This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996L0053
Council Directive 96/53/EC of 25 July 1996 laying down for certain road vehicles circulating within the Community the maximum authorized dimensions in national and international traffic and the maximum authorized weights in international traffic
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali
ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59–75
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 14/08/2019
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali
Official Journal L 235 , 17/09/1996 P. 0059 - 0075
CS.ES Chapter 07 Volume 002 P. 478 - 494
ET.ES Chapter 07 Volume 002 P. 478 - 494
HU.ES Chapter 07 Volume 002 P. 478 - 494
LT.ES Chapter 07 Volume 002 P. 478 - 494
LV.ES Chapter 07 Volume 002 P. 478 - 494
MT.ES Chapter 07 Volume 002 P. 478 - 494
PL.ES Chapter 07 Volume 002 P. 478 - 494
SK.ES Chapter 07 Volume 002 P. 478 - 494
SL.ES Chapter 07 Volume 002 P. 478 - 494
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Waqt li jaġġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3], (1) Filwaqt li d-Direttiva tal-Kunsill 85/3/KEE tad-19 ta' Diċembru 1984 dwar il-piżijiet, id-dimensjonijiet u ċerti karatteristiċi tekniċi oħrajn tal-vetturi tat-triq [4] stabbiliet, fil-qafas tal-politika dwar it-trasport komuni, standards komuni li jippermetu l-użu mtejjeb tal-vetturi tat-triq fi traffiku bejn l-Istati Membri; (2) Filwaqt li d-Direttiva 85/3/KEE ġiet emendata sinifikament f'ħafna okkażjonijiet; filwaqt li fl-okkażjoni ta' l-aħħar emenda tagħha għandha għal raġunijiet ta' kjarezza u razzjonalità terġa' tiġi fformolata bħala test singolu flimkien mad-Direttiva tal-Kunsill 86/364/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1986 li għandha x'taqsam max-xhieda ta' konformità tal-vetturi mad-Direttiva 85/3/KEE [5]; (3) Filwaqt li d-differenzi bejn l-istandards fis-seħħ fl-Istati Membri fejn għandhom x'jaqsmu l-piżijiet u d-dimensjonijiet tal-vetturi tat-triq kummerċjali jistgħu jkollhom effett kuntrarju fuq il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni u jikkostitwixxu ostakolu għat-traffiku bejn l-Istati Membri; (4) Filwaqt li, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà, għandha tittieħed azzjoni fil-livell Komunitarju sabiex jitneħħa dan l-ostakolu; (5) Filwaqt li l-istandards imsemmija fuq jirriflettu bilanċ bejn l-użu razzjonali u ekonomiku tal-vetturi tat-triq kummerċjali u l-ħtiġiet tal-manutenzjoni ta' l-infrastruttura, is-sigurtà fit-triq u l-protezzjoni ta' l-ambjent u ċ-ċiklu tal-ħajja; (6) Filwaqt li l-istandards komuni dwar id-dimensjonijiet tal-vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija għandhom jibqgħu stabbli għal żmien twil; (7) Filwaqt li ħtiġiet tekniċi addizzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-piżijiet u d-dimensjonijiet tal-vetturi jistgħu japplikaw għal vetturi kummerċjali reġistrati jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni fi Stat Membru; filwaqt li dawn il-ħtiġiet m'għandhomx jikkostitwixxu ostakolu għaċ-ċirkolazzjoni tal-vetturi kummerċjali bejn l-Istati Membri; (8) Filwaqt li d-definizzjoni ta' "vettura mkessħa ta' ġnub ħoxnin" fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 85/3/KEE, kif emendata bid-Direttiva 89/388/KEE [6], għandha tiġi mwessgħa sabiex tippermetti l-Istati Membri li jħallu vetturi mkessħa li m'għadhomx jilħqu l-ħtiġiet ta' insulazzjoni definiti f'dak l-Artikolu li jiċċirkolaw fit-territorju tagħhom; (9) Filwaqt li hu neċessarju li jiġi kkjarifikat il-kunċett ta' "tagħbija indiviżibbli" sabiex tiġi assigurata applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva fejn għandhom x'jaqsmu l-permessi għal vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li jerfgħu dawn it-tagħbijiet; (10) Filwaqt li t-tunnellata metrika hija użata universalment u mifhuma bħala unità ta' kejl għall-piż ta' vettura u hi, għalhekk, applikata għal din id-Direttiva waqt li tagħraf li l-unità formali ta' piż huwa n-newton; (11) Filwaqt li, fl-implimentazzjoni tas-suq intern, l-iskop ta' din id-Direttiva għandu jiġi estiż għat-trasport nazzjonali sa fejn jikkonċerna l-karatteristiċi li sinifikament jaffettwaw il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-settur tat- trasport u b'mod partikolari il-valuri li għandhom x'jaqsmu mat-tul u l-wisa' massimi awtorizzati u l-kombinazzjonijiet tal-vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija; (12) Filwaqt li, għall-karatteristiċi l-oħrajn tal-vetturi, l-Istati Membri huma awtorizzati japplikaw fit-territorju tagħhom valuri differenti minn dawk provduti f'din id-Direttiva biss għal vetturi użati fit-traffiku nazzjonali; (13) Filwaqt li road trains li jużaw sistemi ta' agganċjar estensivi fil-prattika jiksbu tul massimu ta' 18,75 m meta estiżi fl-intier; filwaqt li l-istess tul massimu għandu jkun awtorizzat għal road trains li jużaw sistemi ta' agganċjar fissi; (14) Filwaqt li l-wisa' massimu awtorizzat ta' 2,50 m għal vetturi maħsuba għat-trasport ta' merkanzija jista' jħalli spazju intern suffiċjenti għat-tagħbija effiċjenti ta' pallets, li kkawżat l-applikazzjoni ta' tolleranzi differenti lil hinn minn dak il-livell fil-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri li tikkonċerna t-traffiku domestiku; filwaqt li adattament ġenerali għas-sitwazzjoni kurrenti hija