Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2534

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2534 tat-13 ta’ Lulju 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012

    C/2023/4741

    ĠU L, 2023/2534, 22.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2534/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2534/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2023/2534

    22.11.2023

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2534

    tat-13 ta’ Lulju 2023

    li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn 2016-2019 (2) imfassal mill-Kummissjoni jistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ ħidma skont il-qafas tal-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija għall-perjodu 2016-2019. Il-Pjan ta’ Ħidma jidentifika gruppi ta’ prodotti relatati mal-enerġija bħala prijoritajiet għall-istudji preparatorji u, jekk ikun meħtieġ, l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni. Dan jinkludi l-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku. Barra minn hekk, il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku jaqgħu fit-tliet gruppi ewlenin allokati għal rieżami qabel tmiem l-2025 fil-Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija 2022-2024 (3).

    (2)

    Il-miżuri previsti fil-Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija 2022-2024 għandhom potenzjal stmat li fl-2030 jiksbu ffrankar annwali totali tal-enerġija finali ta’ aktar minn 170 Twh, ekwivalenti għal tnaqqis ta’ madwar 24 miljun tunnellata fis-sena fl-2030 fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, jista’ potenzjalment jinkiseb iffrankar elettriku ta’ 0,6 TWh/sena sal-2030 u ta’ 1,7 TWh/sena sal-2040.

    (3)

    Il-Kummissjoni stabbiliet dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku fir-Regolament Delegat (UE) Nru 392/2012 (4).

    (4)

    Il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku huma fost il-gruppi ta’ prodotti koperti mill-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2017/1369 li għalihom il-Kummissjoni trid tadotta att delegat biex tintroduċi tikketta bi skala ġdida minn A sa G li trid tintwera fil-ħwienet u online fi żmien 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat.

    (5)

    L-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 392/2012 jeżiġi li l-Kummissjoni tirrieżamina dak ir-Regolament Delegat fid-dawl tal-progress teknoloġiku. Il-Kummissjoni wettqet ir-rieżami u analizzat l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ kif ukoll l-imġiba tal-utenti fir-realtà. Ir-rieżami sar b’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati u ma’ partijiet interessati mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi. Ir-riżultati tar-rieżami ġew ippubblikati u ppreżentati lill-Forum tal-Konsultazzjoni stabbilit f’konformitià mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

    (6)

    Ir-rieżami kkonkluda li kien hemm bżonn jiġu emendati r-rekwiżiti tat-tikkettar tal-enerġija għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku.

    (7)

    L-aspetti ambjentali tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li tqiesu sinifikanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija waqt l-użu, il-ġenerazzjoni tal-iskart fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja, l-emissjonijiet fl-arja waqt il-produzzjoni minħabba l-estrazzjoni u l-ipproċessar tal-materja prima, u waqt l-użu minħabba l-konsum tal-elettriku.

    (8)

    Ir-rieżami jikkonkludi li l-konsum tal-elettriku tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku jista’ jkompli jitnaqqas jekk jiġu implimentati miżuri tat-tikkettar tal-enerġija li jiffukaw fuq divrenzjar aħjar bejn il-prodotti. Dan jinċentiva lill-fornituri biex ikomplu jtejbu l-effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku.

    (9)

    It-tikkettar tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku jippermetti lill-konsumaturi jagħmlu għażliet infurmati għal apparat aktar effiċjenti fl-enerġija u fir-riżorsi. Bi stħarriġ speċifiku fost il-konsumaturi f’konformità mal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2017/1369 ġie kkonfermat li l-informazzjoni fuq it-tikketta tinftiehem u hi rilevanti.

    (10)

    Il-pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ekonomija ċirkolari (5) u l-Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija 2022-2024 jisħqu l-importanza li l-qafas tal-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija jintuża biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar effiċjenti fir-riżorsi u ċirkolari.

    (11)

    Ir-rieżami sab li ċ-ċiklu tal-ħajja tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku qsar minn 14-il sena għal madwar 12-il sena, u li dik ix-xejra aktarx tissokta jekk ikun hemm nuqqas ta’ inċentivi ta’ manutenzjoni u tiswija xierqa tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku. Punteġġ tat-tiswija li jinforma lill-utent dwar kemm hu faċli li tissewwa l-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, jista’ jkun mezz biex jonqos l-użu tal-materjal u r-rimi tal-iskart billi jżid l-interess tal-konsumaturi fil-possibbiltà li jsewwu l-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tagħhom flok jarmuha, u billi jinfluwenza d-disinn tal-prodott. Barra minn hekk, punteġġ tat-tiswija applikabbli fl-Unjoni kollha jista’ jevita l-proliferazzjoni ta’ skemi nazzjonali, li jkollhom ir-riskju li jxekklu s-suq intern. Għalhekk jenħtieġ li l-Kummissjoni tanalizza l-possibbiltajiet ta’ punteġġ tat-tiswija.

    (12)

    Il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi bħall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ standard għall-użu domestiku u għalhekk jenħtieġ li jiddaħħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    (13)

    Il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ built-in għall-użu domestiku huma magħluqin bil-pannelli li jżommu s-sħana ġġenerata ġol-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ, biex jiksbu effiċjenza enerġetika akbar. Id-definizzjoni ta’ magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ built-in għall-użu domestiku jenħtieġ li tittejjeb biex jiġu divrenzjati minn magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ oħra għall-użu domestiku li sempliċiment jitqiegħdu taħt pannell iżda ma jingħalqux bil-pannelli, u għalhekk ma jkollhomx mezzi oħra biex iżommu s-sħana.

    (14)

    Il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku murija fil-fieri kummerċjali jenħtieġ li jkollhom it-tikketta tal-enerġija jekk l-ewwel unità tal-mudell tkun diġà tqiegħdet fis-suq jew tkun qed titqiegħed fis-suq fil-fiera.

    (15)

    Il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bil-batteriji u li jistgħu jitqabbdu ma’ mejns b’konvertitur AC/DC mixtri separatament, normalment jiġu installati f’ambjenti mobbli bħall-karavans u mhumiex maħsuba biex jintużaw fl-unitajiet domestiċi. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti dwar it-tikkettar tal-enerġija.

    (16)

    Is-suq tal-Unjoni issa jinkludi magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bl-elettriku filwaqt li dawk bil-gass qed isiru dejjem aktar rari. Għalhekk it-tikketta tal-enerġija tista’ tiġi simplifikata billi titneħħa l-ikona li turi s-sors tal-enerġija li jħaddem il-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku.

    (17)

    Ir-rieżami jindika li l-maġġoranza l-kbira tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku għandhom effiċjenzi tal-kondensazzjoni iżjed minn 80 %. Għalhekk, l-għadd ta’ klassijiet tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni fit-tikketta jista’ jitnaqqas u l-limiti tagħhom jiżdiedu biex ikunu jirriflettu aħjar it-titjib ġenerali tas-suq mil-lat ta’ effiċjenza tal-kondensazzjoni.

    (18)

    It-tikketta tal-enerġija f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) Nru 392/2012 turi l-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja mill-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku f’dB(A), iżda ma ġiet definita l-ebda klassi tal-istorbju. Għalhekk l-utent qed jiġi ppreżentat valur assolut mingħajr indikazzjoni ta’ kemm hu tajjeb dak il-valur. Il-klassijiet tal-emissjonijiet tal-istorbju diġà ddaħħlu fuq it-tikketti tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ, tal-magni tal-ħasil tal-platti u tal-friġġijiet. Għalhekk jixraq li dawk il-klassijiet tal-emissjonijiet jiġu definiti wkoll għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku u jiddaħħlu fit-tikketti tagħhom.

    (19)

    Il-parametri rilevanti tal-prodott jenħtieġ li jitkejlu b’metodi affidabbli, eżatti u riproduċibbli. Dawk il-metodi jenħtieġ li jqisu l-aktar metodi tal-kejl avvanzati li huma rikonoxxuti, inkluż, meta disponibbli, l-istandards armonizzati adottati mill-korpi tal-istandardizzazzjoni Ewropej, elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

    (20)

    Filwaqt li jiġi rikonoxxut iż-żieda fil-bejgħ tal-prodotti relatati mal-enerġija tramite l-fornituri tal-pjattaformi online, kif definit fir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), minflok direttament mis-siti web tal-fornituri, jenħtieġ li jiġi ċċarat li dawk il-fornituri tal-pjattaformi online jenħtieġ li jippermettu lill-kummerċjanti jipprovdu informazzjoni dwar it-tikkettar tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) 2022/2065. Fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament, l-“informazzjoni dwar it-tikkettar u l-immarkar” imsemmija fl-Artikolu 31(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2022/2065 jenħtieġ li tinftiehem li tinkludi kemm it-tikketta tal-enerġija kif ukoll il-folju informattiv dwar il-prodott. F’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2022/2065, il-fornituri tal-pjattaformi online mhumiex responsabbli għall-prodotti mibjugħa tramite l-interfaċċi tagħhom jekk ma jkollhomx għarfien reali dwar l-illegalità ta’ tali prodotti u malli jirċievu għarfien dwar l-illegalità tal-prodotti jaġixxu minnufih biex ineħħuhom mill-interfaċċi tagħhom. Fornitur li jbigħ direttament lill-utenti finali mis-sit web tiegħu stess hu kopert mill-obbligi tal-bejgħ mill-bogħod tal-bejjiegħa kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2017/1369.

    (21)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/807 (8) jistabbilixxi fattur tal-enerġija primarja għall-elettriku ta’ 1,9 (koeffiċjent ta’ konverżjoni) li jrid jiġi applikat meta l-iffrankar tal-enerġija jiġi kkalkolat f’termini ta’ enerġija primarja abbażi tal-konsum finali tal-enerġija. Dan il-fattur tal-enerġija primarja jenħtieġ li jiġi applikat meta jitqabbel il-konsum tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bl-elettriku u bil-gass.

