This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 21979A0623(01)
Convention on the conservation of migratory species of wild animals
Il-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tal-ispeċje migratorji ta’ l-annimali selvaġġi
Il-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tal-ispeċje migratorji ta’ l-annimali selvaġġi
ĠU L 210, 19.7.1982, p. 11–22
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/1982/461/oj
Official Journal L 210 , 19/07/1982 P. 0011 - 0022
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0011
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0011
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 3 P. 0216
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 3 P. 0216
Il-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tal-ispeċje migratorji ta’ l-annimali selvaġġi IL-PARTIJIET KONTRAENTI, JIRRIKONOXXU li l-annimali selvaġġi fil-għamliet mingħajr għadd tagħhom huma parti irriprezzabbli tas-sistema tan-natura tad-dinja li għandha tkun ikkonservata għall-ġid ta’ l-umanità; MNEBBĦA li kull ġenerazzjoni tal-bniedem iżżomm ir-riżorsi tad-dinja għall-ġenerazzjonijiet futuri u għandha l-obbligu li tassigura li dan il-wirt ikun ikkonservat u, meta utilizzat, utilizzat bil-għaqal; KONXJI bil-valur dejjem jikber ta’ l-annimali selvaġġi mill-aspetti ambjentali, ekoloġiċi, ġenetiċi, xjentifiċi, estetiċi, rekreazzjonali, kulturali, edukazzjonali, soċjali u ekonomiċi; IKKONEĊRNATI partikolarment b'dawk l-ispeċje ta' l-annimali selvaġġi li jemigraw matul jew il-barra mill-frutieri ta' ġurisdizzjoni nazzjonali; JIRRIKONOXXU li l-Istati huma u għandhom ikunu il-protetturi tal-ispeċje migratorji ta' l-annimali selvaġġi li jgħixu fi jew li jgħaddu matul il-fruntieri tal-ġurisdizzjoni nazzjonali; KONVINTI li l-konservazzjoni u l-amministrazzjoni effettiva tal-ispeċje migratorji ta' l-annimali selvaġġi teħtieġ l-azzjoni konċentrata tal-Istati kollha fi ħdan il-fruntieri ta' ġurisdizzjoni nazzjonali li tagħhom tali speċje jgħaddu xi parti miċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom; JIFTAKRU fir-Rakkommandazzjoni 32 tal-Pjan ta' Azzjoni adottat mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent Uman (Stokkħolma, 1972) u innotat b'sodifzzjoni mis-Seba'-w-għoxrin Sezzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu I Interpretazzjoni 1. Għall-iskop ta' din il-Konvenzjoni: (a) "speċje migratorji" tfisser il-popolazzjoni intiera jew xi parti ġeografikament separata tal-popolazzjoni ta' xi speċje jew klassifikazzjoni aktar baxxa ta' l-annimali selvaġġi, li porzjon sinifikanti tal-membri tagħhom ċiklikament u bi predibbilità jaqsmu minn fuq wieħed jew aktar fruntieri ta' ġurisdizzjoni nazzjonali; (b) "l-istatut tal-konservazzjoni tal-ispeċje migratorji" tfisser is-somma ta' l-influwenzi li jaġixxu fuq l-ispeċje migratorji li jistgħu jaffettwaw it-tqassim u l-abbundanza tagħhom f'termini fit-tul; (ċ) "statut tal-konservazzjoni" għandu jkun meqjus bħala "favorevoli" meta: 1. id-dinamiċi tad-data tal-popolazzjoni tindika li l-ispeċje migratorji ikunu jsostnu lilhom infushom fuq bażi ta' termini fit-tul bħala komponent viabbli ta' l-ekosistemi tagħhom; 2. il-medda tal-ispeċje migratorji la hija preżentament tkun imnaqqsa, u l-anqas ma hemm pobabbiltà li tkun imnaqqsa, f'termini ta' bażi fit-tul; 3. ikun hemm, u sejjer ikun hemm fil-futur previst, abitat suffiċjenti għaż-żamma tal-popolazzjoni tal-ispeċje migratorji fuq bażi ta' terminu fit-tul; u 4. id-distribuzzjoni u l-abbundanza tal-ispeċje migratorji tkun tilħaq koperta u livelli storiċi sal-limitu li l-ekosistema potenzali tkun teżisti u sal-medda konsistenti ma l-amministrazzjoni għaqlija tal-ħajja selvaġġi; (d) "statut ta' konservazzjoni" għandu jkun meqjus bħala "mhux favorevoli" jekk uħud mill-kondizzjonijiet stabbiliti fis-subparagrafu (ċ) ta' dan il-paragrafu ma jkunux milħuqa; (e) "ipperrikolati" b'relazzjoni ma speċje migratorja partikolari tfisser li l-ispeċje migratorja tkun f'perikolu ta' l-estinzjoni matul il-medda kollha jew porzjon sinifikanti tagħha; (f) "medda" għandha tfisser iż-żoni kollha ta' l-art jew tal-baħar ta' speċje migratorji abitanti, li jabitaw temporanjament, li jaqsmu jew li jtijru minn fuqhom fi kwalunkwe żmien waqt ir-rotta migratorja normali tagħhom; (g) "abitat" ifisser kwalunkwe żona fil-medda tal-ispeċje migratorji li jkun fiha kondizzjonijiet tal-ħajja adattati għal dawk l-ispeċje; (h) "Stat ta' Medda" b'relazzjoni ma speċje migratorja partikolari jfisser kwalunkwe Stat (u meta xieraq kwalunkwe parti referuta fis-subparagrafu (k) ta' dan il-paragrafu) li jeżerċita ġurisdizzjoni fuq xi parti tal-medda ta' dawk l-ispeċje migratorji, jew ta' Stat, vapuri li bil-bandiera tagħhom li huma nvoluti il-barra mil-limiti tal-ġurisdizzjoni nazzjonali fit-teħid ta' dawk l-ispeċje migratorji; (i) "jittieħed/jittieħdu" tfisser, il-kaċċa, is-sajd, il-qbid; it-tqagħbir, il-qtil