ta' qabel, u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni responsabbli mis-sussidjarji ta' grupp ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għar-rekwiżit fl-Artikolu 45f fuq bażi individwali għandhom jagħmlu dak kollu fil-limiti tas-setgħat tagħhom biex jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar:
Id-deċiżjoni konġunta għandha tiżgura l-konformità mal-Artikoli 45e u 45f għandha tkun kompletament ġustifikata u pprovduta lil:
Id-deċiżjoni konġunta meħuda skont dan l-Artikolu tista' tipprovdi li, meta konsistenti mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni u ma jkunux inxtraw strumenti suffiċjenti li jikkonformaw mal-Artikolu 45f(2) direttament jew indirettament mill-entità ta' riżoluzzjoni, ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 45c(7) jkunu parzjalment issodisfati mis-sussidjarja f'konformità mal-Artikolu 45f(2) bi strumenti maħruġa lil u mixtrija minn entitajiet li ma jappartjenux għall-grupp ta' riżoluzzjoni. 2. Fejn aktar minn entità G-SII waħda li jkunu jappartjenu għall-istess G-SII tkun entità ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni msemmijin fis-subparagrafu 1 għandhom jiddiskutu u, fejn ikun il-każ u b'mod konsistenti mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni tal-G-SII, jaqblu dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 72e tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kwalunkwe aġġustament biex tkun minimizzata jew eliminata d-differenza bejn it-total tal-ammonti msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 45d(4) u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal entitajiet ta' riżoluzzjoni individwali u t-total tal-ammonti msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 45d(4) u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Tali aġġustament jista' jiġi applikat soġġett għal dawn li ġejjin:
It-total tal-ammonti msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 45d(4) ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal entitajiet ta' riżoluzzjoni individwali ma għandux ikun iktar baxx mit-total tal-ammonti msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 45d(4) ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 3. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta fi żmien erba' xhur, għandha tittieħed deċiżjoni skont il-paragrafi 4 sa 6. 4. Fejn deċiżjoni konġunta ma titteħidx fi żmien erba' xhur minħabba nuqqas ta' qbil fir-rigward ta' rekwiżit ta' grupp ta' riżoluzzjoni konsolidat imsemmi fl-Artikolu 45e, għandha tittieħed deċiżjoni dwar dak ir-rekwiżit mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni wara li tkun ħadet kont debitament ta':
Fejn, fi tmiem il-perijodu ta' erba' xhur, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni konċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-EBA tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-EBA. Id-deċiżjoni tal-EBA għandha tqis il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. Il-perijodu ta' erba' xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-EBA wara t-tmiem tal-perijodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni tal-EBA fi żmien xahar mir-riferiment tal-kwistjoni lilha, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità. 5. Fejn deċiżjoni konġunta ma titteħidx fi żmien erba' xhur minħabba nuqqas ta' qbil dwar il-livell tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45f li għandu jiġi applikat għal kwalunkwe entità ta' grupp ta' riżoluzzjoni fuq bażi individwali, id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' dik l-entità, fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati:
Fejn, fi tmiem il-perijodu ta' erba' xhur, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp tkun irreferiet il-kwistjoni lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni responsabbli mis-sussidjarji fuq bażi individwali għandhom jiddiferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li l-EBA tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom skont id-deċiżjoni tal-EBA. Id-deċiżjoni tal-EBA għandha tqis il-punti (a), u (b) tal-ewwel subparagrafu. Il-perijodu ta' erba' xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-EBA wara t-tmiem tal-perijodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta. L-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp ma għandhomx jirreferu l-kwistjoni lill-EBA għal medjazzjoni vinkolanti meta l-livell stabbilit mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarja:
Jekk l-EBA tonqos milli tieħu deċiżjoni fi żmien xahar mir-riferiment tal-kwistjoni lilha, għandhom japplikaw id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji. Id-deċiżjoni konġunta u kwalunkwe deċiżjoni meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta għandhom jiġu rieżaminati u fejn rilevanti aġġornati fuq bażi regolari. 6. Fejn deċiżjoni konġunta ma titteħidx fi żmien erba' xhur minħabba nuqqas ta' qbil dwar il-livell tar-rekwiżit konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni u l-livell tar-rekwiżit li għandu jiġi applikat għall-entitajiet tal-grupp ta' riżoluzzjoni fuq bażi individwali, għandu japplika dan li ġej:
7. Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 1 u kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni msemmijin fil-paragrafi 4, 5 u 6 fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta għandhom ikunu vinkolanti fuq l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni kkonċernati. Id-deċiżjoni konġunta u kwalunkwe deċiżjoni meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta għandhom jiġu rieżaminati u fejn rilevanti aġġornati fuq bażi regolari. 8. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, f'koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, għandhom jirrikjedu u jivverifikaw li l-entitajiet jissodisfaw ir-rekwiżit msemmi fl-Artikolu 45(1), u għandhom jieħdu kwalunkwe deċiżjoni skont dan l-Artikolu b'mod parallel mal-iżvilupp u ż-żamma tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni. Artikolu 45i Rappurtar superviżorju u divulgazzjoni pubblika tar-rekwiżit 1. L-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1) li jkunu soġġetti għar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti u ta' riżoluzzjoni tagħhom dwar dan li ġej:
L-obbligu tar-rappurtar dwar l-ammonti ta' obbligazzjonijiet oħrajn b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika għal entitajiet li fid-data tar-rappurtar ta' dik l-informazzjoni jkollhom ammonti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta' mill-inqas 150 %tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) kif ikkalkolati skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. 2. L-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jirrapportaw:
Madankollu, fuq it-talba tal-awtorità kompetenti jew tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, l-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 aktar frekwentement. 3. L-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jagħmlu l-informazzjoni li ġejja pubblikament disponibbli mill-inqas fuq bażi annwali:
4. Il-paragrafi 1 u 3 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-entitajiet li l-pjan ta' riżoluzzjoni tagħhom jipprevedi li l-entità għandha tiġi stralċjata skont proċeduri normali ta' insolvenza. 5. L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi biex tispeċifika l-mudelli uniformi għar-rappurtar, l-istruzzjonijiet u l-metodoloġija dwar kif jintużaw il-mudelli, il-frekwenza u d-dati tar-rappurtar, id-definizzjonijiet u s-soluzzjonijiet tal-IT għar-rappurtar superviżorju msemmi fil-paragrafi 1 u 2. Dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi għandhom jispeċifikaw mod standardizzat biex tingħata l-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni ta' entrati msemmijin fil-punt (c) tal-paragrafu 1 applikabbli fi proċedimenti ta' insolvenza nazzjonali f'kull Stat Membru. Għal istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva li jkunu soġġetti għall-Artikolu 92a u l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi għandhom ikunu allinjati, fejn xieraq, mal-istandards tekniċi implimentattivi adottati skont l-Artikolu 430 ta' dak ir-Regolament. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 6. L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi biex jiġu speċifikati l-formati ta' divulgazzjoni uniformi, il-frekwenza u struzzjonijiet assoċjati li f'konformità magħhom għandhom isiru d-divulgazzjonijiet meħtieġa taħt il-paragrafu 3. Dawk il-formati ta' divulgazzjoni uniformi għandhom jikkomunikaw informazzjoni suffiċjentement komprensiva u komparabbli biex issir valutazzjoni tal-profili tar-riskju tal-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1) u l-grad ta' konformità tagħhom mar-rekwiżit applikabbli msemmi fl-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f. Fejn adatt, il-formati ta' divulgazzjoni għandhom ikunu f'format tabulari. Għal istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva li jkunu soġġetti għall-Artikolu 92a u l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi għandhom ikunu allinjati, fejn xieraq, mal-istandards tekniċi implimentattivi adottati skont l-Artikolu 434a ta' dak ir-Regolament. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 7. Fejn ikunu ġew implimentati azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew ikunu ġew eżerċitati s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni msemmijin fl-Artikolu 59, ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika msemmijin fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw mid-data ta' skadenza għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f imsemmijin fl-Artikolu 45m. Artikolu 45j Rappurtar lill-EBA 1. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jinformaw lill-EBA dwar ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli li ġie stabbilit, skont l-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f, għal kull entità taħt il-ġurisdizzjoni tagħha. 