    (22)

    Il-proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li tipprevedi l-każijiet meta t-testijiet imwettqa fuq il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku ma jilħqux il-kontenut ta’ ndewwa finali adegwat.

    (23)

    Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 392/2012 jitħassar b’effett mit-30 ta’ Ġunju 2025,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tikkettar tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li jaħdmu b’mejns tal-elettriku u bil-gass, u l-għoti ta’ informazzjoni supplimentari dwar dawn il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku. Dan japplika wkoll għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ built-in għall-użu domestiku, għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed u għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li jaħdmu b’mejns tal-elettriku u li jistgħu jitħaddmu wkoll bil-batteriji.

    2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

    (a)

    il-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, u l-estratturi bid-dawran għall-użu domestiku;

    (b)

    il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9);

    (c)

    il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li jaħdmu bil-batteriji u li jistgħu jitqabbdu ma’ mejns b’konvertitur AC/DC mixtri separatament.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “mejns” tfisser il-provvista tal-elettriku mill-grilja ta’ 230 V (± 10 %) ta’ kurrent alternat b’50Hz;

    (2)

    “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku” tfisser apparat li jnixxef il-ħwejjeġ billi jdawwarhom f’tanbur li jdur u li minnu tgħaddi arja msaħħna, u li skont il-manifattur fid-dikjarazzjoni tal-konformità jkun konformi mad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jew mad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11);

    (3)

    “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ built-in għall-użu domestiku” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li tkun iddisinjata, ittestjata u kummerċjalizzata esklużivament biex tikkonforma mal-karatteristiċi kollha li ġejjin:

    (a)

    biex tiġi installata f’armarju jew magħluqa (minn fuq u/jew taħt, u l-ġnub) bil-pannelli;

    (b)

    biex titwaħħal sod mal-ġnub, ma’ fuq jew ma’ taħt ta’ armarju jew bil-pannelli;

    (c)

    biex tkun attrezzata b’wiċċ integrali b’finitura tal-fabbrika jew b’pannell frontali magħmul skont l-esiġenzi tal-individwu;

    (4)

    “magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku” tfisser apparat kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 (12);

    (5)

    “estrattur bid-dawran għall-użu domestiku” tfisser apparat li jneħħi l-ilma mill-ħwejjeġ b’azzjoni ċentrifuga f’tanbur li jdur u jiġi skulat b’pompa awtomatika jew bil-gravità, u li jkun iddisinjat biex jintuża l-aktar għal finijiet mhux professjonali, u li hu magħruf kummerċjalment ukoll bħala “spin-dryer” (nixxiefa bid-dawran);

    (6)

    “programm” tfisser serje ta’ operazzjonijiet predefiniti li jkunu ġew iddikjarati mill-fornitur bħala adattati għat-tnixxif ta’ ċerti tipi ta’ tessuti;

    (7)

    “punt tal-bejgħ” tfisser post fejn jintwerew il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku jew fejn jiġu offruti għall-bejgħ, għall-kiri jew għal xiri bin-nifs;

    (8)

    “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li tkun attrezzata b’aktar minn tanbur wieħed, sew jekk f’unitajiet separati u sew jekk fl-istess qafas;

    Għall-finijiet tal-Annessi II sa X japplikaw id-definizzjonijiet addizzjonali stabbiliti fl-Anness I.

    Artikolu 3

    Obbligi tal-fornituri

    1.   Il-fornituri għandhom jiżguraw li:

    (a)

    kull magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku tiġi fornuta b’tikketta stampata bil-format stabbilit fl-Anness III u, fil-każ tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed, skont l-Anness X;

    (b)

    il-valuri tal-parametri inklużi fil-folju informattiv dwar il-prodott, kif stabbilit fl-Anness V, jiddaħħlu fil-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodotti;

    (c)

    meta jintalab b’mod speċifiku minn bejjiegħ, il-folju informattiv dwar il-prodott għandu jkun disponibbli b’format stampat;

    (d)

    il-kontenut tal-dokumentazzjoni teknika, stabbilit fl-Anness VI, jiddaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti;

    (e)

    kull riklamar viżiv dwar xi mudell speċifiku ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku jkun juri l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, f’konformità mal-Anness VII u l-Anness VIII;

    (f)

    kull materjal promozzjonali tekniku dwar xi mudell speċifiku ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, inkluż il-materjal promozzjonali tekniku fuq l-Internet, li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu, ikun jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, f’konformità mal-Anness VII;

    (g)

    għal kull mudell ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, il-bejjiegħa jkollhom tikketta elettronika bil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fl-Anness III;

    (h)

    għal kull mudell ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, il-bejjiegħa jkollhom folju informattiv elettroniku dwar il-prodott kif stabbilit fl-Anness V.

    2.   Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, il-klassi tal-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja u, meta rilevanti, il-klassi tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni, kif stabbilita fl-Anness II għandhom jiġu kkalkolati f’konformità mal-Anness IV.

    Artikolu 4

    Obbligi tal-bejjiegħa

    L-bejjiegħa għandhom jiżguraw li:

    (a)

    kull magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, fil-punt tal-bejgħ, inkluż fil-fieri kummerċjali, ikollha t-tikketta mogħtija mill-fornituri f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 3(1), u t-tikketta għall-apparati built-in tintwera b’tali mod li tkun tidher b’mod ċar, u għall-apparati l-oħra kollha tintwera b’tali mod li tkun tidher b’mod ċar fuq barra fuq quddiem jew fin-naħa ta’ fuq tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku;

    (b)

    fil-każ tal-bejgħ mill-bogħod, it-tikketta u l-folju informattiv dwar il-prodott jingħataw f’konformità mal-Annessi VII u VIII;

    (c)

    kull riklamar viżiv dwar xi mudell speċifiku ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, inkluż fuq l-Internet, ikollu l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, f’konformità mal-Anness VII;

    (d)

    kull materjal promozzjonali tekniku dwar xi mudell speċifiku ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, inkluż il-materjal promozzjonali tekniku fuq l-Internet, li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu, ikun jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell u l-firxa tal-klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, f’konformità mal-Anness VII.

    Artikolu 5

    Metodi tal-kejl u l-kalkolu

    L-informazzjoni li trid tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb b’metodi tal-kejl u l-kalkolu affidabbli, eżatti u riproduċibbli, li jqisu l-aktar metodi tal-kejl u kalkoli avvanzati li huma rrikonoxxuti, stabbiliti fl-Anness IV.

    Artikolu 6

    Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

    L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura stabbilita fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament meta jwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2017/1369.

    Artikolu 7

    Rieżami

    1.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati ta’ dak ir-rieżami inkluż, meta xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni, lill-Forum tal-Konsultazzjoni sal-1 ta’ Jannar 2030.

    Ir-rieżami għandu jivvaluta b’mod partikolari l-elementi li ġejjin:

    (a)

    il-potenzjal ta’ titjib fir-rigward tal-konsum tal-enerġija u l-prestazzjoni operatorja u ambjentali tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku;

    (b)

    l-effettività tal-miżuri eżistenti li jħajru lill-utenti finali jixtru apparat aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi u jużaw programmi aktar effiċjenti fl-enerġija u fir-riżorsi;

    (c)

    l-ambitu li jiġu indirizzati objettivi relatati mal-ekonomija ċirkolari.

    2.   Sal-1 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta punteġġ tat-tiswija lill-Forum ta’ Konsultazzjoni għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku u, jekk xieraq, abbozz ta’ proposta dwar punteġġ tat-tiswija għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku.

    Artikolu 8

    Revoka

    Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 392/2012 huwa mħassar.

    Artikolu 9

    Miżuri tat-tranżizzjoni

    Sat-30 ta’ Ġunju 2025, il-folju tal-prodott meħtieġ skont il-punt (b) tal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 392/2012 jista’ jingħata fil-bażi tad-data tal-prodott flok ma jingħata stampat mal-prodott. Madankollu, meta l-bejjiegħ jitlob dan, il-fornitur għandu jiżgura li l-folju tal-prodott ikun disponibbli b’mod stampat.

    Artikolu 10

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2024.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2025. Iżda l-Artikolu 9 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024 u l-Artikolu 3(1), il-punti (a) u (b), għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2025.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1.

    (2)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn 2016-2019 (COM(2016) 773 final, 30.11.2016).

    (3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija 2022-2024 2022/C 182/01 (ĠU C 182, 4.5.2022, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 tal-1 ta’ Marzu 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 123, 9.5.2012, p. 1).

    (5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. L-għeluq taċ-ċirku – Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari (COM(2015) 614 final tat-2.12.2015).

    (6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

    (7)  Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).

    (8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/807 tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reviżjoni tal-fattur tal-enerġija primarja għall-elettriku fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 101, 14.4.2023, p. 16).

    (9)  Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).

    (10)  Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).

    (11)  Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).

    (12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 285).


