EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal u l-garanzija Ewropea għat-tfal

 

SOMMARJU TA’:

Rakkomandazzjoni (UE) 2021/1004 li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal

Komunikazzjoni — Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI U TAR-RAKKOMANDAZZJONI?

  • L-istrateġija tal-Unjoni Ewropea (UE) dwar id-drittijiet tat-tfal tipproponi azzjonijiet ġodda biex tipproteġi, tippromwovi u tissodisfa aħjar id-drittijiet tat-tfal.
  • Il-garanzija Ewropea għat-tfal għandha l-għan li tipprevjeni u tiġġieled l-esklużjoni soċjali tat-tfal fil-bżonn billi tiggarantixxi l-aċċess għal sett ta’ servizzi ewlenin, billi tiġġieled il-faqar fost it-tfal u trawwem opportunitajiet indaqs.

PUNTI EWLENIN

Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal

Garanzija Ewropea għat-tfal

  • Il-garanzija Ewropea għat-tfal tikkomplementa l-istrateġija dwar id-drittijiet tat-tfal, u b’mod partikolari t-tema soċjoekonomika, tas-saħħa u tal-edukazzjoni.
  • Din tpoġġi fil-prattika l-prinċipju 11 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, dwar il-kura tat-tfal u l-appoġġ għat-tfal.
  • Din tapplika għal tfal taħt it-18-il sena f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali.
  • Tistabbilixxi għadd ta’ rakkomandazzjonijiet ewlenin għall-Istati Membri tal-UE inkluż:
    • l-għoti ta’ aċċess effettiv u bla ħlas għal edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal ta’ kwalità għolja, edukazzjoni u attivitajiet ibbażati fl-iskola, mill-inqas ikla waħda tajba għas-saħħa f’kull jum tal-iskola u kura tas-saħħa;
    • l-għoti ta’ aċċess effettiv għal nutrizzjoni tajba għas-saħħa u għal akkomodazzjoni adegwata;
    • it-tkissir taċ-ċikli interġenerazzjonali tal-faqar u tal-iżvantaġġi, filwaqt li l-aħjar interess tat-tfal isir kunsiderazzjoni primarja;
    • it-tfassil ta’ qafas ta’ politika biex jiġu identifikati u indirizzati l-ostakli finanzjarji u mhux finanzjarji għall-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, fl-edukazzjoni u fl-attivitajiet ibbażati fl-iskola, speċjalment għal dawk il-gruppi ta’ tfal li jesperjenzaw żvantaġġi speċifiċi;
    • in-nomina ta’ Koordinatur tal-Garanzija għat-Tfal biex jissorvelja u jikkoordina l-implimentazzjoni;
    • is-sottomissjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-perjodu sal-2030 fi żmien 9 xhur mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni.
  • L-Istati Membri jistgħu jużaw il-finanzjament tal-UE biex jappoġġjaw l-azzjonijiet tagħhom, b’mod partikolari mill-FSE+ u minn NextGenerationEU.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1004 tal-14 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixi Garanzija Ewropea għat-Tfal (ĠU L 223, 22.6.2021, pp. 14–23)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal (COM(2021) 142 final, 24.3.2021)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2021/1057tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 231, 30.6.2021, pp. 21–59)

Ir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar il-Fond ta’ Koeżjoni (ĠU L 231, 30.6.2021, pp. 60–93)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Aġenda tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal (COM(2011) 60 final, 15.2.2011)

l-aħħar aġġornament 21.09.2021

Top