EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R1150

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000 tat-22 ta' Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet

ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32014R0609

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/1150/oj

32000R1150



Official Journal L 130 , 31/05/2000 P. 0001 - 0012


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000

tat-22 ta' Mejju 2000

li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 279 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 183 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KEE, Euratom tal-31 t'Ottubru 1994 dwar is-sistema tar-riżorsi tal-Komunità innifisha [1], u partikolarment l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri [3],

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89 tad-29 ta' Mejju 1989 li jimplimenta d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom propriji tal-Komunitajiet [4] kien ġie ta' spiss u sostanzjalment emendat [5]. Għal raġunijiet ta' kjarezza u razzjonalita‘ l-imsemmi Regolament għandu għalhekk ikun ikkodifikat.

(2) Billi l-Komunità għandu jkollha r-riżorsi tagħha proprji li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 tad- Deċiżjoni 94/728/KEE, Euratom disponibbli bl-aħjar kondizzjonijiet possibli u għalhekk arranġamenti addizjonali għandhom ikunu preskritti għall-Istati li jipprovdu lill-Kummissjoni bir-riżorsi tagħha proprji allokati lill-Komunitajiet.

(3) Tradizzjonalment ir-riżorsi tagħha proprji huma miġbura mill-Istati Membri skond il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li huma, fejn meħtieġ, adattati għal ħtiġiet tar-regolamenti tal-Komunità. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja dawn l-adattamenti u, fejn xieraq, tagħmel proposti.

(4) Billi l-Kunsill u r-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fil-Kunsill, adottataw riżoluzzjoni fit-13 ta' Novembru 1991 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità [6];

(5) Il-kunċett ta' amministrazzjoni għandu jkun definit f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi tagħha proprji u regoli dettaljati għandhom ikunu preskritti biex jissodisfaw l-obbligi ħalli jkunu stabbiliti r-riżorsi tagħha proprji li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(1)(a) u (b) ta' Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom.

(6) Billi għar-riżorsi tagħha proprji li joriġinaw minn imposti fuq iz-zokkor, li jenħtieġ li jkunu rkuprati fl-estimi tas-sena li jikkorespondu mas-sena tas-suq li dwarha tirrelata l-ispiża, għandha ssir dispożizzjoni għall-Istati Membri biex jgħamlu dawk l-imposti disponibbli lill-Komunità matul is-sena ta' l-estimi li biha huma stabbiliti.

(7) It-trasparenza għas-sistema tar-riżorsi tagħha proprji għandha tkun imtejba u aktar informazzjoni ipprovduta mill-awtorità tal-budget.

(8) L-Istati Membri għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u, fejn meħtieġ, jgħaddulha d-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa ħalli hi tkun tista' teżerċita l-poteri mgħotija lilha f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet.

(9) Billi l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għal ġbir tar-riżorsi tagħhom proprji għandhom ikunu jistgħu jipproduċu lill-Kummissjoni fil-waqt kollu d-dokumenti li jissostanzjaw ir-riżorsi tagħhom proprji miġbura.

(10) L-arranġamenti li bihom l-Istati Membru jwasslu rapporti lill-Kummissjoni, għandu jagħmilha possibbli biex din ta' l-aħħar tissorvelja l-azzjoni ta' l-Istati Membri li jirkupraw ir-riżorsi tagħha, partikolarment f'każi ta' frodi u irregolaritajiet.

(11) Kontijiet separati għandhom jinżammu għal intitolamenti li ma jkunux ġew irkuprati. Dawn il-kontijiet u s-sottomissjoni ta' stqarrija ta' kull tliett xhur ta' dawn il-kontijiet għandhom jiffaċilitaw lill-Kummissjoni biex tissorvelja aktar mill-qrib l-azzjoni meħudha minn Stati Membri biex jiġbru r-riżorsi tagħha, u partikolarment dawk kompromessi bi frodi jew irregolaritajiet.

(12) Għandu jkun preskritt limitu ta' żmien għal relazzjonijiet bejn Stati Membri u l-Kummissjoni, ladarba l-intitolamenti ġodda stabbiliti minn Stati Membri f'dak li għandu x'jaqsam ma' snin bikrija huma meqjusa li jkunu stabbilimenti għas-sena kurrenti.

(13) Għandha ssir dispożizzjoni, f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi tagħha proprji li jakkumulaw mit-taxxa fuq il-valur miżjud, minn hawn ‘il quddiem imsejħa "riżorsi tal-VAT", li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Deċiżjoni 94/728/KEE, Euratom, biex Stati Membri jagħmlu disponibbli lill-Komunità, fil-għamla regolari ta' kull xhar ta' wieħed minn tnax, tar-riżorsi tagħha proprji mdaħħla fil-budget u sussegwentament li jaġġustaw l-ammonti li jkunu disponibbli skond il-bażi attwali tar-riżorsi tal-VAT malli dawn ikunu magħrufa bis-sħiħ.

(14) Din il-proċedura għandha wkoll tkun applikabbli għal riżorsi addizzjonali li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 2(1)(d) ta' l-imsemmija Deċiżjoni, li minn hawn ‘il quddiem huma msemmija bħala "riżorsi addizzjonali", maħluqa bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom tat-13 ta' Frar 1989 dwar l-armonizzazzjoni tal-kalkoli tal-prodott gross nazzjonali fil-prezzijiet tas-suq [7].

(15) Ir-riżorsi tagħha proprji għandhom ikunu disponibbli fil-għamla ta' dħul fl-ammonti dovuti f'kont miftuħ għal dan il-għan f'isem il-Kummissjoni mat-Teżor jew ma' korp maħtur minn kull Stat Membru. Biex ikunu ristretti l-movimenti tal-fondi għal dak li huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-budget, il-Komunità għandha tillimita lilha nnifisħa għal ġbid mill-kontijiet imsemija hawn fuq biss biex tkopri l-ħtiġiet tal-flus tal-Kummissjoni.

(16) Il-pagament ta' l-għajnuna li tirriżulta mill-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1765/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 li jistabbilixxi sistema ta' sostenn għal proċeduri ta' ċerti prodotti agrikoli li jinżergħu [8], huwa prinċipalment ikkonċentrat fix-xhur tal-bidu tas-sena; billi l-Kummissjonu għandha jkollha riżorsi ta' flus biżżejjed biex tagħmel dan il-pagament.

(17) Deċiżjoni tal-Kunsill 94/729/KE tal-31 t'Ottubru 1994 li tirrigwarda d-dixxiplina tal-budget [9] tipprovdi għal dħul fil-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea ta' riserva li għandha x'taqsam mas-self tal-Komunità u garanziji ta' self lill-pajjiżi li mhumiex membri u f'dawk il-pajjiżi, riserva għal għajnuna ta' emerġenza. jeħtieġu li jsiru emendi biex ikopru d-dħul tar-riżorsi tagħha proprji li għandhom x'jaqsmu ma' dawn ir-riservi.

(18) Biex ikun assigurat li l-budget tal-Komunità jkun iffinanzjat fiċ-ċirkostanzi kollha, għandha tkun preskritta l-proċedura għal biex ikunu disponibbli l-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq il-prodott gross domestiku, minn dawn ‘il quddiem msemmi bħala l-"kontribuzjonijiet finanzjarji GNP", msemm ija fl-Artikolu 2(7) tad- Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom.

(19) Għandu jkun definit il-bilanċ li għandu jinġarr il-quddiem lejn is-sena finanzjarja ta' wara.

(20) L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki u inkjesti li għandhom x'jaqsmu mat-twaqqif u li jkunu disponibbli r-riżorsi tagħha proprji. Il-Kummissjoni għandha teżerċita l-poteri tagħha skond dan ir-Regolament. Il-poteri tal-Kummissjoni għandhom ikunu stipulati f'dak li għandu x'jaqsam ma' miżuri ta' spezzjoni dwar ir-riżorsi addizzjonali.

