Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Sorsi tal-liġi tal-Unjoni Ewropea

 

SOMMARJU TA’:

L-Artikolu 216 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 6(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAL-ARTIKOLI 216 U 288 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA U L-ARTIKOLU 6 TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA?

PUNTI EWLENIN

Hemm tliet sorsi tad-dritt tal-Unjoni: id-dritt primarju, il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u d-dritt sekondarju (dettaljati fil-ġerarkija tan-normi).

Id-dritt primarju

Prinċipji ġenerali tad-dritt

Id-dritt sekondarju

Id-dritt sekondarju jinkludi l-atti legali, li jistgħu jinqasmu f’żewġ kategoriji:

Il-ftehimiet internazzjonali ma’ pajjiżi mhux tal-UE jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali huma wkoll parti integrali mid-dritt tal-Unjoni. Dawn huma separati mid-dritt primarju u mid-dritt sekondarju. Skont is-sentenza tal-QĠUE fil-kawża Meryem Demirel vs Stadt Schwäbisch Gmünd (Kawża 12/86), dawn jista’ jkollhom effett dirett u l-forza legali tagħhom hija superjuri għal-leġiżlazzjoni sekondarja, li għalhekk trid tikkonforma magħhom. Ir-regoli tagħhom għandhom effett dirett jekk ikun fihom obbligu ċar u preċiż li ma jkunx soġġett għall-adozzjoni ta’ kwalunkwe miżura sussegwenti.

Sorsi oħra tad-dritt tal-Unjoni

Dawn jinkludu:

  • każistika tal-QĠUE.
  • id-dritt internazzjonali — ħafna drabi sors ta’ ispirazzjoni għall-QĠUE meta tkun qed tiżviluppa l-każistika tagħha. Il-QĠUE tikkwota dritt miktub u konswetudinarju.

DOKUMENTI EWLENIN

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — il-Ħames Parti — L-azzjoni esterna tal-Unjoni — Titolu V — Ftehim internazzjonali — Artikolu 216 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 144).

Il-verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji —Titolu I — Dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istituzzjonijiet — Kapitolu 2 — Atti legali tal-Unjoni, proċeduri ta’ adozzjoni u dispożizzjonijiet oħrajn — Taqsima 1 — L-atti legali tal-Unjoni — Artikolu 288 (ex Artikolu 249 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 171).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu I — Dispożizzjonijiet komuni — Artikolu 6 (ex Artikolu 6 TUE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 19).

l-aħħar aġġornament 21.04.2022

Top