deliberat, jew l-attentat li jkun involut f'imġieba tali; (j) "Ftehim" ifisser il-ftehim internazzjonali relatat mal-konservazzjoni ta' waħda jew aktar mill-ispeċje migratorji bħal ma hemm provvediment dwar dan fl-Artikoli IV u V ta' din il-Konvenzjoni; u (k) "Parti" tfisser Stat jew xi organizzazzjoni integrata ekonomika reġjonali kostitwita mill-Istati sovrani li jkollha l-kompetenza fir-rigward tal-negozjati, l-konklużjoni u l-applikazzjoni ta' ftehim internazzjonali fil-materji koperti b'din il-Konvenzjoni li dwarhom din il-Konvenzjoni hija fis-seħħ. 2. Fil-materji fil-kompetenza tagħhom, l-organizzazzjonijiet integrati ekonomċi reġjonali li huma Partijiet ta' din il-Konvenzjoni għandhom f'isimhom stess jeżerċitaw id-drittijiet u jwettqu r-responsabbiltajiet li din il-Konvenzjoni tattribwixxi lill-Istati membri tagħhom. F'każi bħal dawn l-Istati membri ta' dawn l-organizzazzjonijiet m'għandhomx ikunu ntitolati li jeżerċitaw tali drittijiet individwalment. 3. Meta din il-Konvenzjoni tipprovdi għal deċiżjoni li għandha tittieħed jew b'maġġoranza ta' żewġ-terzi jew b'deċiżjoni unanima tal-"Partijiet preżenti u li jivvotaw" din għandha tfisser "il-Partijiet preżenti u li jitfgħu vot affermattiv jew negattiv". Dawk li jastjenu mill-vot m'għandhomx ikunu magħduda fost "il-Partijiet preżenti li jivvotaw" fid-determinazzjoni tal-maġġoranza. Artikolu II Prinċipji fondamentali 1. Il-Partijiet jirrikkonoxxu l-importanza ta' speċje migratorji li jkunu kkonservati u tal-Istati ta' Medda li jifthiemu li jieħdu azzjoni għan dan il-għan kull meta jkun possibbli u xieraq, billi jagħtu attenzjoni speċjali għall-ispeċje migratorji li l-istatut tal-konservazzjoni tagħhom tkun mhux-favorevoli, u tat-teħid individwali jew b'kooperazzjoni xierqa u l-passi meħtieġa għall-konservazzjoni ta' tali speċje u l-abitat tagħhom. 2. Il-Partijiet jaffermaw il-ħtieġa li tittieħed azzjoni sabiex ikun evitat li speċje migratorji jkunu pperikolati. 3. Partikolarment, il-Partijiet: (a) għandhom iħeġġu, jikkooperaw fis-sostenn tar-riċerka li tirrigwardja l-ispeċje migratorji; (b) għandhom jagħmlu sforz li jipprovdu protezzjoni immedjata għall-ispeċje migratorji inklużi fl-Appendiċi I; u (ċ) għandhom jagħmlu sforz li jikkonkludu Ftehim li jkopri il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta' speċje migratorji inklużi fl-Appendiċi II. Artikolu III Speċje migratorji ipperikolati: Appendiċi I 1. L-Appendiċi I għandu jelenka l-ispeċje migratorji li huma pperikolati. 2. Speċje migratorji jistgħu jkunu elenkati fl-Appendiċi I basta li evidenza affidabbli, inkluża l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, tindika li dak l-ispeċje jkun jinsab f'perikolu. 3. Speċje migratorja tista titneħħa mill-Appendiċi I meta l-Konferenza tal-Partijiet tiddetermina li: (a) l-evidenza affidabbli, inkluża l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, tindika li l-ispeċje ma tkunx aktar fil-perikolu, u (b) l-ispeċje aktarx li ma tkunx ipperikolata mill-ġdid minħabba t-telf tal-protezzjoni ikkaġunata bit-tneħħija tagħhom mill-Appendiċi I. 4. Il-Partijiet tal-Istati ta' Medda ta' speċje migratorji elenkati fl-Appendiċi I għandhom jagħmlu sforz: (a) li jikkonservaw u, meta possibbli u xieraq, jirrinovaw dawk l-abitati tal-ispeċje li huma ta' importanza fit-tneħħija tal-ispeċje mill-perikolu ta' l-estinzjoni; (b) li jimpedixxu, jneħħu, jikkumpensaw għal jew li jimminimizzaw, kif xieraq, l-effetti ħżiena ta' l-attivitajiet jew l-ostakoli li serjament jimpedixxu jew li jfixklu il-migrazzjoni tal-ispeċje; u (ċ) sal-limitu possibbli u xierqa, li ma jħallux, inaqqsu jew jikkontrollaw fatturi li huma jipperikolaw jew li huma li jipperikolaw aktar l-ispeċje, inkluż il-kontroll strett ta' l-introduzzjoni ta', jew tal-kontroll jew ta' l-eliminazzjoni diġa introdotti, speċje eżotiċi. 5. Il-Partijiet tal-Istati ta' Medda ta' speċje migratorji elenkati fl-Appendiċi I għandhom jipprojbixxu it-teħid ta' l-annimali li jappartienu għal tali speċje. Eċċezzjonijiet jistgħu isiru għal din il-projbizzjoni biss jekk: (a) it-teħid ikun għal skopijiet xjentifiċi; (b) it-teħid ikun għall-iskopijiet li tkun imsaħħa l-propagazzjoni jew is-sopravivenza tal-ispeċje affettwati; (ċ) it-teħid ikun sabiex jakkomoda l-ħtiġiet ta' l-għixien tradizzjonali ta' l-utenti ta' tali speċje; jew (d) iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali hekk ikunu jeħtieġ: basta li tali eċċezzjonijiet ikunu preċiżi rigward il-kontenut u limitati fl-ispazju u fiż-żmien. Tali teħid m'għandux jopra għall-iżvantaġġ tal-ispeċje. 6. Il-Konferenza tal-Partijiet tista tirrakkommanda lill-Partijiet li huma Stati ta' Medda tal-ispeċje migratorji elenkati fl-Appendiċi I li huma għandhom jieħdu aktar miżuri meqjusa xierqa għall-beneifiċċju tal-ispeċje. 