EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-prinċipju ta’ attribuzzjoni

Skont dan il-prinċipju fundamentali tal-liġi tal-Unjoni Ewropea (UE), stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-UE taġixxi biss fil-limiti tal-kompetenzi li l-Istati Membri tal-UE attribwew lilha fit-trattati. Dawn il-kompetenzi huma definiti fl-Artikoli 2–6 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Kompetenzi mhux attribwiti lill-UE mit-trattati b’hekk jibqgħu bis-sħiħ mal-Istati Membri.

Waqt li l-prinċipju tal-attribuzzjoni jirregola l-limiti ta-kompetenzi tal-UE, l-użu ta’ dawk il-kompetenzi huwa rregolat mill-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità.

ARA WKOLL

Top