Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989L0398

    Id-Direttiva tal-Kunsill tat-3 ta’ Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-oġġetti ta’ l-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari

    ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/06/2009; Imħassar b' 32009L0039

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1989/398/oj

    31989L0398



    Official Journal L 186 , 30/06/1989 P. 0027 - 0032
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0051
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0051


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tat-3 ta’ Mejju 1989

    dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-oġġetti ta’ l-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari

    (89/398/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 100a tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi d-Direttiva tal-Kunsill 77/94/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar oġġetti ta’ l-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 85/7/KEE [5], ġiet emendata f’numru ta’ okkażjonijiet; billi, fl-okkażjoni ta’ emendi ġodda, l-imsemmija Direttiva għandha, għal raġunijiet ta’ kjarifika, tinkiteb mill-ġdid;

    Billi l-adozzjoni tad-Direttiva 77/94/KEE kienet ġustifikata mill-fatt li d-differenzi bejn il-liġijiet nazzjonali dwar l-oġġetti ta’ ikel għal użu ta’ nutriment partikolari fixklu l-moviment liberu tagħhom, jista’ jkun li kkawżat kondizzjonijiet mhux ugwali ta’ kompetizzjoni u għalhekk kellha impatt dirett fuq l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern;

    Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali tippresupponi, fl-istadju inizjali, it-tħejjija ta’ definizzjoni komuni, id-determinazzjoni ta’ miżuri li jippermettu lill-konsumatur li jkun protett kontra frodi dwar in-natura ta’ dawn il-prodotti u l-adozzjoni tar-regoli li għandhom jiġu mħarsa fl-ittikkettjar tal-prodotti in kwistjoni;

    Billi l-prodotti koperti b’din id-Direttiva huma oġġetti ta’ l-ikel li l-komposizzjoni u tħejjija tagħhom għandha tkun maħsuba speċifikament biex tilħaq il-ħtiġiet ta’ nutriment partikolari tal-persuni li għalihom huma prinċipalment maħsuba; billi jista’ jkun meħtieġ, għalhekk, li jiġu provduti derogi għad-dispożizzjonijiet ġenerali u speċifiċi applikabbli għall-oġġetti ta’ l-ikel biex jinkiseb l-objettiv speċifiku ta’ nutriment;

    Billi, għalkemm oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għal użu ta’ nutriment partikolari li huma s-suġġett ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi jistgħu jkunu monitorjati b’mod effiċjenti fuq il-bażi tar-regoli ġenerali għall-immonitorjar tat-tipi kollha ta’ oġġetti ta’ l-ikel, dan mhux dejjem ikun il-każ għal dawk l-oġġetti ta’ l-ikel li dwarhom ma jeżistu ebda dispożizzjonijiet speċifiċi;

    Billi għal dawn ta’ l-aħħar il-mezzi normalment disponibbli għall-korpi li jimmonitorjaw jistgħu f’ċerti każi ma jippermettulhomx li jivverifikaw jekk oġġett ta’ l-ikel attwalment għandux il-karatteristiċi ta’ nutriment partikolari attribwiti lilu; billi huwa meħtieġ għalhekk li jiġi provdut illi, l-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta’ dak l-oġġett ta’ l-ikel għandha tgħin lill-korp ta’ monitorjar fit-twettiq ta’ l-attivitajiet tiegħu;

    Billi l-istat preżenti ta’ l-iżvilupp tar-regoli tal-Komunità dwar addittivi jfisser li mhux possibbli, fil-qafas ta’ din id-Direttiva, li jiġu adottati dispożizzjonijiet dwar l-użu ta’ addittivi f’oġġetti ta’ ikel maħsuba għal użu ta’ nutriment partikolari jekk ma jkunux jagħmlu parti minn wieħed mill-gruppi msemmija f’Anness I; billi din il-kwistjoni għandha għalhekk tiġi eventwalment rieżaminata;

    Billi t-tħejjija ta’ Direttivi speċifiċi li jimplimentaw il-prinċipji bażiċi tar-regoli tal-Komunità u l-emendi għalihom jimplimentaw miżuri ta’ natura tekinika; billi l-adozzjoni tagħhom għandha tkun fdata lill-Kummissjoni biex tiġi simplifikata u mħaffa l-proċedura;

    Billi fil-każijiet kollha fejn il-Kunsill jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li timplimenta regoli dwar oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum tal-bniedem, għandha ssir dispożizzjoni għall-proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Oġġetti ta’ l-Ikel, stabbilita bid-Deċiżjoni 69/414/KEE [6];

    Billi din id-Direttiva ma taffettwax il-limiti ta’ żmien li fih l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 77/94/KEE,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    1. Din id-Direttiva tikkonċerna oġġetti ta’ l-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari.

