EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1967

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1967 tad-9 ta' Marzu 2012 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bożnija-Ħerzegovina li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-maniġġar ta' kriżijiet

ĠU L 288, 4.11.2015, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1967/oj

Related international agreement

4.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 288/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1967

tad-9 ta' Marzu 2012

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bożnija-Ħerzegovina li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-maniġġar ta' kriżijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 218(5) u (6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (“RGħ”),

Billi:

(1)

Il-kondizzjonijiet rigward il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-maniġġar ta' kriżijiet għandhom ikunu stipulati fi ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni possibbli fil-futur, pjuttost minn definizzjoni każ b'każ rigward dawk il-kondizzjonijiet għal kull operazzjoni kkonċernata.

(2)

Wara l-adozzjoni ta' Deċiżjoni mill-Kunsill fis-26 ta' April 2010 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati, ir-RGħ nnegozja ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bożnija-Ħerzegovina li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-maniġġar ta' kriżijiet (“il-Ftehim”).

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bożnija-Ħerzegovina li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-maniġġar ta' kriżijiet huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill, f'isem l-Unjoni, għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 16(1) tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Marzu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

I. AUKEN


Top