għalhekk neċessarja sabiex tipprovdi kjarezza fil-ħtiġiet tekniċi, meta wieħed jiftakar l-aspetti tas-sigurtà fit-triq ta' dawn il-karatteristiċi; (15) Filwaqt li jekk il-wisgħa massimu tal-vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija jiżdied għal 2,55 m, dak l-istandard għandu wkoll jiġi applikat għal xarabanks; filwaqt li fejn għandhom x'jaqsmu x-xarabanks, huwa madanakollu neċessarju li jipprovdu għal perjodu transitorju biex jippermettu l-fabbrikanti kkonċernati jadattaw l-impjant industrijali; (16) Filwaqt li, sabiex tkun ipprevenuta ħsara eċċessiva lit-toroq u sabiex tkun assigurata l-manuvrabbilità, fl-awtorizzazzjoni u fl-użu tal-vetturi għandha tingħata preferenza lis-sospensjoni pnewmatika jew ekwivalenti aktar milli lis-sospensjoni mekkanika; filwaqt li m'għandhomx ikunu eċċeduti ċerti tagħbijiet massimi fuq il-fus, u l-vettura għandha tkun kapaċi ddur f' 360° fi ħdan ċerti valuri limiti għar-rotta segwita; (17) Filwaqt li l-Istati Membri għandu jkollhom il-permess, fit-trasport ta' merkanzija nazzjonali, li jħallu vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi b'dimensjonijiet li jvarjaw minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva li jiċċirkolaw fit-territorju tagħhom jekk l-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa minn dawn il-vetturi huma definiti minn din id-Direttiva bħala li ma jaffettwawx sinifikament il-kompetizzjoni internazzjonali fis-settur tat-trasport, jiġifieri operazzjonijiet imwettqa minn vetturi speċjalizzati u operazzjonijiet imwettqa skond il-kunċett modulari; (18) Filwaqt li, fil-każ ta' operazzjonijiet ta' kunċett modulari, għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-perjodu transitorju biex Stat Membru jkun jista' jadatta l-infrastruttura tat-toroq tiegħu; (19) Filwaqt li vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li japplikaw teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda, skond l-istandards li jvarjaw minn dawk stabbiliti minn din id-Direttiva, għandhom ikunu permessi jwettqu operazzjonijiet tat-trasport lokali għal perjodu ta' prova sabiex jippermettu li jkun hemm profitt mill-progress tekniku; (20) Filwaqt li l-vetturi li daħlu fis-servizz qabel id-data ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u li ma jikkonformawx mal-karatteristiċi ta' dimensjoni mqiegħda f'din id-Direttiva, minħabba dispożizzjonijiet nazzjonali jew metodi ta' miżura preċedenti li jvarjaw, għandhom jitħallew ikomplu jipprovdu servizzi ta' trasport fi ħdan l-Istat Membru fejn il-vettura hija reġistrata jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni għal perjodu transitorju; (21) Filwaqt li sar progress lejn l-adozzjoni ta' Direttivi ta' l-Approvazzjoni tat-Tip għal kombinazzjonijiet ta' vetturi b'ħames jew sitt fusijiet; filwaqt li, l-ħtiġiet li jirrigwardaw il-konformità b'karatteristiċi ta' xort'oħra minn piżijiet u dimensjonijiet kif imqiegħda fl-Anness II tad-Direttiva 85/3/KEE għandhom għalhekk jitħassru; (22) Filwaqt li din il-modifika hija wkoll neċessarja sabiex jiġu evitati regoli f'konflitt mal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar it-traffiku u ċ-ċirkolazzjoni; (23) Filwaqt li sabiex ikun iffaċilitat il-monitoraġġ ta' konformità ma' din id-Direttiva, huwa neċessarju li jiġi assigurat li l-vetturi jkollhom xhieda ta' din il-konformità; (24) Filwaqt li din id-Direttiva ma taffettwax l-obbligi ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw l-iskadenzi għat-trasportazzjoni għal-liġi nazzjonali u għall-applikazzjoni tad-Direttivi li din id-Direttiva tissostitwixxi, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 1. Din id-Direttiva tapplika għal: (a) dimensjonijiet ta' vetturi bil-mutur fil-kategoriji M2, M3 u N2 u N3 u l-trailers tagħhom fil-kategoriji 03 u 04, kif definit fl-Anness II mad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-trailers tagħhom [7]; (b) l-piżijiet u ċerti karatteristiċi oħrajn tal-vetturi definiti f'(a) u speċifikati fl-Anness 1(2) ma' din id-Direttiva. 2. Il-valuri kollha tal-piżijiet indikati fl-Anness I huma validi bħala standards ta' ċirkolazzjoni u għalhekk jirreferu għall-kondizzjonijiet ta' tagħbija, mhux għall-istandards ta' produzzjoni, li jkunu definiti f'Direttiva iktar tard. L-Artikolu 2 Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva: - "vettura bil-mutur" għandha tfisser kull vettura b'inġenju li tivvjaġġa fit-triq awtomatikament, - "trailer" għandu jfisser kull vettura maħsuba biex tkun agganċjata ma' vettura bil-mutur bl-esklużjoni ta' semi-trailers, u mibnija u mgħammra għat-trasport tal-merkanzija, - "semi-trailer" għandu jfisser kull vettura maħsuba li tkun agganċjata ma' vettura bil-mutur b'tali mod li parti minnha jibqa' fuq il-vettura bil-mutur b'parti sostanzjali mill-piż tagħha u mill-piż tat-tagħbija tagħha li jintrefa' mill-vettura bil-mutur, u mibnija u mgħammra għat-trasport ta' merkanzija, - "kombinazzjoni ta' vettura" għandha tfisser jew: - road train li tikkonsisti f'vettura bil-mutur agganċjata ma' trailer; jew - vettura artikolata li tikkonsisti f'vettura bil-mutur agganċjata ma' semi-trailer, - "vettura kondizzjonata" għandha tfisser kull vettura li s-superstrutturi fissi jew mobbli tagħha huma speċjalment mgħammra għat-trasport ta' merkanzija f'temperaturi kkontrollati u li l-ġnub tagħha, inkluża l-insulazzjoni, huma