2. L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi biex jiġu speċifikati mudelli uniformi għar-rapportar, struzzjonijiet u metodoloġija dwar kif jintużaw dawk il-mudelli, il-frekwenza u d-dati tar-rappurtar, definizzjonijiet u soluzzjonijiet tal-IT għall-identifikazzjoni u t-trasmissjoni ta' informazzjoni mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, f'koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, lill-EBA għall-finijiet tal-paragrafu 1. L-EBA għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Artikolu 45k Ksur tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli 1. Kwalunkwe ksur tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmi fl-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f għandu jiġi indirizzat mill-awtoritajiet rilevanti abbażi ta' mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:
L-awtoritajiet rilevanti jistgħu jwettqu wkoll valutazzjoni ta' jekk l-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) tkunx qed tfalli jew x'aktarx li tfalli, skont l-Artikolu 32, 32a jew l-Artikolu 33, kif applikabbli. 2. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u dawk kompetenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin meta jeżerċitaw is-setgħat rispettivi tagħhom imsemmijin fil-paragrafu 1. Artikolu 45l Rapporti 1. L-EBA għandha, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, tippreżenta annwalment rapport lill-Kummissjoni fejn tipprovdi valutazzjonijiet dwar mill-inqas dawn li ġejjin:
2. Minbarra r-rapport annwali previst fil-paragrafu 1, l-EBA għandha, kull tliet snin, tippreżenta rapport lill-Kummissjoni, li jivvaluta dan li ġej:
3. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru tas-sena kalendarja ta' wara l-aħħar sena koperta mir-rapport. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru tas-sena wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkopri tliet snin kalendarji u għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru tas-sena kalendarja ta' wara l-aħħar sena koperta mir-rapport. L-ewwel rapport għandu jiġi trasmess lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2022. Artikolu 45m Arranġamenti tranżizzjonali u ta' wara riżoluzzjoni 1. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 45(1), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw il-perijodi tranżizzjonali xierqa għall-istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) biex jikkonformaw mar-rekwiżiti fl-Artikoli 45e jew 45f jew ma' rekwiżiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4), (5) jew (7), kif xieraq. L-iskadenza għall-istituzzjonijiet u entitajiet biex jikkonformaw mar-rekwiżiti fl-Artikoli 45e jew 45f jew mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4), (5) jew (7), għandha tkun l-1 ta' Jannar 2024. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tiddetermina livelli ta' mira intermedja għar-rekwiżiti fl-Artikoli 45e jew 45f jew għal rekwiżiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4), (5) jew (7), kif xieraq, li magħhom l-istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) għandhom ikunu konformi fl-1 ta' Jannar 2022. Il-mira intermedja għandha, bħala regola, tiżgura żieda lineari ta' fondi proprji u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli lejn ir-rekwiżit. L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tistabbilixxi perijodu tranżizzjonali li jintemm wara l-1 ta' Jannar 2024 fejn ikun debitament iġġustifikat u adatt abbażi tal-kriterji msemmijin fil-paragrafu 7, b'kont meħud ta':
2. L-iskadenza għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni biex jikkonformaw mal-livell minimu tar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 45c(5) jew (6) għandha tkun l-1 ta' Jannar 2022. 3. Il-livelli minimi tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 45c(5) u (6) ma għandux japplika matul is-sentejn ta' wara d-data:
4. Ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 45b(4) u (7) kif ukoll fl-Artikolu 45c(5) u (6), kif applikabbli, ma għandhomx japplikawmatul it-tliet snin wara d-data li fiha l-entità ta' riżoluzzjoni jew il-grupp li l-entità ta' riżoluzzjoni hija parti minnu jkunu ġew identifikati bħala GSII, jew l-entità ta' riżoluzzjoni tibda tkun fil-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 45c(5) jew (6). 5. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 45(1), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw perijodu tranżizzjonali adegwat li fih issir il-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 45e jew 45f, jew ma' rekwiżit li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4), (5) jew (7), kif xieraq, għal istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) li għalihom ġew applikati l-għodod ta' riżoluzzjoni jew is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni msemmija fl-Artikolu 59. 6. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 5, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkomunikaw lill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli li jkun ippjanat għal kull perijodu ta' 12-il xahar matul il-perijodu tranżizzjonali bil-ħsieb li jiġi faċilitat il-bini gradwali tal-kapaċità tal-assorbiment ta' telf u ta' rikapitalizzazzjoni tagħha. Fi tmiem il-perijodu tranżizzjonali, ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli għandu jkun daqs l-ammont determinat skont Artikolu 45b(4), (5) jew (7), l-Artikolu 45c(5) jew (6), l-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f, kif applikabbli. 7. Meta jiġu ddeterminati l-perijodi tranżizzjonali, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom iqisu:
