This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008L0106
Directive 2008/106/EC of the European Parliament and of the Council of 19 November 2008 on the minimum level of training of seafarers (recast) (Text with EEA relevance)
Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (tfassil mill-ġdid) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (tfassil mill-ġdid) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33–61
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 16/07/2022; Imħassar b' 32022L0993
3.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 323/33 |
DIRETTIVA 2008/106/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-19 ta’ Novembru 2008
dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (tfassil mill-ġdid)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2001/25/KE tal-Parlamemt Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ April 2001 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (3) ġiet emendata b’mod sinifikattiv f’diversi okkażjonijiet (4). Issa li qed isiru emendi ġodda għal dik id-Direttiva, ikun tajjeb, għal raġunijiet ta’ ċarezza, li d-dispożizzjonijiet in kwistjoni jiġu mfassla mill-ġdid. |
(2) |
L-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fuq il-livell Komunitarju fil-qasam tas-sikurezza marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis fil-baħar għandhom ikunu f’konformità mar-regoli u l-istandards internazzjonali li sar qbil fuqhom. |
(3) |
Sabiex jinżamm u jiġi żviluppat il-livell ta’ għarfien u kapaċità fis-settur marittimu fil-Komunità, huwa importanti li tingħata attenzjoni xierqa lit-taħriġ marittimu u l-istatus tal-baħħara fil-Komunità. |
(4) |
Livell ta’ taħriġ konsistenti għall-għoti ta’ ċertifikati ta’ kompetenza vokazzjonali lill-baħħara fl-interessi tas-sikurezza marittima. |
(5) |
Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (5) tapplika għal xogħlijiet marittimi koperti b’din id-Direttiva. Hi għandha tgħin biex tippromwovi l-konformità ma’ l-obbligi stabbiliti fit-Trattat li jneħħu ostakli għall-moviment liberu ta’ persuni u servizzi bejn l-Istati Membri. |
(6) |
Ir-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi u ċertifikati previst skond id-Direttiva 2005/36/KE mhux dejjem jiżgura livell standardizzat ta’ taħriġ għall-baħħara kollha li jagħtu servizz abbord bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru. Dan huwa, madankollu, vitali mill-aspett tas-sikurezza marittima. |
(7) |
Huwa għalhekk essenzjali li jiġi definit livell minimu ta’ taħriġ għall-baħħara fil-Komunità. Dak il-livell għandu jkun bbażat fuq l-istandards ta’ taħriġ li diġà hemm qbil fuqhom fuq livell internazzjonali, jiġifieri l-Konvenzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO) dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara, 1978 (Konvenzjoni STCW), kif riveduta fl-1995. L-Istati Membri kollha huma Partijiet għal dik il-Konvenzjoni. |
(8) |
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu standards ogħla mill-istandards minimi stabbiliti fil-Konvenzjoni STCW u f’din id-Direttiva. |
(9) |
Ir-Regolamenti tal-Konvenzjoni STCW annessi ma’ din id-Direttiva għandhom ikunu ssupplimentati bid-dispożizzjonijiet mandatorji li jinsabu fil-Parti A tal-Kodiċi STCW. Il-Parti B tal-Kodiċi STCW fiha gwida rakkomandata maħsuba biex tassisti lill-Partijiet għall-Konvenzjoni STCW u lil dawk involuti fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni jew l-infurzar tal-miżuri tagħha biex jagħtu lill-Konvenzjoni effett sħiħ u komplet b’mod uniformi. |
(10) |
Għat-titjib fis-sikurezza marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis fuq il-baħar, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet f’din id-Direttiva dwar perjodi minimi ta’ mistrieħ għall-persunal ta’ l-għassa skond il-Konvenzjoni STCW. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu applikati mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 Ġunju 1999 dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni ta’ ħin tax-xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità Ewropea tas-Sidien tal-Bastimenti (ECSA) u l-Federazzjoni ta’ l-Unjonijiet tal-Ħaddiema tat-Trasport (FST) (6). |
(11) |
L-Istati Membri għandhom jieħdu u jinfurżaw miżuri speċifiċi sabiex jipprevjenu u jippenalizzaw prattika qarrieqa marbuta ma’ ċertifikati ta’ kompetenza kif ukoll li jsegwu l-isforzi tagħhom fi ħdan l-IMO sabiex jintlaħqu strumenti ta’ ftehim stretti u infurzabbli dwar il-ġlieda globali kontra din il-prattika. |
(12) |
Sabiex tiġi mtejba s-sikurezza marittima u sabiex ma jkunx hemm telf ta’ ħajjiet umani u tniġġis marittimu, għandha titjieb il-komunikazzjoni fost membri ta’ l-ekwipaġġ abbord vapuri li jbaħħru fl-ilmijiet tal-Komunità. |
(13) |
Il-persunal abbord vapuri tal-passiġġieri maħtur sabiex jassisti lill-passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza għandu jkun jista’ jikkomunika mal-passiġġieri. |
(14) |
L-ekwipaġġi fuq tankers li jġorru tagħbija li tagħmel ħsara għas-saħħa jew li tniġġes għandhom ikunu jistgħu jlaħqu b’mod effettiv mal-prevenzjoni ta’ inċidenti u sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Huwa ta’ l-akbar importanza li tiġi stabbilita rabta ta’ komunikazzjoni tajba bejn il-kaptan, l-uffiċjali u l-baħħara, li tkopri r-rekwiżiti previsti f’din id-Direttiva. |
(15) |
Huwa essenzjali li jiġi żgurat li baħħara li jkollom ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi u li jservu fuq vapuri fil-Komunità jkollhom livell ta’ kompetenza ekwivalenti għal dak meħtieġ mill-Konvenzjoni STCW. Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi proċeduri u kriterji komuni għar-rikonoxximent mill-Istati Membri ta’ ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi, ibbażat fuq ir-rekwiżiti tat-taħriġ u taċ-ċertifikazzjoni kif sar qbil fuqhom fl-istruttura tal-Konvenzjoni STCW. |
(16) |
Fl-interessi tas-sikurezza fuq il-baħar, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu kwalifiki li jagħtu prova tal-livell ta’ taħriġ meħtieġ biss fejn dawn ikunu maħruġa minn jew f’isem il-Partijiet għall-Konvenzjoni STCW li jkunu ġew identifikati mill-Kumitat tas-Sikurezza Marittima (MSC) ta’ l-IMO bħala li jkunu jidhru li taw, u li għadhom jagħtu, effett sħiħ għall-istandards stabbiliti f’dik il-Konvenzjoni. Biex jimtela ż-żmien sakemm l-MSC ikun jista’ jagħmel din l-identifikazzjoni, hemm bżonn ta’ proċedura għar-rikonoxximent preliminari ta’ ċertifikati. |
(17) |
Fejn ikun xieraq, għandhom jiġu spezzjonati l-istituti marittimi, il-programmi ta’ taħriġ u l-korsijiet marittimi. Għandhom għalhekk jiġu stabbiliti kriterji ta’ spezzjoni. |
(18) |
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat fit-twettiq tad-dmirijiet relatati ma’ l-eżerċizzju tar-rikonoxximent ta’ ċertifikati maħruġa minn istituti ta’ taħriġ jew amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. |
(19) |
L-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-verifika li l-Istati Membri jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva. |
(20) |
L-Istati Membri, bħala awtoritajiet tal-port, huma meħtieġa li jtejjbu s-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġis fl-ilmijiet tal-Komunità permezz ta’ spezzjonijiet ta’ prijorità ta’ bastimenti li jtajjru l-bandiera ta’ pajjiż terz li ma jkunx irratifika il-Konvenzjoni STCW, u b’hekk jiżguraw li ma jkunx hemm aktar trattament favorevoli għal bastimenti li jtajjru l-bandiera ta’ pajjiż terz. |
(21) |
Huwa xieraq li f’din id-Direttiva jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kontroll ta’ l-Istat fuq il-port, sakemm issir l-emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE dwar il-kontroll portwali ta’ l-Istat fuq it-tbaħħir (8) sabiex jiġu trasferiti għal dik id-Direttiva d-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll ta’ l-Istat fuq il-port li huma inklużi f’din id-Direttiva. |
(22) |
Jeħtieġ li jiġu pprovduti proċeduri biex din id-Direttiva tiġi addattata għal bidliet f’konvenzjonijiet u kodiċijiet internazzjonali. |
(23) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (9). |
(24) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda din id-Direttiva sabiex tapplika, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, emendi sussegwenti għall-ċerti kodiċijiet internazzjonali u kwalunkwe emenda rilevanti għall-leġislazzjoni Komunitarja. Peress li dawn il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(25) |
L-elementi ġodda introdotti f’din id-Direttiva jikkonċernaw biss il-proċeduri tal-kumitati. Għalhekk m’hemmx bżonn li jiġu trasposti mill-Istati Membri. |
(26) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness III, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
(1) |
“kaptan” tfisser il-persuna li għandha l-kmand ta’ vapur; |
(2) |
“uffiċjal” tfisser membru ta’ l-ekwipaġġ, minbarra l-kaptan, nominat hekk bil-liġi jew regolamenti nazzjonali jew, fin-nuqqas ta’ din in-nomina, bi ftehim kollettiv jew drawwa; |
(3) |
“uffiċjal tal-gverta” tfisser uffiċjal ikkwalifikat skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II ta’ l-Anness I; |
(4) |
“chief mate” tfisser l-uffiċjal fil-grad ta’ wara l-kaptan li fuqu jaqa’ l-kmand tal-vapur fil-każ ta’ l-inkapaċità tal-kaptan; |
(5) |
“uffiċjal ta’ l-inġinerija” tfisser uffiċjal ikkwalifikat skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III ta’ l-Anness I; |
(6) |
“uffiċjal kap ta’ l-inġinerija” tfisser l-uffiċjal superjuri ta’ l-inġinerija responsabbli mill-propulsjoni mekkanika u t-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ l-istallazzjonijiet mekkaniċi jew ta’ l-elettriku tal-vapur; |
(7) |
“it-tieni uffiċjal ta’ l-inġinerija” tfisser l-uffiċjal ta’ l-inġinerija fil-grad ta’ wara l-uffiċjal kap ta’ l-inġinerija li fuqu taqa’ r-responsabbiltà għall-propulsjoni mekkanika u t-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ l-installazzjonijiet mekkaniċi jew ta’ l-elettriku tal-vapur fil-każ ta’ l-inkapaċità ta’ l-uffiċjal kap ta’ l-inġinerija; |
(8) |
“assistent uffiċjal ta’ l-inġinerija” tfisser persuna taħt taħriġ biex tilħaq uffiċjal ta’ l-inġinerija u nominata hekk mil-liġi jew mir-regolamenti nazzjonali; |
(9) |
“operatur tar-radju” tfisser persuna li għandha ċertifikat xieraq maħruġ jew rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tar-Radju; |
(10) |
“baħħar” tfisser membru ta’ l-ekwipaġġ tal-vapur minbarra l-kaptan jew l-uffiċjali; |
(11) |
“vapur li jbaħħar” tfisser vapur għajr dawk li jbaħħru b’mod esklussiv f’ilmijiet interni jew f’ilmijiet ġewwa jew viċin ta’ ilmijiet jew żoni milqugħin fejn jgħoddu r-regolamenti tal-port; |
(12) |
“vapur li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru” tfisser vapur irreġistrat fi u li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru skond il-leġislazzjoni tiegħu; vapur li ma jikkorrispondix ma’ din id-definizzjoni għandu jiġi meqjus bħala vapur li jtajjar il-bandiera ta’ pajjiż terz; |
(13) |
“vjaġġi qrib ix-xatt” tfisser vjaġġi fil-viċinanza ta’ Stat Membru kif definit minn dak l-Istat Membru; |
(14) |
“qawwa ta’ propulsjoni” tfisser il-qawwa ta’ output b’rata kontinwa massima totali mfissra f’kilowatts tal-magni prinċipali ta’ propulsjoni kollha tal-vapur li jidhru fuq iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vapur jew fuq xi dokument uffiċjali ieħor; |
(15) |
“tanker taż-żejt” tfisser vapur mibni u użat għat-trasport taż-żejt u prodotti taż-żejt fi kwantitajiet kbar; |