mill-inqas 45 mm ħoxnin, - "xarabank" għandha tfisser vettura b'iktar minn disa' siġġijiet inkluż is-siġġu tax-xufier, mibnija u mgħammra biex iġġorr passiġġieri u l-bagalji tagħhom. Jista' jkollha sular wieħed jew tnejn u tista' wkoll iġġorr trailer tal-bagalji, - "xarabank artikolat" għandha tfisser xarabank li tikkonsisti minn żewġ sezzjonijiet riġidi mqabbda flimkien b'sezzjoni artikolata. Fuq din it-tip ta' vettura il-kompartimenti tal-passiġġieri f'kull wieħed miż-żewġ sezzjonijiet riġidi għandhom jinterkomunikaw. Is-sezzjoni artikolata għandha tippermetti l-moviment liberu tal-vjaġġaturi bejn is-sezzjonijiet riġidi. Il-Konnessjoni u n-nuqqas ta' konnessjoni taż-żewġ sezzjonijiet għandha tkun possibbli biss fil-ħanut, - "id-dimensjonijiet massimi awtorizzati" għandhom ifissru d-dimensjoni massima għall-użu ta' vettura, kif stabbilit fl-Anness I ma' din id-Direttiva, - "il-piż massimu awtorizzat" għandu jfisser il-piż massimu għall-użu ta' vettura mgħobbija fit-traffiku internazzjonali, - "il-piż tal-fus massimu awtorizzat" għandu jfisser il-piż massimu għall-użu fit-traffiku internazzjonali ta' fus mgħobbi jew ta' grupp ta' fusijiet, - "tagħbija indivisibbli" għandha tfisser tagħbija li ma tistax, għall-iskop ta' trasport bit-triq, tinqasam f'żewġ tagħbijiet jew iktar mingħajr spejjeż żejda jew riskju ta' ħsara u li minħabba d-dimensjonijiet jew il-massa tagħha ma tistax tinġarr minn vettura bil-mutur, trailer, road train jew vettura artikolata li tikkonforma ma' din id-Direttiva fejn jidħlu l-kwistjonijiet kollha, - "tunnellata metrika" għandha tfisser il-piż esegwit bil-massa ta' tunnellata metrika u għandha tikkorrispondi għal 9,8 kilonewtons (kN), Id-dimensjonijiet massimi awtorizzati kollha speċifikati fl-Anness I għandhom jitkejlu skond l-Anness I mad-Direttiva 70/156/KEE, b'ebda tolleranzi pożittivi. L-Artikolu 3 1. Stat Membru ma jistax jiċħad jew jipprojbixxi l-użu fit-territorju tiegħu: - fit-traffiku internazzjonali, ta' vetturi reġistrati jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni f'kull Stat Membru ieħor għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-piżijiet u d-dimensjonijiet tagħhom, - fit-traffiku nazzjonali, ta' vetturi tal-merkanzija reġistrati jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni f'kull Stat Membru ieħor għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mad-dimensjonijiet tagħhom, sakemm dawn il-vetturi jikkonformaw mal-valuri limiti speċifikati fl-Anness I. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika minkejja l-fatt li: (a) l-vetturi msemmija mhumiex konformi mal-ħtiġiet ta' dak l-Istat Membru fejn għandhom x'jaqsmu ċerti karattersitiċi ta' piż u dimensjoni mhux koperti mill-Anness I; (b) l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn il-vetturi huma reġistrati jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni għandha limiti awtorizzati mhux imsemmija fl-Artikolu 4(1) li jeċċedu dawk imqiegħda fl-Anness I. 2. Madanakollu, il-paragrafu 1(a) m'għandux jaffettwa d-dritt ta' l-Istati Membri, b'qies xieraq għal-liġi Komunitarja, li jeħtieġu vetturi reġistrati jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni fit-territorju proprju li jkunu konformi mal-ħtiġiet nazzjonali tagħhom dwar kartteristiċi ta' piż u dimensjoni mhux koperti mill-Anness I. 3. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li vetturi kondizzjonati jkollhom ċertifikat ATP jew pjanċa ta' ċertifikazzjoni ATP prevista fil-Ftehim ta' l-1 ta' Settembru 1970 dwar it-trasport internazzjonali ta' affarijiet ta' l-ikel li jmorru u dwar it-tagħmir speċjali li għandu jintuża għal dan it-trasport. L-Artikolu 4 1. L-Istati Membri m'għandhomx jippermettu ċ-ċirkolazzjoni normali tal-vetturi jew kombinazzjonijiet ta' veturi għat-trasport nazzjonali ta' merkanzija fit-territorju tagħhom li mhumiex konformi mal-karatteristiċi stabbiliti fil-punti 1.1, 1.2, 1.4 sa 1.8, 4.2 u 4.4 ta' l-Anness I. 2. L-Istati Membri jistgħu madanakollu jippermettu ċ-ċirkolazzjoni fit-territorju tagħhom ta' vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi għat-trasport nazzjonali ta' tagħbija ta' merkanzija li mhumiex konformi mal-karatteristiċi stabbiliti f' 1.3, 2, 3, 4.1 u 4.3 ta' l-Anness I. 3. Vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li jeċċedu d-dimensjonijiet massimi jistgħu biss jitħallew jiċċirkolaw fuq il-bażi ta' permessi speċjali maħruġa mingħajr diskriminazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, jew fuq il-bażi ta' arranġamenti mhux diskriminatorji simili miftiehma fuq bażi ta' każ b'każ ma' dawk l-awtoritajiet, meta dawn il-vetturi jew il-kombinazzjonijiet ta' vetturi jerfgħu jew huma intenzjonati li jerfgħu tagħbijiet indivisibbli. 4. L-Istati Membri jistgħu jippermettu vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi użati għat-trasport ta' merkanzija li jwettqu ċerti operazzjonijiet nazzjonali tat-trasport li ma jaffettwawx sinifikament il-kompetizzjoni internazzjonali fis-settur tat-trasport li jiċċirkolaw fit-territorju tagħhom b'dimensjonijiet li jvarjaw minn dawk stabbiliti fil-punti 1.1, 1.2, 1.4 to 1.8, 4.2 u 4.4 ta' l-Anness I. L-operazzjonijiet tat-trasport għandhom jiġu kkunsidrati bħala li ma jaffettwawx il-kompetizzjoni internazzjonali sinifikament fis-settur tat-trasport jekk waħda mill-kondizzjonijiet taħt (a) u (b) hija ssodisfata: (a) L-operazzjonijiet tat-trasport huma mwettqa fit-territorju ta' Stat Membru minn vetturi speċjalizzati jew kombinazzjonijiet speċjalizzati ta' vetturi f'ċirkostanzi fejn mhumiex normalment imwettqa minn vetturi minn Stati Membri oħrajn, e.