8. Soġġett għall-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma għandhomx jiġu mwaqqfa milli sussegwentement jirrevedu jew il-perijodu tranżizzjonali inkella kwalunkwe rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli ippjanat li jkun ġie kkomunikat taħt il-paragrafu 6.”; |
(18) |
fl-Artikolu 46, il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti mill-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”; |
(19) |
fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 47(1), il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti mill-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”; |
(20) |
l-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:
|
(21) |
l-Artikolu 55 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 55 Rikonoxximent kuntrattwali tar-rikapitalizzazzjoni interna 1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) jinkludu terminu kuntrattwali li permezz tiegħu l-kreditur jew il-parti għall-ftehim jew l-istrument li joħloq l-obbligazzjoni jirrikonoxxu li dik l-obbligazzjoni tista' tiġi soġġetta għal setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni u jaqblu li jkunu marbuta bi kwalunkwe tnaqqis tal-ammont prinċipali jew pendenti dovut, konverżjoni jew kanċellazzjoni li jirriżultaw mill-eżerċizzju ta' dawk is-setgħat minn awtorità ta' riżoluzzjoni, dment li dik l-obbligazzjoni tikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jiddeċiedu li l-obbligu fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika għal istituzzjonijiet jew entitajiet li fir-rigward tagħhom ir-rekwiżit skont l-Artikolu 45(1) ikun daqs l-ammont ta' assorbiment ta' telf kif definit skont il-punt (a) tal-Artikolu 45c(2), dment li l-obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li ma jinkludux it-terminu kuntrattwali msemmi f'dak is-subparagrafu ma jingħaddux għall-fini ta' dak ir-rekwiżit. L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' Stat Membru tiddetermina li l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti msemmijin fl-ewwel subparagrafu jistgħu jkunu soġġetti għal setgħat ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' Stat Membru skont il-liġi tal-pajjiż terz jew ftehim vinkolanti konkluż ma' dak il-pajjiż terz. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tasal għad-determinazzjoni li huwa legalment jew b'xi mod ieħor imprattikabbli li fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw obbligazzjoni rilevanti jiġi inkluż terminu meħtieġ skont il-paragrafu 1, dik l-istituzzjoni jew entità tinnotifika d-determinazzjoni tagħha, inklużi d-deżinjazzjoni tal-kategorija tal-obbligazzjoni u ġustifikazzjoni ta' dik id-determinazzjoni, lill-awtorità ta' riżoluzzjoni. L-istituzzjoni jew l-entità għandha tipprovdi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni l-informazzjoni kollha li l-awtorità ta' riżoluzzjoni titlob f'perijodu ta' żmien raġonevoli wara r-riċezzjoni tan-notifika, sabiex l-awtorità ta' riżoluzzjoni tevalwa l-effett ta' din in-notifika fuq ir-riżolvibbiltà ta' dik l-istituzzjoni jew entità. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta' notifika skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-obbligu li jiġi inkluż fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali terminu meħtieġ skont il-paragrafu 1 huwa awtomatikament sospiż mill-mument li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tirċievi n-notifika. Fil-każ li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tikkonkludi li ma huwiex legalment jew b'xi mod ieħor imprattikabbli li fid-dispożizzjonijiet kontrattwali jiġi inkluż terminu meħtieġ skont il-paragrafu 1, b'kont meħud tal-ħtieġa li tiġi żgurata r-riżolvibbiltà tal-istituzzjoni jew entità, hija għandha tirrikjedi, f'perijodu ta' żmien raġonevoli wara n-notifika skont l-ewwel subparagrafu, l-inklużjoni ta' din il-klawżola kuntrattwali. Barra minn hekk, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teħtieġ li l-istituzzjoni jew l-entità temenda l-prattiki tagħha rigward l-applikazzjoni tal-eżenzjoni mir-rikonoxximent kuntrattwali tar-rikapitalizzazzjoni interna. L-obbligazzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandhomx jinkludi strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali, strumenti tal-Grad 2 u strumenti ta' dejn imsemmijin fil-punt (48)(ii) tal-Artikolu 2(1), fejn dawk l-istrumenti