7. Il-Partijiet għandhom malli jkun possibbli li jinformaw lis-Segretarjat b'xi eċċezzjonijiet magħmula permezz tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. Artikolu IV L-ispeċje migratorji li għandhom ikunu s-suġġett tal-Ftehim: Appendiċi II 1. L-appendiċi II għandu jelenka speċje migratorji li għandhom l-istatut mhux-favorevoli tal-konservazzjoni u li jeħtieġu ftehim internazzjonali għall-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tagħhom, kif ukoll dawk li għandhom statut ta' konservazzjoni li jkunu jibbenefikaw sinifikament mil-kooperazzjoni internazzjonali li tista tkun milħuqha bi ftehim internazzjonali. 2. Jekk iċ-ċirkostanzi hekk jitolbu, speċje migratorji jistgħu jkunu elenkati kemm fl-Appendiċi I u fl-Appendiċi II. 3. Il-Partijiet li huma Stati ta' Medda ta' speċje migratorji elenkati fl-Appendiċi II għandhom jgħamlu sforz li jikkonkludu Ftehim meta dawn ikunu jibbenefikaw l-ispeċje u għandhom jagħtu prijorità lil dawk l-ispeċje fi statut ta' konservazzjoni mhux-favorevoli. 4. IL-Partijiet huma nkorraġġiti li jieħdu azzjoni bil-għan li jikkonkludu ftehim dwar kwalunkwe popolazzjoni jew ta' parti ta' popolazzjoni ġeografikament separati ta' xi speċje jew ta' klassifikazzjoni aktar baxxa ta' l-annimali selvaġġi, li l-membri tagħhom perjodikament jaqsmu wieħed jew aktar fruntieri ta' ġurisdizjoni nazzjonali. 5. Is-Segretarjat għandu jkun ipprovdut b'kopja ta' kull Ftehim konkluż bis-saħħa tad-dispożizzjoni ta' dan l-Artikolu. Artikolu V Linji ta' gwida għall-Ftehim 1. L-għan ta' kull Ftehim għandu jkun li jirrestawra l-ispeċje migratorji kkonċernati għall-statut ta' konservazzjoni aktar favorevoli jew li jżommhom f'tali statut. Kull Ftehim għandu jitratta ma dawk l-aspetti tal-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tal-ispeċje migratorji kkonċernati li għandu jservi sabiex jintlaħaq dak il-għan. 2. Kull Ftehim għandu jkopri il-medda kollha tal-ispeċje migratorji kkonċernati u għandu jkun miftuħ għall-adeżjoni mill-Istati ta' Medda kollha ta' dawk l-ispeċje, seww jekk jew le ikunu Partijiet ta' din il-Konvenzjoni. 3. Ftehim għandu, kull meta possibbli, jitratta ma aktar minn speċje migratorja waħda. 4. Kull Ftehim għandu: (a) jidentifika l-ispeċje migratorja koperta; (b) jiddeskrivi l-medda u r-rotta migratorja tal-ispeċje migratorji; (ċ) jipprovdi għal kull Parti li tinnomina l-awtorità nazzjonali tagħha kkonċernata bl-implementazzjoni tal-Ftehim; (d) jistabbilixxi, jekk meħtieġ, il-makkinarju xieraq sabiex jgħin fit-twettieq ta' l-għanijiet tal-Ftehim, li jitwettaq l-effettività tiegħu, u li jipprepara rapport għall-Konferenza tal-Partijiet; (e) jipprovdi għall-proċeduri għat-twettieq ta' kwistjonijiet bejn il-Partijiet tal-Ftehim; u (f) bħala minimu, jipprojbixxi, b'relazzjoni mal-ispeċje migratorji ta' l-Ordni Cetacea, u meqjus li ma hux permissibbli għall-ispeċje migratorji permezz ta' xi ftehim multilaterali ieħor u jipprovdi għal adeżjoni mal-Ftehim mill-Istati li ma humiex Stati Medda ta' dik l-ispeċje migratorja. 5. Meta xieraq u prattiku, kull Ftehim għandu jipprovdi għal, imma mhux illimitat għal: (a) ir-reviżjoni perjodika tal-istatut tal-konservazzjoni tal-ispeċje migratorja kkonċernata u l-identifikazzjoni tal-fatturi li jistgħu ikunu ta' ħsara għall-istatut tagħhom; (b) il-konservazzjoni koordinata u l-amministrazzjoni tal-pjanti: (ċ) ir-riċerka fl-ekoloġija u d-dinamika tal-popolazzjoni tal-ispeċje migratorja kkonċernata, b'attenzjoni speċjali għall-migrazzjoni; (d) l-iskambju ta' l-informazzjoni dwar l-ispeċje migratorji kkonċernati, attenzjoni speċjali għandha tingħata għall-iskambju tar-riżultati tar-riċerka u tal-istatistika relevanti; (e) il-konservazzjoni u, meta meħtieġ u prattiku, ir-restawr ta' l-abitati ta' l-importanza fiż-żamma tal-istatut tal-konservazzjoni favorevoli, u l-protezzjoni ta' tali abitati mit-tfixkil, inkluż il-kontroll strett ta' l-introduzzjoni ta', jew tal-kontroll kif diġa introdotti, ta' speċje eżotiċi detrimentali għall-ispeċje migratorji; (f) iż-żamma ta' qafas adattat ta' l-abitat mxerda kif xieraq b'relazzjoni mar-rottot tal-migrazzjoni; (g) meta jkun jidher mixtieq, il-provvediment ta' l-abitati ġodda favorevoli għall-ispeċje migratorji jew ta' l-introduzzjoni mill-ġdid tal-ispeċje migratorji fl-abitati favorevoli; (h) l-eliminazzjoni ta', sal-limitu massimu possibbli, jew il-kumpens għall-attivitajiet u l-ostakoli li jfixklu jew jimpedixxu l-migrazzjoni; (i) il-prevenzjoni, it-tnaqqis jew il-kontroll tar-rilaxx fl-abitat tal-ispeċje migratorji ta' sustanzi ta' ħsara għal dawk l-ispeċje migratorji; (j) miżuri ibbażati fuq prinċipji ekoloġiċi sodi għall-kontroll u l-amministrazzjoni tat-teħid tal-ispeċje migratorji; (k) il-proċeduri għall-koordinament ta' l-azzjoni li jkun miżmum it-teħid illegali; (l) l-iskambju ta' l-informazzjoni dwar theddid sostanzjali għall-ispeċje migratorji; (m) proċeduri ta' l-emerġenza li permezz tagħhom l-azzjoni tal-konservazzjoni tkun imsaħħa konsiderevolament u b’ħeffa meta l-istatut tal-konservazzjoni tal-ispeċje migratorji jkun serjament affettwat; u (n) li jgħamlu lill-pubbliku ġenerali konxju fil-kontenut u l-għanijiet tal-Ftehim. Artikolu VI L-Istati ta' Medda 1. Lista tal-Istati ta' Medda tal-ispeċje migratori elenkati fl-Appendiċi I u II għandha tinżamm aġġornata mis-Segretarjat bl-użu ta' l-informazzjoni li jkun irċieva minn għand il-Partijiet. 