ż. operazzjonijiet marbuta mal-qtugħ tas-siġar u l-industrija forestjera; (b) L-Istat Membru li jippermetti li l-operazzjonijiet tat-trasport jitwettqu fit-territorju tiegħu minn vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi b'dimensjonijiet li jvarjaw minn dawk imqiegħda fl-Anness I ukoll jippermetti vetturi bil-mutur, trailers u semi-trailers li jikkonformaw mad-dimensjonijiet imqiegħda fl-Anness I li jiġu użati f'dawn il-kombinazzjonijiet biex jakkwistaw mill-inqas it-tul ta' tagħbija awtorizzat f'dak l-Istat Membru, sabiex kull operatur ikun jista' jibbenefika minn kondizzjonijiet ugwali ta' kompetizzjoni (il-kunċett modulari). L-Istat Membru kkonċernat li għandu jadatta l-infrastruttura tat-triq tiegħu sabiex ikun jista' jtemm il-kondizzjoni taħt (b) jista' madanakollu jipprojbixxi, sal-31 ta' Diċembru 2003 fl-iktar tard, iċ-ċirkolazzjoni fit-territorju tiegħu, f'operazzjonijiet nazzjonali tat-trasport tal-merkanzija, ta' vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li jeċċedu l-istandards nazzjonali kurrenti dwar dimensjonijiet, sakemm dik il-leġislazzjoni nazzjonali tibqa' tapplika għat-trasportaturi Komunitarji kollha b'mod mhux diskriminatorju. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skond dan il-paragrafu. 5. L-Istati Membri jistgħu jippermettu vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li jinkorporaw teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda li ma jistgħux jikkonformaw ma' ħtieġa waħda jew iktar ta' din id-Direttiva li jtemmu ċerti operazzjonijiet tat-trasport lokali għal perjodu ta' prova. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom. 6. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi użati għat-trasport tal-merkanzija u reġistrati jew imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni qabel l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva jiċċirkolaw fit-territorju tagħhom sal-31 ta' Diċembru 2006 b'dimensjonijiet li jeċċedu dawk imqiegħda fil-punti 1.1, 1.2, 1.4 sa 1.8, 4.2 u 4.4 ta' l-Anness I permezz ta' dispożizzjonijiet nazzjonali jew metodi ta' kejl li jvarjaw. L-Artikolu 5 Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(6): (a) vetturi artikolati imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni qabel l-1 ta' Jannar 1991 li ma jikkonformawx ma' l-ispeċifikazzjonijiet kontenuti fil-punti 1.6 u 4.4 ta' l-Anness I għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma' dawn l-ispeċifikazzjonijiet għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 3 jekk ma jeċċedux tul totali ta' 15,50 m; (b) road trains, li l-mutur tal-vettura tagħhom kien imqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni qabel il-31 ta' Diċembru 1991 u li ma jikkonformawx ma' l-ispeċifikazzjonijiet kontenuti fil-punti 1.7 u 1.8 ta' l-Anness I, għandhom sal-31 ta' Diċembru 1998 jitqiesu li jikkonformaw ma' dawn l-ispeċifikazzjonijiet għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 3 jekk ma jeċċedux tul totali ta' 18,00 m. L-Artikolu 6 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarja biex jassiguraw li l-vetturi ta' l-Artikolu 1 imsemmija fl-Artikolu 1 u li jikkonformaw ma' din id-Direttiva ikollhom waħda mix-xhieda msemmija f' (a), (b) u (ċ): (a) kombinazzjoni taż-żewġ pjanċi li ġejjin: - il-"pjanċa tal-fabbrikant" stabbilita u annessa skond id-Direttiva 76/114/KEE [8], - il-pjanċa li għandha x'taqsam mad-dimensjonijiet, skond l-Anness III, stabbilita u annessa skond id-Direttiva 76/114/KEE; (b) pjanċa singola stabbilita u annessa skond id-Direttiva 76/114/KEE u li tikkontjeni l-informazzjoni fuq iż-żewġ pjanċi msemmija f'(a); (ċ) dokument wieħed maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn il-vettura hi rreġistrata jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni. Dan id-dokument għandu jkollu l-istess intetstauri u informazzjoi bħall-pjanċi msemmija f'(a). Għandu jinżamm f'post faċilment aċċessibbli għall-ispezzjoni u għandu jinżamm adegwatament protett. 2. Jekk il-karatteristiċi tal-vettura ma jikkorrispondux ma' dawk indikati fuq ix-xhieda ta' konformità, l-Istat Membru fejn il-vettura hi reġistrata għandu jieħu l-passi neċessarja biex jassigura li x-xhieda ta' konformità hi mibdula. 3. Il-pjanċi u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintgħarfu mill-Istati Membri bħala xhieda tal-konformità tal-vettura prevista f'din id-Direttiva. 4. Vetturi li jkollhom ix-xhieda ta' konformità jistgħu ikunu soġġetti: - fejn għandhom x'jaqsmu l-istandards komuni dwar il-piżijiet, għal spezzjonijiet bl-addoċċ, - fejn għandhom x'jaqsmu l-istandards komuni dwar id-dimensjonijiet, biss għal spezzjonijiet fejn hemm suspett ta' non-konformità ma' din id-Direttiva. 5. Il-kolonna tan-nofs tal-prova ta' konformità li għandha x'taqsam mal-piżijiet għandha tikkontjeni, meta xieraq, l-istandards tal-piż Komunitarji applikabbli għall-vettura konċernata. Fejn għandhom x'jaqsmu l-vetturi msemmija fil-punt 2.2.2(ċ) ta' l-Anness I, l-iskrizzjoni "44 tunnellati metriċi" għandha tiġi inkluża f'parentesi taħt il-piż massimu awtorizzat tal-kombinazzjoni tal-vettura. 