    ANNESS I

    Id-definizzjonijiet

    Għall-finijiet tal-Annessi II sa X, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’vent tal-arja” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li tiġbed l-arja friska ’l ġewwa, tgħaddiha minn fuq il-ħwejjeġ u tarmi l-arja niedja ’l barra;

    (2)

    “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li tinkludi sistema li bil-kondensazzjoni jew b’xi mezz ieħor tneħħi l-indewwa mill-arja użata fil-proċess tat-tnixxif;

    (3)

    “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li taħdem bil-gass” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li tuża l-gass biex issaħħan l-arja ta’ ġo fiha;

    (4)

    “Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika” jew “EEI” tfisser il-proporzjon tal-konsum ponderat tal-enerġija għall-konsum tal-enerġija standard taċ-ċiklu tat-tnixxif ta’ mudell speċifiku ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku;

    (5)

    “ċiklu tat-tnixxif” tfisser il-proċess kollu tat-tnixxif, kif definit mill-programm meħtieġ, magħmul minn serje ta’ operazzjonijiet differenti li jinkludu t-tisħin u t-tidwir;

    (6)

    “tul tal-programm” tfisser it-tul tal-ħin li jibda fil-bidu tal-programm magħżul, eskluż kull dewmien programmat mill-utent, sakemm jiġi attivat l-indikatur ta’ tmiem il-programm, u l-utent ikollu aċċess għat-tagħbija;

    (7)

    “kapaċità nominali” tfisser il-piż massimu f’kilogrammi ddikjarat mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat, f’intervalli ta’ 0,5 kilogrammi ta’ ħwejjeġ niexfa ta’ tip partikolari li jista’ jiġi ttrattat f’ċiklu tat-tnixxif wieħed ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku fil-programm magħżul, meta titgħabba skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

    (8)

    “tagħbija sħiħa” tfisser il-kapaċità nominali ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku fi programm partikolari;

    (9)

    “tagħbija parzjali” tfisser nofs il-kapaċità nominali ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku fi programm partikolari;

    (10)

    “effiċjenza tal-kondensazzjoni” tfisser il-proporzjon bejn il-massa tal-indewwa kondensata minn magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur meta mqabbla mal-massa tal-indewwa mneħħija mill-ħasla fi tmiem iċ-ċiklu tat-tnixxif;

    (11)

    “kodiċi ta’ rispons rapidu” jew “Kodiċi QR” tfisser barcode matriċi inkluża fuq it-tikketta tal-enerġija ta’ mudell tal-prodott, li tkun tillinkja mal-informazzjoni dwar il-mudell fil-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodotti;

    (12)

    “modalità mitfi” tfisser il-kundizzjoni meta l-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku tkun imqabbda mal-mejns iżda ma tkun qed tipprovdi l-ebda funzjoni, inkluż il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    il-kundizzjonijiet li jipprovdu biss l-indikazzjoni ta’ modalità mitfi;

    (b)

    il-kundizzjonijiet li jipprovdu biss il-funzjonalitajiet maħsubin biex jiżguraw il-kompatibbiltà elettromanjetika skont id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

    (13)

    “modalità standby” tfisser il-kundizzjoni meta l-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku tkun imqabbda mal-mejns u tkun tipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin jew uħud minnhom, li jistgħu jtulu għal żmien indefinit:

    (a)

    funzjoni ta’ riattivazzjoni, jew funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni attivata;

    (b)

    funzjoni ta’ riattivazzjoni b’konnessjoni ma’ network (“standby man-network”);

    (c)

    skrin informattiv jew tal-istatus;

    (d)

    funzjoni ta’ detezzjoni għall-miżuri ta’ emerġenza;

    (14)

    “network” tfisser infrastruttura tal-komunikazzjoni b’topoloġija ta’ konnessjonijiet, arkitettura, inkluż il-komponenti fiżiċi, prinċipji organizzattivi, proċeduri u formati tal-komunikazzjonijiet (protokolli);

    (15)

    “funzjoni ta’ prevenzjoni mit-tikmix” tfisser operazzjoni tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku wara t-tlestija ta’ programm li tevita t-tikmix żejjed tal-ħwejjeġ;

    (16)

    “bidu differit” tfisser il-kundizzjoni meta l-utent ikun għażel dewmien speċifikat għall-bidu jew għat-tmiem taċ-ċiklu tat-tnixxif tal-programm magħżul;

    (17)

    “mekkaniżmu tal-iskrin” tfisser kwalunkwe skrin, inkluż skrin tattili, jew teknoloġija viżiva oħra li tintuża biex jintwera kontenut tal-Internet lill-utenti;

    (18)

    “skrin ġo skrin” tfisser interfaċċa viżiva fejn immaġni jew sett ta’ data jistgħu jiġu aċċessati b’għafsa tal-maws, b’ċaqliqa tal-maws jew bit-tkabbir tal-iskrin tattili fuq l-immaġni jew sett tad-data oħrajn;

    (19)

    “skrin tattili” tfisser skrin li jiġi attivat meta jintmess, bħall-iskrin tat-tablets, tal-kompjuters slate jew tal-ismartphones;

    (20)

    “test alternattiv” tfisser test mogħti bħala alternattiva għal immaġni grafika li jippermetti li l-informazzjoni tiġi ppreżentata b’format mhux grafiku meta l-apparat tal-iskrin ma jkunx jista’ jtella’ l-immaġni grafika, jew bħala għajnuna għall-aċċessibbiltà bħal pereżempju bħala input għal applikazzjonijiet tal-produzzjoni artifiċjali tal-vuċi;

    (21)

    “programm eko” tfisser programm li kapaċi jnixxef il-ħwejjeġ tal-qoton b’kontenut ta’ ndewwa inizjali fit-tagħbija ta’ 60 % sa kontenut finali ta’ ndewwa finali fit-tagħbija ta’ 0 %;

    (22)

    “kontenut ta’ ndewwa inizjali” tfisser l-ammont ta’ ndewwa fil-ħasla fil-bidu taċ-ċiklu tat-tnixxif;

    (23)

    “kontenut ta’ ndewwa finali” tfisser l-ammont ta’ ndewwa fil-ħasla fi tmiem iċ-ċiklu tat-tnixxif;

    (24)

    “garanzija” tfisser impenn mill-bejjiegħa jew mill-fornituri għall-konsumatur biex iroddu lura l-prezz imħallas, jew biex jissostitwixxu, isewwu jew jimmaniġġaw mod ieħor il-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku jekk ma jkunux jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-riklamar rilevanti;

    (25)

    “valuri ddikjarati” tfisser il-valuri mogħtija mill-fornitur għall-parametri tekniċi ddikjarati, ikkalkulati jew imkejla, f’konformità mal-Artikolu 3, għall-verifika tal-konformità mill-awtoritajiet tal-Istati Membri;

    (26)

    “koeffiċjent tal-konverżjoni” (CC) tfisser il-koeffiċjent prestabbilit għall-enerġija primarja għal kull kWh ta’ elettriku msemmi fid-Direttiva 2012/27/UE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-valur tal-koeffiċjent tal-konverżjoni hu CC = 1,9.


    (1)  Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79).

    (2)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).


    ANNESS II

    Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, il-klassi tal-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja, u l-klassi tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni

    1.   KLASSI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA

    Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku għandha tiġi stabbilita abbażi tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (“EEI”) tagħha kif stipulat fit-Tabella 1. L-EEI għandu jiġi determinat f’konformità mat-Taqsima 1 tal-Anness IV.

    Tabella 1

    Klassi tal-effiċjenza enerġetika

    Klassi tal-effiċjenza enerġetika

    Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika

    A (l-iktar effiċjenti)

    EEI ≤ 43

    B

    43 < EEI ≤ 50

    C

    50 < EEI ≤ 60

    D

    60 < EEI ≤ 70

    E

    70 < EEI ≤ 85

    F

    85 < EEI ≤ 100

    G (l-inqas effiċjenti)

    EEI > 100

    2.   KLASSI TAL-EMISSJONI TAL-ISTORBJU AKUSTIKU FL-ARJA

    L-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku għandha tiġi determinata bħala l-valur medju ponderat (LWA) tal-potenza tal-ħoss fil-programm eko b’tagħbija sħiħa tul iċ-ċiklu tat-tnixxif espress f’dB(A) u mqarreb sal-eqreb numru sħiħ.

    Il-klassi tal-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja għandha tiġi determinata abbażi tal-LWA kif stabbilit fit-Tabella 2.

    Tabella 2

    Klassi tal-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja

    Klassi tal-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja

    Storbju (dB(A))

    A

    LWA ≤ 60

    B

    60 < LWA ≤ 64

    C

    64 < LWA ≤ 68

    D

    LWA > 68

    3.   Klassi tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni

    Il-klassi tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni għandha tiġi determinata abbażi tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni ponderata kif stabbilit fit-Tabella 3.

    Tabella 3

    Klassi tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni

    Klassi tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni

    Effiċjenza tal-kondensazzjoni ponderata

    A

    Ct ≥ 94

    B

    88 ≤ Ct < 94

    C

    82 ≤ Ct < 88

    D

    Ct < 82


    ANNESS III

    It-tikketta

    A.   Tikketta għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur

    1.   TIKKETTA GĦALL-MAGNI TAT-TNIXXIF TAL-ĦWEJJEĠ B’KONDENSATUR

    Illustrazzjoni 1

    Image 1

    1.1.

    It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

    I

    kodiċi QR;

    II

    it-trademark;

    III

    identifikatur tal-mudell;

    IV

    l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G;

    V

    il-klassi tal-effiċjenza enerġetika determinata f’konformità mal-Anness II; ras il-vleġġa bil-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku għandu jitqiegħed fl-istess livell ta’ ras il-vleġġa bil-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

    VI

    il-konsum medju ponderat tal-enerġija għal kull 100 ċiklu tat-tnixxif f’kWh, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ u kkalkolat f’konformità mal-Anness IV; fil-każ tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bil-gass, il-konsum medju ponderat tal-enerġija (gass u elettriku) għal kull 100 ċiklu tat-tnixxif f’kWh, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ u kkalkolat f’konformità mal-Anness IV;

    VII

    il-klassi tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni determinata f’konformità mal-Anness II, bil-logo rilevanti u l-valur mqarreb sal-eqreb numru sħiħ u kkalkolat f’konformità mal-Anness IV;

    VIII

    il-klassi tal-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja taċ-ċiklu tat-tnixxif tal-programm eko, bil-logo rilevanti u l-valur f’dB(A), iddeterminat f’konformità mat-Taqsima 4 tal-Anness IV;

    IX

    il-kapaċità nominali, f’kg, għall-programm eko b’tagħbija sħiħa;

    X

    it-tul tal-programm eko b’tagħbija sħiħa f’sigħat u minuti [s:min], imqarreb sal-eqreb minuta;

    XI

    in-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri “2023/2534”.

