This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31995D0129
95/129/EC: Council Decision of 27 March 1995 concerning the conclusion of the Cooperation Agreement between the European Community and the Democratic Socialist Republic of Sri Lanka on Partnership and Development
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 1995 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 1995 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp
ĠU L 85, 19.4.1995, p. 32–32
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/129/oj
Official Journal L 085 , 19/04/1995 P. 0032 - 0032
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 1995 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp (95/129/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 113 u 130y, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi, skond l-Artikolu 130u tat-Trattat, il-politika tal-Komunità fil-kamp ta' l-iżvilupp tal-kooperazzjoni għandha tinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-integrazzjoni tagħhom bla diffikultajiet u gradwali fl-ekonomija dinjija u l-kampanja kontra l-faqar f'dawk il-pajjiżi; Billi l-Komunità għandha tapprova, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħha fil-kamp tar-relazzjonijiet barranin, il-ftehim li tirreferi għalih din id-Deċiżjoni, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità, jagħtiha n-notifika li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26 tal-Ftehim. Artikolu 3 Il-Kummissjoni, mgħejjuna mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri, għandha tirrapreżenta lill-Komunità fil-Kummissjoni Konġunta li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 20 tal-Ftehim. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Marzu 1995. Għall-Kunsill Il-President M. Giraud [1] ĠU C 86.tat-23.3.1994. p. 5. [2] ĠU C 18.23.1 1995. --------------------------------------------------