6. Kull Stat Membru jista' jiddeċiedi, fejn għandha x'taqsam kull vettura rreġistrata jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni fit-territorju tiegħu, li l-piżijiet massimi awtorizzati mil-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu għandhom jiġu indikati bħala xhieda ta' konformità fil-kolonna tan-naħa tax-xellug u l-piżijiet teknikament permissibbli fil-kolonna tan-naħa tal-lemin. L-Artikolu 7 Din id-Direttiva m'għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar it-traffiku fit-toroq f'kull Stat Membru li jippermetti l-piż u/jew id-dimensjonijiet tal-vetturi fuq ċerti toroq jew strutturi ta' inġinerija ċivili li jkunu limitati, irrispettivament mill-Istat ta' reġistrazzjoni ta' dawn il-vetturi. L-Artikolu 8 L-Artikolu 3 m'għandux japplika għall-Irlanda u għar-Renju Unit sal-31 ta' Diċembru 1998; (a) fejn għandhom x'jaqsmu l-istandards imsemmija fil-punti 2.2, 2.3.1, 2.3.3, 2.4 u 3.3.2 ta' l-Anness I: - bl-eċċezzjoni tal-vetturi artikolati msemmija fil-punt 2.2.2 fejn: (i) il-piż mgħobbi totali ma jeċċedix it-38 tunnellata metrika; (ii) il-piż fuq kull tri-fus bl-ispazjar speċifikat fil-punt 3.3.2 ma jeċċedix it-22,5 tunnellata metriċi, - bl-eċċezzjoni tal-vetturi msemmija fil-punti 2.2.3, 2.2.4, 2.3 u 2.4, fejn il-piż totali mgħobbi ma jeċċedix: (i) il-35 tunnellata metrika għall-vetturi msemmija fil-punti 2.2.3 u 2.2.4; (ii) is-17-il tunnellata metrika għall-vetturi msemmija fil-punt 2.3.1; (iii) it-30 tunnellata metrika għall-vetturi msemmija fil-punt 2.3.3, soġġetti għall-konformità mal-kondizzjonijiet speċifikati f'dak il-punt u fil-punt 4.3; (iv) is-27 tunnellata metrika għall-vetturi msemmija fil-punt 2.4, (b) fejn għandu x'jaqsam l-istandard imsemmi fil-punt 3.4 ta' l-Anness I, bl-eċċezzjoni tal-vetturi msemmija fil-punti 2.2, 2.3 u 2.4, fejn il-piż għal kull fus tas-sewqan ma jeċċedix l-10,5 tunnellati metriċi. L-Artikolu 9 Fejn għandu x'jaqsam l-istandard imsemmi fil-punt 1.2 (a) ta' l-Anness I, Stat Membru jista' jiċħad jew jipprojibixxi l-użu fit-territorju tiegħu, sal-31 ta' Diċembru 1999, ta' xarabanks b'wisa' li jeċċedi t-2,5 m. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skond dan l-Artikolu. Il-Kummsssjoni għandha tinforma l-Istati Membri. L-Artikolu 10 Id-Direttiva mniżżla fl-Anness IV, il-Parti A, għandha titħassar b'effett mid-data fl-Artikolu 11, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw it-traspożizzjoni mqiegħda fl-Anness IV, il-Parti B. Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni mqiegħda fl-Anness V. L-Artikolu 11 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarja biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sas-17 ta' Settembru 1997. Għandhom imbagħad jinformaw lill-Kummissjoni bihom. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fis-settur kopert minn din id-Direttiva. L-Artikolu 12 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 13 Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Lulju 1996. Għall-Kunsill Il-President H. Coveney [1] ĠU C 38, tat-8.2.1994, p. 3 u ĠU C 247, tat-23.9.1995, p. 1. [2] ĠU C 295, tat-22.10.1994, p. 72. [3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ikkonsenjata fil-15 ta' Novembru 1994 (ĠU C 341, tal-5.12.1994, p. 39), il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 1995 (ĠU C 356, tat-30.12.1995, p. 13), u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 1996 (ĠU C 96, ta' l-4.4.1996, p. 233). [4] ĠU L 2, tat-3.1.1985, p. 14. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 92/7/KEE (ĠU L 57, tat-2.3.1992, p. 29). [5] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 48. [6] ĠU L 142, tal-25.5.1989, p. 3. [7] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994. [8] ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 78/507/KEE (ĠU L 155, tat-13.6.1978, p. 31). -------------------------------------------------- L-ANNESS I IL-PIŻIJIET U D-DIMENSJONIJIET MASSIMI U L-KARATTERISTIĊI RELATATI TAL-VETTURI 1. | Id-dimensjonijiet massimi awtorizzati għall-vetturi msemmija fl-Artikolu 1(1)(a) | | 1.1 | It-tul massimu: | | - vettura bil-mutur | 12,00 m | - trailer | 12,00 m | - vettura artikolata | 16,50 m | - road train | 18,75 m | - xarabank artikolat | 18,00 m | 1.2 | Il-wisgħa massimu: | | (a)il-vetturi kollha | 2,55 m | (b)superstrutturi ta' vetturi kondizzjonati | 2,60 m | 1.3 | L-Għoli massimu (kwalunkwe vettura) | 4,00 m | 1.4 | Superstrutturi li jitneħħew u oġġetti tat-tagħbija standardizzati bħall-containers huma inklużi fid-dimensjonijiet speċifikati fil-punti 1.1, 1.2, 1.3, 1.6, 1.7, 1.8 u 4.4 | | 1.5 | Kull vettura bil-mutur jew kombinazzjoni ta' vettura f'moviment għandha tkun tista' ddur fi ħdan ċirku b'radju fuq barra ta' 12,50 m u radju fuq ġewwa ta' 5,30 m. | | 1.6 | Id-distanza massima bejn l-assi tal-pern tal-ħames rota u l-wara tas-semi-trailer | 12,00 m | 1.7 | Id-distanza massima mkejla parallela ma' l-assi lonġitudinali tar-road train mill-punt estern l-iktar 'il quddiem ta' l-ispazju tat-tagħbija wara l-kabina sal-punt estern tat-trailer tal-kombinazzjoni l-iktar fuq wara, naqqas id-distanza bejn il-wara tal-vettura li qed tiġbed u l-quddiem tat-trailer | 15,65 m | 1.8 | Id-distanza massima mkejla parallela għall-axis lonġitudinali tar-road train mill-punt estern l-iktar 'il quddiem ta' l-ispazju tat-tagħbija wara l-kabina sal punt estern