(16) |
“tanker ta’ sustanzi kimiċi” tfisser vapur mibni jew adattat u użat għat-trasport fi kwantità ta’ kwalunkwe prodott likwidu elenkat fil-Kapitolu 17 tal-Kodiċi Internazzjonali ta’ Kimika fi Kwantità, fil-verżjoni aġġornata tiegħu; |
(17) |
“tanker ta’ gass likwifikat” tfisser vapur mibni jew adattat u użat għat-trasport fi kwantità ta’ kwalunkwe gass likwifikat jew prodott ieħor elenkat fil-Kapitolu 19 tal-Kodiċi ta’ Trasport Internazzjonali tal-Gass, fil-verżjoni aġġornata tiegħu; |
(18) |
“Regolamenti tar-Radju” tfisser ir-regolamenti riveduti tar-radju, adottati mill-Konferenza Amministrattiva Dinjija tar-Radju għas-Servizz Mobbli fil-verżjoni aġġornata tagħhom; |
(19) |
“vapur tal-passiġġieri” għandha tfisser vapur li jbaħħar li jġorr aktar minn 12-il passiġġier; |
(20) |
“bastiment tas-sajd” tfisser bastiment użat għall-qbid ta’ ħut jew ta’ riżorsi ħajjin oħra tal-baħar; |
(21) |
“Konvenzjoni STCW” tfisser il-Konvenzjoni tal-1978 dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għal Baħħara, ta’ l-Organizzazzjoni Marittima Internazjonali (IMO) kif tapplika għal materji kkonċernati filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet transitorji ta’ l-Artikolu VII u r-Regolament 1/15 tal-Konvenzjoni u inklużi, fejn ikun xieraq, id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Kodiċi STCW, kollha applikabbli fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom; |
(22) |
“xogħlijiet tar-radju” tinkludi, skond kif ikun xieraq, l-għassa u l-manutenzjoni teknika u t-tiswijiet imwettqa skond ir-Regolamenti tar-Radju, il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar ta’ l-1974, (SOLAS 74) u, fid-diskrezzjoni ta’ kull Stat Membru, ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti ta’ l-IMO, fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom; |
(23) |
“vapur tal-passiġġieri ro-ro” tfisser vapur tal-passiġġeri bi spazji ro-ro għall-merkanzija jew spazji ta’ kategorija speċjali kif definit fis-SOLAS 74, fil-verżjoni aġġornata tagħha; |
(24) |
“Kodiċi STCW” tfisser il-Kodiċi ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa tal-Baħħara (STCW) kif adottat bir-Riżoluzzjoni 2 tal-Konferenza tal-Partijiet STCW ta’ l-1995 fil-verżjoni aġġornata tiegħu; |
(25) |
“funzjoni” tfisser grupp ta’ xogħlijiet, dmirijiet u responsabbiltajiet, kif speċifikat fil-Kodiċi STCW, meħtieġa għat-tħaddim tal-vapuri, is-sikurezza tal-ħajja fuq il-baħar jew il-protezzjoni ta’ l-ambjent marittimu; |
(26) |
“kumpanija” tfisser is-sid tal-vapur jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra bħall-amministratur jew il-kerrej tal-bastiment mingħajr ekwipaġġ li jkun ħa r-responsabbiltà għat-tħaddim tal-vapur mingħand is-sid tal-vapur u li, meta jkun ħa din ir-responsabbiltà, ikun qabel li jimxi ma’ l-obbligi u r-responsabbiltajiet imposti fuq il-kumpanija b’din id-Direttiva; |
(27) |
“ċertifikat xieraq” tfisser ċertifikat maħruġ u approvat skond din id-Direttiva u li jippermetti lid-detentur legali tiegħu li jaħdem fil-kapaċità u jwettaq il-funzjonijiet involuti fil-livell ta’ responsabbiltà speċifikati fih fuq vapur li jkun tat-tip, tat-tunnellaġġ, tal-qawwa u tal-mezzi ta’ propulsjoni konċernati meta jkun fuq il-vjaġġ partikolari konċernat; |
(28) |
“servizz fuq il-baħar” tfisser servizz abbord il-vapur rilevanti għall-ħruġ ta’ ċertifikat jew kwalifika oħra; |
(29) |
“approvat” tfisser approvat mill-Istat Membru skond din id-Direttiva; |
(30) |
“pajjiż terz” tfisser kwalunkwe pajjiż li ma jkunx Stat Membru; |
(31) |
“xahar” tfisser xahar tal-kalendarju jew 30 ġurnata magħmulin minn perijodi ta’ inqas minn xahar. |
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Din id-Direttiva għandha tapplika għall-baħħara msemmija f’din id-Direttiva li jagħtu s-servizz fuq vapuri ta’ tbaħħir li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru bl-eċċezzjoni ta’:
(a) |
vapuri tal-gwerra, awżiljarji navali jew vapuri oħra li jkunu il-proprjetà jew imħaddma minn Stat Membru u li jkunu involuti biss għal servizzi mhux kummerċjali tal-Gvern; |
(b) |
dgħajjes tas-sajd; |
(ċ) |
dgħajjes tal-pjaċir mhux użati fil-kummerċ; |
(d) |
vapuri ta’ l-injam ta’ struttura primittiva. |
Artikolu 3
Taħriġ u ċertifikazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-baħħara li jagħtu s-servizz tagħhom fuq vapuri msemmija fl-Artikolu 2 jiġu mill-inqas imħarrġa skond ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, kif stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Direttiva, u jkollhom ċertifikati kif definit fl-Artikolu 4 jew ċertifikati xierqa kif definit fil-punt (27) ta’ l-Artikolu 1.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-membri ta’ l-ekwipaġġ li għandhom ikunu ċċertifikati skond ir-Regolament III/10.4 tas-SOLAS 74 jiġu mħarrġa u ċċertifikati skond din id-Direttiva.
Artikolu 4
Ċertifikat
Ċertifikat għandu jkun kwalunkwe dokument validu, bi kwalunkwe isem li bih jista’ jkun magħruf, maħruġ minn jew taħt l-awtorità ta’ l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skond l-Artikolu 5 u skond ir-rekwiżiti mniżżla fl-Anness I.
Artikolu 5
Ċertifikati u approvazzjonijiet
1. Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu skond l-Artikolu 11.
2. Iċ-ċertifikati ta’ kaptani, uffiċjali u operaturi tar-radju għandhom jiġu approvati mill-Istat Membru kif previst f’dan l-Artikolu.
3. Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu skond ir-Regolament I/2, paragrafu 1, tal-Konvenzjoni STCW.
4. Fir-rigward ta’ operaturi tar-radju, Stati Membri jistgħu:
(a) |
jinkludu l-għarfien żejjed meħtieġ mir-regolamenti rilevanti fl-eżami għall-kwistjoni ta’ ċertifikat konformi mar-Regolamenti tar-Radju; jew |
(b) |
joħorġu ċertifikat separat li jindika li d-detentur għandu l-għarfien addizzjonali meħtieġ mir-regolamenti rilevanti. |
5. Fuq id-diskrezzjoni ta’ Stat Membru, l-approvazzjonijiet jistgħu jiġu inkorporati fil-format taċ-ċertifikati maħruġa kif previst fit-taqsima A-I/2 tal-Kodiċi STCW. Jekk ikunu inkorporati b’dan il-mod, il-format użat għandu jkun dak stabbilit fit-taqsima A-I/2, paragrafu 1. Jekk maħruġa b’mod ieħor, il-forma ta’ l-approvazzjoni użata għandha tkun dik stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ dik it-taqsima. L-approvazzjonijiet għandhom jinħarġu skond l-Artikolu VI, paragrafu 2, tal-Konvenzjoni STCW.
6. Stat Membru li jirrikonoxxi ċertifikat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19(2) għandu japprova dak iċ-ċertifikat biex jafferma r-rikonoxximent tiegħu. Il-forma ta’ l-approvazzjoni użata għandha tkun dik stabbilita fil-paragrafu 3 tat-taqsima A-I/2 tal-kodiċi STCW.
7. L-approvazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 5 u 6:
(a) |
jistgħu jiġu maħruġa bħala dokumenti separati; |
(b) |
għandhom jingħataw numru uniku għal kull waħda, għajr l-approvazzjonijiet li jaffermaw il-ħruġ ta’ ċertifikat li jistgħu jingħataw l-istess numru taċ-ċertifikat ikkonċernat, sakemm dak in-numru ikun uniku; u |
(ċ) |
għandhom kollha jiskadu malli jiskadi jew jiġi irtirat, sospiż jew ikkanċellat iċ-ċertifikat approvat mill-Istat Membru jew pajjiż terz li jkun ħariġhom u, f’kull każ, fi żmien ħames snin mid-data tal-ħruġ tagħhom. |
8. Il-kapaċità li fiha d-detentur taċ-ċertifikat ikun awtorizzat sabiex iservi għandha tkun identifikata f’forma ta’ approvazzjoni f’termini identiċi għal dawk użati fir-rekwiżiti applikabbli għat-tgħammir sikur ta’ l-Istat Membru kkonċernat.
9. Stat Membru jista’ juża format differenti mill-format stabbilit fit-taqsima A-I/2 tal-kodiċi STCW, bil-kondizzjoni li, bħala minimu, l-informazzjoni meħtieġa tkun provduta f’karattri Rumani u figuri Għarab, waqt li jittieħed kont tal-varjazzjonijiet permessi skond it-taqsima A-I/2.
10. Soġġett għall-Artikolu 19(7) kull ċertifikat meħtieġ b’din id-Direttiva għandu jinżamm disponibbli fil-forma oriġinali tiegħu abbord il-vapur li fuqu id-detentur jagħti s-servizz tiegħu.
Artikolu 6
Rekwiżiti tat-taħriġ
It-taħriġ meħtieġ skond l-Artikolu 3 għandu jkun f’forma xierqa għall-għarfien teoretiku u l-abilitajiet prattiċi meħtieġa bl-Anness I, b’mod partikolari l-użu ta’ tagħmir li jsalva l-ħajja u ta’ tifi tan-nar, u approvat mill-awtorità jew organizzazzjoni kompetenti nnominata minn kull Stat Membru.
Artikolu 7
Prinċipji li jirregolaw vjaġġi qrib ix-xatt
1. Meta jiddefinixxu vjaġġi qrib ix-xatt, l-Istati Membri m’għandhomx jimponu rekwiżiti ta’ taħriġ, esperjenza jew ċertifikazzjoni fuq baħħara li jagħtu servizz abbord vapuri intitolati li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru ieħor jew Parti oħra tal-Konvenzjoni STCW u li jkunu involuti fi vjaġġi bħal dawn b’mod li jirriżultaw f’rekwiżiti aktar stretti għal dawn il-baħħara milli għal baħħara li jagħtu servizz fuq vapuri li huma intitolati li jtajjru l-bandiera tagħhom stess. Fl-ebda każ ma jista’ Stat Membru jimponi rekwiżiti fir-rigward ta’ baħħara li jagħtu servizz fuq vapuri li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Parti oħra tal-Konvenzjoni STCW aktar minn dawk ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ vapuri mhux involuti fi vjaġġi qrib ix-xatt.
2. Fir-rigward ta’ vapuri intitolati li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru involuti b’mod regolari fi vjaġġi qrib ix-xatt ‘il barra mix-xatt ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Parti oħra tal-Konvenzjoni STCW, l-Istat Membru li tiegħu il-vapur ikun intitolat itajjar il-bandiera għandu jippreskrivi rekwiżiti ta’ taħriġ, esperjenza u ċertifikazzjoni għall-baħħara li jagħtu servizz fuq dawn il-vapuri li jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk ta’ l-Istat Membru jew tal-Parti għall-Konvenzjoni STCW li ‘l barra mix-xatt tagħhom ikun jopera il-vapur, bil-kondizzjoni li ma jisbqux ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ vapuri mhux involuti fi vjaġġi qrib ix-xatt. Il-baħħara li jagħtu servizz fuq vapur li jestendi l-vjaġġ tiegħu lil hinn minn dak li huwa ddefinit bħala vjaġġ qrib ix-xatt minn Stat Membru u li jidħol f’ilmijiet mhux koperti minn dik id-definizzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti xierqa ta’ din id-Direttiva.
3. Stat Membru jista’ jippermetti lil vapur li jkun intitolat itajjar il-bandiera tiegħu il-benefiċċji tad-dispożizzjonijiet għal vjaġġi qrib ix-xatt ta’ din id-Direttiva meta jkun involut b’mod regolari barra x-xatt ta’ post li ma jagħmilx Parti mill-Konvenzjoni STCW fi vjaġġi qrib ix-xatt kif definit minn dak l-Istat Membru.
4. Malli jiddeċiedu dwar id-definizzjoni ta’ vjaġġi qrib ix-xatt u l-kondizzjonijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ meħtieġa minnhom skond ir-rekwiżiti tal-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dettalji tad-dispożizzjonijiet li huma adottaw.
Artikolu 8
Prevenzjoni ta’ frodi u prattiċi illegali oħra
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu u jinfurzaw il-miżuri xierqa sabiex jipprevjenu l-frodi u prattiċi illegali oħra li jinvolvu l-proċess ta’ ċertifikazzjoni jew ċertifikati maħruġa u approvati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, u għandhom jipprovdu għal pieni li jkunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.
2. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jikxfu u jiġġieldu l-frodi u prattiki oħra illegali u jiskambjaw informazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u ta’ pajjiżi terzi dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara.