(21) Kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-applikazzjoni xierqa tar-regoli finanzjarji li għandhom x'jaqsmu mar-riżorsi tagħha,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Ir-riżorsi tagħha proprji tal-Komunità li hemm dispożizzjoni dwarhom fid-Direttiva 94/728/KE, Euratom, minn hawn ‘il quddiem msemmija bħala "ir-riżorsi tagħha propriji" għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni u ispezjonati kif speċifikat f'dan ir-Regolament, mingħajr preġudizju għar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 [10] u d-Direttiva 89/130/KEE, Euratom.

Artikolu 2

1. Għall-iskop li jkun applikat dan ir-Regolament, l-intitolament tal-Komunità għar-riżorsi tagħha proprji msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (b) tad-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom għandhom ikunu stabbiliti malli l-kondizzjonijiet li hemm dispożizzjoni dwarhom bir-regolamenti tad-dwana jkunu twettqu rigward id-dħul għall-intitolament fil-kontijiet u n-notifikazzjoni tad-debitur.

2. Id-data tat-twaqqif li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 għandu tkun id-data tad-dħul fil-kotba tal-kontijiet li hemm dispożizzjoni dwarhom fir-regolament doganali.

F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-imposti u taxxi oħra konnessi ma' l-organizzazzjoni komuni għas-suq taz-zokkor, id-data tat-twaqqif li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha tkun id-data tan-notifika permezz tar-regolamenti taz-zokkor.

Jekk għal dik in-notifika ma jkunx hemm dispożizzjoni espliċita dwarha, id-data għandha tkun id-data tat-twaqqif mill-Istati Membri tal-ammonti dovuti mid-debituri, fejn meħtieġ bħala pagament bil-quddiem jew pagament tal-bilanċ.

3. F'każijiet fejn m'hemmx qbil, l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti għandhom jitqiesu, għall-iskopijiet ttat-twaqqif li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1, ikunu f'qagħa li jikkalkulaw l-ammont ta' l-intitolament mhux aktar tard minn meta l-ewwel deċiżjoni amministrattiva tkun meħudha li tinnotifika lid-debitur bid-dejn jew meta proċedimenti ġudizzjarji jkunu mressqa meta dan iseħħ l-ewwel.

Id-data tat-twaqqif li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha tkun id-data tad-deċiżjoni jew tal-kalkolu li għandha ssir wara li jkun bdew il-proċeduri ġudizzjarji msemmija hawn fuq.

4. Il-paragrafu 1 għandu jkun applikabbli meta notifika għandha tkun ikkorreġuta.

Artikolu 3

Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jassiguraw li d-dokumenti ta'sostenn li jirrigwardaw it-twaqqif u biex jagħmlu disponibbli r-riżorsi tagħha, li jinżammu mill-anqas għal tliet snin kalendarji, li jibdew jgħoddu mit-tmiem tas-sena li għaliha dawn id-dokumenti ta' sostenn jirreferu.

Id-dokumenti ta' sostenn li għandhom x'jaqsmu ma' proċeduri statistiċi u l-bażi li hemm referenza dwarhom fl-Artikoli 4 u 5 ta' Direttiva 89/130/KEE, Euratom għandhom jinżammu mill-Istati Membri sat-30 ta' Settembru tar-raba' sena wara s-sena finanzjarja f'dak il-każ. Id-dokumenti ta' sostenn li għandhom x'jaqsmu mar-riżorsi tal-VAT għandhom jinżammu għall-istess perijodu.

Jekk il-verifika bis-saħħa ta' l-Artikoli 18 u 19 ta' dan ir-Regolament jew ta' l-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-dokumenti ta' sostenn li hemm referenza għalihom fl-ewwel u t-tieni paragrafi juru li korrezjoni hija meħtieġa, dawn għandhom jinżammu aktar mil-limitu ta' żmien li hemm dispożizzjoni dwaru fl-ewwel paragrafu għal perijodu suffiċjenti biex jippermettu li ssir il-korrezzjoni u li tkun sorveljata.

Artikolu 4

1. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni:

(a) bl-ismijiet tad-dipartimenti jew aġenziji responsabbli għat-twaqqif, il-ġbir, biex jagħmlu disponibbli u biex jikkontrollaw ir-riżorsi tagħha proprji u d-dispożizzjonijiet bażiċi li għandhom x'jaqsmu mar-rwol u l-operat ta' dawk id-dipartimenti u aġenziji;

(b) id-dispożizzjonijiet ġenerali preskritti bil-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva u dawk li għandhom x'jaqsmu tal-proċedura tal-kontijiet li tikkonċerna it-twaqqif, il-ġbir, li jagħmlu disponibbli u l-kontroll mill-Kummissjoni tar-riżorsi tagħha;

(ċ) it-titolu preċiż tar-reġistri amministrattivi u tal-kontijiet kollha li fihom jinkitbu l-intitolamenti stabbiliti kif speċifikat fl-Artikolu 2, partikolarment dawk użati għat-tħejjija tal-kontijiet li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Artikolu 6.

Il-Kummissjoni għandha tkun informata immedjetament b'xi tibdil f'dawk l-ismijiet jew dispożizzjonijiet.

2. Il-Kummissjoni għandha, fuq talba mill-Istati Membri l-oħra, tgħaddilhom l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 5

Ir-rata msemmija fl-Artikolu 2(1)(d) tad-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, li għandha tkun iffissata fil-proċedura tal-budget, għandha tkun ikkalkulata bħala persentaġġ tas-somma tat-tbassir tal-prodott gross nazzjonali, (minn hawn ‘il quddiem msemmi bħala "GNP") ta' l-Istati Membri b'tali mod li tkopri bis-sħiħ dik il-parti tal-budget li ma tkunx iffinanzjata mid-dazji doganali, imposti agrikoli, imposti, u imposti oħra konnessi ma' l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur taz-zokkor, riżorsi tal-VAT, kontribuzjonijiet finanzjarji bħala suppliment għal riċerka u programmi ta' żvilupp teknoloġiku, introjtu ieħor u, fejn xieraq, il-kontribuzjonijiet finanzjarji GNP.

Ir-rata għandha tintwera fl-estimi b'figura li jkun fiha l-postijiet deċimali kollha meħtieġa biex tiddividi ir-riżorsi bbażati fuq il-GNP fost l-Istati Membri.

TITOLU II

Kontijiet għar-riżorsi tagħha

Artikolu 6

1. Kontijiet għar-riżorsi tagħha proprji għandhom jinżammu mit-Teżor ta' kull Stat Membru jew minn korp maħtur minn kull Stat Membru u maqsum skond it-tipi ta' riżorsi.

2. Għall-iskopijiet tal-kontijiet tar-riżorsi tagħha, ix-xahar għandu jintemm mhux aktar kmieni mis-1 p.m. ta' l-aħħar jum tax-xogħol li matulu t-twaqqif ikun seħħ.

3. (a) Intitolamenti stabbiliti bi qbil ma' l-Artikolu 2 għandhom, bla ħsara għall-punt (b) ta' dan il-paragrafu, jiddaħlu fil-kontijiet mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara d-19-il jum tat-tieni xhar tax-xahar ta' wara li matulu l-intitolament ikun stabbilit.

(b) Intitolamenti stabbiliti li ma jkunux imdaħħla fil-kontijiet msemmija fil-punt (a), għaliex ikunu għadhom ma ġewx irkuprati u l-ebda garanzija ma tkun ġiet ipprovduta għandhom jintwerew f'kontijiet separati matul il-perijodu preskritt fil-punt (a). Stati Membri jistgħu jadottaw din il-proċedura meta l-intitolamenti stabbiliti li dwarhom garanzija tkun ġiet ipprovduta jkunu ġew sfidatati u jistgħu, mat-twettieq tal-kwistjonijiet li jkunu qamu, jkunu suġġetti għal tibdil.