2. Il-Partijiet għandhom iżommu lis-Segretarjat informat dwar liema speċje migratorji elenkati fl-Appendiċi I u II huma jqisu bħala Stati ta' Medda; inkluża l-provvediment ta' l-informazzjoni dwar il-vapuri tal-bandiera tagħhom li huma nvoluti il-barra mil-limiti tal-ġurisdizzjoni nazzjonali fit-teħid tal-ispeċje migratorji kkonċernati u meta possibbli il-pjanijiet futuri għal dak it-teħid. 3. Il-Partijiet li huma Stati Medda għall-ispeċje migratorji elenkati fl-Appendiċi I jew fl-Appendiċi II għandhom jinformaw lill-Konferenza tal-Partijiet permezz tas-Segretarjat, mill-anqas sitt xhur qabel kull laqgħa ordinarja tal-Konferenza, dwar il-miżuri li huma jkunu jieħdu sabiex jimplementaw id-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni għal dawk l-ispeċje. Artikolu VII Il-Konferenza tal-Partijiet 1. Il-Konferenza tal-Partijiet għandha tkun l-organu tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta' din il-Konvezjoni. 2. Is-Segretarjat għandu jsejjaħ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul b'effett ta' din il-Konvenzjoni. 3. Minn hemm il-quddiem is-Segretarjat għandu jsejjaħ laqgħat ordinarji tal-Konferenza tal-Partijiet f'intervalli ta' mhux anqas minn darba kull tlett snin, sakemm il-Konferenza ma tkunx iddeċidiet mod ieħor, u laqgħat straordinarji fi kwalunkwe waqt b'talba bil-miktub ta' mill-anqas terz tal-Partijiet. 4. Il-Konferenza tal-Partijiet għandha tistabbilixxi u żżomm taħt reviżjoni ir-regolamenti finanzjarji ta' din il-Konvezjoni. Il-Konferenza tal-Partijiet għandha, f'kull waħda mill-laqgħat ordinarji tagħha, tadotta l-budget għall-perijodu finanzjarju segwenti. Kull Parti għandha tikkontribwixxi lejn il-budget skond l-iskala li għandha tkun mifthiema mill-Konferenza. Ir-regolamenti finanzjarji, inklużi l-provvedimenti fil-budget u l-iskala tal-kontribuzzjonijiet kif ukoll il-modifiki tagħhom, għandhom ikunu adottati b'vot unanimu tal-Partijiet preżenti u li jivvutaw. 5. F'kull waħda mil-laqgħat tagħha, il-Konferenza tal-Partijiet għandha tirrevedi l-implementazzjoni ta' din il-Konvenzjoni u tista partikolarment: (a) tirrevedi u tassessja l-istatut tal-konservazzjoni tal-ispeċje migratorji; (b) tirrevedi l-progress magħmul lejn il-konservazzjoni tal-ispeċje migratorji, speċjalment dawk elenkati fl-Appendiċi I u II; (ċ) tagħmel dawk id-dispożizzjonijiet u tipprovdi dik il-gwida skond ma jkun meħtieġ sabiex tgħin lill-Kunsill Xjentifiku u lis-Segretarjat ħalli jwettqu d-doveri tagħhom; (d) tirċievi u tikkonsidra dawk ir-rapporti ippreżentati mill-Kunsill Xjentifiku, mis-Segretarjat, u minn xi Parti jew korp permanenti stabbilit permezz ta' Ftehim; (e) tagħmel rakkommandazzjonijiet lejn il-Partijiet għat-tittjib tal-istatut tal-konservazzjoni tal-ispeċje migratorji u tirrevedi l-progress li jkun isir permezz tal-Ftehim; (f) f'dawk il-każi meta Ftehim ma jkunx ġie konkluż, tagħmel rakkommandazzjonijiet sabiex ikunu imsejħa laqgħat tal-Partijiet li huma Stati ta' Medda tal-ispeċje migratorji jew grupp ta' speċji migratorji sabiex ikunu diskusi l-miżuri għat-titjib tal-istatut tal-konservazzjoni tal-ispeċje; (g) tagħmel rakkommandazzjonijiet lill-Partijiet għat-titjib ta' l-effettività ta' din il-Konvenzjoni; u (h) tiddeċiedi dwar xi miżuri addizzjonali li għandhom jittieħdu għall-implementazzjoni ta' l-għanijiet ta' din il-Konvenzjoni. 6. F'kull laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għandu jkun iddeterminat iż-żmien u l-lokalità tal-laqgħa segwenti. 7. Fil-laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għandhom ikunu iddeterminati u adottati r-regoli tal-proċedura ta' dik il-laqgħa. Deċiżjonijiet meħuda f'laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għandhom ikunu jeħtieġu maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Partijiet Preżenti u li jivvotaw, apparti milli kif hemm ipprovdut mod ieħor b'din il-Konvenzjoni. 8. In-Nazzjonijiet Uniti, l-Aġenziji Speċjalizzati tagħhom, l-Aġenzija Internazzjonali ta' l-Enerġija Atomika, kif ukoll xi Stat li mhux parti ta' din il-Konvenzjoni u, għal kull Ftehim, il-korp innominat mill-partijiet ta' dak il-Ftehim jistgħu ikunu rapreżentati minn osservaturi fil-laqgħat tal-Konvenzjoni tal-Partijiet. 