    1.2.

    Meta l-mudell ikun ingħata “Ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 (1), tista’ tiżdied kopja tal-Ekotikketta tal-UE.

    2.   ID-DISINN TAT-TIKKETTA GĦALL-MAGNI TAT-TNIXXIF TAL-ĦWEJJEĠ B’KONDENSATUR

    Illustrazzjoni 2

    Image 2

    Fejn:

    (a)

    it-tikketta trid tkun mill-inqas 96 mm wiesgħa u 192 mm għolja. Meta t-tikketta tiġi stampata b’format akbar, il-kontenut tagħha xorta għandu jibqa’ proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet fl-Illustrazzjoni 2;

    (b)

    l-isfond għandu jkun 100 % abjad;

    (c)

    it-tipa għandha tkun Verdana;

    (d)

    id-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-elementi fuq it-tikketta għandhom ikunu kif indikat fid-disinji tat-tikketta f’dan l-Anness;

    (e)

    il-kuluri għandhom ikunu CMYK — cyan, maġenta, isfar u iswed, bħal f’dan l-eżempju: 0,70,100,0: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed;

    (f)

    it-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-Illustrazzjoni 2).

    Image 3

    il-kuluri tal-logo tal-UE għandhom ikunu kif ġej:

    l-isfond: 100,80,0,0;

    l-istilel: 0,0,100,0;

    Image 4

    il-kulur tal-logo tal-enerġija għandu jkun: 100,80,0,0;

    Image 5

    il-kodiċi QR għandu jkun 100 % iswed;

    Image 6

    it-trademark għandha tkun 100 % sewda bit-tipa Bold 9pt;

    Image 7

    l-identifikatur tal-mudell għandu jkun 100 % iswed bit-tipa Regular 9pt;

    Image 8

    l-iskala A sa G għandha tkun kif ġej:

    (a)

    l-ittri fil-vleġeġ għandhom ikunu 100 % bojod bit-tipa Bold 16pt u jiġu ċċentrati fuq assi li tkun 4,5 mm mill-ġenb xellugi tal-vleġeġ;

    (b)

    il-kuluri tal-isfond tal-vleġeġ għandhom ikunu kif ġej:

    (i)

    Klassi A: 100,0,100,0;

    (ii)

    Klassi B: 70,0,100,0;

    (iii)

    Klassi C: 30,0,100,0;

    (iv)

    Klassi D: 0,0,100,0;

    (v)

    Klassi E: 0,30,100,0;

    (vi)

    Klassi F: 0,70,100,0;

    (vii)

    Klassi G: 0,100,100,0;

    Image 9

    il-linji diviżuri interni għandhom ikunu wesgħin 80 mm u bi ħxuna ta’ 0,5pt. Il-kulur tal-linji diviżuri għandu jkun 100 % iswed;

    Image 10

    il-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tkun 100 % sewda. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tkun 100 % bajda bit-tipa Bold 26pt, u tiġi ċċentrata fir-rettangolu tal-vleġġa. Il-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-vleġġa korrispondenti fl-iskala A sa G għandhom jitqiegħdu b’mod li t-truf tagħhom ikunu allinjati;

    Image 11

    il-valur tal-konsum ponderat tal-enerġija għal kull 100 ċiklu tat-tnixxif għandu jkun bit-tipa Bold 28pt; “kWh/” għandha tkun bit-tipa Regular 18pt, in-numru “100” fl-ikona li jirrappreżenta l-100 ċiklu tat-tnixxif għandu jkun bit-tipa Regular 14pt, u t-test għandu jiġi ċċentrat fil-kolonna u jkun 100 % iswed;

    Image 12

    il-pittogrammi għandhom ikunu kif hemm fid-disinn tat-tikketta u kif ġej:

    (a)

    il-linji tal-pittogrammi għandhom ikunu 1,2pt, u huma u t-testi (numri u unitajiet) għandhom ikunu 100 % suwed;

    (b)

    l-iskali A sa D tal-pittogramma tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni u tal-pittogramma tal-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja għandhom ikunu allinjati fuq assi vertikali fuq in-naħa tax-xellug tal-ikona, bl-ittra tal-klassi applikabbli bit-tipa Bold 12pt u l-ittri l-oħra tal-bqija tal-klassijiet bit-tipa Regular 8pt;

    (c)

    in-numru tal-pittogramma tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni għandu jkun bit-tipa Bold 9pt u l-unità bit-tipa Regular 9pt, bin-numru u l-unità ħdejn xulxin u ċċentrati ġol-pittogramma;

    (d)

    in-numru tal-pittogramma tal-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja għandu jkun bit-tipa Bold 12pt u l-unità bit-tipa Regular 9pt, bin-numru u l-unità ħdejn xulxin u ċċentrati ġol-pittogramma;

    (e)

    in-numru tal-pittogramma tal-kapaċità nominali għandu jkun bit-tipa Bold 16pt u l-unità bit-tipa Regular 12pt, bin-numru u l-unità ħdejn xulxin u ċċentrati taħt il-pittogramma;

    (f)

    in-numru tat-tul tal-pittogramma tal-programm eko għandu jkun bit-tipa Bold 16pt u ċċentrat taħt il-pittogramma;

    Image 13

    in-numru tar-Regolament għandu jkun 100 % iswed u bit-tipa Regular 6pt.

    B.   Tikketta għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ mhux b’kondensatur

    1.   TIKKETTA GĦALL-MAGNI TAT-TNIXXIF TAL-ĦWEJJEĠ MHUX B’KONDENSATUR

    Illustrazzjoni 3

    Image 14

    1.1.

    It-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

    I

    kodiċi QR;

    II

    it-trademark;

    III

    identifikatur tal-mudell;

    IV

    l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G;

    V

    il-klassi tal-effiċjenza enerġetika determinata f’konformità mal-Anness II; ras il-vleġġa bil-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku għandu jitqiegħed fl-istess livell ta’ ras il-vleġġa bil-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

    VI

    il-konsum medju ponderat tal-enerġija għal kull 100 ċiklu tat-tnixxif f’kWh, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ u kkalkolat f’konformità mal-Anness IV; fil-każ tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bil-gass, il-konsum medju ponderat tal-enerġija (gass u elettriku) għal kull 100 ċiklu tat-tnixxif f’kWh, imqarreb sal-eqreb numru sħiħ u kkalkolat f’konformità mal-Anness IV;

    VII

    il-klassi tal-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja taċ-ċiklu tat-tnixxif tal-programm eko, bil-logo rilevanti u l-valur f’dB(A), iddeterminat f’konformità mat-Taqsima 4 tal-Anness IV;

    VIII

    il-kapaċità nominali, f’kg, għall-programm eko b’tagħbija sħiħa;

    IX

    it-tul tal-programm eko b’tagħbija sħiħa f’sigħat u minuti [s:min], imqarreb sal-eqreb minuta;

    X

    in-numru ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri “2023/2534”.

    1.2.

    Meta l-mudell ikun ingħata “Ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tista’ tiżdied kopja tal-Ekotikketta tal-UE.

    2.   DISINN TAT-TIKKETTA GĦALL-MAGNI TAT-TNIXXIF TAL-ĦWEJJEĠ MHUX B’KONDENSATUR

    Illustrazzjoni 4

    Image 15

    Fejn:

    (a)

    it-tikketta trid tkun mill-inqas 96 mm wiesgħa u 192 mm għolja. Meta t-tikketta tiġi stampata b’format akbar, il-kontenut tagħha xorta għandu jibqa’ proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet fl-Illustrazzjoni 4;

    (b)

    l-isfond għandu jkun 100 % abjad;

    (c)

    it-tipa għandha tkun Verdana;

    (d)

    id-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-elementi fuq it-tikketta għandhom ikunu kif indikat fid-disinji tat-tikketta f’dan l-Anness;

    (e)

    il-kuluri għandhom ikunu CMYK — cyan, maġenta, isfar u iswed, bħal f’dan l-eżempju: 0,70,100,0: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed;

    (f)

    it-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-Illustrazzjoni 4).

