EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2009_088_R_0090_01

2009/196/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta’ April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima IX – il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' April 2008 b'osservazzjonijiet li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima IX – il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

ĠU L 88, 31.3.2009, p. 90–92 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/90


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-22 ta’ April 2008

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima IX – il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(2009/196/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (1),

wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (C6-0370/2007) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data lill-awtorità tal-kwittanza rigward il-verifiki interni mwettqa fl-2006,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li ġew verifikati (3),

wara li kkunsidra l-istqarrija ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduti mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (4),

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0094/2008),

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2006;

2.

Jindika l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lill-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Awdituri, l-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Hans-Gert PÖTTERING

Is-Segretarju Ġenerali

Harald RØMER


(1)  ĠU L 78, 15.3.2006.

(2)  ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.

(3)  ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.

(4)  ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-22 ta' April 2008

b'osservazzjonijiet li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima IX – il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (1),

wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (C6-0370/2007) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-awtorità tal-kwittanza rigward il-verifiki interni mwettqa fl-2006,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li ġew verifikati (3),

wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduti mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (4),

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0094/2008),

1.

Jinnota li fl-2006 il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) kellu approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli li jammontaw għal total ta' EUR 4 138 378 (2005: EUR 2 840 733), b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 93,3 %;

2.

Jinnota li l-verifika tal-EDPS mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri ma waslet għal ebda osservazzjoni materjali fir-rigward tal-EDPS; jinnota li, wara l-introduzzjoni tal-kontabilità tad-dovuti fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2005, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-EDPS urew rendiment ekonomiku negattiv għas-sena 2006 (EUR 1 402 513) u totali simili għall-attiv u l-passiv (EUR 23 517);

3.

Jinnota li fis-7 ta' Diċembru 2006 l-ftehima dwar il-koperazzjoni amministrattiva bejn is-Segretarjati Ġenerali tal-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill, iffirmata flimkien mal-EDPS, ġiet imġedda għal perjodu ulterjuri ta' 3 snin b'effett mis-16 ta' Jannar 2007;

4.

Jinnota li, ibbażata fuq il-ftehima dwar il-koperazzjoni msemmija hawn fuq, il-ġestjoni amministrattiva tal-missjonijiet kollha tal-EDPS hija żgurata mill-Uffiċċju tal-Uffiċjal inkarigat mill-pagi tal-Kummissjoni u l-istess regoli interni japplikaw għar-rimbors tal-ispejjeż tal-akkomodazzjoni li jkunu ġew imġarrba matul missjoni għaż-żewġ kategoriji tagħha kif ukoll għaż-żewġ Membri tagħha u għall-istaff;

5.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-proċessi ta' verifikar minn qabel “ex post” u l-ħruġ tal-opinjonijiet finali mill-EDPS imxew "il quddiem sew u l-iskadenza tar-Rebbiegħa 2007 imposta mill-EDPS ħeġġet istituzzjonijiet u korpi biex iżidu l-isforzi tagħhom biex jissodisfaw l-obbligi notifikati;

6.

Jinnota li bid-deċiżjoni tas-7 ta' Novembru 2006 l-EDPS iddeċidiet li tfassal struttura ta' kontroll intern xierqa għall-attivitajiet u l-ħtiġijiet tagħha;

7.

Jilqa" b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni annwali mill-EDPS u mill-Assistent tal-EDPS, tad-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji tagħhom, b'formola simili għal dik mimlija kull sena mill-Membri tal-Parlament Ewropew, li fiha tagħrif rilevanti dwar affarijiet bħal attivitajiet professjonali li għandhom ikunu ddikjarati kif ukoll karigi u attivitajiet remunerati;

8.

Jifraħ lill-EDPS dwar id-deċiżjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2007 li jirrispetta l-Ftehima Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar investigazzjonijiet interni min-naħa ta' OLAF (6) fl-applikar tas-sistema stabbilita mir-Regolament (KE) Nru1073/1999 (7).


(1)  ĠU L 78, 15.3.2006.

(2)  ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.

(3)  ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.

(4)  ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

(7)  Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 rigward l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1).


Top