Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-prinċipju ta’ prekawzjoni

Il-prinċipju ta’ prekawzjoni huwa approċċ għall-ġestjoni tar-riskji, li permezz tiegħu, jekk ikun hemm il-possibbiltà li politika jew azzjoni partikolari tista’ tikkawża ħsara lill-pubbliku jew lill-ambjent u jekk ma jkun hemm ebda kunsens xjentifiku dwar il-kwistjoni, il-politika jew l-azzjoni inkwistjoni ma għandhiex tiġi segwita. Madanakollu, il-politika jew l-azzjoni tista’ tiġi riveduta meta aktar informazzjoni xjentifika ssir disponibbli. Il-prinċipju huwa stabbilit fl-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU).

Il-kunċett tal-prinċipju ta’ prekawzjoni ġie stabbilit għall-ewwel darba f’komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea adottata fi Frar 2000, li ddefinixxiet il-kunċett u bassret kif din tiġi applikata.

Il-prinċipju ta’ prekawzjoni jista’ jiġi invokat biss jekk ikun hemm riskju potenzjali u qatt ma’ jista’ jiġġustifika deċiżjonijiet arbitrarji.

Eżempji ta’ fejn l-UE applikat il-prinċipju ta’ prekawzjoni jinkludu l-qafas regolatorju tagħha għall-kimiki (Regolament (KE) Nru 1907/2006 — magħruf bħala REACH) u r-regolament ġenerali dwar il-liġi tal-ikel (Regolament (KE) Nru 178/2002).

ARA WKOLL

Top