    Image 16

    il-kuluri tal-logo tal-UE għandhom ikunu kif ġej:

    l-isfond: 100,80,0,0;

    l-istilel: 0,0,100,0;

    Image 17

    il-kulur tal-logo tal-enerġija għandu jkun: 100,80,0,0;

    Image 18

    il-kodiċi QR għandu jkun 100 % iswed;

    Image 19

    it-trademark għandha tkun 100 % sewda bit-tipa Bold 9pt;

    Image 20

    l-identifikatur tal-mudell għandu jkun 100 % iswed bit-tipa Regular 9pt;

    Image 21

    l-iskala A sa G għandha tkun kif ġej:

    (a)

    l-ittri fil-vleġeġ għandhom ikunu 100 % bojod bit-tipa Bold 16pt u jiġu ċċentrati fuq assi li tkun 4,5 mm mill-ġenb xellugi tal-vleġeġ;

    (b)

    il-kuluri tal-isfond tal-vleġeġ għandhom ikunu kif ġej:

    (i)

    Klassi A: 100,0,100,0;

    (ii)

    Klassi B: 70,0,100,0;

    (iii)

    Klassi C: 30,0,100,0;

    (iv)

    Klassi D: 0,0,100,0;

    (v)

    Klassi E: 0,30,100,0;

    (vi)

    Klassi F: 0,70,100,0;

    (vii)

    Klassi G: 0,100,100,0;

    Image 22

    il-linji diviżuri interni għandhom ikunu wesgħin 80 mm u bi ħxuna ta’ 0,5pt. Il-kulur tal-linji diviżuri għandu jkun 100 % iswed;

    Image 23

    il-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tkun 100 % sewda. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tkun 100 % bajda bit-tipa Bold 26pt, u tiġi ċċentrata fir-rettangolu tal-vleġġa. Il-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-vleġġa korrispondenti fl-iskala A sa G għandhom jitqiegħdu b’mod li t-truf tagħhom ikunu allinjati;

    Image 24

    il-valur tal-konsum ponderat tal-enerġija għal kull 100 ċiklu tat-tnixxif għandu jkun bit-tipa Bold 28pt; “kWh/” għandha tkun bit-tipa Regular 18pt, in-numru “100” fl-ikona li jirrappreżenta l-100 ċiklu tat-tnixxif għandu jkun bit-tipa Regular 14pt, u t-test għandu jiġi ċċentrat fil-kolonna u jkun 100 % iswed;

    Image 25

    il-pittogrammi għandhom ikunu kif hemm fid-disinn tat-tikketta u kif ġej:

    (a)

    il-linji tal-pittogrammi għandhom ikunu 1,2pt, u huma u t-testi (numri u unitajiet) għandhom ikunu 100 % suwed;

    (b)

    l-iskala A sa D tal-pittogramma tal-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja għandha tkun allinjata fuq assi vertikali fuq ix-xellug tal-ikona, bl-ittra tal-klassi applikabbli tkun bit-tipa Bold 12pt u l-ittri l-oħra tal-bqija tal-klassijiet bit-tipa Regular 8pt;

    (c)

    in-numru tal-pittogramma tal-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja għandu jkun bit-tipa Bold 12pt u l-unità bit-tipa Regular 9pt, bin-numru u l-unità ħdejn xulxin u ċċentrati ġol-pittogramma;

    (d)

    in-numru tal-pittogramma tal-kapaċità nominali għandu jkun bit-tipa Bold 16pt u l-unità bit-tipa Regular 12pt, bin-numru u l-unità ħdejn xulxin u ċċentrati taħt il-pittogramma;

    (e)

    in-numru tat-tul tal-pittogramma tal-programm eko għandu jkun bit-tipa Bold 16pt u ċċentrat taħt il-pittogramma;

    Image 26

    in-numru tar-Regolament għandu jkun 100 % iswed u bit-tipa Regular ta’ 6pt.


    (1)  Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1).


    ANNESS IV

    Il-metodi tal-kejl u l-kalkolu

    Għall-finijiet ta’ verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru skont standards armonizzati, li n-numri ta’ referenza tagħhom ikunu ppubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew b’metodi affidabbli, eżatti u riproduċibbli oħra, li jqisu l-aqwa livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali u jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness.

    Meta parametru jiġi ddikjarat skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/1369 u f’konformità mat-Tabella 5 tal-Anness VI, il-valur iddikjarat tiegħu għandu jintuża mill-fornitur għall-kalkoli f’dan l-Anness.

    Il-programm eko kif identifikabbli fl-għażla tal-programm, fuq l-iskrin u bil-konnessjoni tan-network, skont il-funzjonalitajiet mogħtija mill-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, u mingħajr modifika ulterjuri tal-konfigurazzjoni dwar il-kontenut ta’ ndewwa finali, għandu jintuża għall-kejl u l-kalkolu tal-EEI, għall-effiċjenza tal-kondensazzjoni, għat-tul tal-programm, għall-kontenut ta’ ndewwa finali u għall-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja. Il-konsum tal-enerġija, l-effiċjenza tal-kondensazzjoni, it-tul tal-programm u l-kontenut ta’ ndewwa finali għandhom jitkejlu wkoll fl-istess ħin.

    Il-kalkolu tal-konsum ponderat tal-enerġija, it-tul ponderat tal-programm, il-kontenut ta’ ndewwa finali, u l-effiċjenza tal-kondensazzjoni għandhom isiru abbażi ta’ tliet ċikli tat-tnixxif b’tagħbija sħiħa u erba’ ċikli tat-tnixxif b’tagħbija parzjali.

    Il-kapaċità nominali ddikjarata għall-programm eko ma għandhiex tkun inqas mill-akbar kapaċità nominali ddikjarata fost il-programmi kollha tal-qoton tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku.

    1.   INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA

    Għall-kalkolu tal-EEI ta’ mudell ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, il-konsum ponderat tal-enerġija għal kull ċiklu tat-tnixxif fil-programm eko b’tagħbija sħiħa u parzjali jitqabbel mal-konsum standard tal-enerġija għal kull ċiklu tat-tnixxif.

    (a)

    L-EEI jiġi kkalkulat kif ġej u jitqarreb għal pożizzjoni deċimali waħda:

    Formula

    fejn:

    EtC

    =

    il-konsum ponderat tal-enerġija għal kull ċiklu tat-tnixxif,

    SEC

    =

    il-konsum standard tal-enerġija għal kull ċiklu tat-tnixxif.

    (b)

    L-SEC jiġi kkalkolat f’kWh kif ġej u mqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali:

    (i)

    għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, għajr il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’vent tal-arja:

    Formula

    (ii)

    għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’vent tal-arja:

    Formula

    fejn:

    c

    il-kapaċità nominali tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku fil-programm eko,

    Tt

    it-tul ponderat tal-programm fil-programm eko.

    (c)

    L-EtC jiġi kkalkolat f’kWh kif ġej u mqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali:

    Formula

    fejn:

    Edry

    =

    il-konsum tal-enerġija fil-programm eko b’tagħbija sħiħa, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali,

    Edry½

    =

    il-konsum tal-enerġija fil-programm eko b’tagħbija parzjali, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali.

    (d)

    Għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bil-gass, Edry u Edry1/2 huma kkalkolati kif ġej:

    Formula

    Formula

    fejn:

    Egdry

    =

    il-konsum tal-gass tal-programm eko b’tagħbija sħiħa, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali,

    Egdry½

    =

    il-konsum tal-gass tal-programm eko b’tagħbija parzjali, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali,

    Egdry,a

    =

    il-konsum tal-elettriku supplimentari tal-programm eko b’tagħbija sħiħa, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali,

    Egdry½,a

    =

    il-konsum tal-elettriku supplimentari tal-programm eko b’tagħbija parzjali, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali,

    CC (Koeffiċjent tal-konverżjoni)

    =

    1,9.

    (e)

    It-Tt għall-programm eko jiġi kkalkolat f’minuti, imqarreb għall-eqreb minuta, kif ġej:

    Formula

    fejn:

    Tdry

    =

    it-tul tal-programm fil-programm eko b’tagħbija sħiħa, f’minuti u mqarreb għall-eqreb minuta,

    Tdry½

    =

    it-tul tal-programm fil-programm eko b’tagħbija parzjali, f’minuti u mqarreb għall-eqreb minuta.

    (f)

    Il-konsum medju ponderat tal-enerġija għal kull 100 ċiklu tat-tnixxif tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li jaħdmu bl-elettriku jiġi kkalkolat kif ġej u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ:

    Etc × 100

    Il-konsum medju ponderat tal-enerġija għal kull 100 ċiklu tat-tnixxif tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bil-gass jiġi kkalkolat kif ġej u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ:

    Formula

    fejn:

    Egdry

    =

    il-konsum tal-gass tal-programm eko b’tagħbija sħiħa, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali,

    Egdry½

    =

    il-konsum tal-gass tal-programm eko b’tagħbija parzjali, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali,

    Egdry,a

    =

    il-konsum tal-elettriku supplimentari tal-programm eko b’tagħbija sħiħa, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali,

    Egdry½,a

    =

    il-konsum tal-elettriku supplimentari tal-programm eko b’tagħbija parzjali, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali,

    (g)

    Il-kontenut ta’ ndewwa finali μt fil-programm eko jiġi kkalkolat f’perċentwali, imqarreb għal pożizzjonijiet deċimali waħda, kif ġej:

    Formula

    fejn:

    μdry

    =

    il-kontenut ta’ ndewwa finali fil-programm eko b’tagħbija sħiħa, f’perċentwali u mqarreb għal pożizzjoni deċimali waħda.

    μdry½

    =

    il-kontenut ta’ ndewwa finali fil-programm eko b’tagħbija parzjali, f’perċentwali u mqarreb għal pożizzjoni deċimali waħda.

    2.   EFFIĊJENZA TAL-KONDENSAZZJONI

    L-effiċjenza tal-kondensazzjoni ta’ programm (Ct) hi l-proporzjon bejn il-massa tal-indewwa kondensata u miġbura fil-kontenitur tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur u l-massa tal-indewwa mneħħija mit-tagħbija bħala parti mill-programm, u din tal-aħħar tkun id-differenza bejn il-massa tat-tagħbija tat-test imxarrba qabel it-tnixxif u l-massa tat-tagħbija tat-test wara t-tnixxif.

    Is-Ct hi kkalkolata bħala perċentwal u mqarrba għall-eqreb perċentwal sħiħ kif ġej:

    Formula

    fejn:

    Cdry

    =

    l-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni tal-programm eko b’tagħbija sħiħa,

    Cdry½

    =

    l-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni tal-programm eko b’tagħbija parzjali.

    3.   MODALITAJIET B’KONSUM TAL-ENERĠIJA BAXX

    Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi (Po ), fil-modalità standby (Psm ) u, meta applikabbli, fil-modalità bidu differit (Pds ) hu mkejjel. Il-valuri mkejla huma espressi f’W u mqarrba għal żewġ pożizzjonijiet deċimali.

