This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Ir-Regolament (UE) Nru 2027/97 dwar trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti
Ir-regolament jimplimenta l-Konvenzjoni ta’ Montreal tal-1999 minħabba li din għandha x’taqsam ma’ kwistjonijiet ta’ responsabbiltà f’eventwalità ta’ inċidenti u kumpens għal passiġġieri u għall-bagalji tagħhom li qed jivvjaġġaw bl-ajru (ara s-sommarju).
Nota: Ir-regolament oriġinali (qabel ma’ ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 889/2002) jikkonċerna r-responsabbiltajiet għall-mewt jew għall-korriment ta’ passiġġieri ta’ trasportaturi bl-ajru fl-Unjoni Ewropea (UE) minħabba inċidenti. Ir-regolament emendatorju tal-2002 ġab ir-regolament oriġinali konformi mar-regoli internazzjonali ġodda fil-Konvenzjoni ta’ Montreal, biex jinkludi wkoll kwistjonijiet ta’ responabbiltajiet ta’ bagalji u dewmien.
Ir-responsabbiltà ta’ trasportatur bl-ajru għal passiġġieri u għall-bagalji tagħhom
Ir-regolament jiġbor fil-qosor ir-regoli ta’ responsabbiltà implimentati mit-trasportaturi bl-ajru tal-UE taħt il-leġiżlazzjoni tal-UE u l-Konvenzjoni ta’ Montreal, u l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE. Il-kumpens huwa spjegat bħala l-valur approssimattiv tad-drittijiet speċjali ta’ prelevament (SDRs)* fil-munita lokali.
Notifikazzjoni tal-assigurazzjoni tal-passiġġier
It-trasportaturi bl-ajru tal-UE jeħtieġ li:
Trasportaturi bl-ajru tal-UE jeħtieġ li jipprovdu wkoll indikazzjoni bil-miktub lil kull passiġġier dwar il-limitu tar-responsabbiltà tat-trasportatur bl-ajru għall-vjaġġ rigward:
Il-limiti ta’ hawn fuq huma dawk stabbiliti minn dan ir-regolament sakemm it-trasportatur bl-ajru ma japplikax limiti iktar għolja minn jeddu. Għal trasport minn trasportaturi bl-ajru mhux tal-UE, dawn ir-rekwiżiti japplikaw biss għal vjaġġi lejn, minn jew ġo l-UE.
Kumpens f’każ ta’ mewt jew korriment
M’hemm l-ebda limiti finanzjarji għar-responsabbiltà lejn korriment jew mewt ta’ passiġġier. Għal ħsarat sa 100 000 SDRs, it-trasportatur tal-ajru ma jistax jikkuntesta t-talbiet għall-kumpens. ’Il fuq minn dan l-ammont, it-trasportatur bl-ajru jista’ jiddefendi ruħu kontra talba billi juri li ma kienx negliġenti jew inkella li kellu tort.
Ħlasijiet bil-quddiem
Jekk passiġġier jinqatel jew ikorri, it-trasportatur bl-ajru jeħtieġ li jagħmel pagament bil-quddiem biex ikopri bżonnijiet immedjati, fi żmien 15-il ġurnata minn meta l-persuna tiġi identifikata, taħt il-kundizzjonijiet sussegwenti.
Dewmien tal-passiġġieri
Jekk passiġġier ikollu d-dewmien, it-trasportatur bl-ajru huwa risponsabbli għad-dannu sakemm huwa ħa l-passi kollha raġjonevoli possibbli biex jevita dan id-dannu. Ir-responsabbiltà għandha limitu ta’ 4 150 SDRs.
Dewmien ta’ bagalji
Jekk il-bagalji jkollhom dewmien, it-trasportatur bl-ajru huwa responsabbli għad-danni sakemm huwa ħa l-miżuri kollha raġjonevoli possibbli biex dan jiġi evitat. Ir-responsabbiltà hija limitata għal 1 000 SDRs.
Qerda, telf jew ħsara lill-bagalji
It-trasportatur bl-ajru huwa responsabbli għall-qerda, għat-telf jew għall-ħsara tal-bagalji, ir-responsabbiltà hija sa 1 000 SDRs. Għal bagalji li ġew irreġistrati, huwa responsabbli anke jekk ma kienx tort tiegħu, sakemm il-bagalja ma kienitx difettuża. Għal bagalji li ma ġewx iċċekkjati, it-trasportatur huwa responsabbli biss jekk għandu tort.
Limiti għola għall-bagalji
Il-passiġġieri jistgħu jibbenefikaw minn limiti ta’ responsabbiltà aktar għolja billi jagħmlu dikjarazzjoni speċjali sa mill-aktar tard meta jagħmlu check-in u billi jħallsu miżata supplementari. Il-miżata teħtieġ li tirrifletti l-ispejjeż addizzjonali ’l fuq minn dawk ta’ bagalja valutata fil-limitu tar-responsabbiltà. It-tariffa għandha tkun disponibbli meta tintalab.
Ilmenti fuq bagalji
Jekk il-bagalji rreġistrati ssirilhom il-ħsara, jittardjaw, jintilfu jew jinqerdu, il-passiġġier għandu jikteb u jagħmel ilment lit-trasportatur bl-ajru malajr kemm jista’ jkun, fi żmien 7 ijiem għal ħsara u 21 ġurnata għal dewmien wara l-wasla.
Kwalunkwe azzjoni fil-qorti teħtieġ li titressaq fi żmien sentejn mid-data tal-wasla tal-ajruplan jew mid-data meta l-ajruplan kellu jasal.
Ilu japplika mis-17 ta’ Ottubru 1998.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 tad-9 ta’ Ottubru 1997 dwar ir-responsabbilità ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ incidenti (ĠU L 285, 17.10.1997, pp. 1-3).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 2027/97 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u r-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbilità ta’ trasportaturi bl-ajru, fejn jidħol it-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom (COM(2013) 130 finali, 13.3.2013).
Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport Internazzjonali bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta’ Montreal) (ĠU L 194, 18.7.2001, pp. 39–49).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE tal-5 ta’ April 2001 dwar il-konklużjoni tal-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta’ Montreal) (ĠU L 194, 18.7.2001, p. 38).
l-aħħar aġġornament 17.01.2022