    2. (a) Oġġetti ta’ l-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari li, minħabba l-komposizzjoni speċjali jew proċess ta’ manifattura tagħhom, jintagħrfu b’mod ċar minn oġġetti ta’ l-ikel għall-konsum normali, li huma adattati għall-għanijiet tagħhom ta’ nutriment skond kif dikjarati u li huma mqiegħda fis-suq b’dak il-mod li jindikaw dik l-adattabilità.

    (b) Użu ta’ nutriment partikolari għandu jikkonforma mal-ħtiġiet ta’ nutriment partikolari:

    (i) ta’ ċerti kategoriji ta’ persuni li l-proċessi diġestivi jew il-metaboliżmi tagħhom huma disturbati; jew

    (ii) ta’ ċerti kategoriji ta’ persuni li huma f’kondizzjoni psikoloġika speċjali u li huma għalhekk kapaċi li jkisbu benefiċċju speċjali mill-konsum kontrollat ta’ ċerti sustanzi fl-oġġetti ta’ l-ikel; jew

    (iii) ta’ trabi jew tfal żgħar b’saħħithom.

    Artikolu 2

    1. Il-prodotti li għalihom jirreferi Artikolu 1(2)(b) (i) u (ii) jistgħu jiġu karatterizzati bħala ‘dijetetiċi’ jew ‘tad-dieta’.

    2. Fl-ittikketjar, preżentazzjoni u reklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel għall-konsum normali dan li ġej għandu jkun projbit:

    (a) l-użu ta’ l-aġġettivi ‘dijetetiku’ jew ‘tad-dieta’ jew weħidhom jew ma’ kliem ieħor, biex jiddeskrivu dawn l-oġġetti ta’ l-ikel;

    (b) l-immarkar l-ieħor kollu jew kull preżentazzjoni li x’aktarx jagħtu l-impressjoni li wieħed mill-prodotti li għalihom jirreferi Artikolu 1 ikun involut.

    3. Iżda, skond id-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 13, għandu jkun possibbli għal oġġetti ta’ l-ikel għall-konsum normali li huma adattati għal użu ta’ nutriment partikolari li tiġi indikata dik l-adattabilità.

    L-imsemmija dispożizzjonijiet jistgħu jniżżlu l-arranġamenti għall-indikazzjoni ta’ dik l-adattabilità.

    Artikolu 3

    1. In-natura jew komposizzjoni tal-prodotti li għalih jirreferi Artikolu 1 għandha tkun tali li l-prodotti jkunu adattati għal użu maħsub ta’ nutriment partikolari.

    2. Il-prodotti li għalihom jirreferi Artikolu 1 għandhom ukoll jikkonformaw ma’ kull dispożizzjoni mandatarja applikabbli għall-oġġetti ta’ l-ikel għall-konsum normali, ħlief fir-rigward ta’ bidliet magħmula lilhom biex tiġi żgurata l-konformità mad-definizzjonijiet mogħtija f’Artikolu 1.

    Artikolu 4

    1. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-gruppi ta’ ikel għal użu ta’ nutriment partikolari li jidhru f’Anness I għandhom ikunu provduti permezz ta’ Direttivi speċifiċi.