l-iktar lura tat-trailer tal-kombinazzjoni | 16,40 m | 2. | Il-piż massimu awtorizzat tal-vettura (f'tunnellati metriċi) | | 2.1 | Vetturi li jifformaw parti minn kombinazzjoni ta' vettura | | 2.1.1 | Trailer b'żewġ fusijiet | 18-il tunnellata metrika | 2.1.2 | Trailer bi tliet fusijiet | 24 tunnellata metrika | 2.2. | Il-kombinazzjonijiet tal-vettura | | 2.2.1 | Feroviji tat-toroq b'ħames jew sitt fusijiet | | (a)vettura bil-mutur b'żewġ fusijiet bi trailer bi tliet fusijiet | 40 tunnellata metrika | (b)vettura bil-mutur bi tliet fusijiet bi trailer b'żewġ fusijiet jew bi tlieta | 40 tunnellata metrika | 2.2.2 | Vetturi Artikolati b'ħames jew b'sitt fusijiet | | (a)vettura bil-mutur b'żewġ fusijiet bi trailer bi tliet fusijiet | 40 tunnellata metrika | (b)vettura bil-mutur bi tliet fusijiet b'semi-trailer b'żewġ jew bi tliet fusijiet | 40 tunnellata metrika | (ċ)vettura bil-mutur bi tlett fusijiet b'semi trailer b'żewġ jew bi tliet fusijiet li jiflaħ container ISO ta' 40 pied bħala operazzjoni ta' trasport ikkumbinat | 44 tunnellata metrika | 2.2.3 | Road trains b'erba' fusijiet li jikkonsisitu f'vettura bil-mutur b'żewġ fusijiet u bi trailer b'żewġ fusijiet | 36 tunnellata metrika | 2.2.4 | Vetturi artikolati b'erba' fusijiet li jikkonsistu f'vettura bil-mutur b'żewġ fusijiet u semi-trailer b'żewġ fusijiet, jekk id-distanza bejn il-fusijiet tas-semi-trailer: | | 2.2.4.1. | hija 1,3 m jew akbar imma mhux aktar minn 1,8 m | 36 tunnellata metrika | 2.2.4.2. | hija akbar minn 1,8 m | 36 tunnellata metrika + 2 tunnellati metriċi marġni meta l-piż massimu awtorizzat (MAW) tal-vettura bil-mutur (18-il tunnellata metrika) u l- MAW tal-fus tandem tas-semi- trailer (20 tunnellata metrika) huwa rispettat u l-fus tas-sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u s-sospensjoni ta' l-arja jew is-sospensjoni magħrufa bħala ekwivalenti fi ħdan il-Komunità kif definit fl-Anness II. | 2.3 | Vetturi bil-mutur | | 2.3.1 | Vetturi bil-mutur b'żewġ fusijiet | 18-il tunnellata metrika | 2.3.2 | Vetturi bil-mutur b'tliet fusijiet | - 25 tunnellata metrika - 26 tunnellata metrika meta l-fus tas-sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u s-sospensjoni ta' l-arja jew is-sospensjoni magħrufa bħala ekwivalenti fi ħdan il-Komunità kif definit fl-Anness II, jew meta kull fus tas-sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u l-piż massimu ta' kull fus ma jeċċedix id-9,5 tunnellati metriċi. | 2.3.3 | Vetturi bil-mutur b'erba' fusijiet b'żewġ fusijiet tas-sewqan | - 32 tunnellata metrika meta l-fus tas-sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u s-sospensjoni ta' l-arja jew is-sospensjoni magħrufa bħala ekwivalenti fi ħdan il-Komunità kif definit fl-Anness II, jew meta kull fus tas-sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u l-piż massimu ta' kull fus ma jeċċedix id-9,5 tunnellati metriċi. | 2.4. | Xarabanks artikolati bi tliet fusijiet | 28 tunnellata metrika | 3. | Il-piż massimu awtorizzat tal-fusijiet tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) (f'tunnellati metriċi) | | 3.1 | Fusijiet singoli Fus singolu mhux tas-sewqan | 10 tunnellati metriċi | 3.2 | Fusijiet tandem ta' trailers u semi-trailers Is-somma tal-piżijiet tal-fusijiet għal kull fus tandem m'għandhiex teċċedi, jekk id-distanza (d) bejn il-fusijiet hi: | | 3.2.1 | inqas minn 1 m (d < 1,0) | 11-il tunnellata metrika | 3.2.2 | bejn 1,0 m u inqas minn 1,3 m (1,0 ≤ d < 1,3) | 16-il tunnellata metrika | 3.2.3 | bejn 1,3 m u inqas minn 1,8 m (1,3 ≤ d < 1,8) | 18-il tunnellata metrika | 3.2.4 | 1,8 m jew iktar (1,8 ≤ d) | 20 tunnellata metrika | 3.3 | Tri-Fusijiet ta' trailers u semi-trailers Is-somma tal-piżijiet tal-fus għal kull tri-fus m'għandhiex teċċedi, jekk id-distanza (d) bejn il-fusijiet hi: | | 3.3.1 | 1,3 m jew inqas (d ≤ 1,3) | 21 tunnellata metrika | 3.3.2 | iktar minn 1,3 m u sa 1,4 m (1,3 < d ≤ 1,4) | 24 tunnellata metrika | 3.4 | Il-Fus tas-sewqan | | 3.4.1 | Il-Fus tas-sewqan tal-vetturi msemmija f' 2.2.1 u 2.2.2 | 11,5 tunnellati metriċi | 3.4.2 | Il-fus tas-sewqan tal-vetturi msemmija fil-punti 2.2.3, 2.2.4, 2.3 u 2.4 | 11,5 tunnellati metriċi | 3.5 | Il-Fusijiet tandem tal-vetturi bil-mutur Is-somma tal-piżijiet tal-fusijiet għal kull fus tandem m'għandhiex teċċedi, jekk id-distanza (d) bejn il-fusijiet hi: | | 3.5.1 | inqas minn 1 m (d < 1,0) | 11,5 tunnellata metrika | 3.5.2 | 1,0 m jew iktar imma inqas minn 1,3 m (1,0 ≤ d < 1,3) | 16-il tunnellata metrika | 3.5.3 | 1,3 m jew iktar imma inqas minn 1,8 m (1,3 ≤ d < 1,8) | - 18-il tunnellata metrika - 19-il tunnellata metrika meta l-fus tas-sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u s-sospensjoni ta' l-arja jew is-sospensjoni magħrufa bħala ekwivalenti fi ħdan il-Komunità kif definit fl-Anness II, jew meta kull fus tas-sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u l-piż massimu ta' kull fus ma jeċċedix id-9,5 tunnellati metriċi. | 4. | Karatteristiċi rrelatati tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) | | 4.1. | Il-vetturi kollha Il-piż merfugħ mill-fus tas-sewqan jew mill-fusijiet tas-sewqan ta' vettura jew kombinazzjoni ta' vettura m'għandux ikun inqas minn 25 % tal-piż totali mgħobbi tal-vettura jew tal-kombinazzjoni tal-vettura, meta użata fit-traffiku internazzjonali. | | 4.2. | Ir-Road trains Id-distanza bejn il-fus ta' wara