jkunu obbligazzjonijiet mhux garantiti. Barra minn hekk, l-obbligazzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom ikunu superjuri għall-obbligazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 108(2) u fl-Artikolu 108(3). Fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni, fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta' istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) f'konformità mal-Artikoli 15 u 16, jew fi kwalunkwe ħin ieħor, tiddetermina li, fi klassi ta' obbligazzjonijiet li tinkludi obbligazzjonijiet eliġibbli, l-ammont ta' obbligazzjonijiet li, skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, ma jinkludux it-terminu kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 1, flimkien ma' obbligazzjonijiet li huma esklużi mill-applikazzjoni tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(2) jew li x'aktarx jiġu esklużi skont l-Artikolu 44(3) jammonta għal aktar minn 10 % ta' dik il-klassi, hija għandha tivvaluta minnufih l-impatt ta' dan il-fatt partikolari fuq ir-riżolvibbiltà ta' dik l-istituzzjoni jew entità, inkluż l-impatt fuq ir-riżolvibbiltà li jirriżulta mir-riskju ta' ksur tas-salvagwardji tal-kreditur previsti fl-Artikolu 73 meta tiġi applikata s-setgħa ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni għall-obbligazzjonijiet eliġibbli. Fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni tikkonkludi abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-ħames subparagrafu ta' dan il-paragrafu li l-obbligazzjonijiet li, skont l-ewwel subparagrafu, ma jinkludux it-terminu kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 1, joħolqu impediment sostantiv għar-riżolvibbiltà, hija għandha tapplika s-setgħat previsti fl-Artikolu 17 kif xieraq biex tneħħi dak l-impediment għar-riżolvibbiltà. L-obbligazzjonijiet li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tonqos milli tinkludi fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali t-terminu meħtieġ skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew li fir-rigward tagħhom, skont dan il-paragrafu, dak ir-rekwiżit ma japplikax ma għandhomx jingħaddu għall-fini tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jeħtieġu li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) jipprovdu lill-awtoritajiet opinjoni ġuridika marbuta mal-infurzabbiltà u l-effettività ġuridika tat-terminu kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. 4. Fejn istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw obbligazzjoni rilevanti ma tinkludix terminu kuntrattwali meħtieġ skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dak in-nuqqas ma għandux jipprevjeni lill-awtorità ta' riżoluzzjoni milli teżerċita s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni fir-rigward ta' dik l-obbligazzjoni. 5. L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tiddetermina ulterjorment il-lista ta' obbligazzjonijiet li għalihom tapplika l-esklużjoni fil-paragrafu 1, u l-kontenut tat-terminu kuntrattwali meħtieġ f'dak il-paragrafu, filwaqt li tieħu kont tal-mudelli ta' negozju differenti tal-istituzzjonijiet. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015. Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 6. L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika aktar:
L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020. Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 7. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tispeċifika, fejn tqis neċessarju, il-kategoriji tal-obbligazzjonijiet li għalihom l-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tista' tiddetermina li huwa legalment jew b'xi mod ieħor imprattikabbli li t-terminu kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jiġi inkluż, abbażi tal-kondizzjonijiet speċifikati aktar bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-paragrafu 6. 8. L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi biex tispeċifika formati uniformi u mudelli għan-notifika lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għall-finijiet tal-paragrafu 2. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”; |
(22) |
it-titolu tal-Kapitolu V tat-Titolu IV huwa sostitwit b'dan li ġej: “Valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli”; |
(23) |
l-Artikolu 59 huwa emendat kif ġej:
|
(24) |
l-Artikolu 60 huwa emendat kif ġej:
|
(25) |
fl-Artikolu 61(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Fejn l-istrumenti kapitali rilevanti, jew l-obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fl-Artikolu 59(1a) ta' din id-Direttiva, huma rikonoxxuti għall-finijiet li jkun sodisfatt ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45f(1) ta' din id-Direttiva fuq bażi individwali, l-awtorità responsabbli biex tagħmel id-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(3) ta' din id-Direttiva għandha tkun l-awtorità xierqa tal-Istat Membru fejn l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva tkun ġiet awtorizzata skont it-Titolu III tad-Direttiva 2013/36/UE.”; |