L-Istati Membri għandhom immedjatament jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bid-dettalji ta’ dawn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
L-Istati Membri għandhom immedjatament ukoll jinfurmaw lil kwalunkwe pajjiż terz li miegħu jkunu daħlu f’xi ftehim skond ir-Regolament I/10, paragrafu 1.2 tal-Konvenzjoni STCW bid-dettalji ta’ dawn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
3. Fuq talba ta’ Stat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor għandhom jipprovdu konferma jew ċaħda bil-miktub ta’ l-awtentiċità taċ-ċertifikati tal-baħħara, ta’ l-approvazzjonijiet korrispondenti jew ta’ kwalunkwe prova dokumentarja oħra ta’ taħriġ maħruġa f’dak l-Istat Membru l-ieħor.
Artikolu 9
Pieni jew miżuri dixxiplinarji
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċessi u proċeduri għall-investigazzjoni imparzjali ta’ kwalunkwe inkompetenza, att jew ommissjoni li tkun ġiet irrapportata, li tista’ tkun ta’ theddida diretta għas-sikurezza tal-ħajja jew ta’ proprjetà fuq il-baħar jew għall-ambjent tal-baħar, min-naħa tad-detenturi ta’ ċertifikati jew approvazzjonijiet maħruġa minn dak l-Istat Membru b’konnessjoni mal-qadi tad-dmirijiet relatati maċ-ċertifikati tagħhom u għall-irtirar, is-sospensjoni u l-kanċellazzjoni ta’ dawn iċ-ċertifikati għal din il-kawża u għall-prevenzjoni ta’ frodi.
2. Kull Stat Membru għandu jippreskrivi pieni jew miżuri dixxiplinarji għal każi li fihom id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi nazzjonali li tagħti effett lil din id-Direttiva ma jiġux imħarsa fir-rigward ta’ vapuri intitolati li jtajjru l-bandiera tiegħu jew fil-każ ta’ baħħara debitament iċċertifikati minnu.
3. B’mod partikolari, dawn il-pieni jew miżuri dixxiplinarji għandhom jiġu previsti u infurzati f’każi li fihom:
(a) |
kumpanija jew kaptan ikunu ingaġġaw persuna li ma jkollhiex ċertifikat kif meħtieġ b’din id-Direttiva; |
(b) |
kaptan ikun ħalla kwalunkwe funzjoni jew servizz fi kwalunkwe kapaċità li skond din id-Direttiva għandha ssir minn persuna li jkollha ċertifikat xieraq, li titwettaq minn persuna li ma jkollhiex iċ-ċertifikat meħtieġ, dispensa valida jew li ma jkollhiex evidenza bil-miktub meħtieġa bl-Artikolu 19(7); jew |
(ċ) |
persuna tkun kisbet impjieg bi frodi jew billi ffalsifikat dokumenti biex taqdi kwalunkwe funzjoni jew biex tagħti servizz fi kwalunkwe kapaċità li skond din id-Direttiva għandha ssir jew titwettaq minn persuna li jkollha ċertifikat jew dipensa. |
4. L-Istati Membri li fil-ġurisdizzjoni tagħhom tkun tinsab kwalunkwe kumpanija jew kwalunkwe persuna li tkun maħsuba għal raġunijiet ċari li kienet responsabbli minn jew li kienet taf li hemm nuqqas ta’ konformità ċara ma’ din id-Direttiva speċifikata fil-paragrafu 3, għandhom jestendu l-kooperazzjoni lejn kwalunkwe Stat Membru jew Parti oħra għall-Konvenzjoni STCW li javżahom bl-intenzjoni tiegħu li jibda proċeduri skond il-ġurisdizzjoni tiegħu.
Artikolu 10
Standards ta’ kwalità
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li:
(a) |
l-attivitajiet kollha ta’ taħriġ, valutazzjoni ta’ kompetenza, ċertifikazzjoni, approvazzjoni u validazzjoni mill-ġdid imwettqa minn aġenziji mhux governattivi jew entitajiet taħt l-awtorità tiegħu jkunu kontrollati kontinwament minn sistema ta’ standards tal-kwalità li tiżgura li jiġu sodisfatti l-għanijiet definiti, inklużi dawk dwar il-kwalifiki u l-esperjenza ta’ l-għalliema u l-assessuri; |
(b) |
fejn aġenziji jew entitajiet governattivi iwettqu dawn l-attivitajiet, ikun hemm sistema ta’ standards tal-kwalità; |
(ċ) |
l-għanijiet ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ u ta’ l-istandards ta’ kompetenza relatati li għandhom jintlaħqu jkunu definiti b’mod ċar u jkunu identifikati l-livelli ta’ għarfien, fehim u abilitajiet xierqa għall-eżamijiet u l-valutazzjonijiet meħtieġa skond il-Konvenzjoni STCW; |
(d) |
l-oqsma ta’ applikazzjoni ta’ l-istandards ta’ kwalità jkopru l-amministrazzjoni tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni, il-korsijiet ta’ taħriġ u l-programmi, l-eżamijiet u l-valutazzjonijiet kollha mwettqa minn jew taħt l-awtorità ta’ kull Stat Membru u l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa minn għalliema u assessuri, filwaqt li jitqiesu l-politika, is-sistemi, il-kontrolli u r-reviżjonijiet interni ta’ l-assigurazzjoni tal-kwalità stabbiliti biex jiżguraw li jintlaħqu l-għanijiet definiti. |
L-għanijiet u l-istandards tal-kwalità relatati msemmijin fil-punt (c) ta’ l-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu speċifikati separatament għal korsijiet u programmi ta’ taħriġ differenti u għandhom ikopru l-amministrazzjoni tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li evalwazzjonijiet indipendenti ta’ l-għarfien, il-fehim, l-abbiltajiet u l-akkwist tal-kompetenza u attivitajiet ta’ valutazzjoni, u ta’ l-amministrazzjoni tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni, jiġu mwettqa f’intervalli ta’ mhux aktar minn ħames snin minn persuni kkwalifikati li ma jkunux huma stess involuti fl-attivitajiet ikkonċernati sabiex jivverifikaw li:
(a) |
il-miżuri interni kollha ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ ta’ l-amministrazzjoni u l-azzjonijiet ta’ segwitu jkunu f’konformità ma’ l-arranġamenti ppjanati u l-proċeduri ta’ dokumentazzjoni u li jkunu effettivi biex jiżguraw l-ilħuq ta’ l-għanijiet definiti; |
(b) |
ir-riżultati ta’ kull evalwazzjoni indipendenti jiġu ddokumentati u miġjuba għall-attenzjoni ta’ dawk responsabbli għaż-żona evalwata; |
(ċ) |
tittieħed azzjoni fil-ħin biex tikkoreġi d-defiċjenzi. |
3. Għandu jiġi kkomunikat rapport dwar kull evalwazzjoni mwettqa skond il-paragrafu 2 mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ l-evalwazzjoni.
Artikolu 11
Standards mediċi — ħruġ u reġistrazzjoni ta’ ċertifikati
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu standards ta’ saħħa medika għall-baħħara, b’mod partikolari dwar il-vista u s-smigħ.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati jinħarġu biss lil kandidati li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.
3. Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu jipprovdi prova sodisfaċenti:
(a) |
ta’ l-identità tiegħu; |
(b) |
li l-età tiegħu ma tkunx inqas minn dik prevista fir-Regolamenti stabbiliti fl-Anness I rilevanti għaċ-ċertifikat li jkun applika għalih; |
(ċ) |
li huwa jissodisfa l-istandards ta’ saħħa medika, b’mod partikolari dwar il-vista u s-smigħ, stabbiliti mill-Istat Membru u li għandu dokument validu li juri s-saħħa medika tiegħu, maħruġ minn tabib ikkwalifikat rikonoxxut mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru; |
(d) |
li jkun temm is-servizz tal-baħħara u kull taħriġ obbligatorju relatat previst fir-Regolamenti fl-Anness I għaċ-ċertifikat li jkun applika għalih; |
(e) |
li huwa jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza prevista fir-Regolamenti fl-Anness I għall-kapaċitajiet, il-funzjonijiet u l-livelli li għandhom jiġu identifikati fid-dikjarazzjoni għaċ-ċertifikat. |
4. Kull Stat Membru għandu jimpenja ruħu:
(a) |
li jżomm reġistru jew reġistri taċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet kollha għall-kaptani u l-uffiċjali u, kif ikun xieraq, għall-baħħara, li jinħarġu, li jkunu skadew jew li jkunu ġew validati mill-ġdid, sospiżi, kanċellati jew irrapportati mitlufa jew li jkunu ġew meqruda u ta’ dispensi maħruġa; |
(b) |
li jagħmel disponibbli informazzjoni dwar l-istat ta’ dawn iċ-ċertifikati, approvazzjonijiet u dispensi lill-Istati Membri l-oħra jew lill-Partijiet oħra tal-Konvenzjoni STCW u lill-kumpanniji li jitolbu verifika ta’ l-awtentiċità u tal-validità ta’ ċertifikati mogħtija lilhom minn baħħara li jkunu qegħdin ifittxu rikonoxximent taċ-ċertifikati tagħhom jew impjieg fuq vapur. |
Artikolu 12
Validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikati
1. Kull kaptan, uffiċjal u operatur tar-radju fil-pussess ta’ ċertifikat maħruġ jew rikonoxxut skond kwalunkwe kapitolu ta’ l-Anness I minbarra l-Kapitolu VI, li jkun qiegħed jagħti s-servizz tiegħu fuq il-baħar jew jixtieq li jerġa’ lura fuq il-baħar wara perijodu fuq ix-xatt għandu, sabiex ikompli jikkwalifika għas-servizz fuq il-baħar, ikun meħtieġ f’intervalli ta’ mhux aktar minn ħames snin li:
(a) |
jissodisfa l-istandards ta’ saħħa medika preskritti bl-Artikolu 11; u |
(b) |
jistabbilixxi kompetenza professjonali kontinwa skond it-taqsima A-I/11 tal-Kodiċi STCW. |
2. Kull kaptan, uffiċjal u operatur tar-radju għandu, għal servizz kontinwu fuq il-baħar abbord vapuri li għalihom ikun sar qbil internazzjonali dwar rekwiżiti ta’ taħriġ speċjali, itemm it-taħriġ rilevanti approvat b’suċċess.
3. Kull Stat Membru għandu jqabbel l-istandards ta’ kompetenza li huma meħtieġa mill-kandidati għaċ-ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta’ Frar 2002 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat xieraq fil-Parti A tal-Kodiċi STCW, u għandu jistabbilixxi l-ħtieġa li d-detenturi ta’ dawn iċ-ċertifikati jagħmlu taħriġ jew valutazzjoni ta’ tiġdidu ta’ aġġornament li jkunu xierqa.
Korsijiet ta’ tiġdid u ta’ aġġornament għandhom jiġu approvati u jinkludu bidliet f’regolamenti nazzjonali u internazzjonali rilevanti dwar is-sikurezza tal-ħajja fuq il-baħar u l-protezzjoni ta’ l-ambjent marittimu u jikkunsidraw kull aġġornament ta’ l-istandard ta’ kompetenza kkonċernat.
4. Kull Stat Membru għandu, f’konsultazzjoni ma’ dawk ikkonċernati, jifformula jew jippromovi l-formolazzjoni ta’ struttura ta’ korsijiet ta’ tiġdid jew ta’ aġġornament kif previst fit-taqsima A-I/11 tal-Kodiċi STCW.
5. Għall-fini ta’ l-aġġornament tal-għerf tal-kaptani, l-uffiċjali u l-operaturi tar-radju, kull Stat Membru għandu jiżgura li t-testi ta’ tibdil riċenti f’regolamenti nazzjonali u internazzjonali dwar is-sikurezza tal-ħajja fuq il-baħar u l-protezzjoni ta’ l-ambjent marittimu jkunu disponibbli għall-vapuri intitolati li jtajjru l-bandiera tiegħu.
Artikolu 13
Użu ta’ simulaturi
1. Għandu jkun hemm konformità ma’ l-istandards ta’ rendiment u dispożizzjonijiet oħra stabbiliti fit-taqsima A-I/12 tal-Kodiċi STCW u r-rekwiżiti l-oħra kif previsti fil-Parti A tal-Kodiċi STCW għal kull ċertifikat ikkonċernat fir-rigward ta’:
(a) |
kull taħriġ mandatorju bbażat fuq simulatur; |
(b) |
kwalunkwe valutazzjoni tal-kompetenza meħtieġa mill-Parti A tal-Kodiċi STCW li ssir permezz ta’ simulatur; |
(ċ) |
kwalunkwe wiri, permezz ta’ simulatur, ta’ profiċjenza kontinwa meħtieġa mill-Parti A tal-Kodiċi STCW. |
2. Simulaturi installati jew imħaddma qabel l-1 ta’ Frar 2002 jistgħu ikunu eżentati minn konformità sħiħa ma’ l-istandards ta’ rendiment imsemmija fil-paragrafu 1 fid-diskrezzjoni ta’ kull Stat Membru.