9. Kwalunkwe aġenzija jew korp teknikament kwalifikat fil-protezzjoni, l-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tal-ispeċje migratorji, li tkun informat lis-Segretarjat bix-xewqa tagħha sabiex tkun rapreżentata fil-laqgħat tal-Konferenza tal-Partijiet minn osservaturi, għandha tkun ammessa sakemm terz tal-Partijiet preżenti ma jkunux oġġezzjonaw: (a) l-aġenziji jew il-korpi internazzjonali, kemm governamentali jew mhux-governamentali, u l-aġenziji u l-korpi governamentali nazzjonali; u (b) l-aġenziji u l-korpi mhux-governamentali nazzjonali li jkunu ġew approvati għal dan l-iskop mill-Istat li fih ikunu lokalizzati. La darba ammessi, dawn l-osservaturi għandhom ikollhom id-dritt li jipparteċipaw imma mhux li jivvotaw. Artikolu VIII Il-Kunsill Xjentifiku 1. Fl-ewwel laqgħa tagħha, il-Konferenza tal-Partijiet għandha tistabbilixxi Kunsill Xjentifiku sabiex jipprovdi pariri dwar materji xjentifiċi. 2. Kwalunkwe Parti tista taħtar espert kwalifikat bħala membru tal-Kumitat Xjentifiku. B'żieda, il-Kunsill Xjentifiku għandu jinkludi bħala membri l-esperti kwalifikati magħżula u maħtura mill-Konferenza tal-Partijiet; in-numru ta' dawn l-esperti, il-kriterja għall-għażla tagħhom u t-termini tal-ħatriet tagħhom għandhom ikunu iddeterminati mill-Konferenza tal-Partijiet. 3. Il-Kunsill Xjentifiku għandu jiltaqa’ fuq it-talba tas-Segretarjat kif meħtieġ mill-Konferenza tal-Partijiet. 4. Suġġett għall-approvazzjoni tal-Konferenza tal-Partijiet, il-Kunsill Xjentifiku għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu. 5. Il-Konferenza tal-Partijiet għandha tiddetermina l-funzjonijiet tal-Kunsill Xjentifiku, li jistgħu jinludu: (a) li jipprovdi pariri xjentifiċi lill-Konferenza tal-Partijiet, lis-Segretarjat, u, jekk approvat mill-Konferenza tal-Partijiet, lejn xi korp stabbilit permezz ta' din il-Konvenzjoni jew ta' Ftehim jew ta' xi Parti; (b) li jirrakkommanda r-riċerka u l-koordinament tar-riċerka fuq speċje migratorji, jevalwa r-riżultati ta' tali riċerka sabiex ikun aċċertat l-istatut tal-konservazzjoni tal-ispeċje migratorji u jirraporta lejn il-Konferenza tal-Partijiet dwar tali status u l-miżuri għat-tittjieb tiegħu; (ċ) li jagħmel rakkommandazzjonijiet lejn il-Konferenza tal-Partijiet rigward l-ispeċje migratorji li għandhom ikunu nklużi fl-Appendiċi I u II, flimkien ma l-indikazzjoni tal-medda ta' tali speċje migratorji; (d) li jagħmel rakkommandazzjonijiet lejn il-Konferenza tal-Partijiet rigward il-miżuri speċifiċi tal-konservazzjoni u l-amministrazzjoni li għandhom ikunu nklużi fil-Ftehim dwar l-ispeċje migratorji; u (e) li jirrakkommanda lill-Konferenza tal-Partijiet soluzzjonijiet għall-problemi relatati ma l-aspetti xjentifiċi ta' l-implementazzjoni ta' din il-Konvenzjoni, partikolarment fir-rigward ta' l-abitati tal-ispeċje migratorji. Artikolu IX Is-Segretarjat 1. Għall-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni, għandu jkun stabbilit Segretarjat. 2. Mad-dħul b'effett ta' din il-Konvenzjoni, is-Segretarjat għandu jkun ipprovdut mid-Direttur Eżekuttiv tal-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti. Sal-limitu u l-manjera li huwa jikkonsidra bħala xierqa, huwa jista jkun assisstit minn aġenziji jew korpi adattati, inter-governamentali jew mhux-governamenti internazzjonali jew nazzjonali teknikament ikkwalifikati fil-protezzjoni, l-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta' l-annimali selvaġġi. 3. Jekk il-programm ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti ma jkunx jista aktar jipprovdi s-Segretarjat, il-Konferenza tal-Partijiet għandha tagħmel arranġamenti alternattivi għas-Segretarjat. 4. Il-funzjonijiet tas-Segretarjat għandhom ikunu: (a) li jirranġa għal u li jgħin fil-laqgħat: (i) tal-Konferenza tal-Partijiet, u (ii) tal-Kunsill Xjentifiku; (b) li jżomm koordinazzjoni mal u jħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn il-Partijiet, il-korpi permanenti stabbiliti permezz tal-Ftehim u xi organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn ikkonċernati ma l-ispeċje migratorji; (ċ) li jakkwista minn għand kwalunwe sorsi rapporti u informazzjoni oħra li tkun aktar tqawwi l-għanijiet u l-implementazzjoni ta' din il-Konvenzjoni u li jirranġa għad-disiminazzjoni xierqa ta' tali informazzjoni; (d) li jistieden l-attenzjoni tal-Konferenza tal-Partijiet għal kwalunkwe materja li tappartieni għall-għanijiet ta' din il-Konvenzjoni; (e) li jħejji għall-Konferenza tal-Partijiet rapporti dwar ix-xogħol tas-Segretarjat u dwar l-implementazzjoni ta' din il-Konvenzjoni; (f) li jżomm u jippubblika lista tal-Istati ta' Medda tal-ispeċje migratorji kollha inklużi fl-Appendiċi I u II; (g) li jħeġġeġ, taħt id-direzzjoni tal-Konferenza tal-Partijiet, il-konklużjoni ta' Ftehim; (h) li jżomm u jagħmel disponibbli lill-Partijiet lista ta' Ftehim u, jekk hekk ikunu meħtieġ mill-Konferenza tal-Partijiet, li jipprovdi tali informazzjoni dwar dawk il-Ftehim; (i) li jżomm u jippubblika lista tar-rakkommandazzjonijiet magħmula mill-Konferenza tal-Partijiet permezz tas-subparagrafi (e), (f) u (g) tal-paragrafu 5 ta' l-Artikolu VII jew tad-deċiżjonijiet magħmula bis-saħħa tas-subparagrafu (h) ta' dak il-paragrafu; (j) li jipprovdi lejn il-pubbliku ġenerali informazzjoni li tikkonċerna din il-Konvenzjoni u l-għanijiet tagħha; u (k) li jwettaq kwalunkwe funzjoni oħra afdata lilu permezz ta' din il-Konvenzjoni jew mill-Konferenza tal-Partijiet. Artikolu X Emenda tal-Konvenzjoni 1. Din il-Konvenzjoni tista tkun emendata waqt laqgħa ordinarja jew straordinarja tal-Konferenza tal-Partijiet. 