(26) |
l-Artikolu 62 huwa emendat kif ġej:
|
(27) |
fil-punti (e), (f) u (j) tal-Artikolu 63(1), il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti mill-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”; |
(28) |
fl-Artikolu 66(4), il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti mill-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”; |
(29) |
l-Artikolu 68 huwa emendat kif ġej:
|
(30) |
l-Artikolu 69 huwa emendat kif ġej:
|
(31) |
fl-Artikolu 70, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. “L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma għandhomx jeżerċitaw is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(32) |
fl-Artikolu 71, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. L-ebda sospensjoni skont il-paragrafu 1 jew 2 ma għandha tapplika għal:
|
(33) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 71a Rikonoxximent kuntrattwali ta' setgħat ta' sospensjoni tar-riżoluzzjoni 1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) jinkludu fi kwalunkwe kuntratt finanzjarju li għalih jidħlu u li jkun regolat minn liġi ta' pajjiż terz, termini li bihom il-partijiet jirrikonoxxu li l-kuntratt finanzjarju jista' jkun soġġett għall-eżerċizzju tas-setgħat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni li tissospendi jew tirrestrinġi d-drittijiet u l-obbligi skont l-Artikoli 33a, 69, 70 u 71 u jirrikonoxxu li huma marbutin bir-rekwiżiti tal-Artikolu 68. 2. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu wkoll li l-impriżi omm tal-Unjoni jiżguraw li s-sussidjarji tagħhom f'pajjiżi terzi jinkludu, fil-kuntratti finanzjarji msemmijin fil-paragrafu 1, termini li jeskludu li l-eżerċizzju tas-setgħa tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li tissospendi jew tirrestrinġi d-drittijiet u l-obbligi tal-impriża omm tal-Unjoni, f'konformità mal-paragrafu 1, jikkostitwixxi raġuni valida għal terminazzjoni bikrija, sospensjoni, modifika, netting, l-eżerċizzju ta' drittijiet ta' tpaċija jew l-infurzar ta' interessi ta' sigurtà fir-rigward ta' dawk il-kuntratti. Ir-rekwiżit fl-ewwel subparagrafu jista' japplika fir-rigward ta' sussidjarji ta' pajjiżi terzi li huma:
3. Il-paragrafu 1 għandu japplika għal kwalunkwe kuntratt finanzjarju li:
4. Fejn istituzzjoni jew entità ma tinkludix it-terminu kuntrattwali meħtieġ skont il-paragrafu 1 l-Artikolu, dan ma għandux jipprevjeni lill-awtorità ta' riżoluzzjoni milli tapplika s-setgħat imsemmija fl-Artikoli 33a, 68, 69, 70 jew 71 fir-rigward ta' dak il-kuntratt finanzjarju. 5. L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tiddetermina ulterjorment il-kontenut tat-terminu meħtieġ fil-paragrafu 1, filwaqt li tieħu kont tal-mudelli ta' negozju differenti tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020. Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”; |
(34) |
l-Artikolu 88 huwa emendat kif ġej:
|
(35) |
l-Artikolu 89 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 89 Kulleġġi ta' riżoluzzjoni Ewropej 1. Fejn istituzzjoni ta' pajjiż terz jew impriża omm ta' pajjiż terz ikollha sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni jew impriżi omm tal-Unjoni, stabbiliti f'żewġ Stati Membri jew aktar, jew żewġ fergħat jew aktar tal-Unjoni li jkunu meqjusa bħala sinifikanti minn żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn ikunu stabbiliti dawk l-entitajiet jew fejn ikunu jinsabu dawk il-fergħat sinifikanti għandhom jistabbilixxu kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew uniku wieħed. 2. Il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jwettaq il-funzjonijiet u jwettaq il-kompiti speċifikati fl-Artikolu 88 fir-rigward tal-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u, sa fejn dawn il-kompiti jkunu rilevanti, għall-fergħat tagħhom. Il-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jinkludu d-determinazzjoni tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikoli 45 sa 45h. Meta jistabbilixxu r-rekwiżit imsemmi fl-Artikoli 45 sa 45h, il-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew għandhom jieħdu kont tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni globali, jekk ikun hemm, adottata mill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi. Fejn, skont l-istrateġija ta' riżoluzzjoni globali, is-sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni jew impriża omm tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet sussidjarji tagħha mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni u l-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew jaqblu ma' dik l-istrateġija, is-sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni jew, fuq bażi konsolidata, l-impriża omm tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit tal-Artikolu 45f(1) billi joħorġu strumenti msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 45f(2) lill-aħħar impriża omm tagħhom stabbilita f'pajjiż terz, jew lis-sussidjarji ta' dik l-aħħar impriża omm li jkunu stabbiliti fl-istess pajjiż terz jew lil entitajiet oħra taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a)(i) u (b)(ii) tal-Artikolu 45f(2). 