    Dawk id-Direttivi speċifiċi jistgħu jkopru b’mod partikolari:

    (a) ħtiġiet essenzjali fir-rigward tan-natura jew komposizzjoni tal-prodotti;

    (b) dispożizzjonijiet dwar il-kwalità ta’ materja prima;

    (ċ) ħtiġiet ta’ iġjene;

    (d) bidliet permessi skond it-tifsira ta’ Artikolu 3(2);

    (e) lista ta’ l-addittivi,

    (f) dispożizzjonijiet dwar it-tikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar;

    (g) proċeduri ta’ kampjunar u metodi ta’ l-analiżi meħtieġa għall-verifikazzjoni tal-konformità mal-ħtiġiet tad-Direttivi speċifiċi.

    Dawk id-Direttivi speċifiċi għandhom jiġu adottati:

    - fil-każ tal-punt (e), mill-Kunsill waqt li jaġixxi skond il-proċedura mniżżla f’Artikolu 100a,

    - fil-każ tal-punti l-oħra, skond il-proċedura mniżżla f’Artikolu 13,

    Dispożizzjonijiet li x’aktarx ikollhom effett fuq is-saħħa pubblika għandom jiġi adottati wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel, imwaqqaf bid-Deċiżjoni 74/234/KEE [7].

    2. Lista tas-sustanzi b’għanijiet speċifiċi ta’ nutriment bħal vitamini, melħ minerali, amino acids u sustanzi oħra maħsuba li jiżdiedu ma’ oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għal użu ta’ nutriment partikolari, flimkien mal-kriterji ta’ purità applikabbli għalihom, u, fejn xieraq, il-kondizzjonijiet li taħthom għandhom jintużaw, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura mniżżla f’Artikolu 13.

    Artikolu 5

    Kondizzjonijiet li taħthom referenza tista’ ssir għall-ittikkettjar, preżentazzjoni u reklamar għal xi dieta jew għal xi kategorija ta’ persuna li dwarha prodott li għalih jirreferi Artikolu 1 huwa maħsub jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura provduta f’Artikolu 13.

    Artikolu 6

    1. It-tikkettjar u metodi ta’ ittikkettjar użati, il-preżentazzjoni u reklamar tal-prodotti li għalihom jirreferi Artikolu 1 m’għandux jattribwixxi karatteristiċi għall-prevenzjoni, trattament jew kura ta’ mard uman għal dawk il-prodotti jew jimplika dawk il-karatteristiċi.

    Derogi għall-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu provduti skond il-proċedura provduta f’Artikolu 13 f’każi eċċezzjonali u definiti b’mod ċar. Id-derogi jistgħu jitkomplew sakemm dik il-proċedura titlesta.

    2. Il-paragrafu 1 m’għandux jipprevjeni d-disseminazzjoni ta’ xi tagħrif utili jew rakkomandazzjonijiet esklużivament maħsuba għall-persuni li jkollhom kwalifiki fil-mediċina, nutriment jew farmaċija.

    Artikolu 7

    1. Id-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-ittikketjar, preżentazzjoni jew reklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel [8], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/395/KEE [9], għandha tapplika għall-prodotti li għalihom jirreferi Artikolu 1, taħt il-kondizzjonijiet imniżżla hawn taħt.

    2. Id-deskrizzjoni li taħtha prodott jinbiegħ għandha tkun akkumpanjata b’indikazzjoni tal-karatteristiċi ta’ nutriment partikolari; iżda, fil-każ ta’ prodotti li għalihom jirreferi Artikolu 1(2)(b) (iii), din ir-referenza għandha tinbidel b’referenza għall-iskop li għalih kienu maħsuba.

    3. It-tikkettjar ta’ prodotti li għalihom ebda Direttiva speċifika ma tkun ġiet adottata skond Artikolu 4 għandha tinkludi wkoll:

    (a) l-elementi partikolari tal-komposizzjoni kwalitattiva u kwantitattiva jew il-proċess speċjali ta’ manifattura li jagħti lill-prodott il-karatteristiċi speċjali ta’ nutriment;

    (b) il-valur ta’ enerġija disponibbli espress f’kilojoules u kilokaloriji u l-karboidrati, proteini u kontenut ta’ xaħam kull 100 gramma jew 100 millilitru tal-prodott kif imqiegħed fis-suq u, fejn xieraq, kull kwantità speċifikata tal-prodott kif propost għall-konsum.