2. Proposti għall-emendi għandhom isiru minn kwalunkwe Parti. 3. It-test ta' xi emenda proponuta u r-raġunijiet dwarha għandhom ikunu ikkomunikati lejn is-Segretarjat mill-anqas mijja u ħamsin jum qabel il-laqgħa li fiha dawn għandhom ikunu meqjusa u għandhom ikunu ikkomunikati mingħajr dewmien mis-Segretarjat lejn il-Partijiet kollha. Xi kummenti dwar it-test mill-Partijiet għandhom ikunu ikkomunikati lejn is-Segretarjat mhux anqas minn sittin jum qabel ma tibda il-laqgħa. Is-Segretarjat għandu, immedjetament wara l-aħħar jum tal-preżentazzjoni tal-kummenti, jikkomunika lejn il-Partijiet il-kummenti kollha kif ippreżentati sa dak il-jum. 4. L-emendi għandhom ikunu adottati b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Partijiet preżenti u li jivvotaw. 5. Emenda għandha tidħol fis-seħħ, għall-Partijiet kollha li jkunu aċċettawha, fl-ewwel jum tat-tielet xahar li jsegwi d-data li fiha żewġ terzi tal-Partijiet ikunu ddepositaw strument ta' l-aċċettazzjoni mad-Depositarju. Għal kull Parti li tiddeposita strument ta' l-aċċettazzjoni wara d-data li fiha ż-żewġ terzi tal-Partijiet ikunu ddepositaw strument ta' l-aċċettazzjoni, l-emenda għandha tidħol fis-seħħ għal dik il-Parti fl-ewwel jum tat-tielet xahar li jsegwi id-depositu ta' l-istrument ta' l-aċċettazzjoni. Artikolu XI Emenda ta' l-Appendiċi 1. L-Appendiċi I u II jistgħu ikunu emendati waqt laqgħa ordinarja jew straordinarja tal-Konferenza tal-Partijiet. 2. Proposti għall-emendi għandhom isiru minn kwalunkwe Parti. 3. It-test ta' xi emenda proponuta u r-raġunijiet dwarha, ibbażati fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, għandhom ikunu ikkomunikati lejn is-Segretarjat mill-anqas mijja u ħamsin jum qabel il-laqgħa u għandhom ikunu ikkomunikati mingħajr dewmien mis-Segretarjat lejn il-Partijiet kollha. Xi kummenti dwar it-test mill-Partijiet għandhom ikunu ikkomunikati lejn is-Segretarjat mhux anqas minn sittin jum qabel ma tibda il-laqgħa. Is-Segretarjat għandu, immedjetament wara l-aħħar jum tal-preżentazzjoni tal-kummenti, jikkomunika lejn il-Partijiet il-kummenti kollha kif ippreżentati sa dak il-jum. 4. L-emendi għandhom ikunu adottati b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Partijiet preżenti u li jivvotaw. 5. L-emenda għall-Appendiċi għandha tidħol fis-seħħ għall-Partijiet kollha disgħin jum wara l-laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet li fiha tkun adottata, apparti għal dawk il-Partijiet li jkunu wrew riserva b'konformità mal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. 6. Matul il-perijodu ta' disgħin jum li hemm provvediment dwaru fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe Parti tista, b'notifika bil-miktub lejn id-Depositarju, tagħmel riserva fir-rigward ta' l-emenda. Riserva ta' emenda tista tkun irtirata b'notifika bil-miktub lejn id-Depositarju u minn hemm il-quddiem l-emenda għandha tidħol fis-seħħ għal dik il-Parti disgħin jum wara li r-riserva tkun irtirata. Artikolu XII Effetti fuq konvenzjonijiet internazzjonali u leġislazzjoni oħra 1. Xejn f'din il-Konvenzjoni m'għandu jippreġudika l-kodifika u l-iżvilupp tal-liġi tal-baħar tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Liġi tal-Baħar imsejħa permezz tar-Risoluzzjoni 2750 C (XXV) ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, l-anqas it-talbiet preżenti u futuri u l-aspetti legali ta' xi Stat li jikkonċernaw il-liġi tal-baħar u n-natura u l-medda tal-ġurisdizzjoni tal-Istat kostali jew tal-bandiera. 2. Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni m'għandhom bl-ebda mod jaffettwaw id-drittijiet u l-obbligi ta' xi Parti li jirriżultaw minn xi trattat, konvenzjoni jew ftehim eżistenti. 3. Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni m'għandhom bl-ebda mod jaffettwaw id-dritt tal-Partijiet li jadottaw miżuri domestiċi aktar stretti li jikkonċernaw il-konservazzjoni tal-ispeċje migratorji elenkati fl-Appendiċi I u II jew li jadottaw miżuri domestiċi li jikkonċernaw il-konservazzjoni tal-ispeċje li ma humiex elenkati fl-Appendiċi I u II. Artikolu XIII Twettieq ta' kwistjonijiet 1. Kwalunkwe kwistjoni li tista tinqala bejn tnejn jew aktar Partijiet, fir-rigward ta' l-interpretazzjoni jew ta' l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni preżenti, għandha tkun suġġetta għal negozjati bejn il-Partijiet involuti fil-kwistjoni. 