ta' vetura bil-mutur u l-fus ta' quddiem ta' trailer m'għandhiex tkun inqas minn 3,00 m. | | 4.3. | Il-Piż massimu awtorizzat jiddependi mill-bażi tar-rota Il-piż massimu awtorizzat f'tunnellati metriċi ta' vettura bil-mutur b'erba' fusijiet ma jistax jeċċedi ħames darbiet id-distanza f'metri bejn il-fusijiet tal-fusijiet l-iktar 'il quddiem u l-iktar lura tal-vettura. | | 4.4. | Semi-trailers Id-distanza mkejla orizzontalment bejn il-fus tal-pern tal-ħames rota u kwalunkwe punt fil-quddiem tas-semi-trailer m'għandhiex teċċedi t-2,04 m. | | -------------------------------------------------- L-ANNESS II KONDIZZJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MA' L-EKWIVALENZA BEJN ĊERTI SISTEMI TA' SOSPENSJONI MINGĦAJR ARJA U SOSPENSJONI TA' L-ARJA GĦAL FUS(IJIET) TAS-SEWQAN TAL-VETTURI 1. ID-DEFINIZZJONI TAS-SOSPENSJONI TA' L-ARJA Sistema ta' sospensjoni hija kkunsidrata arja sospiża jekk mill-inqas 75 % ta' l-effett tal-molla hu kkawżat mill-molla ta' l-arja. 2. EKWIVALENZA GĦAS-SOSPENSJONI TA' L-ARJA Sospensjoni magħrufa bħala ekwivalenti għal sospensjoni ta' l-arja għandha tikkonforma ma' li ġej: 2.1. matul oxxillar wieqaf baxx free transient tal-massa mmullata 'l fuq mill-fus tas-sewqan jew mill-bogie, il-frekwenza mkejla u d-damping mas-sospensjoni li jerfa' t-tagħbija massima tiegħu għandha taqa' fi ħdan il-limiti definiti fil-punti 2.2 sa 2.5; 2.2. kull fus għandu jkun mgħammar b'dampers idrawliċi. Fuq bogies b'fus tandem, id-dampers għandhom ikunu pożizzjonati biex jimminimizzaw l-oxxillar tal-bogies; 2.3. il-proporzjon medju ta' damping D għandu jkun iktar minn 20 % tad-damping kritiku għas-suspensjoni fil-kondizzjonijiet normali tagħha b'dampers idrawliċi fil-post u f'operazzjoni; 2.4. il-proporzjon ta' damping D tas-suspensjoni bid-dampers idrawliċi kollha mneħħija jew inkapaċitati m'għandux ikun iktar minn 50 % ta' D; 2.5. il-frekwenza tal-massa mmullata 'l fuq mill-fus tas-sewqan jew mill-bogie f'oxxillar free transient m'għandhiex tkun ogħla minn 2,0 Hz; 2.6. il-frekwenza u d-damping tas-suspensjoni huma mogħtija fil-paragrafu 3. Il-proċeduri ta' test għall-kejl tal-frekwenza u d-damping huma stabbiliti fil-paragrafu 4. 3. DEFINIZZJONI TAL-FREKWENZA U TAD-DAMPING F'din id-definizzjoni hija kkunsidrata massa mmullata M (kg) 'l fuq mill-fus tas-sewqan jew mill-bogie. Il-fus jew il-bogie għandha riġidità wieqfa totali bejn il-wiċċ tat-triq u l-massa mmullata ta' K Newtons/metru (N/m) u koeffiċjent totali ta' damping ta' C Newtons għal kull metru f'kull sekonda (N.s/m). Iċ-ċaqliq wieqaf tal-massa mmullata huwa Z. L-ekwazzjoni tal-moviment għall-oxxillar ħieles tal-massa mmullata hi: M d Z + C + kZ = 0 Il-frekwenza ta' l-oxxillar tal-massa mmullata F (rad/sec) hi: F = 4M 2 C C o, fejn C = 2 2KM C/C o. Matul l-oxxillar free transient tal-massa mmullata l-moviment wieqaf tal-massa jsegwi mogħdija sinusoidal damped (Il-Figura 2). Il-frekwenza tista' tiġi stmata bil-kejl tal-ħin għal dawk iċ-ċikli ta' oxxillar li jistgħu jiġu osservati. Id-damping jista' jiġi stmat bil-kejl ta' l-għoli tal-ponot suċċessivi ta' l-oxxillar fl-istess direzzjoni. Jekk l-ampjezza tal- ponot ta' l-ewwel u t-tieni ċiklu ta' l-oxxillar huma A1 u A2, allura l-proporzjon ta' damping D hu: D = C C = 1 · ln A1A2 ln' il-logaritmu naturali tal-proporzjon tar-rapport ta' ampjezza. 4. IL-PROĊEDURA TAT-TEST Biex jiġi stabbilit b'test il-proporzjon ta' damping D, il-proporzjon ta' damping bid-dampers idrawliċi imneħħija, u l-frekwenza tas-sospensjoni F, il-vettura mgħobbija għandha jew: (a) tiġi misjuqa b'veloċità baxxa (5 km/hr ± 1 km/hr) tul tarġa ta' 80 mm bil-profil muri fil-Figura 1. L-oxxillar transient li għandu jiġi analizzat għall-frekwenza u d-damping iseħħ wara li r-roti fuq il-fus tas-sewqan ikunu ħallew it-tarġa; jew (b) tinġibed 'l isfel mix-chassis sabiex it-tagħbija fuq il-fus tas-sewqan hija 1,5 darbiet il-valur statiku massimu tagħha. Il-vettura miżmuma jew (ċ) tinġibed mix-chassis sabiex il-massa mmullata tkun merfugħa 80 mm 'l fuq mill-fus tas-sewqan. Il-vettura miżmuma 'l fuq hi f'daqqa waħda mwaqqgħa u l-oxxillar sussegwenti analizzat; jew (d) tkun soġġetta għal proċeduri oħrajn sa fejn kien ippruvat mill-fabbrikant, għas-soddisfazzjon tad-dipartiment tekniku, li huma ekwivalenti. Il-vettura għandha tkun strumentata b'displacement transducer wieqaf bejn il-fus tas-sewqan u x-chassis, direttament fuq il-fus tas-sewqan. Mit-traċċa, l-intervall bejn l-ewwel u t-tieni ponot ta' kompressjoni jista' jitkejjel biex tinkiseb il-frekwenza F u l-proporzjon ta' l-amplitudini biex jinkiseb id-damping. Għal bogies bi twin-drive, displacement transducers weqfin għandhom jitqiegħdu bejn kull fus tas-sewqan u x-chassis direttament fuqu. +++++ TIFF +++++ Figura 1Tarġa għat-testijiet tas-sospensjoni +++++ TIFF +++++ Figura 2Risposta ta'damped transience -------------------------------------------------- L-ANNESS III PJANĊA LI GĦANDHA X'TAQSAM MAD-DIMENSJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(1)(a) I. Il-pjanċa li għandha x'taqsam mad-dimensjonijiet, sa fejn possibbli mwaħħla viċin tal-pjanċa msemmija fid-Direttiva 76/114/KEE, għandu jkollha d-data li ġejja: 1. l-isem tal-fabbrikant [1]; 2. in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura [2]; 3. it-tul tal-vettura bil-mutur, tat-trailer jew tas-semi-trailer (L); 4. il-wisgħa tal-vettura