(ċ) Ir-riżorsi tal-VAT u r-riżorsi addizzjonali għandhom, b'dana kollu, jkun reġistrati fil-kontijiet kif speċifikat fil-punt (a) kif ġej:

- il-wieħed-minn-tnax msemmi fl-Artikolu 10(3) għandu jkun reġistrat fl-ewwel jum tax-xogħol ta' kull xhar,

- il-bilanċi msemmija fl-Artikolu 10(4) u (7) u l-aġġustamenti msemmija fl-Artikolu 10(6) u (8) għandhom ikunu miktuba ta' kull sena, ħlief għal aġġustamenti partikolari msemmija fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 10(6), li għandhom ikunu miktuba fil-kontijiet fl-ewwel jum tax-xogħol tax-xahar ta' wara l-ftehim bejn l-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni.

(d) L-intitolament stabbilit li għandu x'jaqsam ma' imposti u imposti oħra konnessi ma' l-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet msemmija fil-punt (a). Jekk dawn l-intitolamenti ma jkunux imbagħad miġbura fil-limiti taż-żmien iiffissat, l-Istati Membri jistgħu jikkorreġu d-dħul u, bħala eċċezzjoni, idaħħlu l-intitolament fil-kontijiet separati.

4. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, fil-limiti taż-żmien speċifikati fil-paragrafu 3:

(a) stqarrija ta' kull xahar dwar il-kontijiet tagħha ta' l-intitolament imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3.

Flimkien ma' dawn l-istqarrijiet ta' kull xahar, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu dettalji jew stqarrijiet tat-tnaqqis mir-riżorsi tagħhom proprji bbażati fuq id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' territorji ta' status speċjali.

(b) l-istqarrija ta' kull tliet xhur dwar il-kontijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3.

Regoli dettaljati għall-istqarrijiet ta' kull xahar u kull tliet xhur imsemmija fl-ewwel sub-paragrafu u emendi debitament sostanzjati għalihom, għandhom ikunu preskritti mill-Kummissjoni wara li tikkonsulta lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 20. Huma għandhom jipprovdu għallimiti xierqa taż-żmien għall-implimentazzjoni.

5. Fl-ewwel xahrejn li jiġu wara t-tmiem ta' kull kwart (tliet xhur), kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni deskrizzjoni tal-każjiet ta' frodi u irregolaritajiet misjuba li jinvolvu intitolamenti ta' aktar minn ECU 10000.

Sakemm huwa possibbli, l-Istati Membri għandhom jipprovdu dawn id-dettalji:

- it-tip ta' frodi u/jew irregolarità (indikazzjoni, proċedura doganali partikolari),

- ammont tar-riżorsi tagħha proprji evitati jew preżunti skond il-kobor tagħhom,

- oġġetti involuti (intestaturi tat-tariffa, oriġini, post minn fejn ikunu ġew),

- deskrizzjoni fil-qosor tal-mekkaniżmu tal-frodi,

- tip tal-verifika li tkun waslet għall-iskoperta tal-frodi jew irregolaritajiet,

- id-dipartimenti nazzjonali jew aġenziji li jkunu sabu l-frodi jew l-irregolarità,

- l-istadju milħuq fil-proċedura, inkluż l-istadju ta' l-irkupru, b'referenza għat-twaqqif diġa mgħamul,

- referenza għal notifika tal-każ permezz ta' Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 [11],

- jekk xieraq, l-Istati Membri involuti,

- miżuri meħuda jew maħsuba biex ma jħallux li jerġa jiġri il-każ ta' frodi jew irregolarità diġa misjuba.

Flimkien ma' kull stqarrija ta' kull tliet xhur bis-saħħa ta' l-ewwel sub-paragrafu, kull Stat Membru għandu jaqgħti dettalji tal-pożizzjoni li tirrigwaarda każijiet ta' frodi u irregolaritajiet diġa rrapurtati lill-Kummissjoni li l-irkupru tagħhom, il-kanċellament jew in-nuqqas ta' rkupru ma kienux ġew indikati qabel.

Għal dan l-iskop, kull Stat Membru għandu jindika għal kull wieħed mill-każijiet msemmija fl-ewwel sub-paragrafu:

- ir-referenza għall-komunikazzjoni oriġinali,

- il-bilanċ li għandu jkun irkuprat matul it-tliet xhur preċedenti,

- id-data tat-twaqqif,

- id-data tad-dħul bil-kontijiet separati li hemm dispożizzjoni dwarhom fil-punt (b) ta' paraghrafu 3,

- l-ammonti rkuprati matul it-tliet xhur f'dak il-każ,

- rettifiki tal-bażi (korrezzjonijiet/kanċellamenti) matul it-tliet xhur f'dak il-każ,

- ammonti li ġew imħassra,

- stadju milħuq tal-proċedura amministrattiva jew ġudizjarja,

- bilanċ li għandu jkun irkuprat fit-tmiem tat-tliet xhur f'dak il-każ.

Dettalji tad-deskrizzjonijiet ta' hawn fuq u emendi dwarhom issostanzjati kif xieraq għandhom ikunu mħejjija mill-Kummissjoni wara li tikkonsulta lill-Kumitat li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 20. Huma għandhom jipprovdu għal-limiti xierqa taż-żmien għall-implimentazzjoni.

Artikolu 7

1. Kull Stat Membru għandu jħejji rapport annwali ta' l-intitolament stabbiliti kif murija fil-kontijiet msemmija fl-Artikolu 6 3) (a) u għandu jibgħatu lill-Kummissjoni qabel l-1 t'April tas-sena ta' wara s-sena finanzjarja f'dak il-każ. Għandha tiżdied rimarka għal xi differenza bejn it-total fil-kont sommarju u s-somma ta' l-isqarrijiet ta' kull xahar mibgħuta lill-Istati Membri minn Jannar sa Diċembru tas-sena f'dak il-każ. Il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-kont sommarju jkun jaqbel ma' l-ammonti li jkunu saru disponibbli matul is-sena; hi għandha jkollha xahrejn żmien wara li tirċievi l-kontijiet sommarji li fihom tkun tista' tagħmel xi osservazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat.

2. Wara l-31 ta' Diċembru tat-tielet sena wara sena partikolari, l-ebda korrezzjonijiet m'għandhom isiru għal kont sommarju msemmi fil-paragrafu 1, ħlief għal punti nnotifikati qabel din id-data jew mill-Kummissjoni jew mill-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 8

Korrezzjonijiet li jitwettqu permezz ta' l-Artikolu 2(4) għandhom jiżdiedu jew jitnaqqsu mill-ammont totali ta' intitolamenti stabbiliti. Dawn għandhom ikunu reġistrati fil-kontijiet kif speċifikat fl-Artikolu 6(3)(a) u (b) u fl-istqarrijiet kif speċifikat fl-Artikolu 6(4) bi qbil mad-data ta' dawn il-korrezzjonijiet.

Korrezzjonijiet rigward każijiet ta' frodi u irregolaritajiet diġa notifikati lill-Kummissjoni għandhom ikunu aċċennati.

TITOLU III

Id-disponibbilità tar-riżorsi tagħha

Artikolu 9

1. Skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 10, kull Stat Membru għandu jikkredita r-riżorsi tiegħu proprji fil-kont miftuħ f'isem il-Kummissjoni mat-Teżor tiegħu jew mal-korp li jkun ħatar.

Dan il-kont għandu jinżamm mingħajr ħlasijiet.

2. L-ammonti kkreditati għandhom ikunu kkonvertiti mill-Kummissjoni u mdaħħla fil-kontijiet tagħha bi qbil mar-Regolament (Euratom, KEFA, KE) Nru 3418/93 [12].