2. Jekk il-kwistjoni ma tistax tkun riżolta b'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Partijiet jistgħu, b'kunsens reċiproku, jippreżentaw il-kwistjoni għall-arbitraġġ, partikolarment dak tal-Qorti Permanenti ta' l-Arbitraġġ ta' The Hague, u l-partijiet li jippreżentaw il-kwistjoni għandhom ikunu marbuta mad-deċiżjoni ta' l-arbitraġġ. Artikolu XIV Riservi 1. Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni m'għandhomx ikunu suġġetti għal riservi ġenerali. Riservi speċifiċi jistgħu ikunu rreġistrati bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu XI. 2. Kwalinkwe Stat jew organizzazzjoni ta' integrazzjoni ta' reġjun ekonomiku jista, mad-depositu tal-istrument tiegħu tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, idaħħal riserva speċifika fir-rigward tal-preżenza jew fl-Appendiċi I jew fl-Appendiċi II, jew tat-tnejn li huma, dwar xi speċje migratorja u għandu għalhekk ma jkunx meqjus bħala li huwa Parti fir-rigward tas-suġġett ta' dik ir-riserva sa disgħin jum minn meta d-Depositarju jkun ittrasmetta lejn il-Partijiet notifika li tali riserva tkun ġiet irtirata. Artikolu XV Firma Din il-Konvenzjoni għandha tkun miftuħha għall-firma f'Bonn għall-Istati kollha u xi organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonimika reġjonali sat-tnejn-u-għoxrin jum ta' Ġunju 1980. Artikolu XVI Ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni Din il-Konvenzjoni għandha tkun suġġetta għal ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni. L-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni għandhom ikunu ddepositat mal-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, li għandu jkun id-Depositarju. Artikolu XVII Adeżjoni Wara it-tnejn-u-għoxrin jum ta' Ġunju 1980, din il-Konvenzjoni għandha tkun miftuħha għall-adeżjoni mill-Istati kollha u xi organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali li ma jkunux diġa iffirmawha. L-istrumenti ta' l-adeżjoni għandhom ikunu ddepositati mad-Depositarju. Artikolu XVIII Dħul fis-seħħ 1. Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar li jsegwi d-data tad-depositu tal-ħmistax l-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni mad-Depositarju. 2. Għal kull Stat jew organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali li jirratifika, jaċċetta jew japprova l-Konvenzjoni jew li jaċċedi magħha wara d-depożitu tal-ħmistax l-istrument tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar li jsegwi d-depositu minn dak l-Istat jew dik l-organizzazzjoni ta' l-istrument tiegħu tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew ta' l-adeżjoni. Artikolu XIX Denunzja Kwalunkwe parti tista tiddenunzja minn din il-Konvenzjoni b'notifika bil-miktub lejn id-Depositarju, fi kwalunkwe żmien. Id-denunzja għandha jkollha effett fi żmien tnax il-xahar minn meta d-Depositraju jkun irċieva n-notifika. Artikolu XX Deposotarju 1. L-oriġinali ta' din il-Konvenzjoni, fil-lingwi Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Russu u Spanjol, kull verżjoni tkun egwalment awtentika, għandu jkun iddepositat mad-Depositarju. Id-Depositarju għandu jittrasmetti kopji iċċertifikati ta' kull waħda minn dawn il-verżjonijiet lejn l-Istati kollha u lejn l-organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali li jkunu iffermaw il-Konvenzjoni jew li jkunu ddepożitaw l-istrumenti ta' l-adeżjoni magħha. 2. Id-Depositarju għandu, wara konsultazzjoni mal-gvernijiet ikkonċernati, jipprepara verżjonijiet uffiċjali tat-test ta' din il-Konvenzjoni fil-lingwi bl-Arbi u biċ-Ċiniż. 3. Id-Depositarju għandu jinforma lill-Istati firmatarji kollha li jkunu aċċeddew u lill-organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali li jkunu iffermaw u aċċedew u lis-Segretarjat, bid-depositu tal-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, bid-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni, bl-emendi għaliha, bir-riservi speċifiċi u bin-notifiki tad-denunzja. 4. Malli din il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ, kopja ċertifikata tagħha għandha tkun trasamessa mid-Depositarju lejn is-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti għar-reġistrazzjoni u l-pubblikazzjoni b'konformità ma l-Artikolu 102 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. B'XHIEDA TA' DAN, ahna li hawn taħt sottoskritti, awtorizzati kif meħtieġ dwar dan, iffermajna din il-Konvenzjoni. MAGĦMULHA f'Bonn, it-23 ta' Ġunju 1979. -------------------------------------------------- APPENDIĊI I INTERPRETAZZJONI 1. L-ispeċje migratorji inklużi f'dan l-Appendiċi huma irrefeuti permezz ta': (a) bl-isem tal-ispeċje jew tas-subspeċje; jew (b) bħala li huma kollha tal-ispeċje migratorji inklużi fi klassifikazzjoni għola jew parti nnominata tagħha. 2. Referenzi oħrajn għal klassifikazzjonijiet għola mill-ispeċje huma għall-iskopijiet ta' l-informazzjoni jew tal-klassifikazzjoni biss. 3. L-abbrevjazzjoni "(s.I.)" hija wżata sabiex jinnotaw li l-isem xjentifiku huwa wżat fit-tifsira estiża tiegħu. 