3. Fejn impriża omm tal-Unjoni waħda biss ikollha s-sussidjarji tal-Unjoni kollha ta' istituzzjoni ta' pajjiż terz jew intrapriża prinċipali ta' pajjiż terz, il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew għandu jkun presedut mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-Istat Membru fejn l-intrapriża prinċipali tal-Unjoni tkun stabbilita. Meta ma japplikax l-ewwel subparagrafu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' impriża omm tal-Unjoni jew sussidjarja tal-Unjoni bl-ogħla valur ta' assi fuq il-karta tal-bilanċ totali miżmuma għandha tippresiedi l-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew. 4. L-Istati Membri jistgħu, bi qbil reċiproku tal-partijiet rilevanti kollha, jirrinunzjaw ir-rekwiżit li jiġi stabbilit kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew jekk grupp jew kulleġġ ieħor iwettaq l-istess funzjonijiet u jwettaq l-istess kompiti speċifikati f'dan l-Artikolu u jikkonforma mal-kondizzjonijiet u l-proċeduri kollha, inkluż dawk li jkopru s-sħubija u l-parteċipazzjoni f'kulleġġi ta' riżoluzzjoni Ewropej, stabbiliti f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 90. F'dak il-każ, ir-referenzi kollha għall-kulleġġi ta' riżoluzzjoni Ewropej f'din id-Direttiva għandhom ukoll jinftehmu bħala referenzi għal dawk il-gruppi jew il-kulleġġi l-oħra. 5. Soġġett għall-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew għandu altrimenti jiffunzjona skont l-Artikolu 88.”; |
(36) |
fil-punt (6) tat-Taqsima B u fil-punt (17) tat-Taqsima C tal-Anness, il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti mill-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”. |
Artikolu 2
Emendi għad-Direttiva 98/26/KE
Id-Direttiva 98/26/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 12a Sat-28 ta' Ġunju 2021, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina kif l-Istati Membri japplikaw din id-Direttiva għall-istituzzjonijiet domestiċi tagħhom li jipparteċipaw direttament fis-sistemi rregolati mil-liġi ta' pajjiż terz u għal sigurtà kollaterali pprovduta b'rabta mal-parteċipazzjoni f'sistemi bħal dawn. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b'mod partikolari l-ħtieġa għal aktar emendi għal din id-Direttiva fir-rigward tas-sistemi regolati mil-liġi ta' pajjiż terz. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat fejn adegwat minn proposti għar-reviżjoni ta' din id-Direttiva.”. |
Artikolu 3
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikun hemm konformità ma' din id-Direttiva sat-28 ta' Diċembru 2020. Għalhekk għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk il-miżuri.
L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk il-miżuri sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom fil-liġi nazzjonali, li għandha tkun mhux iktar tard mit-28 ta' Diċembru 2020.
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-punt (17) tal-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva, fir-rigward tal-Artikolu 45i(3) tad-Direttiva 2014/59/UE mill-1 ta' Jannar 2024. Fejn, f'konformità mal-Artikolu 45m(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun stabbilixxiet skadenza għall-konformità li tintemm wara l-1 ta' Jannar 2024, id-data tal-applikazzjoni tal-punt (17) tal-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva, fir-rigward tal-Artikolu 45i(3) tad-Direttiva 2014/59/UE għandha tkun l-istess bħal dik tal-iskadenza għall-konformità.
2. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-EBA t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Mejju 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) ĠU C 34, 31.1.2018, p. 17.
(2) ĠU C 209, 30.6.2017, p. 36.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2019.
(4) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
(5) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(6) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).
(7) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(8) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1075 tat-23 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut tal-pjanijiet ta' rkupru, il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp, il-kriterji minimi li l-awtorità kompetenti trid tivvaluta fir-rigward tal-pjanijiet ta' rkupru u l-pjanijiet ta' rkupru tal-grupp, il-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju tal-grupp, ir-rekwiżiti għall-valutaturi indipendenti, ir-rikonoxximent kuntrattwali tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni u l-avviż tas-sospensjoni u l- funzjonament operattivi tal-kulleġġi ta' riżoluzzjoni (ĠU L 184, 8.7.2016, p. 1).
(9) Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE, (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(10) Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).
(11) Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).