Artikolu 10

1. Wara tnaqqis ta' 10 % bħala spejjeż tal-ġbir bi qbil ma' l-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, id-dħul tar-riżorsi tagħha proprji msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (b) ta' dik id-Deċiżjoni għandu jseħħ mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara d-19-ilil jum tat-tieni xahar ta' wara x-xahar li fiħ l-intitolament kien ġie stabbilit bi qbil ma' l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.

B'danakollu, għal intitolamenti murija fil-kontijiet separati permezz ta' l-Artikolu 6(3)(b) id-dħul għandu jsir mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol ta' wara id-19-il jum tat-tieni xahar wara x-xahar li fih l-intitolament ikunu irkuprati.

2. Jekk meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jkunu mistiedna mill-Kummissjoni biex iressqu ‘l quddiem b'xahar id-dħul tar-riżorsi li ma jkunx minn riżorsi tal-VAT u r-riżorsi addizzjonali fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli lilhom fil-15 ta' l-istess xahar.

Kull dħul imressaq ‘il quddiem jista' jkun aġġustat fix-xahar ta' wara meta jseħħ id-dħul imsemmi fil-paragrafu 1. Dan l-aġġustament ikun jinvolvi id-dħul negattiv ta' ammont ugwali għal dak mogħti fid-daħla imressaq ‘il quddiem.

3. Riżorsi tal-VAT, riżorsi addizjonali - eskluż ammont li jikkorrispondi għar-riserva monetarja tal EAGGF (Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija), għar-riserva li għandha x'taqsam ma' self u garanziji ta' self u tar-riserva għal għajuna ta' emerġenza - u, fejn xieraq, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji GNP għandhom ikunu kkreditati fl-ewwel jum tax-xogħol ta' kull xahar, l-ammonti jkunu wieħed-minn-tnax tat-totali relevanti fil-budget, ikkonvertiti f'muniti nazzjonali bir-rati tal-kambju ta' l-aħħar jum tal-kwotazzjoni tas-sena kalendarja preċedenti tas-sena tal-budget, kif ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għal ħtiġiet speċifiċi biex titħallas l-ispiża tas-Sezzjoni tal-Garanzija tal-EAGGF, bis-saħħa tar-Regolament (KEE) Nru 1765/92 u skond is-sitwazzjoni tal-pożizzjoni tal-flus tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu jkunu mistiedna mill-Kummissjoni li jressqu 'il quddiem b'xahar jew b'xahrejn fl-ewwel kwart tas-sena finanzjarja d-dħul ta' wieħed minn tnax jew frazzjoni ta' wieħed minn tnax ta' l-ammonti tal-estimi għar-riżorsi tal-VAT u/jew ir-riżorsi addizzjonali, imma esklużi r-riżorsi tagħha proprji, biex ikopru r-riserva monetarja tal-EAGGF, ir-riservi ta' garanziji ta' self u ta' riservi għal għajnuna ta' emerġenza.

Wara l-ewwel kwart, id-daħla mitluba ta' kull xahar ma tistax teċċedi wieħed minn tnax tar-riżorsi ibbażati fuq il-VAT u l-GNP, waqt li jibqa' fil-limiru ta' l-ammonti mdaħħla fl-estimi għal dak l-iskop.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar dan bil-quddiem, mhux aktar minn gimgħatejn qabel id-dħul mitlub.

Il-ħdax-il sub-paragrafu li jirrigwarda l-ammont li għandu jiddaħħal f'Jannar ta' kull sena u t-tnax-il sub-paragrafu applikabbli jekk l-estimi ma jkunux għadhom ġew finalment adottati qabel il-bidu tas-sena finanzjarja għandhom ikunu applikabbli għal dan id-dħul bil-quddiem.

Id-dħul f'dak li għandu x'jaqsam mar-riserva monetarja tal-EAGGF msemmija fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 94/728/KE, ir-riserva li għandha x'taqsam ma' self u garanziji ta' self u riserva ta' għajnuna b'emerġenza maħluqa bid-Deċiżjoni 94/729/KE tal-31 għandu jsir fl-ewwel jum tax-xogħol tax-xahar ta' wara meta l-budget ikun ġie nvolut fl-ispiża kkonċernata u għandu jkun illimitat għal imsemmija spiża jekk l-involviment ikun effetwat qabel is-16 jum tax-xahar. Jekk dan ma jkunx il-każ, id-dħul għandu jsir fl-ewwel jum tax-xogħol tat-tieni xahar wara l-ispiża.

Bħala deroga mill-Artikolu 6 tar-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 applikabbli għal budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [13], minn hawn "il quddiem irriferut bħala" ir-Regolament Finanzjarju', dawn id-dħul għandhom ikunu meqjusa fis-sena finanzjarja li magħha jkunu marbutin.

Iżda, jekk is-sitwazzjoni rigward l-implimentazzjoni tal-budget għas-sena finanzjarja jkun tali li d-dħul li għandu x'jaqsam mar-riserva monetarja EAGGF u r-riserva ta' għajnuna ta' emerġenza ma jkunux meħtieġa biex jintlaħaq bilanċ bejn l-introjtu u n-nefqa għas-sena, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li twarrab dawk id-dħul jew parti minn dak id-dħul.

Xi tibdil fir-rata uniformi tar-riżorsi tal-VAT, fil-korrezzjoni mogħtija lir-Renju Unit u għal finanzjament tagħha msemmi fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom fir-rata ta' riżorsi addizjonali u, fejn xieraq, fil-kontribuzzjonijiet finanzjarji GNP għandhom jenħtieġu l-adozzjoni finali ta' budget supplimentai jew emenda għal budget u għandhom jagħtu bidu għal ri-aġġustamenti tal-wieħed-minn-tnax li jkunu iddaħħlu sa mill-bidu tas-sena finanzjarja.

Dawn ir-riaġġustamenti għandhom jittwettqu meta l-ewwel dħul iseħħ wara l-addottazzjoni finali ta' l-emenda tal-budget jew tal-budget supplimentari jekk adottati qabel is-16 tax-xahar. Inkella dawn għandhom jitwettqu meta jsir it-tieni dħul wara l-adozzjoni finali. Bħala deroga mill-Artikolu 6 tar-Regolament Finanzjarju, dawn ir-ri-aġġustamenti għandhom jiddaħlu fil-kontijiet rigward is-sena finanzjarja tal-budget supplimentari jew budget emendat f'dak il-każ.

Il-kalkolazzjoni ta' wieħed-minn-tnax għal Jannar ta' kull sena finanzjarja għandu jkun ibbażat fuq l-ammonti li jkun hemm provediment għalihom fl-abbozz tal-budget, bl-eċċezzjoni ta' l-ammonti għall-iffinanzjar tar-riserva monetarja EAGGF, msemmija fl-Artikolu 78(3) tat-Trattat KEFA, l-Artikolu 272(3) tat-Trattat KE u l-Artikolu 177(3) tat-Trattat EAEC u kkonvertiti fil-muniti nazzjonali bir-rati tal-kambju fl-ewwel jum tal-kwotazzjoni ta' wara l-15 ta' Diċembru tas-sena kalendarja li tippreċedi s-sena tal-budget; l-aġġustament għandu jsir mad-dħul tax-xahar li jmiss.

Jekk il-budget ma jkunx ġie finalment addottat qabel il-bidu tas-sena finanzjarja, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fl-ewwel jum tax-xogħol ta' kull xahar, inkluż Jannar, wieħed-minn-tnax ta' l-ammont tar-riżorsi tagħha proprji tal-VAT. Tar-riżorsi addizzjonali, bl-eċċezzjoni ta' l-ammonti għal finanzjar tar-riserva monetarja EAGGF, u, fejn xieraq, il-kontribuzzjoni finanzjara GNP imdaħħla fl-aħħar budget li jkun finalment adottat; l-aġġustament għandu jsir fl-ewwel data li tmiss wara l-adozzjoni finali tal-budget jekk dan ikun adottat qabel is-16 tax-xahar. Altrimenti, l-aġġustament għandu jsir fit-tieni data li tmiss ta' wara l-adozzjoni tal-budget.