bil-mutur, tat-trailer jew tas-semi-trailer (W); 5. data għall-kejl tat-tul tal-kombinazzjonijiet tal-vettura: - id-distanza (a) bejn il-quddiem tal-vettura bil-mutur u ċ-ċentru ta' l-istrument ta' l-agganċjar (il-ganċ ta' l-agganċjar jew il-ħames rota); fil-każ tal-ħames rota b'diversi punti ta' l-agganċjar, il-valuri minimi u massimi għandhom jingħataw - id-distanza (b) bejn iċ-ċentru ta' l-istrument ta' l-agganċjar tat-trailer (iċ-ċirku tal-ħames rota) (amin u amax), jew tas-semi-trailer (il-pern) u l-wara tat-trailer jew tas-semi-trailer; fil-każ ta' strument b'diversi punti ta' l-agganċjar, il-valuri minimi u massimi għandhom jingħataw (bmin u bmax). It-tul tal-kombinazzjonijiet tal-vettura huwa t-tul tal-vettura bil-mutur u t-trailer jew is-semi-trailer mqiegħda f'linja dritta wara xulxin. II. Il-valuri mogħtija fuq xiehda ta' konformità għandhom jirriproduċu eżattament l-istess miżuri mwettqa direttament fuq il-vettura. [1] Din l-informazzjoni m'għandhiex għalfejn tiġi ripetuta meta l-vettura jkollha pjanċa singola li jkollha d-data dwar kemm il-piżijiet u d-dimensjonijiet. [2] Din l-informazzjoni m'għandhiex għalfejn tiġi ripetuta meta l-vettura jkollha pjanċa singola li jkollha d-data dwar kemm il-piżijiet u d-dimensjonijiet. -------------------------------------------------- L-ANNESS IV IL-PARTI A DIRETTIVI MĦASSRA (imsemmija fl-Artikolu 10) - Id-Direttiva 83/3/KEE dwar il-piżijiet, id-dimensjonijiet u ċerti karatteristiċi tekniċi oħrajn dwar ċerti vetturi tat-triq u l-emendi suċċessivi tagħha: - Id-Direttiva 86/360/KEE - Id-Direttiva 88/218/KEE - Id-Direttiva 89/338/KEE - Id-Direttiva 89/460/KEE - Id-Direttiva 89/461/KEE - Id-Direttiva 91/60/KEE - Id-Direttiva 92/7/KEE - Id-Direttiva 86/364/KEE li għandha x'taqsam max-xhieda ta' konformità ta' vetturi mad-Direttiva 85/3/KEE dwar il-piżijiet, id-dimensjonijiet u ċerti karatteristiċi tekniċi oħrajn ta' ċerti vetturi tat-triq. IL-PARTI B Direttiva | Għeluq iż-żmien għat-traspożizzjoni | 85/3/KEE (ĠU L 2, tat-3.1.1985, p. 14) | fl-1 ta' Lulju 1986 | fl-1 ta' Jannar 1990 | 86/360/KEE (ĠU L 217, tal-5.8.1986, p. 19) | fl-1 ta' Jannar 1992 | 86/364/KEE (ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 48) | fid-29 ta' Lulju 1987 | 88/218/KEE (ĠU L 98, tal-15.4.1988, p. 48) | fl-1 ta' Jannar 1989 | 89/338/KEE (ĠU L 142, tal-25.5.1989, p. 3) | fl-1 ta' Lulju 1991 | 89/460/KEE (ĠU L 226, tat-3.8.1989, p. 5) | fl-1 ta' Jannar 1993 | 89/461/KEE (ĠU L 226, tat-3.8.1989, p. 7) | fl-1 ta' Jannar 1991 | 91/60/KEE (ĠU L 37, tad-9.2.1991, p. 37) | fit-30 ta' Settembru 1991 | 92/7/KEE (ĠU L 57, tat-2.3.1992, p. 29) | fil-31 ta' Diċembru 1992. | -------------------------------------------------- L-ANNESS V TABELLA TA' KORRELAZZJONI Din id-Direttiva | 85/3/KEE | 86/360/KEE | 86/364/KEE | 88/218/KEE | 89/338/KEE | 89/460/KEE | 89/461/KEE | 91/60/KEE | 92/7/KEE | L-Artikolu 1(1) | L-Artikolu 1(1) | | | | | | | | | L-Artikolu 1(1) (a) | - | | | | | | | | | L-Artikolu 1(1) (b) | L-Artikolu 1(1) (b) | | | | | | | | | L-Artikolu 1(2) | L-Artikolu 1(2) | | | | | | | | | L-Artikolu 2 -1 sar-4 u s-6 sa l-10 inċiż | | | | | L-Artikolu 1(2) | | | | | L-Artikolu 2 Il-5, il-11 u t-t12-il inċiż | - | | | | | | | | | L-Artikolu 2 L-aħħar paragrafu | - | | | | | | | | | L-Artikolu 3(1) | - | | | | | | | | | L-Artikolu 3(1) (a)(b) | L-Artikolu 3(1) (a)(b) | | | | | | | | | L-Artikolu 3(2) | L-Artikolu 3(2) | | | | | | | | | L-Artikolu 3(3) | - | | | | | | | | | L-Artikolu 4 | - | | | | | | | | | L-Artikolu 5(a) | | | | | | | L-Artikolu 1(1) | | | L-Artikolu 5(b) | | | | | | | | L-Artikolu 1(1) | | Artikolu 6 (1 sa 4) | | | L-Artikolu 1 (1 sa 4) | | | | | | | L-Artikolu 6 (5 sa 6) | | | L-Artikolu 2 (1 sa 2) | | | | | | | L-Artikolu 7 | L-Artikolu 6 | | | | | | | | | L-Artikolu 8 | | | | | | L-Artikolu 1 | | | | L-Artikolu 9 sa 12 | - | | | | | | | | | L-Artikolu 13 | L-Artikolu 9 | | | | | | | | | L-Anness I | L-Anness I | | | | | | | | | Il-Punt 1 | Il-Punt 1 | | | | | | | | | Il-Punt 1.1 l-1el sat-3 et u l-5es paragrafu | | | | | | | | L-Artikolu 1(2) | | Il-Punt 1.1r-4ba'inċiż | - | | | | | | | | | Il-Punt 1.2 (a) | - | | | | | | | | | Il-Punt 1.2 (b) | - | | | | | | | | | Il-Punt 1.3 sa 1.5 | Il-Punt 1.3 sa 1.5 | | | | | | | | | Il-Punt 1.6 | | | | | | | L-Artikolu 1(3) | | | Il-Punt 1.7 | | | | | | | | L-Artikolu 1(3) | | Il-Punt 1.8 | - | | | | | | | | | Il-Punt 2 sa 2.2.1(b) | Il-Punt Punt 2 sa 2.2.1(b) | | | | | | | | | Il-Punt 2.2.2 (a sa ċ) | Il-Punt 2.2.2 (a sa ċ) | | | | | | | | | Il-Punt 2.2.3 Il-Punkt 2.2.4.1 | | | | | L-Artikolu 1(5) (b) | | | | | Il-Punt 2.2.4.2 | | | | | | | | | L-Artikolu 1(1) (a) | Il-Punt 2.3 sa 2.3.1 | | | | | L-Artikolu 1(5) (ċ) | | | | | Il-Punt 2.3.2 sa 2.3.3 | | | | | | | | | L-Artikolu 1(1) (b sa ċ) | Il-Punt 2.4 | | | | | L-Artikolu 1(5) (ċ) | | | | | Il-Punt 3 sa 3.3.2 | Il-Punt 3 sa 3.3.2 | | | | | | | | | Il-Punt 3.4 sa 3.4.1 | | L-Artikolu 1(3) | | | | | | | | Il-Punt 3.4.2 sa 3.5.2 | | | | | L-Artikolu (5) (d) | | | | | Il-Punt 3.5.3 | | | | | | | | | L-Artikolu 1(1) (d) | Il-Punt 4 sa 4.2 | Il-Punt 4 sa 4.2 | | | | | | | | | Il-Punt 4.3 | | | | | L-Artikolu 1(5)(e) | | | | | Punt 4.4 | | | | | | | L-Artikolu 1(4) | | | L-Anness II | | | | | | | | | L-Anness III | L-Anness III | | | L-Anness | | | | | | | --------------------------------------------------