4. Is-simbolu (-) segwit b'numru mqiegħed biswit l-isem tal-klassifikazzjoni jindika l-esklużjoni minn dik il-klassifikazzjoni tal-popolazzjonijiet separati ġeografikament innominati, kif ġej: - 101 popolazzjonijiet Peruvjani. 5. Is-simbolu (+) segwit b'numru imqigħed biswit l-isem ta' speċje juri li d-designazzjoni biss tal-popolazzjonijiet separati ġeografikament ta' dawk l-ispeċje huma inklużi f'dan l-Appendiċi, kif ġej: + 201 popolazzjonijiet ta' l-Afrika tal-Majjistral + 202 popolazzjonijiet Afrikani + 203 popolazzjonijiet ta' l-Amażon l-Għolja. 6. Stilla (*) imqiegħda biswit l-isem ta' speċje tindika li dik l-ispeċje jew il-popolazzjoni separata ta' dik l-ispeċje jew tal-klassifikazzjoni għola li tinkludi dawk l-ispeċje, hija inkluża fl-Appendiċi II. MAMMALJA KIROPTERJA Molossidae | Tadarida brasiliensis | PRIMATI Pongidae | Gorilla gorilla beringei | ĊETAĊEA Balaenopteridae | Balaenoptera musculus Megaptera novaeangliae | Balaenidae | Balaena mysticetus Eubalaena glacialis (s. l.) | PINNIPEDIA Phocidae | Monachus monachus* | PERISSODAKTILA Equidae | Equus grevyi | ARTIODAKTILA Camelidae | Vicugna vicugna* – 101 | Cervidae | Cervus elaphus barbarus | Bovidae | Bos sauveli Addax nasomaculatus Gazella cuvieri Gazella dama Gazella dorcas + 201 | AVES PROĊELLARIFORMI Diomedeidae | Diomedea albatrus | Procellariidae | Pterodroma cahow Pterodroma phaeopygla | ĊIKONIFORMI Ardeidae | Egretta eulophotes | Ciconiidae | Ciconia boyciana | Threskiornithidae | Geronticus eremita | ANSERIFORMI Anatidae | Chloephaga rubidiceps* | FALLONIFORMI Accipitridae | Haliaeetus pelagicus* | GRUJFORMI Gruidae | Grus japonensis* Grus leucogeranus* Grus nigricollis* | Olididae | Chlamydotis undulata* + 201 | KARADRLIFORMI Scolopacidae | Numenius borealis* Numenius benulrostris* | Laridae | Larus audouinii Larus relictus Larus saundersi | Alcidae | Synthliboramphus antiquus wumizusume | PASSERIFORMI Parulidae | Dendroica kirtlandil | Fringillidae | Serinus syriacus | REPTILJA TESTUDINI Cheloniidae | Lepidochelys kempii | Dermochelidae | Dermochelys coriacea* | Pelomedusidae | Podocnemis expansa* + 203 | KROKODILJA Gavialidae | Gavialis gangeticus | PISCES SILURIFORMI Schilbeidae | Panagasianodon gigas | -------------------------------------------------- APPENDIĊI II INTERPRETAZZJONI 1. L-ispeċje migratorji inklużi f'dan l-Appendiċi huma irrefeuti permezz ta': (a) bl-isem tal-ispeċje jew tas-subspeċje; jew (b) bħala li huma kollha tal-ispeċje migratorji inklużi fi klassifikazzjoni għola jew parti nnominata tagħha. Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, meta referenza ssir għall-klassifikazzjoni għola mill-ispeċje, huwa mifhum li l-ispeċje migratorji kollha fi ħdan dik il-klassifikazzjoni tista tkun tibbenefika sinifikament mill-konklużjoni ta' Ftehim. 2. L-abbrevjazzjoni "spp" segwita bl-isem ta' familja jew ġenju hija wżata sabiex turi l-ispeċje migratorji kollha fi ħdan dik il-familja jew ġenju. 3. Referenzi oħrajn għal klassifikazzjonijiet għola mill-ispeċje huma għall-iskopijiet ta' l-informazzjoni jew tal-klassifikazzjoni biss. 4. L-abbrevjazzjoni "(s.I.)" hija wżata sabiex jinnotaw li l-isem xjentifiku huwa wżat fit-tifsira estiża tiegħu. 5. Is-simbolu (+) segwit b'numru imqiegħed biswit l-isem ta' speċje jew ta' klassifikazzjoni għola juri li d-designazzjoni biss tal-popolazzjonijiet separati ġeografikament ta' dik il-klasifikazzjoni huma inklużi f'dan l-Appendiċi, kif ġej: + 201 popolazzjonijiet Ażjatiċi. 6. Stilla (*) imqiegħda biswit l-isem ta' speċje jew tal-klassifikazzjoni għola tindika li dik l-ispeċje jew il-popolazzjoni separata ta' dik l-ispeċje jew ta' waħda jew aktar speċje huma inklużi f'dik il-klassifikazzjoni għola, hija inkluża fl-Appendiċi I. MAMMALJA ĊETAĊEA Monodontidae | Delphinapterus leucas | PROBOXXIDE Elephantidae | Loxodonta africana | SIRENJA Dugongidae | Dugong dugon | PINNIPEDJA Phocidae | Monachus monachus* | ARTJODAKTILA Camelidae | Vicugna vicugna* | Bovidae | Oryx dammah Gazella gazella + 201. | AVES PELEKANIFORMI Pelecanidae | Pelecanus crispus | ĊIKONIIFORMI Ciconiidae | Ciconia ciconia Ciconia nigra | Threskiornithidae | Platalea leucorodia | Phoenicopteridae | spp. | ANSERIFORMI Anatidae | spp.* | FALKONIFORMI Cathartidae | spp. | Pandionidae | Pandion haliaetus | Accipitridae | spp.* | Falconidae | spp. | GALLIFORMI Phasianidae | Coturnix coturnix coturnix | GRUJFORMI Gruidae | Grus spp.* Anthropoides virgo | Otididae | Chlatmydotis undulata* + 201 | KARADRIIFORMI Charadriidae | spp. | Scolopacidae | spp.* | Recurvirostridae | spp. | Phalaropodidae | spp. | PASSERIFORMI Muscicapidae (s. 1.) | spp. | REPTILJA TESTUDINI Cheloniidae | spp.* | Dermochelyidae | spp.* | Pelomedusidae | Podocnemis expansa* | KROKODILJA Crocodylidae | Crocodylus porosus | PISCES AĊIPENSERIFORMI Acipenseridae | Acipenser fulvescens | INSECTA LEPIDOPTERJA Danaidae | Danaus plexippus | --------------------------------------------------