4. Kull Stat Membru għandu, fuq il-bażi ta' l-istqarrija annwali fuq il-bażi tar-riżorsi tal-VAT li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89, jkun iddebitat b'ammont ikkalkulat mill-informazzjoni li tinstab fl-imsemmija stqarrija bl-applikazzjoni tar-rata uniformi adottata għas-sena finanzjarja preċedenti u akkreditata bi 12-il pagament matul dik is-sena finanzjarja. Iżda, il-bażi tar-riżorsi tagħha proprji tal-VAT ta' kull Stat Membru li jkunu 'l fuq mir-rata applikata ma jistgħux jeċċedu l-persentaġġi ddeterminati bl-Artikolu 2(1)(ċ) ta' Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom kif hemm referenza fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-bilanċ u għandha tinforma lill-Istati Membri fil-waqt biex dawn ikunu jistgħu idaħluha fil-kont msemmi fl-Artikolu 9(1) ta' dan ir-Regolament fl-ewwel jum tax-xogħol ta' Diċembru ta' l-istess sena.

5. Il-Kummissjoni għandha imbagħad tikkalkula l-aġġustamenti għal kontribuzzjonijiet finanazjarji biex tirristabbilixxi, fid-dawl tar-rendiment attwali mir-riżorsi tal-VAT, id-distribuzzjoni oriġinali fil-budget bejn dan ta' l-aħħar u l-kontribuzzjonijiet finanzjarji GNP. Għal kalkolazzjoni ta' dawn l-aġġustamenti, il-bilanċi msemmija fil-paragrafu 4 għandhom ikunu kkonvertiti bir-rati tal-kambju applikabbli fl-ewwel jum tax-xogħol ta' wara l-15 ta' Novembru li jippreċedi d-dħul li hemm provediment dwarhom fil-paragrafu 4. Għal kull Stat Membru kkonċernat, it-total tal-bilanċi tal-VAT għandu jkun aġġustat bill-medja bejn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mdaħħla fil-budget u r-riżorsi tal-VAT. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultati ta' din il-kalkolazzjoni lill-Istati Membri li, matul is-sena finanzjarja preċedenti, jkunu ħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji GNP biex ikunu jistgħu jikkreditaw jew jiddebitaw id-dħul kif xieraq fil-kont imsemmi fl-Artikolu 9(1) fl-ewwel jum tax-xogħol ta' Diċembru ta' l-istess sena.

6. Kull korrezzjonijiet għal bażi tar-riżorsi tal-VAT permezz ta' l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 għandu jagħti bidu għal kull Stat Membru kkonċernat li l-bażi tiegħu, li jippermetti dawn il-korrezzjonijiet, ma jeċċedix il-persentaġġi ddeterminati mill-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom għall-aġġustamenti li jmiss tal-bilanċ msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu:

- il-korrezzjonijiet permezz ta' l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 9(1) ta' Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 magħmula qabel il-31 ta' Lulju għandhom jagħtu bidu għal aġġustament ġenerali li għandu jitniżżel fil-kont msemmi fl-Artikolu 9(1) ta' dan ir-Regolament fl-ewwel jum tax-xogħol ta' Diċembru ta' l-istess sena. Iżda, aġġustament partikolari jista' jiddaħħal qabel dik id-data jekk l-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni jkun jaqblu dwar dan,

- meta l-miżuri li tieħu l-Kummissjoni permezz tat-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 9(1) ta' Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 biex tikkorreġi l-bażi jwassal għal aġġustament tad-dħul fil-kont msemmi fl-Artikolu 9(1) ta' dan ir-Regolament, dak l-aġġustament għandu jsir fid-data speċifikata mill-Kummissjoni bis-saħħa ta' l-imsemmija miżuri.

It-tibdil għal GNP msemmi fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu għandu wkoll jagħti bidu għal aġġustament tal-bilanċ ta' xi Stat Membru li l-bażi tiegħu, li tippermetti dawn il-korrezzjonijiet, ikun stabbilit fuq massimu ta' persentaġġi determinati bl-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom. L-aġġustamenti li għandhom isiru tal-bilanċi tal-VAT fl-ewwel jum tax-xogħol ta' Diċembru ta' kull sena permezz ta' l-ewwel sub-paragrafi preċedenti ta' dan il-paragrafu għandu wkoll jagħti bidu għal kalkolazzjoni mill-Kummissjoni ta' aktar aġġustamenti għal kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-GNP. Ir-rati tal-kambju li għandhom ikunu wżati fil-kalkolazzjoni ta' dawn l-aġġustamenti għandhom ikunu wżati għal kalkolazzjoni inizjali msemmija fil-paragrafu 5.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b'dawn l-aġġustamenti fil-waqt biex dawn ikunu jistgħu idaħħluhom fil-kont msemmi fl-Artikolu 9(1) fl-ewwel jum tax-xogħol ta' Diċembru ta' l-istess sena.

Iżda, aġġustament partikolari jista' jiddaħħal fi kull żmien jekk l-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni jkun jaqblu dwar dan.

7. Fuq il-bażi ta' figuri ta' l-aggregat tal-GNP bil-prezzijiet tas-suq u l-komponenti tiegħu mis-sena preċedenti, fornuti mill-Istat Membru bi qbil ma' l-Artikolu 3(2) ta' Direttiva 89/130/KEE, Euratom, kull Stat Membru għandu jkun iddebitat b'ammont ikkalkulat bl-applikazzjoni ta' GNP b'rata uniformi adottata għas-sena finanzjarja preċedenti, emendata, meta xieraq, fid-dawl ta' xi użu tar-riservi monetarji EAGGF, tar-riservi li għandhom x'jaqsmu ma' self u garanziji ta' self jew ta' riservi għal għajnuna ta' emerġenza, u ikkreditati bil-pagamenti magħmula matul dik is-sena finanzjarja preċedenti. Il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-bilanċ u għandha tinforma lill-Istati Membri fil-waqt biex dawn ikunu jistgħu idaħħluha fil-kont msemmi fl-Artikolu 9(1) ta' dan ir-Regolament fl-ewwel jum tax-xogħol ta' Diċembru ta' l-istess sena.

8. Kull kambjament għal GNP tas-snin finanzjarji preċedenti bis-saħħa ta' l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom bis-saħħa ta' l-Artikolu 6 tiegħu, għandu jagħti bidu għal kull Stat Membru kkonċernat, għal aġġustament tal-bilanċ stabbilit bis-saħħa tal-paragrafu 7. Dan l-aġġustament għandu jkun stabbilit bil-mod preskritt fl-ewwel sub-paragrafu tal-paragrafu 6. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b'dawn l-aġġustamenti biex dawn ikunu jistgħu idaħlħuhom fil-kont msemmi fl-Artikolu 9(1) ta' dan ir-Regolament fl-ewwel jum tax-xogħol ta' Diċembru ta' l-istess sena. Wara t-30 ta' Settembru tar-raba' sena wara sena finanzjarja speċifika, kull tibdil għal GNP m'għandux aktar ikun meqjus, ħlief fuq punti nnotifikati matul dan iż-żmien jew mill-Kummissjoni jew mill-Istat Membru.

9. L-operazzjonijiet msemmija fil-paragrafi 4 sa 8 jikkonstitwixxu modifikazzjonijiet għal introjtu f'dak li għandu x'jaqsam mas-sena finanzjarja li fiha jseħħu.