    Waqt il-kejl tal-konsum tal-enerġija fil-modalitajiet b’konsum tal-enerġija baxx, dawn li ġejjin għandhom jiġu verifikati u rreġistrati:

    (a)

    il-wiri jew le tal-informazzjoni;

    (b)

    l-attivazzjoni jew le ta’ konnessjoni man-network.

    Jekk il-modalità standby tinkludi l-wiri tal-informazzjoni jew tal-istatus, din il-funzjoni għandha tingħata wkoll meta tingħata l-modalità standby man-network.

    Jekk il-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ tipprevedi funzjoni ta’ prevenzjoni mit-tikmix, dik il-funzjoni għandha tiġi interrotta billi tinfetaħ il-bieba tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, jew b’xi intervent xieraq ieħor 15-il minuta qabel il-kejl tal-konsum tal-enerġija.

    4.   EMISSJONI TAL-ISTORBJU AKUSTIKU FL-ARJA

    L-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja taċ-ċiklu tat-tnixxif ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku għandha tiġi kkalkolata fil-programm eko b’tagħbija sħiħa skont standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ikunu ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew b’metodi affidabbli, eżatti u riproduċibbli oħra, li jqisu l-aqwa livell ta’ żvilupp tekniku b’mod ġenerali.

    L-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja għandhom jitkejlu f’dB(A) rigward 1pW u jitqarrbu sal-eqreb numru sħiħ.


    ANNESS V

    Il-folju informattiv dwar il-prodott

    Skont l-Artikolu 3(1)(b), il-fornitur għandu jdaħħal l-informazzjoni fil-bażi tad-data tal-prodotti kif stabbilit fit-Tabella 4.

    Il-manwal tal-utent jew kitbiet oħra mogħtija mal-prodott għandhom jindikaw il-link URL għall-mudell fil-bażi tad-data tal-prodotti li jista’ jaqrah il-bniedem jew bħala kodiċi QR jew billi jingħata n-numru tar-reġistrazzjoni tal-prodott.

    Tabella 4

    Kontenut, ordni u format tal-folju informattiv dwar il-prodott

    Isem il-fornitur jew it-trademark  (1) ,  (3):

    Indirizz tal-fornitur  (1) ,  (3):

    Identifikatur tal-mudell  (1):

    Teknoloġija tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ

    [elettrika b’vent tal-arja, elettrika b’kondensatur, taħdem bil-gass]

    Parametri ġenerali tal-prodott:

    Parametru

    Valur

    Parametru

    Valur

    Kapaċità nominali (2) (kg)

    x,x

    Dimensjonijiet (1) ,  (3) f’cm

    Għoli

    x

    Wisa’

    x

    Fond

    x

    Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) (2)

    x,x

    Klassi tal-effiċjenza enerġetika (2)

    [A/B/C/D/E/F/G] (4)

    Effiċjenza tal-kondensazzjoni (%) (2)

    (jekk disponibbli)

    xx

    Klassi tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni (jekk applikabbli) (2)

    [A/B/C/D] (4)

    Il-konsum ponderat tal-enerġija f’kWh għal kull ċiklu tat-tnixxif (8). Il-konsum reali tal-enerġija jiddependi fuq kif jintuża l-apparat.

    x,xx

     

     

    Tul tal-programm (2) (sigħat:minuti)

    Kapaċità nominali

    x:xx

    Tip

    [built-in/indipendenti]

    Nofs

    x:xx

    Emissjoni tal-istorbju akustiku fl-ajru  (2) (dB(A) rigward 1pW)

    x

    Klassi tal-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja (2)

    [A/B/C/D] (4)

    Modalità mitfi (jekk applikabbli) (W)

    x,xx

    Modalità standby (jekk applikabbli) (W)

    x,xx

    Bidu differit (W) (jekk applikabbli)

    x,xx

    Standby man-network (W) (jekk applikabbli)

    x,xx

    Għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li jkunu attrezzati b’pompa tas-sħana, l-isem kimiku jew id-denominazzjoni aċċettata tal-industrija tal-gass refriġerant użat, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 517/2014 (1) dwar il-gassijiet serra fluworurati (1) ,  (3).

     

    Link għal sit web bl-informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-ispare parts għas-sewwejja professjonali u l-utenti finali  (1)  (3)  (5)

    https://xxx

    Link għal sit web bl-istruzzjonijiet tat-tiswija għall-utenti finali  (1)  (3)  (6)

    https://xxx

    Link għal sit web bi prezzijiet indikattivi ta’ qabel it-taxxa  (1)  (3)  (7)

    https://xxx

    It-tul minimu tal-garanzija offruta mill-fornitur (1) ,  (3)

     

    Informazzjoni addizzjonali  (1) ,  (3):

    Il-link għal sit web tal-fornitur bl-informazzjoni msemmija fil-punt 6 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2534  (3)  (2) jinsab:


    (1)  Ir-Regolament (KE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195).

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2534 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni domestiċi tat-tnixxif talħwejjeġ, jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/826, u jħassar irRegolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2012 (ĠU L, 2023/2533, 22.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2533/oj).

    (1)  Din l-entrata ma għandhiex titqies rilevanti għall-fini tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2017/1369.

    (2)  Għall-programm eko.

    (3)  Bidliet f’dawn l-entrati ma għandhomx jitqiesu rilevanti għall-fini tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2017/1369.

    (4)  Jekk il-bażi tad-data tal-prodotti tiġġenera awtomatikament il-kontenut definittiv ta’ dik iċ-ċellola, il-fornitur m’għandux idaħħal din id-data.

    (5)  L-obbligu tal-fornituri hu li jinkludu l-link għal sit web fejn se tkun disponibbli l-informazzjoni rilevanti. Iżda l-aċċess effettiv għas-sit web għandu jingħata skont l-iskeda taż-żmien u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, il-punt 5(1)(b), tar-Regolament (UE) 2023/2534.

    (6)  L-obbligu tal-fornituri hu li jinkludu l-link għal sit web fejn se tkun disponibbli l-informazzjoni rilevanti. Iżda l-aċċess effettiv għas-sit web għandu jingħata skont l-iskeda taż-żmien u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, il-punt 5(1)(d), tar-Regolament (UE) 2023/2534.

    (7)  L-obbligu tal-fornituri hu li jinkludu l-link għas-sit web fejn se tkun disponibbli l-informazzjoni rilevanti. Iżda l-aċċess effettiv għas-sit web għandu jingħata skont l-iskeda taż-żmien u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, il-punt 5(1)(f), tar-Regolament (UE) 2023/2534.

    (8)  Għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bil-gass ikkalkolati bħala l-konsum medju ponderat tal-enerġija għal kull 100 ċiklu tat-tnixxif skont l-Anness IV, il-punt 1(f), diviż b’100.


    ANNESS VI

    Id-dokumentazzjoni teknika

    1.   

    Għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li jaħdmu bl-elettriku, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punt (d), għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    deskrizzjoni ġenerali tal-mudell biex ikun jista’ jiġi identifikat b’mod ċar u faċli;

    (b)

    referenzi għall-istandards armonizzati applikati jew standards oħrajn tal-kejl użati;

    (c)

    il-prekawzjonijiet speċifiċi li jridu jittieħdu waqt l-armar, l-installazzjoni, il-manutenzjoni jew l-ittestjar tal-mudell;

    (d)

    id-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli mwettqa f’konformità mal-Anness IV;

    (e)

    il-kundizzjonijiet tal-ittestjar, meta ma jkunux deskritti biżżejjed fir-referenzi pprovduti skont il-punt (b) ta’ din it-taqsima;

    (f)

    mudelli ekwivalenti, jekk ikunu jeżistu, inkluż l-identifikaturi tal-mudell;

    (g)

    il-valuri għall-parametri tekniċi stabbiliti fit-Tabella 5, li jitqiesu bħala l-valuri ddikjarati għall-fini tal-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IX;

    L-informazzjoni mogħtija skont il-punti (a) sa (g) għandha tikkostitwixxi l-partijiet speċifiċi obbligatorji tad-dokumentazzjoni teknika li l-fornitur irid jdaħħal fil-bażi tad-data, skont l-Artikolu 12(5) tar-Regolament (UE) 2017/1369.

    Tabella 5

    Informazzjoni li trid tiddaħħal fid-dokumentazzjoni teknika tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li jaħdmu bl-elettriku

    PARAMETRU

    UNITÀ

    VALUR

    Il-kapaċità nominali fil-programm eko, f’intervalli ta’ 0,5 kg (c)

    kg

    X,X

    Il-konsum tal-enerġija tal-programm eko b’tagħbija sħiħa (Edry )

    kWh/ċiklu tat-tnixxif

    X,XX

    Il-konsum tal-enerġija tal-programm eko b’tagħbija parzjali (Edry,½ )

    kWh/ċiklu tat-tnixxif

    X,XX

    Il-konsum ponderat tal-enerġija tal-programm eko (EtC )

    kWh/ċiklu tat-tnixxif

    X,XX

    Il-konsum standard tal-enerġija tal-programm eko (SEC )

    kWh/ċiklu tat-tnixxif

    X,XX

    L-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI)

    -

    X,X

    It-tul tal-programm fil-programm eko b’tagħbija sħiħa (Tdry )

    s:min

    X:XX

    It-tul tal-programm fil-programm eko b’tagħbija parzjali (Tdry½ )

    s:min

    X:XX

    It-tul ponderat tal-programm fil-programm eko (Tt )

    s:min

    X:XX

    L-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni tal-programm eko b’tagħbija sħiħa (Cdry ) (jekk applikabbli)

    %

    XX

    L-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni tal-programm eko b’tagħbija parzjali (Cdry½ ) (jekk applikabbli)

    %

    XX

    L-effiċjenza ponderata tal-kondensazzjoni tal-programm eko (Ct ) (jekk applikabbli)

    %

    XX

    L-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja waqt il-programm eko

    dB(A) rigward 1pW

    X

    Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi (Po ) (jekk applikabbli)

    W

    X,XX

    Il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby (Psm ) (jekk applikabbli)

    W

    X,XX

    Il-modalità standby tinkludi l-wiri tal-informazzjoni?