Artikolu 14
Responsabbiltajiet tal-kumpaniji
1. L-Istati Membri għandhom, skond il-paragrafi 2 u 3, iżommu lill-kumpaniji responsabbli għall-assenjazzjoni tal-baħħara għas-servizz fuq il-vapuri tagħhom skond din id-Direttiva, u għandhom jeħtieġu kull kumpanija li tiżgura li:
(a) |
kull baħħar assenjat għal kwalunkwe wieħed mill-vapuri tagħha jkollu ċertifikat xieraq skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u kif stabbilit mill-Istat Membru; |
(b) |
il-vapuri tagħha jkunu mgħammra bin-nies skond ir-rekwiżiti applikabbli ta’ tgħammir sikur ta’ l-Istat Membru; |
(ċ) |
id-dokumentazzjoni u d-data rilevanti għall-baħħara kollha impjegati fuq il-vapuri tagħha jinżammu u dawn ikunu aċċessibbli faċilment, u jkunu jinkludu, mingħajr ma jkunu limitati għal, dokumentazzjoni u data dwar l-esperjenza, it-taħriġ, is-saħħa medika u l-kompetenza fid-doveri mogħtija lilhom; |
(d) |
meta jiġu assenjati fuq kwalunkwe wieħed mill-vapuri tagħha l-baħħara jiffamiljarizzaw ruħhom mad-doveri tagħhom u ma’ l-arraġamenti, l-installazzjonijiet, it-tagħmir, il-proċeduri, u mal-karatteristiċi kollha tal-vapur li jkunu rilevanti għar-rutina jew għad-dmirijiet ta’ emerġenza tagħhom; |
(e) |
il-kumplement tal-vapur ikun jista’ jikkoordina b’mod effettiv l-attivitajiet tagħhom f’sitwazzjoni ta’ emerġenza u fit-twettiq ta’ funzjonijiet vitali għas-sikurezza jew għall-prevenzjoni jew mitigazzjoni tat-tniġġis. |
2. Il-kumpaniji, il-kaptani u l-membri ta’ l-ekwipaġġ għandhom kull wieħed minnhom ikollhom ir-responsabbiltà li jiżguraw li l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu jingħataw effett sħiħ u komplet u li jittieħdu miżuri oħra bħal dawn kif jista’ jkun meħtieġ biex jiżguraw li kull membru ta’ l-ekwipaġġ jista’ jagħmel kontribuzzjoni informata għat-tħaddim bla perikolu tal-vapur.
3. Il-kumpanija għandha tipprovdi istruzzjonijiet bil-miktub lill-kaptan ta’ kull vapur li għalih tkun tgħodd din id-Direttiva, li jistabbilixxu l-politika u l-proċeduri li għandhom jiġu mħarsa biex ikun żgurat li l-baħħara kollha impjegati ġodda fuq il-vapur jingħataw opportunità raġonevoli biex isiru familjari mat-tagħmir, mal-proċeduri ta’ ħidma fuq il-vapur u ma’ arranġamenti oħra meħtieġa għall-qadi kif jixraq tad-dmirijiet tagħhom, qabel ma jiġu mogħtija dawk id-dmirijiet. Din il-politika u dawn il-proċeduri għandhom jinkludu:
(a) |
l-allokazzjoni ta’ perijodu ta’ żmien raġonevoli li fih kull baħħar impjegat ġdid ikollu l-opportunità li jsir familjari:
|
(b) |
in-nomina ta’ membru ta’ l-ekwipaġġ espert li jkun responsabbli milli jiżgura li kull baħħar impjegat ġdid ikun mogħti opportunità li jirċievi informazzjoni essenzjali b’lingwa li l-baħħar jifhem. |
Artikolu 15
Saħħa għax-xogħol
1. Sabiex ma jkunx hemm għeja, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jinfurzaw perjodi ta’ mistrieħ għall-persunal ta’ l-għassa u jeħtieġu li sistemi ta’ għassa jkunu magħmula b’tali mod li l-effiċjenza tal-persunal ta’ l-għassa ma tkunx imfixkla b’għeja u li d-dmirijiet jkunu organizzati b’tali mod li l-ewwel għassa fil-bidu tal-vjaġġ u l-għases sussegwenti li jidħlu minflokha jkunu mistrieħa biżżejjed u għalhekk tajbin għax-xogħol.
2. Il-persuni kollha li jkunu mogħtija xogħol bħala uffiċjal li jieħu ħsieb l-għassa jew bħala baħri li jagħmel parti minn għassa għandu jkollhom mill-inqas 10 sigħat ta’ mistrieħ f’kull perijodu ta’ 24 siegħa.
3. Is-sigħat ta’ mistrieħ jistgħu jinqasmu f’mhux aktar minn żewġ perjodi, wieħed minnhom għandu jkun ta’ mill-anqas sitt sigħat.
4. Ir-rekwiżiti għall-perijodi ta’ mistrieħ stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu ma jinżammux fil-każ ta’ emerġenza jew eżerċizzju militari jew f’kondizzjonijiet ta’ operazzjoni oħra aktar urġenti.
5. Minkejja l-paragrafi 2 u 3, il-perijodu minimu ta’ 10 sigħat jista’ jiġi mnaqqas għal mhux inqas minn sitt sigħat konsekuttivi sakemm l-ebda tnaqqis bħal dan ma jiġi estiż għal aktar minn jumejn u jkunu pprovduti mill-inqas 70 siegħa ta’ mistrieħ għal kull perijodu ta’ sebat ijiem.
6. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li skedi ta’ l-għassa jitwaħħlu f’post fejn ikunu aċċessibbli faċilment.
Artikolu 16
Dispensa
1. F’ċirkostanzi ta’ ħtieġa eċċezzjonali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, jekk fl-opinjoni tagħhom dan ma jkunx ta’ periklu għall-persuni, għall-proprjetà jew għall-ambjent, joħorġu dispensa li tippermetti lil baħħar speċifiku jservi f’vapur speċifiku għal perijodu speċifiku ta’ mhux aktar minn sitt xhur f’kapaċità, minbarra dik ta’ operatur tar-radju, ħlief kif ipprovdut bir-Regolamenti tar-Radju rilevanti, li għalih ma jkollux iċ-ċertifikat xieraq, bil-kondizzjoni li l-persuna li għaliha tkun ħarġet id-dispensa tkun ikkwalifikata b’mod addattat sabiex timla’ il-post vakanti b’mod sikur għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti. Madankollu, m’għandhomx jingħataw dispensi għal kaptan jew għal uffiċjal kap ta’ l-inġinerija, minbarra f’ċirkostanzi ta’ forza maġġuri u f’dak il-każ għall-iqsar perijodu possibbli.
2. Kwalunkwe dispensa mogħtija għal kariga għandha tingħata biss lill-persuna ċċertifikata kif xieraq biex timla l-kariga li tinsab immedjatamet hawn taħt. Fejn ċertifikazzjoni tal-kariga hawn taħt ma tkunx meħtieġa, tista’ tinħareġ dispensa lil persuna li l-kwalifiki u l-esperjenza tagħha, fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, ikunu ta’ ekwivalenza ċara għar-rekwiżiti għall-kariga li għandha tiġi mimlija, bil-kondizzjoni li, jekk din il-persuna ma tkunx fil-pussess ta’ ċertifikat xieraq, hija għandha tkun meħtieġa li tgħaddi eżami aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti li juri li din id-dispensa tista’ tiġi maħruġa bla periklu. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-kariga msemmija tkun mimlija mid-detentur ta’ ċertifikat xieraq malajr kemm jista’ jkun.
Artikolu 17
Responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward ta’ taħriġ u valutazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet jew il-korpi li għandhom:
(a) |
jagħtu t-taħriġ imsemmi fl-Artikolu 3; |
(b) |
jorganizzaw u/jew jissorveljaw l-eżamijiet fejn ikun meħtieġ; |
(ċ) |
joħorġu ċ-ċertifikati ta’ kompetenza msemmija fl-Artikolu 11; |
(d) |
jagħtu d-dispensa prevista fl-Artikolu 16. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
it-taħriġ u l-valutazzjoni kollha tal-baħħara jkunu:
|
(b) |
persuni li jagħmlu taħriġ waqt ix-xogħol jew valutazzjoni abbord vapur jagħmlu dan biss meta dan it-taħriġ jew din il-valutazzjoni ma taffetwax ħażin it-tħaddim normali tal-vapur u jistgħu jiddedikaw il-ħin u l-attenzjoni tagħhom għat-taħriġ jew għall-valutazzjoni; |
(ċ) |
għalliema, kontrolluri u assessuri jkunu kkwalifikati b’mod xieraq għat-tipi u l-livelli partikolari ta’ taħriġ jew ta’ valutazzjoni tal-kompetenza tal-baħħara sew abbord u sew fuq l-art; |
(d) |
kull persuna li tkun qiegħda tmexxi taħriġ waqt ix-xogħol tal-baħħara, sew abbord u sew fuq l-art, li jkun maħsub sabiex jintuża għall-kwalifikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni skond din id-Direttiva:
|
(e) |
kwalunkwe persuna responsabbli mill-kontroll tat-taħriġ waqt ix-xogħol ta’ baħħar liema taħriġ ikun maħsub li jiġi użat għall-kwalifikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni jkollha fehim sħiħ tal-programm ta’ taħriġ u l-għanijiet speċifiċi għal kull tip ta’ taħriġ li jkun qiegħed isir; |
(f) |
kwalnukwe persuna li tagħmel il-valutazzjoni waqt ix-xogħol tal-kompetenza ta’ baħħar, sew abbord u sew fuq l-art, liema valutazzjoni tkun maħsuba sabiex tintuża biex tikkwalifika għaċ-ċertifikazzjoni skond din id-Direttiva:
|
(g) |
meta Stat Membru jirrikonoxxi kors ta’ taħriġ, istituzzjoni ta’ taħriġ, jew kwalifika mogħtija minn istituzzjoni ta’ taħriġ, bħala parti mir-rekwiżiti tiegħu għall-ħruġ ta’ ċertifikat, il-kwalifiki u l-esperjenza ta’ l-għalliema u ta’ l-assessuri huma koperti fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-istandards tal-kwalità ta’ l-Artikolu 10; dawn il-kwalifiki, l-esperjenza u l-applikazzjoni ta’ l-istandards tal-kwalità għandhom jinkorporaw taħriġ xieraq f’tekniki ta’ istruzzjoni u metodi ta’ taħriġ u valutazzjoni u jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha applikabbli tal-punti (d), (e) u (f). |
Artikolu 18
Komunikazzjoni abbord
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
mingħajr preġudizzju għall-punti (b) u (d), f’kull ħin ikun hemm, abbord il-vapuri kollha li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru, mezzi f’posthom għal komunikazzjoni orali effettiva relatata mas-sikurezza bejn il-membri kollha ta’ l-ekwipaġġ tal-vapur, b’mod partikolari fir-rigward ta’ reċezzjoni tajba u fil-ħin u l-fehim ta’ messaġġi u istruzzjonijiet; |
(b) |
abbord il-vapuri kollha tal-passiġġieri li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru u abbord il-vapuri tal-passiġġieri kollha li jibdew u/jew jispiċċaw il-vjaġġ f’port ta’ Stat Membru, sabiex jiżguraw rendiment effettiv ta’ l-ekwipaġġ fi kwistjonijiet ta’ sikurezza, tiġi stabbilita lingwa tax-xogħol u rreġistrata fir-reġistru (log book) tal-vapur; il-kumpanija jew il-kaptan, skond kif ikun jixraq, għandhom jistabbilixxu l-lingwa tax-xogħol addattata; kull baħħar għandu jkun meħtieġ li jifhem u, fejn ikun xieraq, jagħti ordnijiet u istruzzjonijiet u jirrapporta lura b’dik il-lingwa; jekk il-lingwa tax-xogħol ma tkunx lingwa uffiċjali ta’ l-Istat Membru, il-pjani u l-listi kollha li għandhom jitwaħħlu għandhom jinkludu traduzzjonijiet fil-lingwa tax-xogħol; |
(ċ) |
abbord vapuri tal-passiġġieri, il-persunal imsemmi fil-listi ta’ l-ekwipaġġ biex jassisti passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza ikunu jistgħu jiġu identifikati immedjatament u jkollhom abbiltajiet ta’ komunikazzjoni li jkunu suffiċjenti għal dak il-għan, b’konsiderazzjoni tal-kombinazzjoni xierqa u adekwata ta’ kwalunkwe mill-fatturi li ġejjin:
|
(d) |
abbord tankers taż-żejt, tankers ta’ sustanzi kimiċi u tankers tal-gass likwifikat li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru, il-kaptan, l-uffiċjali u l-baħrin jistgħu jikkomunikaw ma’ xulxin bil-lingwa(i) tax-xogħol komuni; |
(e) |
hemm mezzi adegwati għall-komunikazzjoni bejn il-vapur u l-awtoritajiet fuq l-art; dawn il-komunikazzjonijiet għandhom jitmexxew skond il-Kapitolu V, Regolament 14, paragrafu 4, tas-SOLAS 74; |
(f) |
meta jwettqu l-kontroll ta’ l-Istat tal-port skond id-Direttiva 95/21/KE, l-Istati Membri jikkontrollaw ukoll li l-vapuri li jtajjru l-bandiera ta’ Stat li ma jkunx Stat Membru jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu. |
Artikolu 19
Rikonoxximent tac-ċertifikati
1. Il-baħħara li m’għandhomx iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 4 jistgħu jitħallew iservu fuq vapuri li jtajjru l-bandiera ta’ Stat Membru, kemm-il darba tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati xierqa tagħhom permezz tal-proċedura mniżżla fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.