Artikolu 11

Kull dewmien biex isir id-dħul fil-kont msemmi fl-Artikolu 9(1) għandu jagħti bidu għal pagament ta' imgħax mill-Istat Membru kkonċernat bir-rati ta' l-imgħax applikabbli fis-suq monetarju ta' dak l-Istat, fid-data li suppost ikun seħħ, għal operazzjonijiet ta' żmien qasir ta' finanzjament publiku, miżjud b'żewġ punti perċentwali. Din ir-rata għandha tkun miżjuda bi 0,25 ta' punt perċentwali għall kull xahar ta' dewmien. Ir-rata miżjuda għandha tkun applikata għal perjodu kollu tad-dewmien.

TITOLU IV

Amministrazzjoni tar-riżorsi ta' flus

Artikolu 12

1. Il-Kummissjoni għandha tiġbed mis-somom ikkreditati fil-kontijiet msemmija fl-Artikolu 9(1) sal-limiti meħtieġa biex tkopri il-ħtiġiet tagħha għal-riżorsi ta' flus li joriġinaw mill-implimentazzjoni tal-budget.

2. Jekk il-ħtiġiet ta' riżorsi ta' flus ikunu aktar mill-assi fil-kontijiet, il-Kummissjoni tista' tiġbed b'eċċess ta' l-assi totali suġġett għad-disponabilita' ta' approprazzjonijiet fil-budget u fil-limiti tar-riżorsi tagħha proprji mdaħħla fil-budget. F'dan il-każ, hi għandha tinforma lill-Istati Membri bil quddiem bil-ħtiġiet ta' eċċess li hija tkun tista' tipprevedi.

3. Fil-każ uniku ta' nuqqas permezz ta' self ikkuntrattat jew iggarantit bis-saħħa ta' regolamenti u deċiżjonijiet tal-Kunsill, f'ċirkostanzi li fihom il-Kummissjoni ma tkunx tista' tattiva miżuri li hemm dispożizzjoni dwarhom f'dawn l-arranġementi finanzjraji li japplikaw għal dawn is-self fil-waqt biex tassigura twettieq ma' l-obligazzjonijiet legali tal-Komunità lejn dawk li jisilfu, paragrafi 2 u 2 jistgħu proviżjonalment ikunu applikati irrispettivament mill-kondizzjonijiet f'paragrfu 2, biex ikunu ittrattati id-dejn tal-Komunità.

4. Id-differenza bejn l-assi totali u l-ħtiġiet ta' riżorsi ta' flus għandha tkun maqsuma fost l-Istati Membri, sakemm ikun possibli, bi proporzjon tad-dħul tal-estimi tal-budget, minn kull wieħed minnhom.

5. L-Istati Membri, jew il-korp innominat minnhom bi qbil ma' l-Artikolu 9(1), għandhom jesegwixxi l-ordnijiet tal-pagamenti tal-Kummissjoni malajr kemm ikun possibli, u fi żmien mhux aktar tard minn sebat ijiem tax-xogħol mill-wasla tat-taba, u għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni stqarrija tal-kont fi żmien ta' mhux aktar minn sebat ijiem tax-xogħol mit-twettieq ta' kull tranżazzjoni.

Iżda, fil-każ ta' kull tranżazzjoni ta' ċaqlieq ta' flus, l-Istati Memnri għandhom jesegwixxu l-ordnijiet fi żmien il-perijodu mitlub mill-Kummissjoni.

TITOLU V

Proċedura għall-applikar ta' l-Artikolu 2(7) ta' Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom

Artikolu 13

1. Dan l-Artikolu għandu jkun applikabbli meta jkun meħtieġ biex tkun implimentata d-deroga proviżorja li hemm dispożizzjoni dwarha fl-Artikolu 2(7) ta' Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom.

2. Il-prezzijiet tas-suq tal-GNP għandhom ikunu ikkalkulati mill-Uffiċju ta' l-istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, fuq il-bażi ta' l-istatistika ippreparata bi qbil mas-Sistema Ewropea ta' Kontijiet Integrati Ekonomiċi (ESA), u li jikkorrispondu, għal kull Stat Membru, għal medja artitmetika ta' l-ewwel tliet snin tal-perijodu ta' ħames snin li jippreċedi s-sena finanzjarja li dwarha d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(7) ta' Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom ikun ġie applikat. L-ebda akkont m'għandu jittieħed ta' xi reviżjonijiet tad-dettalji statistiċi wara l-adozzjoni finali tal-budget.

3. Il-GNP għall kull sena ta' referenza għandu jkun ikkalkulat f'termini ta' ecu fuq il-bażi tar-rata medja tal-euro għas-sena f'dak il-każ.

4. Għal dak iż-żmien li fieħ id-deroga li hemm dispożizzjoni dwaru fl-Artikolu 2(7) ta' Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom tkun applikabbli għal wieħed jew aktar Stati Membri, il-Kummissjoni għandha, fl-abbozz prelimenari tal-budget, tiffissa persentaġġ korrispondenti għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' dawk l-Istati Membri fuq il-bażi tal-proporzjoni tal-GNP tagħhom tas-somma totali tal-GNP ta' l-istati Membri, u għandha tiddetermina l-ammont ta' dik il-parti tal-budget li għandha tkun iffinanzjata mir-riżorsi tal-VAT bir-rata uniformi u bil-kontribuzzjonijiet finanzjarji GNP.

Dawn il-figuri għandhom ikunu approvati bi qbil mal-proċedura tal-budget.

Artikolu 14

1. Id-definizzjoni tal-prezzijiet tas-suq tal-GNP għandhom ikunu dawk mgħotija fl-Artikoli 1 u 2 ta' Direttiva 89/130/KEE, Euratom.

2. Il-figuri wżati fil-kalkolar tal-persentaġġ tal-kontribuzzjonijiet finanzjarjo tal-GNP għandhom ikunu dawk fornuti bis-saħħa ta' l-Artikolu 3(2) ta' Direttiva 89/130/KEE, Euratom, u suġġetti għall-Artikolu 6 tagħha. Fin-nuqqas ta' dawn il-figuri, l-Uffiċju Statistiku tal-Komunitajiet Ewropej għandu juża dawk id-dettalji disponibbli.

TITOLU VI

Proċedura għall-applikar ta' l-Artikolu 7 ta' Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom

Artikolu 15

Għall-iskop li jkun applikat l-Artikolu 7 ta' Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, il-bilanċ għal sena finanzjarja partikolari għandu jikkonsisti fid-differenza bejn:

- l-introjtu kollu miġbur b'rigward ta' dik is-sena finanzjarja,

u

- l-ammont ta' pagamenti magħmula kontra approprazzjonijiet għal dik is-sena finanzjarja miżjuda bl-ammont ta' l-approprazzjonijiet għall-istess sena finanzjarja meħuda l-quddiem bis-saħħa ta' l-Artikoli 7(1) u 2 (b) tar-Regolament Finanzjarju.

Din id-differenza għandha tkun miżjuda jew imnaqqsa minn naħa l-waħda, bl-ammont nett ta' l-approprazzjonijiet meħuda l-quddiem mis-snin finanzjarji preċedenti li jkunu ġew ikkanċellati u, minn naħa l-oħra, bħala deroga mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament Finanzjarju, bi:

- pagamenti magħmula b'eċċess ta' approprazzjonijiet mhux differenzati meħuda l-quddiem minn snin finanzjarji preċedenti permezz ta' l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Finanzjarju bħala riżultat ta' tibdil fir-rati tal-euro,

u

- il-bilanċ li jirriżulta mil-qliegħ jew telf fil-kambju matul is-sena finanzjarja.

Artikolu 16

Il-Kummissjoni għandha, qabel l-aħħar t'Ottubru ta' kull sena finanzjaraja, tagħmel stima tar-riżorzi tagħha miħbura għas-sena sħieħa, fuq il-bażi tad-dettalji li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha f'dak iż-żmien.

Xi differenzi konsiderevoli b'relazzjoni ma' l-estimi oriġinali jistgħu jagħti bidu għal ittra ta' emenda ta' l-abbozz preliminari tal-estimi għas-sena finanzjarja li tmiss jew estimi supplimentarji jew b'emenda għas-sena finanzjarja kurrenti.

