EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0648

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-25 ta’ Ġunju 2002 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja

ĠU L 213, 9.8.2002, p. 29–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/648/oj

Related international agreement

32002D0648



Official Journal L 213 , 09/08/2002 P. 0029 - 0029


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-25 ta’ Ġunju 2002

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja

(2002/648/KE)

IL-KUNSILL TA’L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 170, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) L-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomica Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Indja dwar l-Isħubija u l-Iżvilupp ġie iffirmat fl-20 ta’ Diċembru 1993 [3].

(2) Il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Indja qegħdin isegwu programmi speċifiċi tar-RTD f’żoni ta’ interess komuni.

(3) Fuq il-bażi ta’ esperjenza ta’ l-imgħoddi, iż-żewġ naħat esprimew ix-xewqa li jistabilixxu qafas aktar profond u miftuħ għat-tmexxija ta’ kollaborazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija.

(4) Dan il-ftehim ta’ kooperazzjoni fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija jifforma parti mill-kooperazzjoni globali bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Indja.

(5) Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tat-12 ta’ Frar 2001, il-Kunsill awtorizza l-Kummissjoni sabiex tinnegozja ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità u r-Repubblika ta’ l-Indja.

(6) Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-15 ta’ Novembru 2001, il-Kunsill iddeċieda li l-Ftehim għandu jkun iffirmat għar-rigward tal-Komunità Ewropea.

(7) Il-Ftehim ġie iffimat fit-23 ta’ Novembru 2001.

(8) Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta’ kooperazzjoni fix-xjenza u teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja hu hawnhekk approvat għar-rigward tal-Komunità.

It-test ta’ dan il-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Skond l-Artikolu 11 tal-Ftehim, il-Presiden tal-Kunsill għandu jinnotifika lir-Repubblika ta’ l-Indja li l-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ġew kompluti għar-rigward tal-Komunità Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, It-25 ta’ Ġunju 2002.

F’isem il-Kunsill

Il-President

J. Matas I Palou

[1] ĠU C 304 E, 30.10.2001, p. 241.

[2] Opinjoni kkonsenjata fl-14 ta’ Mejju 2002 (għad mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 223, 27.08.1994, p. 23.

--------------------------------------------------

Top