This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Xogħol part-time
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
X’INHU L-GĦAN TA’ DIN ID-DIRETTIVA?
PUNTI EWLENIN
Għal min tapplika?
Hija tapplika għall-ħaddiema fuq bażi part-time li għandhom kuntratt ta’ impjiegjew relazzjoni ta’ impjieg kif definit f’kull pajjiż tal-UE. Dawk li jaħdmu biss fuq bażi każwali jistgħu jiġu esklużi għal raġunijiet oġġettivi wara konsultazzjoni bejn il-pajjiż tal-UE kkonċernat u l-imsieħba soċjali tiegħu.
Nondiskriminazzjoni
Il-ħaddiema part-time ma jistgħux jiġu ttrattati b’mod inqas favorevoli mill-ħaddiema full-time komparabbli sempliċiment minħabba li jaħdmu fuq bażi part-time, sakemm dan ma jkunx jista’ jiġi ġustifikat b’mod oġġettiv. Il-kundizzjonijiet tal-impjiegi partikolari jistgħu jkunu soġġetti għal perjodu ta’ servizz, il-ħin maħdum jew abbażi tal-livell ta’ qligħ, wara konsultazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE u l-imsieħba soċjali.
Aċċess għax-xogħol part-time
Il-pajjiżi tal-UE u l-imsieħba soċjali, , għandhom ifittxu, jirrevedu u, jekk ikun meħtieġ, ineħħu kwalunkwe kwistjoni legali jew amministrattiva li tnaqqas l-opportunitajiet għax-xogħol part-time. Ir-rifjut tal-ħaddiema li jiġu ttrasferiti minn xogħol full-time għal wieħed part-time jew viċi versa mhuwiex raġuni suffiċjenti għat-tkeċċija tagħhom.
Ir-rwol ta’ dawk li jħaddmu
Dawk li jħaddmu għandhom jikkunsidraw b’mod sħiħ:
Implimentazzjoni
Il-pajjiżi tal-UE jew l-imsieħba soċjali jistgħu jintroduċu regoli aktar favorevoli minn dawk stabbiliti fil-ftehim. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-ftehim mhijiex raġuni valida sabiex jitnaqqas il-livell ġenerali tal-protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema fuq bażi part-time.
MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?
Hija ilha tapplika mill-20 ta' Jannar 1998. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sal-20 ta' Jannar 2000.
SFOND
Għal aktar tagħrif, ara Il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol — Ix-Xogħol Part-Time fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea.
DOKUMENT EWLIENI
Id-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta Diċembru 1997 li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC - Anness : Ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time (ĠU L 14, 20.1.1998, pp. 9-14)
L-emendi suċċessivi tad-Direttiva 97/81/KE ġew inkorportati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hi biss ta’ valur dokumentarju.
DOKUMENTI RELATATI
Miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali
Rapport mis-servizzi tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tas-17 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, 21.1.2003
Dan ir-rapport hu kkumplimentat minn 2 studji:
Ir-Rapport tal-Kumissjoni - L-implimentazzjonit tad-Direttiva 97/81/KE li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, ,miċ-CEEP u mill-ETUC (Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonka, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja) (2007)
Ir-rapporti (Sommarji Eżekuttivi) dwar l-implimentazzjonit tad-Direttiva 1997/81/KE fil-Bulgarija u fir-Rumanija (2009)
l-aħħar aġġornament 04.12.2016