Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

OLAF (L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi)

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) ġie stabbilit fl-1999 bid-Deċiżjoni 1999/352/KE, KEFA, Euraom bil-għan ewlieni li jinvestiga l-korruzzjoni u l-imġiba ħażina serja fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE, kif ukoll il-frodi kontra l-baġit tal-UE. Il-qafas legali li jiddefinixxi l-poteri u l-kompetenzi tal-OLAF huwa r-Regolament (UE, Euratom) Nru  883/2013 (ir-Regolament dwar l-OLAF).

Skont l-istatus legali tiegħu, l-OLAF għandu natura ibrida. Bħala korp indipendenti, l-Uffiċċju jwettaq investigazzjonijiet esterni fl-UE u f’pajjiżi mhux tal-UE f’każijiet ta’ frodi, korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw il-baġit tal-UE u investigazzjonijiet interni fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE biex jidentifika mġiba ħażina serja minn uffiċjali tal-UE li tista’ twassal għal proċedimenti dixxiplinari jew kriminali.

Bħala servizz tal-Kummissjoni, l-OLAF huwa inkarigat mill-iżvilupp ta’ politika u leġiżlazzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni tal-frodi u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE.

Reviżjoni attwali tar-Regolament dwar l-OLAF, fis-seħħ mis-17 ta’ Jannar 2021, irriżultat f’effikaċja mtejba tal-investigazzjonijiet u kooperazzjoni msaħħa tal-OLAF mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) ibbażata fuq kooperazzjoni, skambju ta’ informazzjoni, komplementarjetà u non-dupplikazzjoni.

ARA WKOLL

Top