Għall-operazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 10(4) sa (8), l-ammont ta' introjtu esiġit fl-estimi għas-sena finanzjaraja kurrenti jista' jiżdied jew jitnaqqas, permezz ta' emenda fl-estimi, bl-ammont li jirriżulta minn dawn l-operazzjonijiet.

TITOLU VII

Dispożizzjonijiet rigward miżuri ta' spezzjoni

Artikolu 17

1. Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li l-ammont korrispondenti ta' l-intitolament stabbilita permezz ta' l-Artikolu 2 isir magħmul disponibbli lill-Kummissjoni kif speċifikat f'dan ir-Regolament.

2. Stati Membri għandhom ikunu ħielsa mill-obligi li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-ammonti li jikkorrispondu ma' l-intitolament stabbilit solament jekk, għal raġunijiet ta' force majeure, dawn l-ammonti ma jkunux ġew miġbura. B'żieda, Stati Membri jistgħu jinjoraw din l-obligazzjoni biex jagħmlu ammonti bħal dawn disponibbli lill-Kummissjoni f'każijiet speċifiċi jekk, wara studju komplet taċ-ċirkostanzi relevanti kollha tal-każ individwali, jkun jidher li l-irkupru jkun impossibli għal żmien fit-tul minħabba raġunijiet li ma jkunux jistgħu jiġu attribwiti lilhom. Dawn il-każijiet għandhom ikunu msemmija fir-rapport li hemm dispożizzjoni dwaru fil-paragrafu 3 jekk l-ammonti jeċċedu EUR 10000, ikkonvertiti f'munita nazzjonali bir-rata applikabbli fl-ewwel jum tax-xogħol ta' Ottubru tas-sena kalendarja preċedenti; dan ir-rapport għandu jkun fieh indikazzjoni tar-raġunijiet għala Stat Membru ma jkunx jista' jagħmel disponibbli l-ammonti f'dak il-każ. Il-Kummissjoni għandha sitt xhur żmien biex twassal, jekk xieraq, il-kommenti lill-Istat Membru kkonċernat.

3. Stati Membri għandhom jinfurmaw lil-Kummissjoni, permezz ta' rapporti annwali, bid-dettalji u r-riżultati ta' l-ispezzjonijiet imwettqa minnhom u tad-dettalji ġenerali u kwistjonijiet ta' prinċipju li jirrigwardaw l-aktar problemi importanti li jinħolqu mill-applikar ta' dan ir-Regolament u, partikolarment, materji ta' nuqqas ta' qbil. Ir-rapporti għandhom jintbgħatu lill-Kummissjoni sat-30 t'April ta' kull sena wara s-sena finanzjarja f'dak il-każ.

Kampjun tar-rapport u ta' l-emendi dwarhom issostanzjati kif xieraq għandhom ikunu mħejjija mill-Kumissjoni wara li tikkonsulta lill-Kumitat msemmi fl-Artikolu 20. Xi limiti taż-żmien xierqa għall-implimentazzjoni għandu jkun hemm dispożizzjoni dwarhom.

Sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara s-sena finanzjarja msemmija fit-tieni sentenza tal-paragrafu 1 il-Kummissjoni għandha tibghat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport sommarju dwar in-notifiki minn l-Istati Membri magħmula permezz ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 6(5).

Artikolu 18

1. Stati Membri għandhom iwettqu verifiki u inkjesti li jirrigwardaw l-amministrazzjoni u li jagħmlu disponibbli ir-riżorsi tagħha proprji msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (b) ta' Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom. Il-Kummissjoni għandha teżerċita l-poteri tagħha kif speċifikati f'dan l-Artikolu.

2. Bis-saħħa tal-paragrafu 1, Stati Membri għandhom:

(a) iwettqu miżuri ta' spezzjonar addizzjonali fuq it-talba tal-Kummissjoni. Fit-talba tagħha, l-Kummissjoni għandha tistqarr ir-raġunijiet għal spezzjonar addizzjonali,

(b) jassoċja lill-Kummissjoni, fuq it-talba tagħha, ma' miżuri ta' spezzjonat li huwa jwettqu.

Stati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw dawn il-miżuri ta' spezzjonar. Meta l-Kummissjoni tkun assoċjata ma dawn il-miżuri, Stati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha id-dokumenti ta' sostenn imsemmija fl-Artikolu 3.

Biex miżuri ta' spezzjonar addizjonali jkunu ristretti għal mimimu:

(a) il-Kummissjoni tista', f'każijiet speċifiċi, titlob li ċerti dokumenti jintbgħatu lilha;

(b) fl-istqarrijiet ta' kull xahar tal-kontijiet msemmija fl-Artikolu 6(4), l-ammonti mdaħħla fil-kontijiet li għandhom x'jaqsmu ma' irregolaritajiet jew dewmien fl-amministrazzjoni, dħul fil-kontijiet u d-disponiment tar-riżorsi tagħha, misjuba waqt l-ispezzjonar msemmi hawn fuq, għandhom ikunu identifikati permezz ta' noti xierqa.

3. Mingħajr preċudizju għal paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni tista' hija nnifisha twettaq miżuri ta' spezzjonar fuq il-post. L-aġenti awtoriżżati mill-Kummissjoni għak dawn il-miżuri ta' spezzjonar għandhom ikollhom aċċess, sakemm l-applikar korrett ta' dan ir-Regolament hekk ikun jenħtieg, għad-dokumenti sostenituri msemmija fl-Artikolu 3 u għal xi dokumenti oħra xierqa marbuta ma dawk id-dokumenti sostenituri. F'komunikazzjoni ssostanzjata kif xieraq, il-Kummissjoni għandha tgħati avviż ta' dan l-ispezzjonar fi żmien xieraq lill-Istat Membru li fieh il-miżuri ta' spezzjonar ikunu sejrin iseħħu. Aġenti ta' l-istat Membru kkonċernat għandhom jipparteċipaw f'dawk il-miżuri ta' spezzjonar.

4. Il-miżuri ta' spezzjonar msemmija f'paragrafi 1, 2 u 3 m'għandhomx jippreġudikaw:

(a) miżuri ta' spezzjonar meħudha minn Stati Membri bi qbil mad-dispożizzjonijiet tagħhom preskritti bil-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva;

(b) l-miżuri li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Artikoli 246, 247, 248 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikoli 160a, 160b, 160c u 180b tat-Trattat EAEC;

(ċ) l-arranġamenti ta' spezzjonar magħmula bis-saħħa ta' l-Artikolu 279(ċ) tat-Trattat KE u l-Artikolu 183(ċ) tat-Trattat EAEC.

5. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport ta' kull tliet snin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonar ta' l-arranġamenti ta' spezzjonar.

Artikolu 19

Flimkien ma' l-Istat Mmebru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha ta' kull sena tispezzjona l-aggregati miġbura għal żbalji fil-kompilar, speċjalment f'każijiet notifikati mill-kumitat ta' amministrazzjoni tal-GNP. Meta tagħmel hekk tista, f'każijiet ndividwali, teżamina wkoll il-kalkolazzjonijiet għal statistiċi bażiċi, apparti minn informazzjoni dwar kumpaniji jew persuni ndividwali, meta l-ebda assessjar xieraq ma jkunx b'mod ieħor possibli. Il-Kummissjoni għandha tirrispetta d-dispożizzjonijiet legali nazzjonali u l-preservazzjoni tal-kunfidenzjalita' ta' l-istatistika.

TITOLU VIII

Dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-Kumitat Konsultattiv tar-Riżorsi tal-Komunitajiet innifishom.

Artikolu 20

1. Kumitat Konsultattiv tar-Riżorsi tal-Komunitajiet Innifishom, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-kumitat", huwa b'hekk imwaqqaf.

2. Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rapreżentanti ta' l-istati Membri u tal-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu jkun irrapreżentat fuq il-Kumitat b'mhux aktar minn ħames uffiċjali.

Iċ-chairman tal-kumitat għandu jkun it-rapreżentant tall-Kummissjoni. Is-servizzi ta' segretarjat tal-kumitat għandhom ikunu ipprovduti mill-Kummissjoni.

3. Il-kumitat għandu jadotta ir-regoli tal-proċedura tiegħu.

Artikolu 21

1. Il-kumitat għandu jeżamina l-kwestjonijiet imqajma miċ-chairman tiegħu fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rapreżentant ta' Stat Membru li tikkonċerna l-applikar ta' dan ir-Regolament, speċjalement f'dak li għandu x'jaqsam ma:

(a) l-informazzjoni u rapporti msemmija fl-Artikoli 4(1)(b), 6, 7 u 17 (3);

(b) il-każijiet ta' force majeure msemmija fl-Artikolu 17(2);

(ċ) il-miżuri ta' spezzjonat preskritti fl-Artikolu 18(2).

Il-kumitat għandu wkoll jeżamina l-estimi tar-riżorsi tagħha.

2. Fuq talba taċ-chairman, il-kumita għandu jwassal l-opinjoni tiegħu fiż-żmien limitat li ċ-chairman jista' jesiġi skond l-urġenza tal-materja f'dak il-każ, jekk meħtieġ billi jittieħed vot. L-opinjoni għandha tkun irreġistrata fil-minuti; b'żieda, kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jitlob li jkollu l-pożizzjoni tiegħu irreġistrata f'dawn il-minuti. Il-Kummissjoni għandha tieħu akkont l-aktar possibli tal-opinjoni mogħtija mill-kumitat. Għandha tinforma lill-kumitat bil-majera li biha l-opinjoni tiegħu tkun ġiet ikkunsidrata.

TITOLU IX

Dispożizzjonijiet Finali

Artikolu 22

Regolament (KEE) Nru 1552/89 għandu jkun imħassar.

Referenzi għall-imsemmi Regolament għandhom ikunu meqjusa bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella ta' korrelazzjoni esiġita f'Parti A ta' dan l-Anness.

Artikolu 23

Dan ir-Regolament għandu jidħol b'effett fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Mejju 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Gama

[1] ĠU L 293, tat-12.11.1994, p. 9. Deċiżjoni li tieħu post Deċiżjoni Nru 88/376/KE, Euratom (ĠU L 185, tal-15.7.1988, p. 24).

[2] L-opinjoni mgħotija fit-18 ta' Jannar 2000 (li għandha ma ġietx ippublikata fil-Journal Uffiċjali).

[3] ĠU C 145, tad-9.5.1998, p. 1.

[4] ĠU L 155, tas-7.6.1989, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1355/96 (ĠU L. 175, tat-13.7.1996, p. 3).

[5] Ara l-Anness, Parti B.

[6] ĠU C 328, tas-17.12.1991, p. 1.

[7] ĠU L 49, tal-21.2.1989, p. 26.

[8] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 12. Regolament kif mibdul bir-Regolament (KE) Nru 1251/1999 (ĠU L. 160, tas-26.6.1999, p. 1).

[9] ĠU L 293, tat-12.11.1994, p. 14.

[10] REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE, EURATOM) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għal ġbir tar-riżorsi tagħha proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (ĠU L 155, tas-7.6.1989, p. 9). Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1026/1999 (ĠU L. 126, ta' l-20.5.1999, p. 1).

[11] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awroritajiet amministrattivi ta' l-istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar id-dwana u materji agrikoli (ĠU L 82, tat-22.3.1997, p. 1).

[12] Regolament tal-Kummissjoni (Euratom, KEFA, KE) Nru 3418/93 tad-9 ta' Diċembru 1993 li jesiġi regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 (ĠU L 315, tas-16.12.1993, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni 1999/537/KE, KEFA, Euratom (ĠU L. 206, tal-5.8.1998, p. 24).

[13] ĠU L 356, tal-31.12.1977, p. 1 Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 2673/1999 (ĠU L. 326, tat-18.12.1999, p. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS

PARTI A

Tabella ta' korrelazzjoni

Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89 | Dan ir-Regolament |

Artikolu 1 | Artikolu 1 |

L-Artikolu 2(1) | L-Artikolu 2(1) |

L-Artikolu 2 (1a) | L-Artikolu 2(2) |

L-Artikolu 2 (1b) | L-Artikolu 2(3) |

L-Artikolu 2(2) | L-Artikolu 2(4) |

Artikolu 3 | Artikolu 3 |

Artikolu 4 | Artikolu 4 |

Artikolu 5 | Artikolu 5 |

L-Artikolu 6(1) | L-Artikolu 6(1) |

L-Artikolu 6 (1a) | L-Artikolu 6(2) |

L-Artikolu 6(2)(a) | L-Artikolu 6(3)(a) |

L-Artikolu 6(2)(b) | L-Artikolu 6(3)(b) |

L-Artikolu 6(2)(ċ) | L-Artikolu 6(3)(ċ) |

L-Artikolu 6(2)(d) | L-Artikolu 6(3)(d) |

L-Artikolu 6(3), punt (a) | L-Artikolu 6(4), l-ewwel sub-paragrafu, punt (a) |

L-Artikolu 6(3), punt (b), l-ewwel paragrafu | L-Artikolu 6(4), l-ewwel sub-paragrafu, punt (b) |

L-Artikolu 6(3), punt (b), it-tieni paragrafu | L-Artikolu 6(4), it-tieni sub-paragrafu |

L-Artikolu 6(4) | L-Artikolu 6(5) |

Artikolu 7 | Artikolu 7 |

Artikolu 8 | Artikolu 8 |

Artikolu 9 | Artikolu 9 |

Artikolu 10 | Artikolu 10 |

Artikolu 11 | Artikolu 11 |

Artikolu 12 | Artikolu 12 |

Artikolu 13 | Artikolu 13 |

Artikolu 14 | Artikolu 14 |

Artikolu 15 | Artikolu 15 |

Artikolu 16 | Artikolu 16 |

Artikolu 17 | Artikolu 17 |

L-Artikolu 18(1) | L-Artikolu 18(1) |

L-Artikolu 18(2), l-ewwel sub-paragrafu, l-ewwel indent | L-Artikolu 18(2), l-ewwel sub-paragrafu, punt (a) |

L-Artikolu 18(2), l-ewwel sub-paragrafu, it-tieni indent | L-Artikolu 18(2), l-ewwel sub-paragrafu, punt (b) |

L-Artikolu 18(2), it-tieni paragrafu | L-Artikolu 18(2), it-tieni sub-paragrafu |

L-Artikolu 18(2), it-tielet paragrafu | L-Artikolu 18(2), it-tielet sub-paragrafu |

L-Artikolu 18(3) | L-Artikolu 18(3) |

L-Artikolu 18(4) | L-Artikolu 18(4) |

L-Artikolu 18(5) | L-Artikolu 18(5) |

Artikolu 19 | Artikolu 19 |

Artikolu 20 | Artikolu 20 |

Artikolu 21 | Artikolu 21 |

Artikolu 22 | — |

Artikolu 23 | — |

— | Artikolu 22 |

— | Artikolu 23 |

— | L-Anness |

PARTI B

Regolamenti li jemendaw Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89

Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 3464/93 ta' l-10 ta' Diċembru 1993 (ĠU L 317 tat-8.12.1993, p. 1).

Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2729/94 ta' l-31 t'Ottubru 1994 (ĠU L 293, 12..11.1994, p. 5).

Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 1355/96 tat-8 ta' Lulju 1996 (ĠU L 175, tat-13.7.1996, p. 3).

--------------------------------------------------

Top