    -

    Iva/Le

    Il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby (Pnsm) waqt kundizzjoni ta’ standby man-network (jekk applikabbli)

    W

    X,XX

    Il-konsum tal-enerġija fil-bidu differit (Pds ) (jekk applikabbli)

    W

    X,XX

    2.   

    Għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bil-gass, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punt (d), għandha tinkludi l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1(a) sa (f) ta’ dan l-Anness, u l-informazzjoni stabbilita fit-Tabella 6 għall-programm eko. Il-valuri fit-Tabella 6 jitqiesu bħala l-valuri ddikjarati għall-fini tal-proċedura ta’ verifika fl-Anness IX.

    L-informazzjoni mogħtija skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt għandha tikkostitwixxi l-partijiet speċifiċi obbligatorji tad-dokumentazzjoni teknika li l-fornitur irid idaħħal fil-bażi tad-data, skont l-Artikolu 12(5) tar-Regolament (UE) 2017/1369.

    Tabella 6

    Informazzjoni li trid tiddaħħal fid-dokumentazzjoni teknika għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li jaħdmu bil-gass

    PARAMETRU

    UNITÀ

    VALUR

    Il-kapaċità nominali fil-programm eko, f’intervalli ta’ 0,5 kg (c)

    kg

    X,X

    Il-konsum tal-gass tal-programm eko b’tagħbija sħiħa (Egdry )

    kWh/ċiklu tat-tnixxif

    X,XX

    Il-konsum tal-gass tal-programm eko b’tagħbija parzjali (Egdry,½ )

    kWh/ċiklu tat-tnixxif

    X,XX

    Il-konsum awżiljarju tal-elettriku tal-programm eko b’tagħbija sħiħa

    kWh/ċiklu tat-tnixxif

    X,XX

    Il-konsum awżiljarju tal-elettriku tal-programm eko b’tagħbija parzjali

    kWh/ċiklu tat-tnixxif

    X,XX

    Il-konsum ponderat tal-enerġija tal-programm eko (EtC )

    kWh/ċiklu tat-tnixxif

    X,XX

    Il-konsum standard tal-enerġija tal-programm eko (SEC )

    kWh/ċiklu tat-tnixxif

    X,XX

    Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI)

    -

    X,X

    It-tul tal-programm fil-programm eko b’tagħbija sħiħa (Tdry )

    s:min

    XXX

    It-tul tal-programm fil-programm eko b’tagħbija parzjali (Tdry½ )

    s:min

    XXX

    It-tul ponderat tal-programm fil-programm eko (Tt )

    s:min

    XXX

    L-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja waqt il-programm eko

    dB(A) rigward 1pW

    X

    Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi (Po ) (jekk applikabbli)

    W

    X,XX

    Il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby (Psm ) (jekk applikabbli)

    W

    X,XX

    Il-modalità standby tinkludi l-wiri tal-informazzjoni?

    -

    Iva/Le

    Il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby (Pnsm ) waqt kundizzjoni ta’ standby man-network (jekk applikabbli)

    W

    X,XX

    Il-konsum tal-enerġija fil-bidu differit (Pds ) (jekk applikabbli)

    W

    X,XX

    3.   

    L-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku tista’ tinkiseb b’xi wieħed mill-metodi li ġejjin:

    (a)

    minn mudell bl-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li trid tingħata iżda li tinħoloq minn fornitur differenti,

    (b)

    b’kalkolu abbażi ta’ disinn jew ta’ estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess fornitur jew ta’ fornitur differenti,

    Meta l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tinkiseb b’xi wieħed mill-metodi stabbiliti fil-punti (a) u (b), id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji tal-kalkolu, il-valutazzjoni tal-fornituri biex jivverifikaw l-eżattezza tal-kalkolu u, meta xieraq, id-dikjarazzjoni tal-identità bejn il-mudelli ta’ fornituri differenti.


    ANNESS VII

    L-informazzjoni li trid tingħata fir-riklami viżivi, fil-materjal promozzjonali tekniku u fil-bejgħ mill-bogħod, ħlief il-bejgħ mill-bogħod bl-Internet

    1.   

    Fil-każ tar-riklami viżivi, biex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1)(e), u fl-Artikolu 4(c), il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stabbilit fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.

    2.   

    Fil-każ tal-materjal tekniku promozzjonali, biex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1)(f), u fl-Artikolu 4(d), il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stabbilit fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.

    3.   

    Fil-każ tal-bejgħ mill-bogħod stampat, il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stabbilit fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.

    4.   

    Fil-każijiet imsemmija fil-punti 1, 2 u 3, il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għandhom jintwerew kif indikat fl-Illustrazzjoni 5, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    għandha tintuża vleġġa, bl-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika ġo fiha, 100 % bajda, Calibri Bold u d-daqs tat-tipa jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak tal-prezz, meta jintwera l-prezz;

    (ii)

    il-kulur tal-vleġġa għandu jaqbel mal-kulur tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika;

    (iii)

    il-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli għandha tkun 100 % sewda;

    (iv)

    il-vleġġa għandha tkun kbira biżżejjed biex tkun viżibbli u leġibbli b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tiġi ċċentrata fir-rettangolu tal-vleġġa, b’burdura ta’ 0,5pt 100 % sewda madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika.

    B’deroga, jekk ir-riklam viżiv, il-materjal promozzjonali tekniku jew il-bejgħ mill-bogħod stampat isir b’kulur wieħed, il-vleġġa f’dak ir-riklam viżiv, il-materjal promozzjonali tekniku jew il-bejgħ mill-bogħod stampat tista’ tkun b’kulur wieħed.

    Illustrazzjoni 5

    Vleġġa lejn ix-xellug bil-kulur/b’kulur wieħed, bil-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata

    Image 27

    5.   

    Il-bejgħ mill-bogħod bit-telepromozzjoni għandu jinforma b’mod speċifiku lill-konsumatur dwar il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott u dwar il-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, u l-konsumatur għandu jkun jista’ jaċċessa t-tikketta sħiħa u l-folju informattiv dwar il-prodott fuq sit web b’aċċess liberu jew billi jitlob kopja stampata.

    6.   

    Għas-sitwazzjonijiet kollha msemmija fil-punti 1, 2, 3 u 5, il-konsumatur għandu jkollu l-possibbiltà li jikseb, meta jitlob dan, kopja stampata tat-tikketta u tal-folju informattiv dwar il-prodott.


    ANNESS VIII

    L-informazzjoni li trid tingħata fil-bejgħ mill-bogħod bl-Internet

    1.   

    It-tikketta xierqa tal-prodott li l-fornituri jagħmlu disponibbli għall-pubbliku f’konformità mal-Artikolu 3(1)(g) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tal-iskrin qrib il-prezz tal-prodott, jekk jintwera l-prezz, u fil-bqija tal-każijiet viċin l-isem jew l-istampa tal-prodott. It-tikketta għandha tkun kbira biżżejjed biex tkun viżibbli u leġibbli b’mod ċar u għandha tkun proporzjonata għad-daqs speċifikat fl-Anness III. It-tikketta tista’ tintwera bi skrin ġo skrin, u f’dak il-każ, l-immaġni użata biex tiġi aċċessata t-tikketta għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 ta’ dan l-Anness. Jekk jintuża skrin ġo skrin, it-tikketta għandha tidher mal-ewwel għafsa tal-maws, ċaqliq tal-mouse jew tkabbir tal-iskrin tattili fuq l-immaġni.

    2.   

    L-immaġni użata biex tiġi aċċessata t-tikketta fil-każ ta’ skrin ġo skrin, kif turi l-Illustazzjoni 6, għandha:

    (i)

    tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħal dak tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott murija fuq it-tikketta;

    (ii)

    tindika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq il-vleġġa, 100 % bajda, bit-tipa Calibri Bold u b’daqs tat-tipa ekwivalenti għad-daqs tal-prezz;

    (iii)

    turi l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli, 100 % sewda;

    (iv)

    ikollha wieħed minn dawn il-formati li ġejjin, u tkun kbira biżżejjed biex il-vleġġa tkun viżibbli u leġibbli b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tiġi ċċentrata fir-rettangolu tal-vleġġa, b’burdura viżibbli 100 % sewda madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika:

    Illustrazzjoni 6.

    Vleġġa lejn ix-xellug bil-kulur, bil-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata

    Image 28

    3.   

    Fil-każ ta’ skrin ġo skrin, is-sekwenza tal-wiri tat-tikketta għandha tkun kif ġej:

    (a)

    l-immaġni msemmija fil-punt 2 ta’ dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tal-iskrin viċin il-prezz tal-prodott;

    (b)

    l-immaġni għandha twassal għat-tikketta kif stabbilit fl-Anness III;

    (c)

    it-tikketta għandha tintwera wara għafsa tal-maws, ċaqliqa tal-maws jew tkabbir tal-iskrin tattili fuq l-immaġni;

    (d)

    it-tikketta għandha tintwera bħala pop-up, tab ġdida jew paġna ġdida, jew bi skrin fuq skrin;

    (e)

    għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparati għat-tkabbir tattili;

    (f)

    it-tikketta għandu tkun tista’ tingħalaq b’opzjoni tal-għeluq jew b’mekkaniżmu ieħor standard tal-għeluq;

    (g)

    it-test alternattiv għall-grafika li jrid jidher jekk it-tikketta ma tfeġġx għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs tat-tipa bħad-daqs tal-prezz.