    Jekk, iżda, l-valur ta’ enerġija jkun anqas minn 50 kilojoules (12 kilokaloriji) kull 100 gramma jew 100 millilitru tal-prodott kif imqiegħed fis-suq, dawn il-partikolaritajiet jistgħu jiġu mibdula jew bil-kliem ‘valur ta’ enerġija anqas minn 50 kilojoules (12 kilokaloriji) kull 100 gramma’ jew bil-kliem ‘valur ta’ enerġija anqas minn 50 kilojoules (12 kilokaloriji) kull 100 millilitru’.

    4. Il-ħtiġiet partikolari għall-ittikjettajar ta’ dawk il-prodotti li dwarhom Direttiva speċifika tkun ġiet adottata għandhom jitniżżlu f’dik id-Direttiva.

    Artikolu 8

    1. Il-prodotti li għalihom jirreferi Artikolu 1 għandhom ikunu permessi biss fis-suq tal-bejgħ bl-imnut jew f’forma f’imballaġġ minn qabel, u l-imballaġġ għandu jkopri l-prodotti kollha kemm huma.

    2. L-Istati Membri jistgħu, iżda, jippermettu derogi minn dawn id-dispożizzjonijiet għall-iskopijiet tan-negozju bl-imnut b’dan illi l-prodott ikun akkumpanjat bil-partikolritajiet li għalihom jipprovdi Artikolu 7 fiż-żmien li jitqiegħed għall-bejgħ.

    Artikolu 9

    Biex jiġi permess l-immonitorjar effiċjenti uffiċjali ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għal użu ta’ nutriment partikolari li ma jkunux jagħmlu sehem minn wieħed mill-gruppi ta’ prodotti elenkati f’Anness I id-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw:

    1. Meta prodott kif msemmi hawn fuq jitqiegħed fis-suq għall-ewwel darba il-manifattur jew, fejn prodott huwa manifatturat fi Stat terz, l-importatur, għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn il-prodott jitqiegħed fis-suq billi jibgħatlu mudell tat-tikketta wżata għall-prodott.

    2. Meta l-istess prodott sussegwentement jitqiegħed fis-suq ta’ Stat Membru ieħor il-manifattur jew, fejn japplika, l-importatur, għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru bl-istess tagħrif, flimkien ma’ indikazzjoni tar-riċevitur ta’ l-ewwel notifikazzjoni.

    3. Fejn meħtieġ, l-awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li titlob lill-manifattur jew, fejn japplika, lill-importatur, li jipproduċi x-xogħol xjentifiku u t-tagħrif li jistabbilixxi l-konformità tal-prodott ma’ l-Artikolu 1(2) flimkien mat-tagħrif li għalih jipprovdi Artikolu 7(3)(a). Jekk dak ix-xogħol ikun jinstab f’pubblikazzjoni faċilment disponibbli, referenza biss għal dik il-pubblikazzjoni għandha tkun biżżejjed.

    4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni l-identità ta’ l-awtoritajiet kompetenti skond it tifsira ta’ dan l-Artikolu u kull tagħrif ieħor utili dwarhom.

    Il-Kummissjoni għandha tippubblika dan it-tagħrif fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura provduta f’Artikolu 13.

    5. Erba’snin wara n-notifikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, akkumpanjat, fejn meħtieġ, bil-proposti adattati.

    Artikolu 10

    1. L-Istati Membri m’għandhomx, għal raġunijiet li jirrelataw mal-komposizzjoni, speċifikazzjonijiet ta’ manifattura, preżentazzjoni jew tikkettjar, jipprojbixxu jew jirrestrinġu kummerċ fil-prodotti li għalihom jirreferi Artikolu 1 li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u fejn japplika, mad-Direttivi adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

    2. Il-paragrafu 1 m’għandux jeffettwa d-dispożizzjonijiet nazzjonali li huma applikabbli fin-nuqqas ta’ Direttivi adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 11