2. Stat Membru li jkun bi ħsiebu jirrikonoxxi, b’approvazzjoni, ċertifikati xierqa maħruġa minn pajjiż terz lil kaptan, uffiċjal jew operatur tar-radju, għal servizz fuq vapuri li jtajjru l-bandiera tiegħu, għandu jippreżenta talba għar-rikonoxximent ta’ dak il-pajjiż terz lill-Kummissjoni, waqt li jagħti r-raġunijiet tiegħu.
Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima u bl-involviment possibbli ta’ kwalunkwe Stat Membru ikkonċernat, għanha tiġbor l-informazzjoni msemmija fl-Anness II u għandha twettaq valutazzjoni tas-sistemi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni fil-pajjiż terz li għalih it-talba għar-rikonoxximent tkun ġiet ippreżentata, sabiex jiġi verifikat jekk il-pajjiż ikkonċernat jissodisfax ir-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u jekk itteħdux il-miżuri xierqa biex ma jitħalliex li jkun hemm frodi li jinvolvi ċertifikati.
3. Id-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent ta’ pajjiż terz għandha tittieħed mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 28(2), fi żmien tliet xhur mid-data tat-talba għar-rikonoxximent.
Jekk jingħata, ir-rikonoxximent għandu jkun validu soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 20.
Jekk ma tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tal-pajjiż terz ikkonċernat fil-perijodu stabbilit fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru li jkun ippreżenta t-talba jista’ jiddeċiedi li jirrikonoxxi l-pajjiż terz unilateralment sakemm tittieħed deċiżjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 28(2).
4. Stat Membru jista’ jiddeċiedi, fir-rigward ta’ vapuri li jtajjru l-bandiera tiegħu, li japprova ċertifikati maħruġa mill-pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-Kummissjoni, b’konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Anness II, punti (4) u (5).
5. Ir-rikonoxximenti ta’ ċertifikati maħruġin minn pajjiżi terzi rikonoxxuti u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, serje C, qabel l-14 ta’ Ġunju 2005 għandhom jibqgħu validi.
Dawn ir-rikonoxximenti jistgħu jintużaw mill-Istati Membri kollha kemm-il darba l-Kummissjoni ma tkunx sussegwentement irtirathom skond l-Artikolu 20.
6. Il-Kummissjoni għandha tiġbor u taġġorna lista tal-pajjiżi terzi li jkunu ġew rikonoxxuti. Il-lista għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, Serje C.
7. Minkejja l-Artikolu 5(6), Stat Membru jista’, jekk hekk jitolbu ċ-ċirkostanzi, jippermetti li baħħar jagħti s-servizz tiegħu f’kariga għajr dik ta’ uffiċjal tar-radju jew operatur tar-radju, ħlief kif previst bir-Regolamenti tar-Radju, għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur abbord vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu, waqt li jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat xieraq u validu maħruġ u approvat kif meħtieġ minn pajjiż terz, iżda li jkun għadu mhux approvat għar-rikonoxximent mill-Istat Membru konċernat sabiex jagħmlu xieraq għal servizz abbord vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu.
Għandha tinżamm disponibbli evidenza dokumentata li turi li l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ġiet ippreżentata lill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 20
Nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW
1. Minkejja l-kriterji speċifikati fl-Anness II, meta Stat Membru jqis li pajjiż terz rikonoxxut m’għadux jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, huwa għandu jgħarraf lill-Kummissjoni minnufih, filwaqt li jagħti raġunijiet issostanzjati għal dan.
Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 28(1).
2. Minkejja l-kriterji speċifikati fl-Anness II, meta l-Kummissjoni tikkunsidra li pajjiż terz rikonoxxut m’għadux jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, hija għandha tinnotifika lill-Istati Membri minnufih, filwaqt li tagħti raġunijiet sostanzjati għal dan.
Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tirriferi l-kwistjoni lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 28(1).
3. Meta Stat Membru jkun bi ħsiebu jirtira l-approvazzjonijiet taċ-ċertifikati kollha maħruġa minn pajjiż terz huwa għandu mingħajr dewmien jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar l-intenzjoni tiegħu, waqt li jagħti raġunijiet issostanzjati għal dan.
4. Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima, għandha tivvaluta mill-ġdid ir-rikonoxximent tal-pajjiż terz ikkonċernat sabiex tivverifika jekk dak il-pajjiż naqasx milli jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW.
5. Fejn ikun hemm indikazzjonijiet li stabbiliment partikolari ta’ taħriġ marittimu m’għadux jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-pajjiż ikkonċernat li r-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ dak il-pajjiż sejjer ikun rtirat fi żmien xahrejn kemm-il darba ma jitteħdux miżuri li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW.
6. Id-deċiżjoni dwar l-irtirar tar-rikonoxximent għandha tittieħed skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 28(2), fi żmien xahrejn mid-data tal-komunikazzjoni magħmula mill-Istat Membru.
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jimplimentaw id-deċiżjoni.
7. L-approvazzjonijiet li jaffermaw ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati, maħruġa skond l-Artikolu 5(6) qabel id-data li fiha d-deċiżjoni biex ikun irtirat ir-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi tkun ittieħdet, għandhom jibqgħu validi. Il-baħħara li jkollom tali approvazzjonijiet ma jistgħux jagħmlu pretensjoni għal approvazzjoni li tirikkonoxxi kwalifika ogħla, madankollu, ħlief jekk dak it-tkabbir fil-grad ikun ibbażat biss fuq esperjenza addizzjonali ta’ servizz fuq il-baħar.
Artikolu 21
Valutazzjoni mill-ġdid
1. Il-pajjiżi terzi li ġew rikonoxxuti skond il-proċedura msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 19(3), inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 19(6), għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid mill-Kummissjoni, bl-assistenza ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima, fuq bażi regolari u mill-inqas kull ħames snin biex jiġi vverifikat li jissoddisfaw il-kriterji rilevanti mniżżla fl-Anness II u jekk itteħdux il-miżuri xierqa biex jipprevjenu l-frodi fejn għandhom x’ jaqsmu ċ-ċertifikati.
2. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-kriterji ta’ prijorità għall-valutazzjoni ta’ pajjiżi terzi abbażi ta’ data dwar il-prestazzjoni pprovduta mill-kontroll tal-Istat tal-port skond l-Artikolu 23, kif ukoll l-informazzjoni relatata mar-rapporti ta’ l-evalwazzjonijiet indipendenti kkomunikati mill-pajjiżi terzi skond it-taqsima A-I/7 tal-Kodiċi STCW.
3. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri rapport dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni.
Artikolu 22
Kontroll tal-Istat tal-port
1. Irrispettivament mill-bandiera li jtajjar, kull vapur, bl-eċċezzjoni ta’ dawk it-tipi ta’ vapuri esklużi bl-Artikolu 2, għandu, waqt li jkun fil-portijiet ta’ Stat Membru, jkun soġġett għall-kontroll tal-Istat tal-port minn uffiċjali debitament awtorizzati minn dak l-Istat Membru sabiex jivverifikaw li l-baħħara kollha li jagħtu s-servizz tagħhom abbord li jkunu meħtieġa li jkunu ċċertifikati mill-Konvenzjoni STCW jkunu ċċertifikati b’dan il-mod jew ikollhom dispensi xierqa.
2. Meta jeżerċitaw kontroll tal-Istat tal-port skond din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet rilevanti u l-proċeduri kollha stabbiliti fid-Direttiva 95/21/KE.
Artikolu 23
Proċeduri ta’ kontroll tal-Istat tal-port
1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/21/KE, il-kontroll tal-Istat tal-port skond l-Artikolu 22 għandu jkun limitat għal li ġej:
(a) |
verifika li kull baħħar li jagħti s-servizz tiegħu abbord li għandu jkun iċċertifikat skond il-Konvenzjoni STCW ikollu fil-pussess tiegħu ċertifikat xieraq jew dispensa valida jew jipprovdi evidenza dokumentata li tkun ġiet ippreżentata għand l-awtoritajiet ta’ l-Istat tal-bandiera applikazzjoni għall-approvazzjoni li tiċċertifika r-rikonoxximent; |
(b) |
verifika li n-numri u ċ-ċertifikati tal-baħħara li jagħtu s-servizz tagħhom abbord huma skond ir-rekwiżiti ta’ tgħammir sikur ta’ l-awtoritajiet ta’ l-Istat tal-bandiera. |
2. Il-kapaċità tal-baħħara tal-vapur li jżommu standards ta’ għassa kif meħtieġ mill-Konvenzjoni STCW għandha tiġi vvalutata skond il-Parti A tal-Kodiċi STCW jekk ikun hemm raġunijiet ċari sabiex wieħed jaħseb li dawn l-istandards ma jkunux qegħdin jiġu osservati għax tkun ġrat waħda minn dawn li ġejjin:
(a) |
il-vapur kien involut f’ħabta jew inkalja; |
(b) |
kien hemm ħruġ ta’ sustanzi mill-vapur waqt il-vjaġġ, waqt l-ankraġġ jew fl-irmiġġ li jkun illegali skond konvenzjoni internazzjonali; |
(ċ) |
il-vapur ikun ġie immanuvrat b’mod erratiku jew perikoluż li bih il-miżuri tar-rotta adottati mill-IMO, jew il-prattiki u l-proċeduri ta’ navigazzjoni sikura ma jkunux ġew osservati; |
(d) |
il-vapur ikun qiegħed jitħaddem bi kwalunkwe mod ieħor li jkun ta’ periklu għan-nies, għall-proprjetà jew għall-ambjent; |
(e) |
ċertifikat ikun inkiseb bi frodi jew id-detentur taċ-ċertifikat ma jkunx l-istess persuna li għaliha jkun ġie oriġinarjament maħruġ dak iċ-ċertifikat; |
(f) |
il-vapur ikun qiegħed itajjar il-bandiera ta’ pajjiż li ma rratifikax il-Konvenzjoni STCW, jew għandu kaptan, uffiċjal jew baħri li jkollu ċertifikat maħruġ minn pajjiż terz li ma jkunx irratifika l-Konvenzjoni STCW. |
3. Minkejja l-verifika taċ-ċertifikat, il-valutazzjoni skond il-paragrafu 2 tista’ teħtieġ lill-baħħar biex juri l-kompetenza rilevanti fuq il-post tax-xogħol. Din it-turija tista’ tinkludi verifika li r-rekwiżiti ta’ tħaddim fir-rigward ta’ standards ta’ għassa jkunu ġew sodisfatti u li hemm tweġiba tajba għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fil-livell ta’ kompetenza tal-baħħar.
Artikolu 24
Detenzjoni
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/21/KE, id-defiċjenzi li ġejjin, sa fejn ikun ġie stabbilit mill-uffiċjal li jwettaq il-kontroll tal-Istat tal-port li huma ta’ periklu għall-persuni, għall-proprjetà jew għall-ambjent, għandhom ikunu l-uniċi raġunijiet skond din id-Direttiva li għalihom Stat Membru jista’ jżomm vapur:
(a) |
il-baħħara ma jkollhomx ċertifikati, ma jkollhomx ċertifikati xierqa, ma jkollhomx dispensi validi jew ma jipprovdux evidenza dokumentata li tkun saret applikazzjoni għal approvazzjoni li turi li r-rikonoxximent għand l-awtoritajiet ta’ l-Istat tal-bandiera; |
(b) |
in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ tgħammir sikur ta’ l-Istat tal-bandiera; |
(ċ) |
in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ l-arranġamenti ta’ l-għassa għan-navigazzjoni jew għall-inġinerija speċifikati għall-vapur mill-Istat tal-bandiera; |
(d) |
in-nuqqas f’għassa ta’ persuna kkwalifikata sabiex tħaddem tagħmir essenzjali għas-sikurezza tan-navigazzjoni, is-sikurezza tal-komunikazzjonijiet bir-radju jew il-prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar; |
(e) |
in-nuqqas milli tkun ipprovduta prova ta’ profiċjenza professjonali għax-xogħlijiet mogħtija lill-baħħara għas-sikurezza tal-vapur u l-prevenzjoni tat-tniġġis; |
(f) |
l-inabilità li jiġu pprovduti persuni għall-ewwel għassa fil-bidu tal-vjaġġ u għal għases sussegwenti li jidħlu minflokhom, li jkunu mistrieħa biżżejjed u għalhekk tajbin għax-xogħol. |
Artikolu 25
Monitoraġġ regolari tal-konformità
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 226 tat-Trattat, il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima, għandha tivverifika fuq bażi regolari u mill-inqas kull ħames snin li l-Istati Membri ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi stabbiliti b’din id-Direttiva.
