Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ftehim interistituzzjonali dwar dixxiplina baġitarja, kooperazzjoni, ġestjoni finanzjarja tajba u riżorsi proprji

 

SOMMARJU TA’:

Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, kooperazzjoni f’materji baġitarji u ġestjoni finanzjarja tajba

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IL-FTEHIM INTERISTITUZZJONALI?

Matul il-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021-2027, il-ftehim interistituzzjonali (FII) għandu l-għan li:

PUNTI EWLENIN

Il-ftehim huwa magħmul minn erba’ partijiet.

Parti I: Il-QFP u strumenti speċjali

Din il-parti fiha dettalji komplementari rigward il-QFP 2021-2027, inklużi l-proċeduri ta’ mobilizzazzjoni ta’ strumenti speċjali mhux inklużi fil-QFP:

Parti II: Kooperazzjoni interistituzzjonali fi kwistjonijiet baġitarji

Din il-parti għandha l-għan li ttejjeb il-kooperazzjoni bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet baġitarji. Dan jinkludi:

  • it-tliet istituzzjonijiet jaqblu li jiffaċilitaw l-adozzjoni ta’ QFP ġdid propost jew reviżjoni għall-QFP attwali proposta billi jieħdu l-miżuri meħtieġa, bħal laqgħat u skambju ta’ informazzjoni;
  • trasparenza baġitarja tfisser li l-Kummissjoni għandha tipprepara rapport annwali dwar:
  • kif ir-regoli finanzjarji huma inkorporati fl-atti leġiżlattivi u kif dawn jiġu ttrattati fil-proċedura tal-baġit annwali;
  • regoli speċifiċi dwar in-nefqa relatata mal-ftehimiet tas-sajd u l-finanzjament tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK).

Parti III: Ġestjoni finanzjarja soda tal-fondi tal-UE

Din il-parti titratta l-ipprogrammar finanzjarju, li jfisser li l-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill u lill-Parlament l-ipprogrammar finanzjarju għall-QFP darbtejn fis-sena (b’xi eżenzjonijiet ta’ kategorija), strutturati skont l-intestatura, il-qasam tal-politika u l-linja tal-baġit, u għandha tidentifika l-leġiżlazzjoni fis-seħħ, billi tiddistingwi bejn programmi pluriennali u azzjonijiet annwali.

Din il-parti titratta wkoll il-proċeduri ta’ kooperazzjoni li japplikaw meta tinħoloq aġenzija ġdida, jew meta emenda għal att legali li jikkonċerna aġenzija jkollha impatt fuq ir-riżorsi ta ’dik l-aġenzija. Proċedura simili tapplika meta l-ħolqien ta’ skola Ewropea ġdida jkun previst.

Parti IV: Il-protezzjoni tal-baġit tal-UE: data dwar il-benefiċjarji

Biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-baġit tal-UE u l-Istrument ta’ Rkupru tal-UE kontra l-frodi u l-irregolaritajiet, l-istituzzjonijiet jaqblu li jintroduċu miżuri standardizzati biex jiġbru, iqabblu u jgħaqqdu data dwar ir-riċevituri finali u l-benefiċjarji tal-finanzjament tal-UE għall-finijiet ta’ kontrolli u verifiki. B’mod partikolari:

  • biex jiġu żgurati kontrolli u verifiki effettivi, huwa meħtieġ li tinġabar data dwar dawk li fl-aħħar mill-aħħar jibbenefikaw, direttament jew indirettament, mill-finanzjament tal-UE taħt ġestjoni kondiviża u minn proġetti u riformi appoġġjati taħt il-Faċilità ta’ Rkupru u Reżiljenza;
  • il-Kummissjoni se tagħmel disponibbli sistema integrata u interoperabbli ta’ informazzjoni u monitoraġġ, li tinkludi għodda waħda ta’ estrazzjoni tad-data u punteġġ tar-riskju biex tiġi aċċessata u analizzata d-data. Il-Kummissjoni, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u korpi investigattivi u ta’ kontroll tal-UE oħra għandu jkollhom aċċess għad-data biex jeżerċitaw is-superviżjoni tagħhom fuq il-verifiki tal-Istati Membri tal-UE.

