Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-kontaminanti fl-ikel: it-tnaqqis tal-impatti negattivi

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 dwar il-proċeduri tal-UE għall-kontaminanti fl-ikel

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Huwa jfittex li jipproteġi s-saħħa pubblika billi jipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel li fih ammont inaċċettabbli ta’ sustanzi residwi magħrufin bħala kontaminanti.

PUNTI EWLENIN

  • Il-kontaminanti jkunu preżenti fl-ikel bħala riżultat ta’ trattament wara l-produzzjoni jew permezz ta’ kontaminazzjoni ambjentali.
  • L-Unjoni Ewropea (UE) tirregola l-livelli tossikoloġikament aċċettabbli ta’ kontaminanti u żżommhom fl-aktar livelli baxxi possibbli.
  • Il-kontaminanti li huma soġġetti għal regoli aktar speċifiċi, jew li jikkonċernaw materja estranja, bħal frammenti ta’ insetti, pil tal-annimali, eċċ. mhumiex koperti minn dan ir-regolament.
  • Stat Membru tal-UE jista’ jieħu miżuri restrittivi b’referenza għal dan ir-regolament jekk jissuspetta li l-preżenza ta’ kontaminant tikkawża periklu għas-saħħa pubblika. Jekk ikun il-każ, huwa għandu jgħarraf minnufih lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni Ewropea u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha teżamina r-raġunijiet mogħtija mill-Istat Membru mill-aktar fis possibbli u tieħu miżuri xierqa wara li tkun ikkonsultat lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, Annimali, Ikel u Għalf (qabel il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali). Dan il-kumitat jassisti lill-Kummissjoni fuq il-materji kollha li jikkonċernaw il-kontaminanti, inkluż l-istabbiliment ta’ tolleranzi massimi awtorizzati.
  • Ir-regolament jirrikjedi li jiġu ffissati livelli massimi għal ċerti kontaminanti sabiex tkun imħarsa s-saħħa pubblika.
  • L-Istati Membri m’għandhomx jipprojbixxu l-kummerċ ta’ ikel li jkun konformi ma’ dan ir-regolament.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/915 (ara s-sommarju) jiffissa livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-ikel, bħan-nitrat, iċ-ċomb, il-kadmju, il-merkurju, l-arseniku, il-melamina, eċċ.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Marzu 1993.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, pp. 1–3).

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għar-Regolament (KEE) Nru 315/93 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/915 tal-25 ta’ April 2023 dwar il-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-ikel u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 (ĠU L 119, 5.5.2023, pp. 103–157).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 03.11.2023

Top