Artikolu 26
Rapporti
1. Mhux aktar tard mill-14 ta’ Diċembru 2008 l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta’ evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, ibbażat fuq analiżi dettaljata u evalwazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW, l-implimentazzjoni tagħhom u l-ideat ġodda miksuba fir-rigward tal-korrelazzjoni bejn is-sikurezza u l-livell ta’ taħriġ ta’ l-ekwipaġġi tal-vapuri.
2. Mhux iktar tard mill-20 ta’ Ottubru 2010 l-Kumissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni imfassal abbażi ta’ l-informazzjoni miksuba skond l-Artikolu 25.
F’dan ir-rapport il-Kummissjoni għandha tanalizza l-konformità ta’ l-Istati Membri ma’ din id-Direttiva u, fejn meħtieġ, tagħmel proposti għal miżuri addizzjonali.
Artikolu 27
Emendar
1. Din id-Direttiva tista’ tiġi emendata mill-Kummissjoni sabiex tapplika, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, emendi sussegwenti għall-kodiċijiet internazzjonali msemmija fil-punti (16), (17), (18), (23) u (24) ta’ l-Artikolu 1 li jkunu daħlu fis-seħħ.
Din id-Direttiva tista’ ukoll tiġi emendata mill-Kummissjoni sabiex tapplika, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, kwalunkwe emenda rilevanti għal-leġislazzjoni Komunitarja.
Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(3).
2. Wara l-adozzjoni ta’ strumenti ġodda jew protokolli għall-Konvenzjoni STCW, il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi, billi jieħu f’konsiderazzjoni l-proċeduri parlamentari ta’ l-Istati Membri, kif ukoll il-proċeduri rilevanti fl-IMO dwar l-arranġamenti dettaljati biex jiġu rratifikati dawk l-istrumenti jew protokolli ġodda, waqt li jiżgura li jiġu applikati b’mod uniformi u simultanju fl-Istati Membri.
3. L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(16), (17), (18), (21), (22) u (24) jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru ta’ l-2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) (10).
Artikolu 28
Proċedura ta’ Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, skond l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu ta’ żmien imniżżel fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tmien ġimgħat.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b’konsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 29
Dispożizzjonijiet transitorji
Fejn skond l-Artikolu 12, Stat Membru joħroġ mill-ġdid jew jestendi l-validità ta’ ċertifikati li huwa orġinarjament ħareġ skond id-dispożizzjonijiet li kienu japplikaw qabel l-1 ta’ Frar 1997, l-Istat Membru jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jibdel il-limitazzjonijiet tat-tunnellaġġ li jidhru fuq iċ-ċertifikati oriġinali kif ġej:
(a) |
“200 tunnellata gross rreġistrati” tista’ tiġi mibdula bi “500 tunnellaġġ gross”; |
(b) |
“1 600 tunnellata gross rreġistrati” tista’ tiġi mibdula bi “3 000 tunnellaġġ gross”. |
Artikolu 30
Pieni
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistemi ta’ pieni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet adottati skond l-Artikoli 1, 3, 5, 7, 9 sa 15, 17, 18, 19, 22, 23, 24 u 29, u l-Annessi I u II, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jkunu implimentati. Il-pieni pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.
Artikolu 31
Komunikazzjoni
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet kollha li jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva.
Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri l-oħra bihom.
Artikolu 32
Tħassir
Id-Direttiva 2001/25/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness III, Parti A, hija mħassra, bla preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri relatati mal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 33
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 34
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, 19 ta’ Novembru 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J.-P. JOUYET
(1) ĠU C 151, 17.6.2008, p. 35.
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2008 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2008
(3) ĠU L 136, 18.5.2001, p. 17.
(4) Ara l-Anness III, Parti A.
(5) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
(9) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(10) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.
ANNESS I
REKWIŻITI TA’ TAĦRIĠ TAL-KONVENZJONI STCW, MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. |
Ir-Regolamenti msemmija f’dan l-Anness huma ssupplimentati bid-dispożizzjonijiet mandatorji li jinsabu fil-Parti A tal-Kodiċi STCW bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu VIII, ir-Regolament VIII/2. Kwalunkwe referenza għal rekwiżit f’Regolament tikkonstitwixxi wkoll referenza għat-taqsima korrispondenti tal-Parti A tal-Kodiċi STCW. |
2. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-baħħara jkollhom kapaċita’ lingwistika xierqa, kif definit fit-Taqsimiet A-II/1, A-III/1, A-IV/2 u A-II/4 tal-Kodiċi STCW sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet speċifiċi tagħhom fuq vapur li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru ospitanti. |
3. |
Il-Parti A tal-Kodiċi STCW fiha standards ta’ kompetenza meħtieġa sabiex jiġu murija mill-kandidati għall-ħruġ, u validazzjoni mill-ġdid ta’ ċertifikati ta’ kompetenza skond id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW. Biex tiġi ċċarata r-rabta bejn id-dispożizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni alternattiva tal-Kapitolu VII u d-dispożizzjonijiet tac-ċertifikazzjoni tal-Kapitoli II, III u IV, il-kapaċitajiet speċifikati fl-istandards ta’ kompetenza huma miġbura kif xieraq skond is-seba’ funzjonijiet li ġejjin:
fuq il-livelli ta’ responsabbilità segwenti:
Il-funzjonijiet u l-livelli ta’ responsabbiltà huma identifikati b’subtitolu fit-tabelli ta’ standards ta’ kompetenza mogħtija speċifikati fil-Kapitoli II, III u IV tal-Parti A tal-Kodiċi STCW. |
KAPITOLU II
DIPARTIMENT TAL-KAPTAN U TAL-GVERTA
Regolament II/1
Rekwiżiti minimi mandatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali fil-kariga ta’ għassa tan-navigazzjoni fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 500 jew aktar
1. |
Kull uffiċjal responsabbli mill-għassa tan-navigazzjoni li jagħti s-servizz tiegħu fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ gross ta’ 500 jew aktar għandu jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat xieraq. |
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
Regolament II/2
Rekwiżiti minimi mandatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kaptani u chief mates fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 500 jew aktar
Kaptan u chief mate fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 3 000 jew aktar
1. |
Kull kaptan u chief mate fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ ta’ 3 000 jew aktar għandu jkollu ċertifikat xieraq. |
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
Kaptan u chief mate fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ bejn 500 u 3 000
3. |
Kull kaptan u chief mate fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ bejn 500 u 3 000 tunnellaġġ gross għandu jkollu ċertifikat xieraq. |
4. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
Regolament II/3
Rekwiżiti minimi mandatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali fil-kariga ta’ għassa tan-navigazzjoni u kaptani fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 500
Vapuri mhux involuti fi vjaġġi qrib ix-xatt
1. |
Kull uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni li jagħti s-servizz tiegħu fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ gross inqas minn 500 li ma jkunx involut fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu jkollu ċertifikat xieraq għal vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ 500 jew aktar. |
2. |
Kull kaptan li jagħti s-servizz tiegħu fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 500 li ma jkunx involut fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu jkollu ċertifikat xieraq għal servizz bħala kaptan fuq vapuri ta’ tunnellaġġ gross ta’ bejn 500 u 3 000. |
Vapuri involuti fi vjaġġi qrib ix-xatt
Uffiċjal responsabbli mill-għassa tan-navigazzjoni
3. |
Kull uffiċjal responsabbli mill-għassa tan-navigazzjoni fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 500 involut fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu jkollu ċertifikat xieraq. |
4. |
Kull kandidat għal ċertifikazzjoni bħala uffiċjal responsabbli mill-għassa tan-navigazzjoni fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 500 involut fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu:
|
Kaptan
5. |
Kull kaptan li jagħti servizz fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ anqas minn 500 tunnellaġġ gross involut fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu jkollu ċertifikat xieraq. |
6. |
Kull kandidat għal ċertifikazzjoni bħala kaptan fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 500 involut fi vjaġġi qrib ix-xatt għandu:
|
7. |
Eżenzjonijiet L-Amministrazzjoni, jekk tikkunsidra li d-daqs tal-vapur u l-kondizzjonijiet tal-vjaġġi tiegħu ikunu tali li jagħmlu l-applikazzjoni tar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-regolament u tat-taqsima A-II/3 tal-kodiċi STCW mhux raġonevoli jew mhux prattiċi, tista’ għal dak il-għan teżenta lill-kaptan u lill-uffiċjal responsabbli mill-għassa tan-navigazzjoni fuq dan il-vapur jew klassi ta’ vapuri minn uħud mir-rekwiżiti, billi żżomm f’moħħha is-sikurezza tal-vapuri kollha li jistgħu jkunu qegħdin jaħdmu fl-istess ilmijiet. |
Regolament II/4
Rekwiżiti minimi mandatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ baħħara li jifformaw parti minn għassa tan-navigazzjoni
1. |
Kull baħri li jagħmel parti minn għassa tan-navigazzjoni fuq vapur ta’ tbaħħir ta’ tunnellaġġ gross ta’ 500 jew aktar, minbarra baħrin taħt taħriġ u baħrin li d-dmirijiet tagħhom waqt għassa jkunu ta’ natura bla sengħa, għandu jkun debitament iċċertifikat sabiex jaqdi dawn id-dmirijiet. |
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
3. |
Is-servizz fuq il-baħar, it-taħriġ u l-esperjenza meħtieġa bil-punti 2.2.1 u 2.2.2 għandhom jiġu assoċjati ma’ funzjonijiet ta’ għases tan-navigazzjoni u jinvolvu l-qadi tad-dmirijiet imwettqa taħt is-sorveljanza diretta tal-kaptan, l-uffiċjal responsabbli mill-għassa tan-navigazzjoni jew baħri ikkwalifikat. |
4. |
Il-baħħara jistgħu jiġu meqjusa minn Stat Membru li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament jekk huma jkunu taw servizz f’kapaċità rilevanti fid-dipartiment tal-gverta għal perijodu ta’ mhux inqas minn sena fi żmien l-aħħar ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni STCW għal dak l-Istat Membru. |
KAPITOLU III
DIPARTIMENT TAL-MAGNI
Regolament III/1
Rekwiżiti minimi mandatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali responsabbli mill-għassa ta’ l-inġinerija f’kamra tal-magni mgħammra jew inġiniera nominati f’kamra tal-magni perijodikament mhux mgħammra
1. |
Kull uffiċjal responsabbli mill-għassa ta’ l-inġinerija f’kamra tal-magni mgħammra jew uffiċjal ta’ l-inġinerija nominat f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra fuq vapur ta’ tbaħħir li jkollu makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa ta’ propulsjoni ta’ 750 kW jew aktar għandu jkollu ċertifikat xieraq. |
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
Regolament III/2
Rekwiżiti minimi mandatorji għal ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali kapijiet ta’ l-inġinerija u t-tieni uffiċjali ta’ l-inġinerija fuq vapuri li jaħdmu b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa ta’ propulsjoni ta’ 3 000 kW jew aktar
1. |
Kull uffiċjal kap ta’ l-inġinerija u t-tieni uffiċjal ta’ l-inġinerija fuq vapur ta’ tbaħħir li jaħdem b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa ta’ propulsjoni ta’ 3 000 kW jew aktar għandu jkollu ċertifikat xieraq. |
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
Regolament III/3
Rekwiżiti minimi mandatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali kapijiet ta’ l-inġinerija u t-tieni uffiċjali ta’ l-inġinerija fuq vapuri li jaħdmu b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa ta’ propulsjoni ta’ bejn 750 kW u 3 000 kW
1. |
Kull uffiċjal kap ta’ l-inġinerija u t-tieni uffiċjal ta’ l-inġinerija fuq vapur ta’ tbaħħir li jaħdem b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa ta’ propulsjoni ta’ bejn 750 kW u 3 000 kW għandu jkollu ċertifikat xieraq. |
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
3. |
Kull uffiċjal ta’ l-inġinerija li jkun ikkwalifikat biex iservi bħala t-tieni uffiċjal ta’ l-inġinerija fuq vapuri li jaħdmu b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa ta’ propulsjoni ta’ 3 000 kW jew aktar, jista’ jservi bħala uffiċjal kap ta’ l-inġinerija fuq vapuri li jaħdmu b’makkinarju ta’ propulsjoni prinċipali b’qawwa ta’ propulsjoni ta’ 3 000 kW, bil-kondizzjoni li jkun ta servizz fuq il-baħar approvat ta’ mhux inqas minn 12-il xahar bħala uffiċjal ta’ l-inġinerija f’pożizzjoni ta’ responsabbiltà u ċ-ċertifikat ikun hekk approvat. |
Regolament III/4
Rekwiżiti minimi mandatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ baħrin li jifformaw parti minn għassa f’kamra tal-magni mgħammra jew nominati sabiex jaqdu dmirijiethom f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra
1. |
Kull baħri li jagħmel parti minn għassa tal-kamra tal-magna jew nominat biex jaqdi dmirijiet f’kamra tal-magni perjodikament mgħammra fuq vapur ta’ tbaħħir li jaħdem b’makkinarju bi propulsjoni prinċipali b’qawwa ta’ propulsjoni ta’ 750 kW jew aktar, minbarra baħrin taħt taħriġ u baħħara li d-dmirijiet tagħhom ikunu ta’ natura bla sengħa, għandhom ikunu ċċertifikati kif jixraq biex jaqdu dawn id-dmirijiet. |
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
3. |
Is-servizz fuq il-baħar, it-taħriġ u l-esperjenza meħtieġa bil-punti 2.2.1 u 2.2.2 għandhom jiġu assoċjati ma’ funzjonijiet ta’ għases tal-kamra tal-magni u jinvolvu l-qadi tad-dmirijiet magħmula taħt is-sorveljanza diretta ta’ uffiċjal ta’ l-inġinerija kkwalifikat jew baħri kkwalifikat. |
4. |
Il-baħħara jistgħu jiġu kkunsidrati minn Stat Membru li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament jekk huma jkunu taw servizz f’kapaċità rilevanti fid-dipartiment tal-magni għal perijodu ta’ mhux inqas minn sena fi żmien l-aħħar ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni STCW għal dak l-Istat Membru. |
KAPITOLU IV
KOMUNIKAZZJONI BIR-RADJU U PERSUNAL TAR-RADJU
Nota ta’ spjegazzjoni
Id-dispożizzjonijiet mandatorji dwar l-għassa tar-radju huma stabbiliti fir-Regolamenti tar-Radju u fis-SOLAS 74, kif emendata. Id-dispożizzjonijiet għall-manutenzjoni tar-radju huma stabbiliti fis-SOLAS 74, kif emendata, u l-linji gwida adottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.
