This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) huwa korp konsultattiv tal-UE. Ġie stabbilit fl-1957 biex jirrappreżenta l-interessi tad-diversi gruppi ekonomiċi u soċjali fil-pajjiżi tal-UE.
Skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-KESE għandu 350 membru. Hemm bejn 5 u 24 membru għal kull pajjiż fl-UE.
Il-membri jaqgħu fi 3 gruppi li jirrappreżentaw l-interessi ta’: 1. min iħaddem, 2. il-ħaddiema u 3. tipi partikolari ta’ attività (bħal bdiewa, negozji żgħar, professjonijiet, konsumaturi, kooperattivi, familji, gruppi ambjentali). Il-membri tal-KESE jinħatru għal 5 snin (rinnovabbli).
Il-KESE huwa kkonsultat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fil-każijiet stabbiliti fit-trattati tal-UE. Jista’ joħroġ ukoll opinjonijiet fuq inizjattiva proprja. Ir-rwol, l-organizzazzjoni u s-setgħat tiegħu huma regolati mill-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-UE (TUE) u mill-Artikoli 301-304 tat-TFUE.
ARA WKOLL