Żewġ Annessi jiffurmaw parti integrali tal-FII.

L-Anness I jistabbilixxi regoli dettaljati addizzjonali għall-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet matul il-proċedura baġitarja. Dawn ikopru:

  • ftehim fuq il-kalendarju pragmatiku;
  • iffissar tal-prijoritajiet;
  • stabbiliment ta’ abbozz ta’ baġit u aġġornament tal-estimi;
  • proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet speċifiċi f’fażijiet differenti tal-proċess tal-baġit;
  • emendar tal-baġits;
  • il-ħruġ ta’ impenji pendenti (għad mhux tradotti f’pagamenti);
  • kooperazzjoni fir-rigward tal-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea.

L-Anness II jistabbilixxi prinċipji tal-kooperazzjoni interistituzzjonali sabiex jintroduċi riżorsi proprji ġodda bil-ħsieb li tkun koperta n-nefqa mistennija relatata mal-ħlas lura tan-NextGenerationEU.

Bħala l-ewwel pass, riżorsa proprja ġdida se tiġi introdotta mill-1 ta’ Jannar 2021 magħmula minn sehem ta’ dħul minn kontribuzzjonijiet nazzjonali, ikkalkulata fuq il-piż ta’ skart ta’ imballaġġ tal-plastik mhux irriċiklat.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tipproponi lill-Kunsill l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda bbażati fuq imposta diġitali u fuq mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera. Il-Kummissjoni se tirrevedi wkoll is-Sistema tal-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet fir-rebbiegħa 2021 u tipproponi lill-Kunsill riżorsa proprja ġdida fuq dik il-bażi f’Ġunju 2021.

Dawn it-tliet riżorsi proprji ġodda huma mistennija li jiġu introdotti sal-1 ta’ Jannar 2023, sakemm jitlestew il-proċeduri leġiżlattivi meħtieġa. Dan se jikkonstitwixxi t-tieni pass.

Bħala t-tielet pass, il-Kummissjoni għandha l-għan li tipproponi lill-Kunsill sa Ġunju 2024 riżorsa proprja ġdida addizzjonali. Din il-proposta tista’ tieħu l-forma ta’ Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji u kontribuzzjoni finanzjarja marbuta mas-settur korporattiv jew bażi komuni ġdida tat-taxxa korporattiva. Dawn huma previsti li jiġu introdotti sal-2026, sakemm jitlestew il-proċeduri leġiżlattivi meħtieġa.

MINN META JAPPLIKA L-FTEHIM?

Il-FII daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2020.

SFOND

F’Diċembru 2020, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni kkonkludew FII dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda.

Il-FII ġie adottat b’mod parallel mal-Regolament dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP), il-pjan ta’ seba’ snin tal-UE li jkopri l-perjodu 2021-2020.

Il-FII jifforma parti minn pakkett ta’ leġiżlazzjoni assoċjat mal-QFP:

  • Ir-rwol tal-QFP 2021-2027 huwa stabbilit fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 (ara s-sommarju).
  • Regoli ġodda dwar kif l-UE hija ffinanzjata huma stabbiliti fid-deċiżjoni dwar ir-riżorsi proprji: Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 (ara s-sommarju).
  • L-Istrument ta’ Rkupru tal-UE huwa stabbilit fir-Regolament (UE) 2020/2094 u jappoġġja l-irkupru wara l-pandemija tal-COVID-19.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (ĠU L 433I , 22.12.2020, pp. 28-46)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2020/2093tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, pp. 11-22)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 433I, 22.12.2020, pp. 23-27)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, pp. 1-10)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’Novembru 2002 li jistabblixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, pp. 3-8)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 2012/2002 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 06.04.2021

Top