    1. Fejn Stat Membru jkollu raġunijiet dettaljati biex jistabbilixxi li oġġett ta’ l-ikel maħsub għal użu ta’ nutriment partikolari li ma jkunx jagħmel sehem minn wieħed mill-gruppi elenkati f’Anness I ma jkunx jikkonforma ma’ Artikolu 1(2) jew jipperikola saħħet il-bniedem għalkemm ikun f’ċirkolazzjoni ħielsa fi Stat Membru wieħed jew aktar, dak l-Istat Membru jista’ temporanjament jissospendi jew jirrestrinġi n-negozju f’dak il-prodott fit-territorju tiegħu. Għandu minnufih javża lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dan waqt li jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

    2. Il-Kummissjoni għandha teżamina kemm jista’ jkun malajr ir-raġunijiet mogħtija mill-Istat Membru konċernat, tikkonsulta ma’ l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Oġġetti ta’ l-Ikel, u għandha mbagħad tagħti l-opinjoni tagħha mingħajr dewmien u tieħu l-miżuri xierqa.

    3. Jekk il-Kummissjoni tikkonsidra li l-miżura nazzjonali għandha titneħħa jew tiġi modifikata, għandha tibda l-proċedura mniżżla f’Artikolu 13 għall-adozzjoni tal-miżuri xierqa.

    Artikolu 12

    1. Meta Stat Membru, bħala riżultat ta’ xi tagħrif ġdid jew minħabba stima mill-ġdid tat-tagħrif eżistenti magħmula minn mindu waħda mid-Direttivi speċifiċi kienet adottata, ikollha raġunijiet dettaljati biex tistabbilixxi li oġġett ta’ l-ikel maħsub għal użu ta’ nutriment partikolari ikun jipperikola saħħet il-bniedem għalkemm ikun jikkonforma mad-Direttiva speċifika relevanti, dak l-Istat Membru jista’ temporanjament jissospendi jew jirrestrinġi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet in kwistjoni fit-territorju tiegħu. Għandu minnufih javża lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’dan waqt li jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

    2. Il-Kummissjoni għandha teżamina kemm jista’ jkun malajr ir-raġunijiet mogħtija mill-Istat Membru konċernat, tikkonsulta ma’ l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Oġġetti ta’ l-Ikel, u għandha mbagħad tagħti l-opinjoni tagħha mingħajr dewmien u tieħu l-miżuri xierqa.

    3. Jekk il-Kummissjoni tikkonsidra li emendi għal din id-Direttiva jew għal xi Direttivi speċifiċi jkunu meħtieġa biex tirrimedja d-diffikultajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u biex tiżgura l-protezzjoni tas-saħħa umana, għandha tibda l-proċedura provduta f’Artikolu 13 biex tadotta dawk l-emendi. L-Istati Membri li jkunu adottaw miżuri ta’ salvagwardja jistgħu f’dak il-każ iżommuhom sakemm l-emendi jkunu ġew adottati.

    Artikolu 13

    Fejn il-proċedura provduta f’dan l-Artikolu għandha tiġi segwita, il-President għandu jirreferi l-materja lill-Kumitat Permanenti dwar l-Oġġetti ta’ l-Ikel, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Kumitat’, jew fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ xi Stat Membru.

    Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-Kumitat abbozz dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-Opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f’limitu ta’ żmien iffissat mill-President wara li jkun ingħata kont ta’ l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza mniżżla f’Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom ikunu mwieżna bil-mod imniżżel f’dak l-Artikolu. Il-President m’għandux jivvota.

    Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba meta dawn ikunu skond l-Opinjoni tal-Kumitat.

    Fejn il-miżuri maħsuba ma jkunux skond l-Opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tibgħat lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

    Jekk, wara li jgħaddu tliet xhur minn meta l-materja tintbagħat lilu, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

    Artikolu 14

    Id-Direttiva 77/94/KEE hija b’dan imħassra.

    Kull referenza għad-Direttiva mħassra għandha tiftiehem bħala referenza għal din id-Direttiva u għandha tinqara skond it-tabella ta’ korrelazzjoni mniżżla fit-Taqsima A ta’ Anness II.

    Artikolu 15

    1. L-Istati Membri għandhom jemendaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom b’dak il-mod illi:

    - jippermettu n-negozju fi prodotti li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mis-16 ta’ Mejju 1990,

    - jipprojbixxu n-negozju fi prodotti li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mis-16 ta’ Mejju 1990,

    Għandhom javżaw minnufih b’dan lill-Kummissjoni.