    4.   

    Il-folju informattiv elettroniku dwar il-prodott li l-fornitur jagħmel disponibbli għall-pubbliku f’konformità mal-Artikolu 3(1)(h) għandu jintwera fuq il-mekkaniżmu tal-iskrin qrib il-prezz tal-prodott, jekk jintwera l-prezz, u fil-bqija tal-każijiet viċin l-isem jew l-istampa tal-prodott. Dan il-folju informattiv dwar il-prodott għandu jkollu daqs biżżejjed biex l-informazzjoni tkun viżibbli u leġibbli b’mod ċar. Il-folju informattiv dwar il-prodott tista’ jintwera bi skrin ġo skrin jew b’referenza għall-bażi tad-data tal-prodotti, u f’dan il-każ il-link biex jiġi aċċessat il-folju informattiv dwar il-prodott għandha tindika b’mod ċar u b’mod leġibbli “Folju informattiv dwar il-prodott”. Jekk jintuża skrin ġo skrin, il-folju informattiv dwar il-prodott għandu jfeġġ mal-ewwel għafsa tal-maws, ċaqliqa tal-maws jew tkabbir tal-iskrin tattili fuq il-link.


    ANNESS IX

    Il-proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

    1.   

    It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f’dan l-Anness relatati biss mal-verifika tal-valuri ddikjarati tal-parametri mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur bħala tolleranza permessa biex jistabbilixxi l-valuri fid-dokumentazzjoni teknika jew għall-interpretazzjoni ta’ dawn il-valuri biex jikseb konformità jew biex jikkomunika prestazzjoni aħjar b’xi mezz.

    2.   

    Il-valuri u l-klassijiet ippubblikati fuq it-tikketta jew fuq il-folju informattiv dwar il-prodott ma għandhomx ikunu aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri rrappurtati fid-dokumentazzjoni teknika.

    3.   

    Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (pereżempju billi jagħraf il-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-tnixxif tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu waqt it-test biex jikseb livell aktar favorevoli għal xi wieħed mill-parametri speċifikati f’dan ir-Regolament jew inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew inklużi f’xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell u kull mudell ekwivalenti għandhom jitqiesu li mhumiex konformi.

    4.   

    Bħala parti mill-verifika tal-konformità ta’ mudell tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja:

    (a)

    l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell.

    (b)

    il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (i)

    il-valuri ddikjarati mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/1369, u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ tali valuri ddikjarati, ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet;

    (ii)

    il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta u fuq il-folju informattiv dwar il-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri ddikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika, il-klassi tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni u l-klassi tal-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja indikati ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi determinata bil-valuri ddikjarati;

    (iii)

    il-valuri determinati, jiġifieri l-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkolati b’dan il-kejl ikunu konformi ma’:

    (a)

    il-kriterji tal-validità stabbiliti fit-Tabella 7;

    (b)

    it-tolleranzi tal-verifika rispettivi stabbiliti fit-Tabella 7.

    5.   

    Meta ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-paragrafu 4(b)(i) jew (ii), il-mudell u kull mudell ekwivalenti għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

    6.   

    Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-paragrafu 4(b)(iii), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet addizzjonali magħżula jistgħu jkunu ta’ mudell ekwivalenti wieħed jew aktar.

    7.   

    Il-mudell u kull mudell ekwivalenti għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament jekk il-valur determinat għall-kontenut ta’ ndewwa finali medju fil-programm eko ma jkunx konformi mal-kriterji tal-validità kif mogħtija fit-Tabella 7 għal waħda mit-tliet unitajiet addizzjonali msemmija fil-punt 6. F’dan il-każ, l-unitajiet l-oħra li jkun għadhom ma ġewx ittestjati ma hemmx bżonn jiġu ttestjati. Il-mudell għandu jitqies konformi jekk il-valur determinat għall-kontenut ta’ ndewwa finali jkun konformi mal-kriterji tal-validità kif mogħtija fit-Tabella 7 għal kull waħda mit-tliet unitajiet addizzjonali.

    8.   

    Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli meta, għal dawk it-tliet unitajiet imsemmija fil-punt 6, il-medja aritmetika tal-valuri determinati tkun konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 7.

    9.   

    Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 8, il-mudell u kull mudell ekwivalenti għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

    10.   

    Malli tittieħed deċiżjoni dwar in-nuqqas tal-konformità tal-mudell skont il-paragrafi 2, 3, 5, 7 jew 9, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha mingħajr dewmien lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

    11.   

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u l-kalkolu stabbiliti fl-Anness IV.

    12.   

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss il-kriterji tal-validità u t-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 7 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 9 għar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Anness. Għall-parametri stabbiliti fit-Tabella 7, ma għandu jiġi applikat l-ebda kriterju tal-validità ieħor jew l-ebda tolleranza tal-verifika oħra, bħal dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f’xi metodu ieħor tal-kejl.

    Tabella 7

    Tolleranzi tal-verifika u kriterji tal-validità

    Parametru

    Kriterji tal-validità

    Il-kontenut ta’ ndewwa finali medju tal-programm eko μt

    Il-valur determinat għandu jitkejjel u jiġi kkalkolat, u jkun anqas minn 1,5 %.

    Parametru

    Tolleranzi tal-verifika

    Edry u Edry½

    Il-valur determinat* ma għandux ikun iżjed mill-valur iddikjarat ta’ Edry u Edry½ , b’aktar minn 6 %.

    Egdry u Egdry½

    Il-valur determinat* ma għandux ikun iżjed mill-valur iddikjarat ta’ Egdry u Egdry½ , b’aktar minn 6 %.

    Egdry,a u Egdry½,a

    Il-valur determinat* ma għandux ikun iżjed mill-valur iddikjarat ta’ Egdry,a u Egdry½,a , b’aktar minn 6 %.

    Ct

    Il-valur determinat* ma għandux ikun inqas mill-valur iddikjarat ta’ Ct b’aktar minn 6 %.

    Tdry u Tdry½

    Il-valur determinat* ma għandux ikun iżjed mill-valur iddikjarat ta’ Tdry u Tdry½ , b’aktar minn 6 %.

    Po

    Il-valur determinat* tal-konsum tal-enerġija Po ma għandux kun iżjed mill-valur iddikjarat b’aktar minn 0,10 W.

    Psm

    Il-valur determinat* tal-konsum tal-enerġija Psm ma għandux ikun iżjed mill-valur iddikjarat b’aktar minn 10 % jekk il-valur iddikjarat ikun iżjed minn 1,00 W, jew b’aktar minn 0,10 W jekk il-valur iddikjarat ikun 1,00 W jew inqas.

    Pds

    Il-valur determinat* tal-konsum tal-enerġija Pds ma għandux ikun iżjed mill-valur iddikjarat b’aktar minn 10 % jekk il-valur iddikjarat ikun iżjed minn 1,00 W, jew b’aktar minn 0,10 W jekk il-valur iddikjarat ikun 1,00 W jew inqas.

    Emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja

    Il-valur determinat* ma għandux ikun iżjed mill-valur iddikjarat b’aktar minn 2dB rigward 1pW.

    *

    Meta jiġu ttestjati tliet unitajiet addizzjonali f’konformità mal-punt 6, il-valur determinat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri determinati għal dawk it-tliet unitajiet addizzjonali.


    ANNESS X

    Il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed

    Id-dispożizzjonijiet tal-Annessi II u III, skont il-metodi tal-kejl u l-kalkolu stabbiliti fl-Anness IV, għandhom japplikaw għal kull tanbur. Id-dispożizzjonijiet tal-Annessi II u III għandhom japplikaw għal kull wieħed mit-tnabar b’mod indipendenti, għajr meta t-tnabar ikunu inkorporati fl-istess qafas u jkunu jistgħu, fil-programm eko joperaw simultanjament biss. Fil-każ tal-aħħar, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għall-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed kollha kemm hi, kif ġej:

    (a)

    il-kapaċità nominali tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed kollha kemm hi għandha tkun it-total tal-kapaċitajiet nominali ta’ kull tanbur;

    (b)

    il-konsum tal-enerġija tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed kollha kemm hi għandu jkun it-total tal-konsum tal-enerġija ta’ kull tanbur;

    (c)

    l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed kollha kemm hi għandu jiġi kkalkolat bil-kapaċità nominali u l-konsum tal-enerġija tal-punti a) u b) hawn fuq. Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tapplika għall-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed kollha kemm hi;

    (d)

    it-tul tal-programm tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed kollha kemm hi għandu jkun it-tul tal-itwal programm eko li jopera f’kull tanbur;

    (e)

    il-kontenut ta’ ndewwa finali tal-programm eko għandu jitkejjel individwalment għal kull tanbur tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed;

    (f)

    il-modalitajiet b’konsum tal-enerġija baxx, l-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja u l-klassi tal-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja għandhom japplikaw għall-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed kollha kemm hi.

    Il-folju informattiv dwar il-prodott u d-dokumentazzjoni teknika għandhom jinkludu u jippreżentaw b’mod konġunt l-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness V u l-Anness VI rispettivament, għat-tnabar kollha li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness.

    Id-dispożizzjonijiet tal-Annessi VII u VIII għandhom japplikaw għal kull wieħed mit-tnabar li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness.

    Il-proċedura tal-verifika stabbilita fl-Anness IX għandha tapplika għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed kollha kemm hi, u l-kriterji tal-validità u t-tolleranzi tal-verifika japplikaw għal kull wieħed mill-parametri determinati bl-applikazzjoni ta’ dan l-Anness.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2534/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top