Regolament IV/1
Applikazzjoni
1. |
Minbarra kif previst fil-punt 2, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu japplikaw għall-persunal tar-radju fuq vapuri li jaħdmu fis-sistema marittima globali ta’ għajnuna u sikurezza (GMDSS) kif previst fis-SOLAS 74, kif emendata. |
2. |
Il-persunal tar-radju fuq vapuri li mhumiex meħtieġa li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-GMDSS fil-Kapitolu IV tas-SOLAS 74 mhumiex meħtieġa li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. Il-persunal tar-radju fuq dawn il-vapuri huwa, madankollu, meħtieġ li jikkonforma mar-Regolamenti tar-Radju. L-Amministrazzjoni għandha tiżgura li ċ-ċertifikati xierqa kif previst mir-Regolamenti tar-Radju jiġu maħruġa lil dan il-persunal tar-radju jew ikunu rikonoxxuti fir-rigward tiegħu. |
Regolament IV/2
Rekwiżiti minimi mandatorji għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal tar-radju tal-GMDSS
1. |
Kull persuna responsabbli minn jew li tkun qiegħda taqdi dmirijiet tar-radju fuq vapur meħtieġ li jipparteċipa fil-GMDSS għandu jkollha ċertifikat xieraq relatat mal-GMDSS, maħruġ jew rikonoxxut mill-Amministrazzjoni skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tar-Radju. |
2. |
Barra minn hekk, kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni skond dan ir-regolament għas-servizz fuq vapur li jkun meħtieġ mis-SOLAS 74, kif emendata, li jkollu installazzjoni tar-radju għandu:
|
KAPITOLU V
REKWIŻITI TA’ TAĦRIĠ SPEĊJALI GĦAL PERSUNAL FUQ ĊERTI TIPI TA’ VAPURI
Regolament V/1
Rekwiżiti minimi mandatorji għat-taħriġ u l-kwalifika ta’ kaptani, uffiċjali u baħrin fuq tankers
1. |
L-uffiċjali u l-baħrin mogħtija xogħlijiet u responsabbiltajiet speċjali relatati ma’ tagħbija u tagħmir tat-tagħbija fuq tankers għandhom ikunu temmew kors approvat dwar it-tifi tan-nar li jsir fuq ix-xatt kif ukoll it-taħriġ meħtieġ bir-Regolament VI/1 u għandhom ikunu temmew:
|
2. |
Il-kaptani, l-uffiċjali kapijiet ta’ l-inġinerija, iċ-chief mates, it-tieni uffiċjali ta’ l-inġinerija u kull persuna b’responsabbiltà immedjata għat-tagħbija, ħatt u kura fi tranżitu u ġarr tat-tagħbija għandhom, barra milli jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 1.1 jew 1.2, ikollhom:
|
3. |
Fi żmien sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni STCW għal Stat Membru, il-baħħara jistgħu jiġu kkunsidrati li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 2.2 jekk huma jkunu taw servizz f’kapaċità rilevanti fuq it-tip ta’ tanker ikkonċernat għal perjodu ta’ mhux anqas minn sena fil-ħames snin ta’ qabel. |
4. |
L-amministrazzjonijiet għandhom jiżguraw li jinħareġ ċertifikat xieraq lill-kaptani u uffiċjali, li jkunu kkwalifikati skond il-punti 1 jew 2 kif ikun xieraq, jew li ċertifikat eżistenti jiġi debitament approvat. Kull baħri li jkun ikkwalifikat b’dan il-mod għandu jkun debitament iċċertifikat. |
Regolament V/2
Rekwiżiti minimi mandatorji għat-taħriġ u l-kwalifika ta’ kaptani, uffiċjali, baħrin u persunal ieħor fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro
1. |
Dan ir-Regolament japplika għall-kaptani, l-uffiċjali, il-baħħara u persunal ieħor li jagħtu servizz fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro ingaġġati fuq vjaġġi internazzjonali. L-amministrazzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-applikabilità ta’ dawn ir-rekwiżiti lill-persunal li jagħti s-servizz tiegħu fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro fuq vjaġġi domestiċi. |
2. |
Qabel ma jiġu assenjati dmirijiet abbord vapuri tal-passiġġieri ro-ro, il-baħħara għandhom ikunu temmew it-taħriġ meħtieġ mil-punti 4 sa 8 skond il-kapaċitajiet, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom. |
3. |
Il-baħħara li jkunu meħtieġa li jkunu mħarrġin skond il-punti 4, 7 u 8 għandhom, f’intervalli ta’ mhux aktar minn ħames snin jagħmlu taħriġ ta’ tiġdid xieraq jew jiġu meħtieġa li jipprovdu evidenza li laħqu l-livell rekwizit ta’ kompetenza matul il-ħames snin ta’ qabel. |
4. |
Il-kaptani, l-uffiċjali u persunal ieħor nominati fuq listi ta’ l-ekwipaġġ biex jassistu passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandhom ikunu temmew taħriġ fit-tmexxija tal-folla kif speċifikat fit-taqsima A-V/2, paragrafu 1, tal-Kodiċi STCW. |
5. |
Il-kaptani, l-uffiċjali u persunal ieħor mogħtija dmirijiet u responsabbiltajiet speċifiċi abbord vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandhom ikunu temmew taħriġ ta’ familjarizzazzjoni kif speċifikat fit-taqsima A-V/2, paragrafu 2, tal-Kodiċi STCW. |
6. |
Il-persunal li jipprovdi servizz dirett lil passiġġieri fi spazji tal-passiġġieri abbord vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandu jkun temm taħriġ ta’ sikurezza speċifikat fit-taqsima A-V/2, paragrafu 3, tal-Kodiċi STCW. |
7. |
Il-kaptani, iċ-chief mates, l-uffiċjali kapijiet ta’ l-inġinerija, it-tieni uffiċjali ta’ l-inġinerija u kull persuna assenjata responsabbiltà immedjata għat-tlugħ u l-inżul tal-passiġġieri, it-tagħbija, il-ħatt jew l-irbit tat-tagħbija, jew li jagħlqu l-fetħiet tal-buq abbord vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandhom ikunu temmew taħriġ approvat dwar is-sikurezza tal-passiġġieri, is-sikurezza tat-tagħbija u l-integrità tal-buq kif speċifikat fit-taqsima A-V/2, paragrafu 4, tal-Kodiċi STCW. |
8. |
Il-kaptani, iċ-chief mates, l-uffiċjali kapijiet ta’ l-inġinerija, it-tieni uffiċjali ta’ l-inġinerija u kull persuna li għandha responsabbiltà għas-sikurezza tal-passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fuq vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandhom ikunu temmew taħriġ approvat dwar ġestjoni ta’ kriżijiet u mġieba tal-bniedem kif speċifikat fit-taqsima A-V/2, paragrafu 5, tal-Kodiċi STCW. |
9. |
L-amministrazzjonijiet għandhom jiżguraw li tinħareġ evidenza dokumentata tat-taħriġ mitmum lil kull persuna li tkun ikkwalifikata skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. |
Regolament V/3
Rekwiżiti minimi mandatorji għat-taħriġ u l-kwalifika ta’ kaptani, uffiċjali, baħrin u persunal ieħor fuq vapuri tal-passiġġieri minbarra vapuri tal-passiġġieri ro-ro
1. |
Dan ir-Regolament japplika għall-kaptani, l-uffiċjali, il-baħrin u persunal ieħor li jagħtu servizz fuq vapuri tal-passiġġieri minbarra vapuri tal-passiġġieri ro-ro, impenjati fi vjaġġi internazzjonali. L-amministrazzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-applikabilità ta’ dawn ir-rekwiżiti lill-persunal li jagħti s-servizz tiegħu fuq vapuri tal-passiġġieri impenjati fi vjaġġi domestiċi. |
2. |
Qabel ma jiġu assenjati dmirijiet fuq il-vapur abbord vapuri tal-passiġġieri, il-baħħara għandhom ikunu temmew it-taħriġ meħtieġ mil-punti 4 sa 8 skond il-kapaċità, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom. |
3. |
Il-baħħara li jkunu meħtieġa li jkunu mħarrġin skond il-punti 4, 7 u 8 għandhom, f’intervalli ta’ mhux aktar minn ħames snin, jagħmlu taħriġ ta’ tiġdid jew xieraqjew jiġu meħtieġa li jipprovdu evidenza li laħqu l-livell meħtieġ ta’ kompetenza matul il-ħames snin ta’ qabel. |
4. |
Il-persunal indikat fuq listi ta’ l-ekwipaġġ biex jassistu passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fuq vapuri tal-passiġġieri għandhom ikunu temmew taħriġ fit-tmexxija tal-folla kif speċifikat fit-taqsima A-V/3, paragrafu 1, tal-Kodiċi STCW. |
5. |
Il-kaptani, l-uffiċjali u persunal ieħor mogħtija dmirijiet u responsabbiltajiet speċifiċi fuq vapuri tal-passiġġieri għandhom ikunu temmew taħriġ ta’ familjarizzazzjoni kif speċifikat fit-taqsima A-V/3, paragrafu 2, tal-Kodiċi STCW. |
6. |
Il-persunal li jipprovdi servizz dirett lil passiġġieri fi spazji tal-passiġġiera abbord vapuri tal-passiġġieri għandu jkun temm taħriġ ta’ sikurezza speċifikat fit-taqsima A-V/3, paragrafu 3, tal-Kodiċi STCW. |
7. |
Il-kaptani, iċ-chief mates, u kull persuna assenjata responsabbiltà immedjata għat-tlugħ u l-inżul tal-passiġġieri, għandhom ikunu temmew taħriġ approvat dwar is-sikurezza tal-passiġġieri, kif speċifikat fit-taqsima A-V/2, paragrafu 4, tal-Kodiċi STCW. |
8. |
Il-kaptani, iċ-chief mates, l-uffiċjali kapijiet ta’ l-inġinerija, it-tieni uffiċjali ta’ l-inġinerija u kull persuna li għandha responsabbiltà għas-sikurezza tal-passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fuq vapuri tal-passiġġieri għandhom ikunu temmew taħriġ approvat dwar ġestjoni ta’ kriżijiet u mġieba tal-bniedem kif speċifikat fit-taqsima A-V/3, paragrafu 5, tal-Kodiċi STCW. |
9. |
L-amministrazzjonijiet għandhom jiżguraw li tinħareġ evidenza dokumentata tat-taħriġ mitmum għal kull persuna li tkun ikkwalifikata taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. |
KAPITOLU VI
FUNZJONIJIET TA’ EMERĠENZA, SIKUREZZA TAX-XOGĦOL, KURA MEDIKA U SOPRAVIVENZA
Regolament VI/1
Rekwiżiti minimi mandatorji għall-familjarizzazzjoni, taħriġ bażiku ta’ sikurezza u istruzzjoni għall-baħħara kollha
Il-baħħara għandhom jirċievu familjarizzazzjoni u taħriġ bażiku jew istruzzjonijiet bażiċi dwar is-sikurezza skond it-taqsima A-VI/1 tal-Kodiċi STCW u għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza xieraq speċifikat fih.