    2. Il-paragrafu 1 m’għandux jeffettwa d-dispożizzjonijiet nazzjonali li fin-nuqqas tad-Direttivi li għalihom jirrferi Artikolu 4 japplikaw għal ċerti gruppi ta’ oġġetti ta’ ikel maħsuba għal użu ta’ nutriment partikolari.

    Artikolu 16

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Mejju 1989.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. Solbes

    [1] ĠU Ċ 124, tat- 23.6.1987, p. 7. ĠU Ċ 161, tad- 19.4.1988, p. 12.

    [2] ĠU C 99, tat-13.5.1987, p. 54. u ĠU C 120, tas-16.5.1989,

    [3] ĠU C 328, tat-22.12.1986, p. 9.

    [4] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 55.

    [5] ĠU L 2, tal-3.1.1985, p. 22.

    [6] ĠU L 291, tad-19.11.1969, p. 9.

    [7] ĠU L 136, ta’ l-20.5.1974, p. 1.

    [8] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 1.

    [9] Ara paġna 17 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    Gruppi ta’ ikel għal użu ta’ nutriment partikolari li dwarhom dispożizzjonijiet speċjali għandhom jitniżżlu b’Direttivi speċifiċi [1]

    1. Formuli tat-trabi

    2. Ħalib tal-prosegwiment u ikel ieħor tal-prosegwiment

    3. Ikel tat-trabi

    4. Ikel b’enerġija baxxa u enerġija mnaqqsa maħsuba għall-kontroll tal-piż

    5. Ikel ta’ dieta għal skopijiet mediċi speċjali

    6. Ikel b’sodju baxx, inkluż melħ tad-dieta b’sodju baxx jew ħieles mis-sodju

    7. Ikel ħieles mill-gluten

    8. Ikel maħsub biex jilħaq il-ħala ta’ sforz muskolari intens, speċjalment għall-isportivi

    9. Ikel għall-persuni li jbatu minn diżordnijiet ta’ karboidrati fil-metaboliżmu (dijabete)

    [1] Huwa mifhm li prodotti diġà fis-suq meta din id-Direttiva tiġi adottata m’għandhomx jiġu effettwati biha.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

    Direttiva 77/94/KEE | Din id-Direttiva |

    Artikolu 1(1) | Artikolu 1(1) |

    Artikolu 1(2) | Artikolu 2(2) |

    Artikolu 1(3) | — |

    Artikolu 2(1) | Artikolu 3(1) |

    Artikolu 2(2) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 2(1) |

    Artikolu 2(2) it-tieni subparagrafu | — |

    Artikolu 2(3) | Artikolu 2(2) |

    Artikolu 2(4) | Artikolu 2(3) |

    Artikolu 3 | Artikolu 3(2) |

    — | Artikolu 4 |

    Artikolu 4(1) | Artikolu 6(1) |

    Artikolu 4(2) | Artikolu 5 |

    Artikolu 4(3) | Artikolu 6(2) |

    Artikolu 5(1) | Artikolu 7(1) |

    Artikolu 5(2) il-punt (a) | Artikolu 7(2) |

    Artikolu 5(2) il-punti (b) u (ċ) | Artikolu 7(3) il-punti (a) u (b) |

    Artikolu 5(2) il-punt (d) | — |

    Artikolu 5(2) il-punt (e) | Artikolu 7(4) |

    Artikolu 5(3) | — |

    Artikolu 6 | Artikolu 8 |

    — | Artikolu 9 |

    Artikolu 7(1) | Artikolu 10(1) |

    — | Artikolu 10(2) |

    Artikolu 7(2) | — |

    Artikolu 8 | — |

    — | Artikolu 11 |

    — | Artikolu 12 |

    Artikolu 9 | Artikolu 13 |

    Artikolu 10 | — |

    Artikolu 11 | — |

    — | Artikolu 14 |

    Artikolu 12 | Artikolu 15 |

    Artikolu 13 | Artikolu 16 |

    — | L-Anness I |

    --------------------------------------------------

    Top