Regolament VI/2
Rekwiżiti minimi mandatorji għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ profiċjenza f’dgħajjes ta’ sopravivenza, dgħajjes tas-salvataġġ u dgħajjes veloċi tas-salvataġġ
1. |
Kull kandidat għal ċertifikat ta’ profiċjenza f’dgħajjes ta’ sopravivenza u dgħajjes tas-salvataġġ minbarra dgħajjes veloċi tas-salvataġġ għandu:
|
2. |
Kull kandidat għal ċertifikat ta’ profiċjenza f’dgħajjes ta’ salvataġġ veloċi għandu:
|
Regolament VI/3
Rekwiżiti minimi mandatorji għat-taħriġ fit-tifi tan-nar avvanzat
1. |
Il-baħħara nominati biex jikkontrollaw ħidmiet ta’ tifi tan-nar għandhom ikunu temmew b’suċċess taħriġ avvanzat f’metodi ta’ teknika għat-tifi tan-nar b’enfasi partikolari fuq l-organizzazzjoni, it-tattiċi u l-kmand skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima A-VI/3 tal-Kodiċi STCW u għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fih. |
2. |
Fejn it-taħriġ fit-tifi tan-nar avvanzat ma jkunx inkluż fil-kwalifiki għaċ-ċertifikat li għandu jinħareġ, għandu jiġi maħruġ ċertifikat speċjali jew evidenza dokumentata, skond kif ikun xieraq, li tindika li d-detentur attenda l-kors ta’ taħriġ fit-tifi tan-nar avvanzat. |
Regolament VI/4
Rekwiżiti minimi mandatorji fir-rigward ta’ l-ewwel għajnuna u l-kura medika
1. |
Il-baħħara maħtura sabiex jipprovdu l-ewwel għajnuna medika abbord vapur għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza fl-ewwel għajnuna medika fit-taqsima A-VI/4, paragrafi 1, 2 u 3, tal-Kodiċi STCW. |
2. |
Il-baħħara nominati sabiex ikunu responsabbli mill-kura medika abbord vapur għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza fil-kura medika fit-taqsima A-VI/4, paragrafi 4, 5 u 6, tal-Kodiċi STCW. |
3. |
Fejn it-taħriġ fl-ewwel għajnuna medika jew fil-kura medika ma jkunx inkluż fil-kwalifiki għaċ-ċertifikat li għandu jinħareġ, għandu jiġi maħruġ ċertifikat speċjali jew għandha tingħata evidenza bil-miktub, skond kif ikun jixraq, li tindika li d-detentur attenda kors ta’ taħriġ fl-ewwel għajnuna medika jew fil-kura medika. |
KAPITOLU VII
ĊERTIFIKAZZJONI ALTERNATTIVA
Regolament VII/1
Ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi
1. |
Minkejja r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fil-Kapitoli II u III ta’ dan l-Anness, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li joħorġu jew jawtorizzaw il-ħruġ ta’ ċertifikati minbarra dawk msemmija fir-regolamenti ta’ dawk il-kapitoli, bil-kondizzjoni li:
|
2. |
L-ebda ċertifikat m’għandu jiġi maħruġ skond dan il-kapitolu sakemm l-Istat Membru ma jkunx ikkomunika l-informazzjoni meħtieġa mill-Konvenzjoni STCW lill-Kummissjoni. |
Regolament VII/2
Ċertifikazzjoni tal-baħħara
Kull baħħar li jaqdi xi funzjoni jew grupp ta’ funzjonijiet speċifikati fit-tabelli A-II/1, A-II/2, A-II/3 jew A-II/4 tal-Kapitolu II jew fit-tabelli A-III/1, A-III/2, A-III/4 tal-Kapitolu III jew A-IV/2 tal- Kapitolu IV tal-Kodiċi STCW, għandu jkun id-detentur ta’ ċertifikat xieraq.
Regolament VII/3
Prinċipji li jirregolaw il-ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi
1. |
Stat Membru li jiddeċiedi li joħroġ jew jawtorizza l-ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi għandu jiżgura li jiġu osservati l-prinċipji li ġejjin:
|
2. |
Il-prinċipju ta’ l-interkambjabbiltà fil-punt 1 għandu jiżgura li:
|
3. |
Fil-ħruġ ta’ kwalunkwe ċertifikat skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu għandhom jiġu kkunsidrati l-prinċipji li ġejjin:
|
4. |
Il-prinċipji fil-punti 1 u 2 għandhom jiżguraw li l-kompetenza kemm ta’ l-uffiċjali tal-gverta kif ukoll ta’ l-ufficjali ta’ l-inġinerija tkun miżmuma. |
ANNESS II
KRITERJI GĦAR-RIKONOXXIMENT TA’ PAJJIŻI TERZI LI ĦARĠU ĊERTIFIKAT JEW LI TAĦT L-AWTORITÀ TAGĦHOM INĦAREĠ XI ĊERTIFIKAT, IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 19(2)
1. |
Il-pajjiż terz għandu jkun Parti għall-Konvenzjoni STCW. |
2. |
Il-pajjiż terz għandu jkun ġie identifikat mill-Kumitat tas-Sikurezza Marittima bħala wieħed li jkun wera li jkun attwa kompletament id-disposizzjonijiet kollha tal-Konvenzjoni STCW. |
3. |
Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima u bl-involviment possibbli ta’ Stat Membru kkonċernat, għandha tkun ikkonfermat, permezz tal-miżuri meħtieġa kollha, li jistgħu jinkludu l-ispezzjoni ta’ faċilitajiet u proċeduri, li r-rekwiżiti dwar l-istandard ta’ kompetenzi, il-ħruġ u l-approvazzjoni ta’ ċertifikati u ż-żamma ta’ reġistri huma mħarsa bis-sħiħ, u li ġiet stabbilita sistema ta’ standards ta’ kwalità skond ir-Regolament I/8 tal-Konvenzjoni STCW. |
4. |
L-Istat Membru huwa fil-proċess li jilħaq ftehim dwar impenn mal-pajjiż terz ikkonċernat li notifika tingħata minnufih ta’ kwalunkwe bidla sinifikanti fl-arranġamenti għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni pprovduti skond il-Konvenzjoni STCW. |
5. |
L-Istat Membru daħħal miżuri biex jassigura li baħħara li jippreżentaw ċertifikati ta’ rikonoxximent għal dmirijiet f’livell ta’ ġestjoni jkollhom għarfien xieraq tal-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru fejn jikkonċernaw id-dmirijiet li huma għandhom permess iwettqu. |
6. |
Jekk Stat Membru jixtieq jissupplementa l-valutazzjoni ta’ konformità ta’ xi pajjiż terz billi jevalwa ċerti istituzzjonijiet ta’ taħriġ marittimu, għandu jipproċedi skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima A-I/6 tal-Kodiċi STCW. |
ANNESS III
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 32)
Direttiva 2001/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
l-Artikolu 11 biss |
Direttiva 2003/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2005/23/KE |
|
Direttiva 2005/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
l-Artikolu 4 biss |
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 32)
Direttiva |
Skadenza għat-trasposizzjoni |
2002/84/KE |
fit-23 ta’ Novembru 2003. |
2003/103/KE |
fl-14 ta’ Mejju 2005. |
2005/23/KE |
fid-29 ta’ Settembru 2005. |
2005/45/KE |
fl-20 ta’ Ottubru 2007. |
ANNESS IV
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Direttiva 2001/25/KE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2, kliem introduttorji |
Artikolu 2, kliem introduttorji |
Artikolu 2, l-ewwel sar-raba’ inċiż |
Artikolu 2(a) sa (d) |
Artikoli 3 sa 7 |
Artikoli 3 sa 7 |
Artikolu 7a |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 (1) kliem introduttorji |
Artikolu 10(1) l-ewwel subparagarfu kliem introduttorji |
Artikolu 9 (1)(a) u (b) |
Artikolu 10(1) l-ewwel subparagrafu (a) u (b) |
Artikolu 9(1)(c) l-ewwel sentenza |
Artikolu 10(1) l-ewwel subparagrafu (c) |
Artikolu 9(1)(c) it-tieni sentenza |
Artiklu 10(1) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 9(1)(d) |
Artikllu 10(1) l-ewwel subpargrafu (d) |
Artikolu 9(2) u (3) |
Artikolu 10(2) u (3) |
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
Artikolu 12 |
Artikolu 12 |
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
Artikolu 15 |
Artikolu 16 |
Artikolu 16(1), frażi introduttorja |
Artikolu 17(1), frażi introduttorja |
Artikolu 16(1), l-ewwel sar-raba’ inċiż |
Artikolu 17(1)(a) sa (d) |
Artikolu 16(2) formulazzjoni introduttorja |
Artiklu 17(2) formulazzjoni introduttorja |
Artikolu 16(2)(a)(1) u (2) |
Artikolu 17(2)(a)(i) u (ii) |
Artikolu 16(2)(b) u (c) |
Artikolu 17(2)(b) u (c) |
Artikolu 16(2)(d) (1) u (2) |
Artikolu 17 (2)(d) (i) u (ii) |
Artikolu 16(2)(d)(3)(i) u (ii) |
Artikolu 17(2)(d)(iii) l-ewwel u t-tieni inċiż |
Artikolu 16(2) (e) |
Artikolu 17(2)(e) |
Artikolu 16(2)(f) (1) sa (5) |
Artikolu 17(2)(f) (i) sa (v) |
Artikolu 16(2) (g) |
Artikolu 17(2)(g) |
Artikolu 17 |
Artikolu 18 |
Artikolu 18(1) u (2) |
– |
Artikolu 18(3) frażi introduttorja |
Artikolu 19(1) |
Artikolu 18(3)(a) |
Artikolu 19(2) |
Artikolu 18(3)(b) |
Artikolu 19(3) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 18(3)(c) |
Artikolu 19(3) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 18(3)(d) |
Artikolu 19(4) |
Artikolu 18(3)(e) |
Artikolu 19(5) |
Artikolu 18(3)(f) |
Artikolu 19(6) |
Artikolu 18(4) |
Artikolu 19(7) |
Artikolu 18a(1) l-ewwel u t-tieni sentenza |
Artikolu 20(1) l-ewwel u t-tieni subparagrafu |
Artikolu 18a(2) l-ewwel u t-tieni sentenza |
Artikolu 20(1) l-ewwel u t-tieni subpargrafu |
Artikolu 18a(3) sa (5) |
Artikolu 20(3) sa (5) |
Artikolu 18a(6) l-ewwel u t-tieni sentenza |
Artikolu 20(6) l-ewwel u t-tieni subparagrafu |
Artikolu 18a(7) |
Artikolu 20(7) |
Artikolu 18b |
Artikolu 21 |
Artikolu 19 |
Artikolu 22 |
Artikolu 20(1), kliem introduttorji |
Artikolu 23(1), kliem introduttorji |
Artikolu 20(1), l-ewwel u t-tieni inċiż |
Artikolu 23(1)(a) u (b) |
Artikolu 20(2), kliem introduttorji |
Artikolu 23(2), kliem introduttorji |
Artikolu 20(2), l-ewwel sas-sitt inċiż |
Artikolu 23(2)(a) sa (f) |
Artikolu 20(3) |
Artikolu 23(3) |
Artikolu 21 |
Artikolu 24 |
Artikolu 21a |
Artikolu 25 |
– |
Artikolu 26(1) |
Artikolu 21b l-ewwel sentenza |
Artikolu 26(2) l-ewwel subparagrafu |
Artiklu 21b it-tieni sentenza |
Artikolu 26(2) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 22(1) l-ewwel sentenza |
Artikolu 27(1) l-ewwel subpargrafu |
Artiklu 22(1) it-tieni sentenza |
Artikolu 27(1) it-tieni subpargrafu |
– |
Artikolu 27(1) it-tielet subparagrafu |
Artiklu 22(3) u (4) |
Artiklu 27(2) u (3) |
Artikolu 23(1) u (2) |
Artikolu 28(1) u (2) |
– |
Artikolu 28(3) |
Artikolu 23(3) |
– |
Artikolu 24(1) u (2) |
– |
Artikolu 24(3) (1) u (2) |
Artikolu 29(a) u (b) |
Artikolu 25 |
Artikolu 30 |
Artikolu 26 l-ewwel sentenza |
Artikolu 31 l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 26 it-tieni sentenza |
Artikolu 31 it-tieni subparagrafu |
Artikolu 27 |
Artikolu 32 |
Artikolu 28 |
Artikolu 33 |
Artikolu 29 |
Artikolu 34 |
Anness I u II |
Anness I u II |
Anness III |
– |
Anness IV |
– |
– |
Anness III |
– |
Anness IV |